02014R0604 — MT — 02.06.2016 — 001.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167 6.6.2014, p. 30) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/861 tat-18 ta' Frar 2016 |
L 144 |
21 |
1.6.2016 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 604/2014
tal-4 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, fil-livell ta' grupp, fil-livelli tal-kumpanija prinċipali u l-kumpanija sussidjarja, inklużi istituzzjonijiet stabbiliti f'ċentri finanzjarji offshore.
Artikolu 2
Applikazzjoni tal-kriterji
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu impost fuq l-awtorità kompetenti biex tiżgura li l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 92, 93 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-kategoriji kollha tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 92(2) ta' dik id-Direttiva, il-persunal li ma jissodisfax dawn il-kriterji kwalitattivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament jew xi kriterji kwantitattivi fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament ikun identifikat bħala li għandu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.
Artikolu 3
Kriterji kwalitattivi
Il-persunal jitqies li jkollu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni meta kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji kwalitattivi jkun issodisfat:
il-membru tal-persunal ikun membru tal-korp maniġerjali fil-funzjoni tal-immaniġġjar tiegħu;
il-membru tal-persunal ikun membru tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorju tiegħu;
il-membru tal-persunal ikun membru tal-maniġment superjuri;
il-membru tal-persunal ikun responsabbli u jwieġeb għall-korp maniġerjali għall-attivitajiet tal-funzjoni indipendenti tal-immaniġġjar tar-riskju, il-funzjoni ta' konformità jew il-funzjoni tal-awditjar intern;
il-membru tal-persunal għandu r-responsabbiltà globali għall-immaniġġjar tar-riskju fi ħdan unità operatorja kif definit fl-Artikolu 142(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li kellha kapital intern distribwit lilha skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE li tirrappreżenta mill-inqas 2 % tal-kapital intern tal-istituzzjoni (“unità operatorja materjali”);
il-membru tal-persunal ikun il-kap tal-unità operatorja materjali;
il-membru tal-persunal għandu r-responsabilità maniġerjali f'waħda mill-funzjonijiet imsemmija f'punt (4) jew f'unità operatorja materjali u jirrapporta direttament lil membru tal-persunal identifikat skont il-punt (4) jew (5);
il-membru tal-persunal għandu r-responsabilità maniġerjali f'unità operatorja materjali u jirrapporta b'mod dirett lill-membru tal-persunal li hu l-kap ta' dik l-unità;
il-membru tal-persunal li hu l-kap tal-funzjoni responsabbli għall-affarijiet legali, il-finanzi inkluża t-tassazzjoni u l-ibbaġitjar, ir-riżorsi umani, il-politika ta' rimunerazzjoni, it-teknoloġija tal-informatika, jew l-analiżi ekonomika;
il-membru tal-persunal hu responsabbli għal, jew huwa membru ta' kumitat responsabbli għall-immaniġġjar ta' kategorija ta' riskju stipulata fl-Artikoli 79 sa 87 tad-Direttiva 2013/36/UE minbarra r-riskji ta' kreditu u r-riskju tas-suq;
fir-rigward tal-iskoperturi tar-riskju ta' kreditu ta' ammont nominali għal kull tranżazzjoni li tirrappreżenta 0,5 % tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni u tkun mill-inqas EUR 5 miljun, il-membru tal-persunal:
huwa responsabbli biex jibda proposti ta' kreditu, jew għall-istrutturar ta' prodotti ta' kreditu, li jista' jirriżulta f'dawn l-iskoperturi tar-riskju tal-kreditu; jew
għandu l-awtorità li jieħu, japprova jew jagħmel użu ta' veto għal deċiżjoni fuq tali skoperturi tar-riskju tal-kreditu; jew
huwa membru ta' kumitat li għandu l-awtorità li jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b);
b'rabta ma' istituzzjoni li għaliha ma tapplikax id-deroga għal operati żgħar tal-portafoll tan-negozjar stipulata fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-membru tal-persunal:
għandu l-awtorità li jieħu, japprova jew jagħmel użu ta' veto għal deċiżjoni dwar tranżazzjonijiet fuq il-portafoll tan-negozjar li, bħala aggregat, jissodisfaw wieħed mil-limiti li ġejjin:
fejn jintuża l-approċċ standardizzat, rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji tas-suq li jirrappreżentaw 0,5 % jew aktar tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni; jew
fejn approċċ intern ibbażat fuq mudell hu approvat għal finijiet regolatorji, 5 % jew iktar mil-limitu intern tal-valur fir-riskju tal-istituzzjoni għal skoperturi fuq il-portafoll tan-negozjar fid-99 perċentil (intervall ta' kunfidenza fuq naħa waħda); jew
huwa membru ta' kumitat li għandu l-awtorità li jieħu d-deċiżjonijiet stabbiliti fil-punt (a);
il-membru tal-persunal għandu responsabilità maniġerjali għal grupp ta' membri tal-persunal li jkollhom awtoritajiet individwali inkarigati mill-istituzzjoni għal tranżazzjonijiet, u tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
is-somma ta' dawk l-awtoritajiet huwa daqs jew taqbeż il-limitu stabbilit fil-punt 11(a), il-punt 11(b) jew il-punt 12(a)(i);
fejn approċċ intern ibbażat fuq mudell hu approvat għal finijiet regolatorji, dawk l-awtoritajiet jammontaw għal 5 % jew iktar mil-limitu intern tal-valur fir-riskju tal-istituzzjoni għal skoperturi fuq il-portafoll tan-negozjar fid-99 perċentil (intervall ta' kunfidenza fuq naħa waħda); Fejn l-istituzzjoni ma tikkalkulax il-livell tal-valur fir-riskju ta' dak il-membru tal-persunal, jingħaddu l-limiti tal-valur fir-riskju ta' persunal taħt il-maniġment ta' dan il-membru tal-persunal;
fir-rigward ta' deċiżjonijiet li japprovaw jew jagħmlu użu tal-veto għall-introduzzjoni ta' prodotti ġodda, il-membru tal-persunal:
għandu l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet bħal dawn; jew
huwa membru ta' kumitat li għandu l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet bħal dawn;
il-membru tal-persunal għandu responsabilità maniġerjali għal membru tal-persunal li jilħaq wieħed mill-kriterji stipulati fil-punti (1) sa (14).
Artikolu 4
Kriterji kwantitattivi
1. Suġġett għall-paragrafi 2 sa 5, il-persunal jitqies li jkollu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kriterji kwantitattivi huma ssodisfati:
il-membru tal-persunal ikun ingħata rimunerazzjoni totali ta' EUR 500 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti;
il-membru tal-persunal ikun fi ħdan 0,3 % tan-numru ta' persunal, miġbur sal-eqreb numru sħiħ, li jkunu ngħataw l-ogħla rimunerazzjoni totali fis-sena finanzjarja preċedenti;
il-membru tal-persunal kien fis-sena finanzjarja preċedenti mogħti rimunerazzjoni totali li hija ugwali għal, jew ikbar mill-inqas rimunerazzjoni totali mogħtija f'dik is-sena finanzjarja lil membru tal-maniġment superjuri jew lil mebru tal-persunal li jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji fil-punti (1), (5), (6), (8), (11), (12), (13) jew (14) tal-Artikolu 3.
2. Kriterju mniżżel fil-paragrafu 1 ma jitqiesx bħala li jkun intlaħaq meta l-istituzzjoni tiddetermina li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni minħabba li l-membru tal-persunal, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal:
iwettaq/twettaq biss attivitajiet professjonali u għandu/għandha awtoritajiet f'unità operatorja li mhijiex unità operatorja materjali; jew
ma għandux/għandhiex impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' unità operatorja materjali permezz tal-attivitajiet professjonali mwettqa.
3. Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 2 tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li jqisu r-riskji rilevanti kollha u l-indikaturi tal-prestazzjoni użati mill-istituzzjoni biex ikunu identifikati, amministrati u mmonitorjati r-riskji skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE u fuq il-bażi tad-dazji u l-awtoritajiet tal-membru tal-persunal jew tal-kategorija tal-persunal u l-impatt tagħhom fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni meta mqabbel mal-impatt tal-attivitajiet professjonali ta' membri tal-persunal identifikati skont il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
4. L-istituzzjoni tinnotifika l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tagħha tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 fir-rigward tal-kriterju fil-punt (a) tal-paragrafu 1. In-notifika tistabbilixxi l-bażi li fuqha l-istituzzjoni tkun iddeterminat li l-membru tal-persunal ikkonċernat, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni membru tal-persunal, jilħaq waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u, jekk applikabbli, tinkludi l-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjoni skont il-paragrafu 3.
5. L-applikazzjoni tal-paragrafu 2 minn istituzzjoni fir-rigward ta' membru tal-persunal li kien ingħata rimunerazzjoni totali ta' EUR 750 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti, jew b'rabta mal-kriterju fil-punt (b) tal-paragrafu 1, ikun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali ta' dik l-istituzzjoni.
L-awtorità kompetenti tagħti biss l-approvazzjoni tagħha minn qabel fejn l-istituzzjoni tkun tista' turi li waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun issodisfata, wara li tikkunsidra, fir-rigward tal-kundizzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 2, il-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 3.
Fejn il-membru tal-persunal kien mogħti rimunerazzjoni totali ta' EUR 1 000 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti, l-awtorità kompetenti tagħti biss l-approvazzjoni tagħha minn qabel f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha fir-rigward ta' tali membru tal-persunal.
Artikolu 5
Kalkolu tar-rimunerazzjoni mogħtija
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-rimunerazzjoni li ngħatat iżda għadha ma tħallsitx għandha tiġi vvalutata bħalma qiegħda fid-data tal-għoti jekk ma jiġux ikkunsidrati l-applikazzjoni tar-rata ta' skont msemmija fl-Artikolu 94(1)(g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE jew it-tnaqqis fl-iżborżi, kemm jekk permezz ta' rkupru (clawback), malus, jew b'xi mod ieħor. L-ammonti kollha jiġu kkalkolati fuq bażi gross u fuq bażi ekwivalenti full-time.
2. Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4(1), ir-rimunerazzjoni mogħtija tista' tkun kkunsidrata separatament għal kull Stat Membru jew pajjiż terz fejn l-istituzzjoni jkollha stabbiliment u l-membri tal-persunal għandhom ikunu assenjati għall-pajjiż fejn huma jwettqu parti predominanti tal-attivitajiet tagħhom.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.