52004PC0520(01)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma ta' ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minnnaħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra /* KUMM/2004/0520 finali */


Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma ta' ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minnnaħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Ir-relazzjonijiet bejn it-Taġikistan u l-Komunitajiet Ewropew huma bħalissa mmexxija bil-ftehim ta' kummerċ u ta' kooperazzjoni ffirmat ma' l-Unjoni Sovjetika l-antika fit-18 ta' Diċembru 1989 (ftehim li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 1990) kif approvat uffiċjalment mir-Repubblika tal-Taġikistan permezz ta' skambju ta' ittri ta' l-4 ta' Frar 1994. Il-Kunsill waqqaf id-direttivi ta' negozjar tiegħu fil-5 ta' Ottubru 1992, emendati l-10 ta' Ottubru 2003, u l-Kummissjoni bdiet formalment in-negozjati skond il-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni f'Novembru 2003. Wara t-tieni sessjoni ta' negozjati, it-test tal-ftehim ġie ffirmat fi Brussel min-negozjaturi tal-Kummissjoni u tal-gvern tat-Taġikistan fis-16 ta' Diċembru 2003.

2. Il-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni propost għandu jsaħħaħ il-preżenza ta' l-Unjoni fit-Taġikistan u b'mod iktar ġenerali fir-reġjun ta' l-Asja ċentrali, kemm fuq il-pjan politiku u ekonomiku kif ukoll fuq dak kummerċjali. Barra minn hekk, sejjer jinkoraġixxi it-tkabbir ekonomiku u jiffavorixxi l-iżvilupp sostenibbli, il-ġlieda kontra l-faqar, u l-istabbilità fit-Taġikistan u fl-Azja ċentrali. Sejjer jipprovdi qafas ta' kooperazzjoni li l-Unjoni Ewropea sejra tiżviluppa flimkien mat-Taġikistan.

3. Jekk ġie elaborat fuq il-mudell ta' ftehim ieħor ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehim UE-Taġikistan hu l-ewwel li jdaħħal dawn il-klawsoli dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra l-armi ta' qerda tal-massa. Dan il-ftehim se jiġi konkluż għal medda ta' żmien ta' għaxar snin u mġedded bi ftehim taċitu minn sena għal sena. Se jiftaħ it-triq għal relazzjonijiet aktar profondi f'numru kbir ta' oqsma, fuq il-bażi tar-reċiproċità u tas-sħubija. Dan il-ftehim iżomm fuq il-prinċipji essenzjali li huma r-rispett tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tar-regola tal-liġi, kif ukoll l-inkoraġġiment għall-iżvilupp sostenibbli u r-rabta bejn l-għodda differenti ta' għajnuna (rabta bejn l-għajnuna umanitarja, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp).

4. Il-ftehim propost jistrieħ fuq tliet kolonni: id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u l-kummerċ, li huma lkoll mwieżna minn dispożizzjonijiet ġenerali u istituzzjonali.

(i) Djalogu politiku: l-Unjoni u t-Taġiskistan għandhom jistabbilixxu djalogu politiku regolari. Huma sejrin jikkooperaw b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra t-tixrid ta' l-armi ta' qerda ytal-massa, it-traffikar illegali bħal dak tad-droga.

(ii) Kooperazzjoni: il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet fl-oqsma li ġejjin: il-kooperazzjoni soċjo-ekonomika, finanzjarja u kummerċjali, ix-xjenza, it-teknoloġija u s-soċjetà informatika, kultura, edukazzjoni u s-settur awdijoviżiv, ir-riforma ta' l-Istat u l-amministrazzjoni politika, il-kooperazzjoni soċjali u l-kooperazzjoni f'termini leġislattivi. Il-Ftehim jipprovdi ukoll impenji u azzjonijiet ta' kooperazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mar-riammissjoni, il-kontroll ta' immigrazzjoni klandestina u mal-ġlieda kontra d-droga u l-kriminalità organizzata. Il-kooperazzjoni f'termini ta' demokrazija u ta' drittijiet tal-bniedem hi inkluża ukoll f'dan il-ftehim. L-assistenza reċiproka fid-dwana hi sostnuta minn protokoll separat.

(iii) Il-kummerċ ta' l-oġġetti u tas-servizzi u tad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ u l-investiment huma suġġetti għad-dipożizzjonijiet ta' dan il-ftehim.

5. Il-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni hu ftehim imħallat li jkopri l-oqsma kollha fejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membru huma kompetenti. Dan il-ftehim hu konkluż għal-perjodu ta' għaxar snin.

Dan il-ftehim jipprovdi klawsola ta' sospensjoni unilaterali jekk jiġi kkunsidrat li parti importanti tal-ftehim ma tiġix applikata (jiġifieri: ir-rispett tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq).

Il-ftehim jistabbilixxi proċess istituzzjonali għall-implimentazzjoni tiegħu flimkien ma' Kunsill ta' Kooperazzjoni, Kumitat ta' Kooperazzjoni u Kumitat Parlamentari.

Dan il-ftehim m'għandux effet fuq il-baġit.

6. Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, hu propost li jiġi konkluż ftehim interim bejn il-Komunitajiet Ewropej u t-Taġiskistan li jikkonċerna prinċipalment il-kummerċ, il-kooperazzjoni u l-qafas istituzzjonali, kif imniżżel fl-Artikolu 101 tal-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni.

7. Peress li l-proċess ta' negozjati tlesta, il-Kummissjoni issa tipproponi lill-Kunsill li japprova r-riżultati tan-negozjati u jinvolvi l-proċeduri li jipprevedu l-firma u l-konklużjoni ta' dan il-ftehim. Għal dan l-effett, il-Kummissjoni tippreżenta l-proposti li jmiss:

(i) proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma tal-ftehim ;

(ii) proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim ;

(iii) proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim interim f'isem il-Komunità Ewropea ;

(iv) proġett ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim interim f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

Il-proċeduri għall-firma u għall-konklużjoni tal-ftehim huma differenti għaż-żewġ Komunitajiet Ewropej (il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika):

a) għal dak li għandu x'jaqsam mal-firma, l-ewwel frażi ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE tistipula li l-firma ta' ftehim f'isem il-Komunità Ewropea għandha tkun soġġetta għalDeċiżjoni distinta mill-Kunsill. It-Trattat KEFA m'għandu l-ebda eżigenza simili;

b) għal dak li għandu x'jaqsam mal-ftehim:

- il-Kunsill jikkonkludi l-ftehim tal-Komunità Ewropea, bl-opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew, skond l-Artikolu 44(2), 47(2), l-aħħar frażi 55, 57(2), 63(3), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181 A tat-Trattat KE, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż, l-aħħar frażi u l-Artikolu 300(3), it-tieni inċiż;

- il-Kunsill jaqbel mal-ftehim f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomija, skond l-Artikolu 101(2) tat-Trattat KEFA, qabel ma l-ftehim ġie konkluż mill-Kummissjoni.

c) għal dak li għandu x'jaqsam mal-konklużjoni tal-ftehim interim :

- il-Kunsill jikkonkludi l-ftehim f'isem il-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 133 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel frażi ;

- il-Kunsill jaqbel mal-ftehim f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, skond l-Artikolu 101(2) tat-Trattat KEFA, qabel ma l-ftehim ġie konkluż mill-Kummissjoni.

B'konsiderazzjoni għal dak li hu mniżżel hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi::

- li l-Kunsill jiddeċiedi dwar il-firma tal-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tat-Taġikistan f'isem il-Komunità Ewropea;

- li l-Kunsill jikkonkludi l-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tat-Taġikistan f'isem il-Komunità Ewropea u jagħti l-approvazzjoni tiegħu dwar il-konklużjoni mill-KEFA;

- li l-Kunsill jikkonkludi l-ftehim interim f'isem il-Komunità Ewropea ;

- li l-Kunsill jagħti l-approvazzjoni tiegħu dwar il-konklużjoni mill-KEFA tal-ftehim interim.

Ir-ratifika mill-Istati Membri kollha hi kondizzjoni li ssir qabel id-dħul fis-seħħ tal-ftehim.

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma ta' ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minnnaħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 44(2), 47(2), l-aħħar frażi, 55, 57(2), 63(3), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181 A tiegħu, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż, l-aħħar frażi;

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1]

[1] ĠU L [...] , [...], p. [...]

Billi:

(1) Fil-5 ta' Ottubru 1992, il-Kunsill ta awtorizzazzjoni lill-Kunsill biex jibda n-negozjati li għandhom x'jaqsmu mal-konklużjoni ta' ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra. Dawn id-direttivi ta' negozjati ġew emendati mill-Kunsill fl-10 ta' Ottubru 2003.

(2) Dawn in-negozjatiġew konklużi u l-ftehim ġie ffirmat fis-16 ta' Diċembru 2003.

(3) Fil-każ ta' konklużjoni eventwali f'data iktar 'il quddiem, jeħtieġ li jiġi ffirmat dan il-ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-president tal-Kunsill hu awtorizzat jaħtar il-persuna(i) awtorizzata(i) li tiffirma (jiffirmaw), f'isem il-Komunità, il-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minnnaħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli li huma mehmuża magħhom u d-dikjarazzjonijiet stabbiliti unilateralment mill-Komunità u flimkien mal-parti l-oħra, li huma annessi ma' l-att finali, f'każ ta' konklużjoni eventwali f'data iktar 'l quddiem.

2. It-test tal-ftehim, l-Annessi, il-Protokolli u l-Att finali huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel, [...]

Għall-Kunsill

Il-President