02017R2400 — MT — 01.01.2023 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2400

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 349 29.12.2017, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/318 tad-19 ta' Frar 2019

  L 58

1

26.2.2019

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1181 tas-7 ta’ Awwissu 2020

  L 263

1

12.8.2020

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1379 tal-5 ta’ Lulju 2022

  L 212

1

12.8.2022


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 234, 11.9.2019, p.  32 (2017/2400)

►C2

Rettifika, ĠU L 234, 11.9.2019, p.  41 (2019/318)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2400

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M3

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jikkomplementa l-qafas legali għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u tal-magni fir-rigward tal-emissjonijiet stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 582/2011 billi jistabbilixxi r-regoli għall-ħruġ tal-liċenzji għall-operar ta’ għodda ta’ simulazzjoni bil-għan li jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi ġodda li se jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni u għall-operar ta’ għodda ta’ simulazzjoni u għad-dikjarar tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil determinati b’dan il-mod.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

1.  
Soġġett għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 4, dan ir-Regolament għandu japplika għal trakkijiet medji, għal trakkijiet tqal u għal karozzi tal-linja tqal.
2.  
Fil-każ ta’ approvazzjonijiet tat-tip f’diversi stadji jew ta’ approvazzjonijiet individwali ta’ trakkijiet tqal u medji, dan ir-Regolament għandu japplika għal trakkijiet bażi.

Fil-każ ta’ karozzi tal-linja tqal, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi primarji, għal vetturi interim u għal vetturi kompluti jew għal vetturi kkompletati.

3.  
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal vetturi off-road, għal vetturi bi skop speċjali u għal vetturi bi skop speċjali off-road kif definiti, rispettivament, fil-punti 2.1, 2.2. u 2.3. tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

▼B

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil” tfisser proprjetajiet speċifiċi derivati għal komponent, għal unità teknika separata u għal sistema li jiddeterminaw l-impatt tal-parti fuq l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vettura;

(2) 

“data tal-input” tfisser informazzjoni dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' komponent, ta' unità teknika separata jew ta' sistema li tintuża mill-għodda ta' simulazzjoni għall-fini ta' determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vettura;

(3) 

“informazzjoni tal-input” tfisser informazzjoni relatata mal-karatteristiċi ta' vettura li tintuża mill-għodda ta' simulazzjoni għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vettura u li mhix parti mid-data tal-input;

(4) 

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li huma responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' ċertifikazzjoni u għall-iżgurar tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-komponent, tal-unità teknika separata jew tas-sistema li huma s-suġġett taċ-ċertifikazzjoni.

▼M1

(4a) 

“manifattur tal-vettura” tfisser korp jew persuna responsabbli għall-ħruġ tal-fajl tar-rekords tal-manifattur u l-fajl tal-informazzjoni tal-klijent skont l-Artikolu 9;

▼B

(5) 

“entità awtorizzata” tfisser awtorità nazzjonali awtorizzata minn Stat Membru biex titlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-manifatturi u l-manifatturi tal-vetturi dwar il-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponent speċifiku, unità teknika separata speċifika jew sistema speċifika u dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda rispettivament.

(6) 

“trażmissjoni” tfisser apparat li tal-inqas jikkonsisti f'żewġ gerijiet li jinqelbu, li jbiddlu t-torque u l-ispid bi proporzjonijiet definiti;

▼M1

(7) 

“konvertitur tat-torque” tfisser komponent ta' startjar idrodinamiku jew bħala komponent separat tad-driveline jew tat-trażmissjoni bi fluss tal-potenza serjali jew parallel li jadatta l-veloċità bejn il-magna u r-rota u jipprovdi multiplikazzjoni tat-torque;

▼B

(8) 

“komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque” jew “OTTC” tfisser komponent rotanti mqabbad mad-driveline li jipproduċi telf tat-torque dipendenti fuq il-veloċità tar-rotazzjoni tiegħu stess;

(9) 

“komponent addizzjonali tad-driveline” jew “ADC” tfisser komponent rotanti tad-driveline li jittrasferixxi jew jiddistribwixxi l-enerġija lil komponenti oħra tad-driveline u jipproduċi telf tat-torque dipendenti fuq il-veloċità tar-rotazzjoni tiegħu stess;

▼M3

(10) 

“fus” tfisser komponent li jinkludi l-partijiet kollha li jduru tad-driveline li jittrasferixxu t-torque tas-sewqan li jiġi mill-propxaft għar-roti u li jibdel it-torque u l-veloċità bi proporzjon fiss u li jinkludi l-funzjonijiet ta’ ger differenzjali;

(11) 

“reżistenza tal-arja” tfisser karatteristika tal-konfigurazzjoni ta’ vettura rigward il-forza ajrudinamika li taġixxi fuq il-vettura fid-direzzjoni tal-fluss tal-arja u determinata bħala prodott tal-koeffiċjent ta’ reżistenza u taż-żona trażversali għal kundizzjonijiet ta’ ebda riħ trażversali;

(12) 

“awżiljarji” tfisser komponenti tal-vettura li jinkludu fann tal-magna, sistema ta’ ggwidar, sistema elettrika, sistema pnewmatika u sistema tat-Tisħin, tal-Ventilazzjoni u tal-Arja Kundizzjonata (HVAC) li l-proprjetajiet tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tagħha ġew iddefiniti fl-Anness IX;

▼B

(13) 

“familja tal-komponenti”, “familja tal-unitajiet tekniċi separati” jew “familja tas-sistemi” tfisser ir-raggruppament mill-manifattur tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi, rispettivament, li minħabba d-disinn tagħhom għandhom proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil li huma simili;

(14) 

“komponent referenzjarju”“unità teknika separata referenzjarja” jew “sistema referenzjarja” tfisser komponent, unità teknika separata jew sistema, rispettivament, magħżula minn familja tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi, rispettivament, b'tali mod li l-proprjetajiet tagħhom relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil se jkunu l-agħar xenarju għal dik il-familja tal-komponenti, il-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew il-familja tas-sistemi;

▼M3

(15) 

“vettura tqila b’emissjonijiet żero” (Ze-HDV) tfisser “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(16) 

“vettura vokazzjonali” tfisser vettura tqila li ma tkunx maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li għaliha tintuża waħda minn dawn iċ-ċifri sabiex tissupplimenta l-kodiċijiet tal-karozzerija, kif elenkati fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858: 09, 10, 15, 16, 18, 19, 20, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 31; jew tratturi b'veloċità massimu sa 79 km/h;

(17) 

“trakk riġidu” tfisser “trakk” kif definit fil-punt 4.1 tal-Parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858, ħlief għat-trakkijiet iddisinjati jew mibnijin għall-irmonk ta’ semitrejler;

(18) 

“trattur” tfisser “unità ta’ trakter għal semitrejler” kif definita fil-punt 4.3 tal-Parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

▼M1

(19) 

“kabina tal-irqad” tfisser tip ta' kabina li għandha kompartiment wara s-sit tax-xufier maħsuba biex tintuża għall-irqad;

▼M3

(20) 

“vettura tqila elettrika ibrida” (He-HDV) tfisser vettura tqila ibrida, li għall-fini tal-propulsjoni mekkanika, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi li ġejjin ta’ enerġija jew qawwa maħżuna fil-vettura ta’: (i) fjuwil konsumabbli, u (ii) apparat għall-ħżin tal-enerġija elettrika;

▼M1

(21) 

“vettura li tuża żewġ tipi ta' fjuwil” hija kif definit fl-Artikolu 2(48) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011;

▼M3

(22) 

“vettura primarja” tfisser karozzi tal-linja tqila f’kundizzjoni ta’ assemblaġġ virtwali determinat għal skopijiet ta’ simulazzjoni, li għalih tintuża d-data tal-input u l-informazzjoni tal-input kif stabbilit fl-Anness III;

(23) 

“fajl tar-rekords tal-manifattur” tfisser fajl prodott mill-għodda ta’ simulazzjoni li jkun fih informazzjoni relatata mal-manifattur, dokumentazzjoni tad-data tal-input u tal-informazzjoni tal-input għall-għodda ta’ simulazzjoni u r-riżultati għall-emissjonijiet tas-CO2 u għall-konsum tal-fjuwil;

(24) 

“fajl ta’ informazzjoni għall-klijent” tfisser fajl prodott mill-għodda ta’ simulazzjoni li jkun fih sett definit ta’ informazzjoni relatata mal-vettura u r-riżultati għall-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil kif definiti fil-Parti II tal-Anness IV;

(25) 

“fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura” (VIF) tfisser fajl prodott mill-għodda ta’ simulazzjoni għall-karozzi tal-linja tqal sabiex tiġi ttrasferita d-data tal-input rilevanti, l-informazzjoni tal-input u r-riżultati tas-simulazzjoni għall-istadji tal-manifattura sussegwenti skont il-metodu deskritt fil-punt (2) tal-Anness I;

(26) 

“trakk medju” tfisser vettura tal-kategorija N2, kif definita fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li taqbeż il-5 000  kg u li ma taqbiżx is-7 400  kg;

(27) 

“trakk tqil” tfisser vettura tal-kategorija N2, kif definita fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li taqbeż is-7 400  kg u vettura tal-kategorija N3, kif definita fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament;

(28) 

“karozza tal-linja tqila” tfisser vettura tal-kategorija M3, kif definita fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta’ aktar minn 7 500  kg;

(29) 

“manifattur tal-vettura primarja” tfisser manifattur responsabbli għall-vettura primarja;

(30) 

“vettura interim” tfisser kwalunkwe tlestija ulterjuri ta’ vettura primarja meta jiżdied u/jew jiġi mmodifikat subsett ta’ data tal-input u ta’ informazzjoni tal-input kif definit għall-vettura kompluta jew ikkompletata f’konformità mat-Tabella 1 u mat-Tabella 3a tal-Anness III;

(31) 

“manifattur interim” tfisser manifattur responsabbli għal vettura interim;

(32) 

“vettura mhux kompluta” tfisser “vettura mhux kompleta” kif definita fil-punt (25) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858;

(33) 

“vettura ikkompletata” tfisser “vettura kompluta” kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858;

(34) 

“vettura kompluta” tfisser “vettura kompleta” kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858;

(35) 

“valur standard” hija d-data tal-input għall-għodda ta’ simulazzjoni għal komponent fejn iċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-input hija applikabbli, iżda l-komponent ma jkunx ġie ttestjat sabiex jiġi ddeterminat valur speċifiku u li jirrifletti l-prestazzjoni tal-agħar xenarju ta’ komponent;

(36) 

“valur ġeneriku” hija d-data użata fl-għodda ta’ simulazzjoni għall-komponenti jew għall-parametri tal-vettura fejn ma jkun previst l-ebda ttestjar tal-komponenti jew dikjarazzjoni ta’ valuri speċifiċi u li tirrifletti l-prestazzjoni tat-teknoloġija medja tal-komponent jew l-ispeċifikazzjonijiet tipiċi tal-vettura;

(37) 

“vann” tfisser “vann” kif definit fil-punt 4.2 tal-Parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

(38) 

“każ ta’ applikazzjoni” tfisser ix-xenarji differenti li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ trakk medju, ta’ trakk tqil, ta’ karozza tal-linja tqila li hija vettura primarja, ta’ karozza tal-linja tqila li hija vettura interim, ta’ karozza tal-linja tqila li hija vettura kompluta jew ta’ vettura kkompletata li għaliha jkunu applikabbli dispożizzjonijiet u funzjonijiet differenti tal-manifattur fl-għodda ta’ simulazzjoni;

(39) 

“trakk bażi” tfisser trakk medju jew trakk tqil mgħammar mill-anqas:

— 
b’xażì, magna, trażmissjoni, fusien u tajers, fil-każ ta’ vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna biss;
— 
b’xażì, sistema ta’ magna elettrika u/jew komponent integrat tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, sistema/i tal-batterija u/jew sistema/i tal-kapaċitatur u tajers, fil-każ ta’ vetturi purament elettriċi;
— 
b’xażì, magna, sistema ta’ magna elettrika u/jew komponent integrat tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika u/jew komponent integrat tal-motopropulsjoni tal-vettura elettrika ibrida tat-tip 1, sistema/i tal-batterija u/jew sistema/i ta’ kapaċitatur u tajers, fil-każ ta’ vetturi tqal elettriċi ibridi.

▼M3 —————

▼M3

Artikolu 4

Gruppi ta' vetturi

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi bil-mutur għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi ta’ vetturi f’konformità mat-Tabelli 1 sa 6 tal-Anness I.

L-Artikoli 5 sa 23 ma japplikawx għal trakkijiet tqal tal-gruppi ta’ vetturi 6, 7, 8, 13, 14, 15, 17, 18 u 19 kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I, u għal trakkijiet medji tal-gruppi ta’ vetturi 51, 52, 55 u 56, kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I u għal kwalunkwe vettura b’fus ta’ quddiem motorizzat fil-gruppi ta’ vetturi 11, 12 u 16 kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I.

▼B

Artikolu 5

Għodod elettroniċi

1.  

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-għodod elettroniċi li ġejjin mingħajr ħlas fil-forma ta' softwer li jista' jitniżżel u eżegwibbli:

(a) 

għodda ta' simulazzjoni;

(b) 

għodod ta' preproċessar;

(c) 

għodda ta' hashing.

Il-Kummissjoni għandha tmatni l-għodod elettroniċi u tipprovdi modifiki u aġġornamenti għal dawk l-għodod.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-għodod elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni permezz ta' pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata disponibbli pubblikament.

▼M1

3.  
►M3  L-għodda ta’ simulazzjoni għandha tintuża għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi l-ġodda. ◄ L-għodda ta' simulazzjoni għandha tkun iddisinjata biex topera fuq il-bażi tal-informazzjoni tal-input kif speċifikat fl-Anness III, kif ukoll id-data tal-input imsemmija fl-Artikolu 12(1).

▼B

4.  
L-għodod ta' preproċessar għandhom jintużaw għall-finijiet ta' verifika u ta' kumpilazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar u għat-twettiq ta' kalkoli addizzjonali relatati mal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' ċerti komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi u għall-konverżjoni ta' dawn f'format użat milll-għodda ta' simulazzjoni. L-għodod ta' preproċessar għandhom jintużaw mill-manifattur wara t-twettiq tat-testijiet imsemmija fil-punt 4 tal-Anness V għall-magni u fil-punt 3 tal-Anness VIII għar-reżistenza tal-arja.

▼M3

5.  
L-għodda tal-hashing għandha tintuża għall-istabbiliment ta’ assoċjazzjoni mingħajr ekwivoki bejn il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil iċċertifikati ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema u d-dokument ta’ ċertifikazzjoni tagħha, kif ukoll għall-istabbiliment ta’ assoċjazzjoni mingħajr ekwivoki bejn vettura u l-fajl tar-rekords tal-manifattur tagħha, il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura u l-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent kif imsemmi fl-Anness IV.

▼B



KAPITOLU 2

▼M3

LIĊENZJA GĦALL-OPERAR TAL-GĦODDA TA’ SIMULAZZJONI GĦALL-FINIJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP FIR-RIGWARD TAL-EMISSJONIJIET

▼B

Artikolu 6

Applikazzjoni għal liċenzja għall-operar tal-għodda ta' simulazzjoni bl-għan li jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda

▼M3

1.  
Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti għand l-awtorità tal-approvazzjoni applikazzjoni għal liċenzja sabiex jopera l-għodda ta’ simulazzjoni għal każ ta’ applikazzjoni bil-għan li jiddetermina l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi ġodda li jappartjenu għal grupp ta’ vetturi wieħed jew aktar (“liċenzja”). Liċenzja individwali għandha tapplika biss għal każ wieħed ta’ applikazzjoni bħal dan.

L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni adegwata tal-proċessi stabbiliti mill-manifattur tal-vettura bil-għan li titħaddem l-għodda ta’ simulazzjoni fir-rigward tal-każ ta’ applikazzjoni kkonċernat, kif stabbilit fil-punt (1) tal-Anness II.

▼B

2.  
L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tieħu l-forma ta' dokument ta' informazzjoni mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Appendiċi 1 għall-Anness II.
3.  
L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni adegwata tal-proċessi stabbiliti mill-manifattur għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil fir-rigward tal-gruppi ta' vetturi kollha kkonċernati, kif stipulat fil-punt 1 tal-Anness II.

Din għandha tkun akkumpanjata wkoll mir-rapport ta' valutazzjoni abbozzat mill-awtorità tal-approvazzjoni wara li tagħmel valutazzjoni f'konformità mal-punt 2 tal-Anness II.

▼M3

4.  
Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti l-applikazzjoni għal liċenzja lill-awtorità tal-approvazzjoni mhux aktar tard minn meta jissottometti l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura b’sistema tal-magna approvata fir-rigward tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, minn meta jissottometti l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament, minn meta jissottometti applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa skont ir-Regolament (UE) 2018/858 jew l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ vettura individwali nazzjonali. L-approvazzjoni ta’ sistema ta’ magna purament elettrika u l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura purament elettrika fir-rigward tal-emissjonijiet imsemmija fis-sentenza preċedenti hija limitata għall-kejl tal-potenza netta tal-magna f’konformità mal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.

L-applikazzjoni għal liċenzja trid tkun tikkonċerna l-każ ta’ applikazzjoni li jinkludi t-tip ta’ vettura kkonċernat mill-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE.

▼B

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-għoti tal-liċenzja

▼M3

1.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti l-liċenzja jekk il-manifattur tal-vettura jissottometti applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 u juri li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II huma ssodisfati fir-rigward tal-każ ta’ applikazzjoni kkonċernat.

▼B

2.  
Il-liċenzja għandha tinħareġ f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2 għall-Anness II.

Artikolu 8

Tibdiliet sussegwenti fil-proċessi stabbiliti għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi

▼M3 —————

▼B

2.  
Il-manifattur tal-vettura għandu japplika għal estensjoni tal-liċenzja b'konformità mal-Artikolu 6(1), (2) u (3).

▼M3

3.  
Wara li jikseb il-liċenzja, il-manifattur tal-vettura għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe tibdil fil-proċessi stabbiliti minnu għall-finijiet tal-liċenzja għall-każ ta’ applikazzjoni kopert mil-liċenzja li jista’ jaffettwa l-akkuratezza, l-affidabilità u l-istabbiltà ta’ dawk il-proċessi.

▼B

4.  
Mal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-manifattur tal-vettura dwar jekk il-proċessi affettwati mit-tibdiliet għadhomx koperti mil-liċenzja mogħtija, jekk il-liċenzja tridx tiġi estiża b'konformità mal-paragrafi 1 u 2 jew jekk jenħtieġx li ssir applikazzjoni għal liċenzja ġdida b'konformità mal-Artikolu 6.
5.  
Meta t-tibdiliet ma jkunux koperti mil-liċenzja, il-manifattur, fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, għandu japplika għal estensjoni tal-liċenzja jew għal liċenzja ġdida. Jekk il-manifattur ma japplikax għal estensjoni tal-liċenzja jew għal liċenzja ġdida sa dik l-iskadenza, jew jekk l-applikazzjoni tiġi rifjutata, il-liċenzja għandha tiġi rtirata.



KAPITOLU 3

IT-TĦADDIM TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI BL-GĦAN LI JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET TA' CO2 U L-KONSUM TAL-FJUWIL GĦALL-FINIJIET TAR-REĠISTRAZZJONI, TAL-BEJGĦ U TAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TA' VETTURI ĠODDA

Artikolu 9

Obbligu ta' determinazzjoni u ta' dikjarazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda

▼M3

1.  
Manifattur tal-vettura għandu jiddetermina l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ kull vettura ġdida, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jużaw teknoloġiji ta’ vetturi elenkati fl-Appendiċi 1 tal-Anness III, li għandha tinbiegħ, tiġi rreġistrata jew titqiegħed fis-servizz fl-Unjoni billi juża l-aħħar verżjoni disponibbli tal-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikoli 5(3). Fir-rigward karozzi tal-linja tqal, il-manifattur tal-vettura jew il-manifattur interim għandu juża l-metodu stabbilit fil-punt (2) tal-Anness I.

Għat-teknoloġiji tal-vetturi elenkati fl-Appendiċi 1 tal-Anness III, li għandhom jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni, il-manifattur tal-vettura jew il-manifattur interim għandu jiddetermina biss il-parametri tal-input speċifikati għal dawk il-vetturi fil-mudelli stabbiliti fit-Tabella 5 tal-Anness III, billi juża l-aħħar verżjoni disponibbli tal-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3).

Manifattur tal-vettura jista’ jopera l-għodda ta’ simulazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu biss jekk ikun fil-pussess ta’ liċenzja mogħtija għall-każ ta’ applikazzjoni kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 7. Manifattur interim jopera l-għodda ta’ simulazzjoni taħt il-liċenzja ta’ manifattur tal-vettura.

▼B

2.  
Il-manifattur tal-vettura għandu jżomm rekord tar-riżultati tas-simulazzjoni mwettqa f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fil-fajl tar-rekords tal-manifattur imfassal f'konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti I tal-Anness IV.

Bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3), u fl-Artikolu 23(6), kwalunkwe tibdila sussegwenti fil-fajl tar-rekords tal-manifattur għandha tkun ipprojbita.

▼M3

Il-manifatturi tal-vetturi tal-karozzi tal-linja tqal għandhom jirreġistraw ukoll ir-riżultati tas-simulazzjoni fil-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura. Il-manifatturi interim ta’ karozzi tal-linja tqal għandhom jirreġistraw il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura.

▼M3

3.  
Il-manifattur tal-vetturi ta’ trakkijiet medji u ta’ trakkijiet tqal għandu joħloq hashes kriptografiċi tal-fajl tar-rekords tal-manifattur u tal-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent.

Il-manifattur tal-vettura primarja għandu joħloq hashes kriptografiċi tal-fajl tar-rekords tal-manifattur u tal-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura.

Il-manifattur interim għandu joħloq il-hash kriptografika tal-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura.

Il-manifattur tal-vettura ta’ vetturi kompluti jew ta’ vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal, għandu joħloq hashes kriptografiċi tal-fajl tar-rekords tal-manifattur, tal-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent u tal-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura.

▼B

4.  
►M3  Trakkijiet u vetturi kompluti jew vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal li għandhom jiġu rreġistrati, jinbiegħu jew jitqiegħdu fis-servizz għandhom ikunu akkumpanjati mill-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent imfassal mill-manifattur f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti II tal-Anness IV. ◄

Kull fajl ta' informazzjoni għall-klijent għandu jinkludi stampata l-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur imsemmija fil-paragrafu 3.

▼M3

Il-manifatturi tal-vetturi tal-karozzi tal-linja tqal għandhom jagħmlu l-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura disponibbli għall-manifattur ta’ stadji sussegwenti fil-katina.

▼M3

5.  
Għall kull vettura akkumpanjata minn ċertifikat tal-konformità jew, fil-każ ta’ vetturi approvati f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2018/858, minn ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ vettura individwali, iċ-ċertifikat għandu jinkludi timbru tal-hashes kriptografiċi msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

▼M3

6.  
F’konformità mal-punt 11 tal-Anness III, manifattur jista’ jittrasferixxi r-riżultati tal-għodda ta’ simulazzjoni lil vetturi oħrajn.

▼B

Artikolu 10

Modifiki, aġġornamenti u ħsara fl-għodod elettroniċi

1.  
Fil-każ ta' modifiki jew ta' aġġornamenti fl-għodda ta' simulazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jibda juża l-għodda ta' simulazzjoni modifikata jew aġġornata mhux iktar tard minn 3 xhur wara li l-modifiki u l-aġġornamenti tqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq il-pjattaforma ddedikata ta' distribuzzjoni elettronika.
2.  
Jekk l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda ma jistgħux jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 9(1) minħabba ħsara fl-għodda ta' simulazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jinnotifika l-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien permezz ta' pjattaforma ddedikata ta' distribuzzjoni elettronika.
3.  
Jekk l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 9(1) minħabba ħsara fl-għodda ta' simulazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jagħmel simulazzjoni ta' dawk il-vetturi mhux iktar tard minn 7 ijiem kalendarji wara d-data msemmija fil-punt 1. Sa dak iż-żmien, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 9 għall-vetturi li għalihom id-determinazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta' CO2 tibqa' impossibbli għandhom jiġu sospiżi.

▼M3

Meta sseħħ ħsara fl-għodda ta’ simulazzjoni fi stadju fil-katina tal-manifattura ta’ karozzi tal-linja tqal qabel l-istadji tal-manifattura kompluti jew ikkompletati, l-obbligu skont l-Artikolu 9(1) li l-għodda ta’ simulazzjoni tiġi operata fl-istadji sussegwenti tal-manifattura għandu jiġi pospost għal massimu ta’ 14-il jum kalendarju wara d-data li fiha l-manifattur tal-istadju preċedenti jkun għamel il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura disponibbli għall-manifattur tal-istadju komplut jew ikkompletat.

▼B

Artikolu 11

L-aċċessibilità tal-informazzjoni ta' input u ta' output tal-għodda ta' simulazzjoni

▼M3

1.  
Il-fajl tar-rekords tal-manifattur, il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura u ċ-ċertifikati dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tas-sistemi u tal-unitajiet tekniċi separati għandhom jinħażnu mill-manifattur tal-vettura għal tal-anqas 20 sena wara l-produzzjoni tal-vettura u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, għall-awtorità tal-approvazzjoni u għall-Kummissjoni.
2.  
Fuq talba minn entità awtorizzata ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi, fi żmien 15-il jum ta’ xogħol, il-fajl tar-rekords tal-manifattur jew il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura.

▼B

3.  
Fuq talba minn entità awtorizzata ta' Stat Membru jew mill-Kummissjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat il-liċenzja f'konformità mal-Artikolu 7 jew iċċertifikat il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponent, ta' unità teknika separata jew ta' sistema f'konformità mal-Artikolu 17 għandha tipprovdi, fi żmien 15-il jum ta' xogħol, id-dokument ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(2) jew fl-Artikolu 16(2), rispettivament.



KAPITOLU 4

PROPRJETAJIET RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 U MAL-KONSUM TAL-FJUWIL TAL-KOMPONENTI, TAL-UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI U TAS-SISTEMI

Artikolu 12

Komponenti, unitajiet tekniċi separati u sistemi rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil

1.  

Id-data tal-input tal-għodda ta' simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) għandha tinkludi informazzjoni relatata mal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi li ġejjin:

(a) 

magni;

(b) 

trażmissjonijiet;

(c) 

konvertituri tat-torque;

(d) 

komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque;

(e) 

komponenti addizzjonali tad-driveline;

(f) 

fusien;

▼M3

(g) 

ir-reżistenza tal-arja;

▼B

(h) 

awżiljarji;

(i) 

tajers;

▼M3

(j) 

il-komponenti tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika.

▼M3

2.  
Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi msemmija fil-punti (b) sa (g), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri determinati, għal kull komponent, unità teknika separata, sistema jew, jekk applikabbli, għall-familja rispettiva tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 14 u ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 17 (“valuri ċċertifikati”) jew, fin-nuqqas tal-valuri ċċertifikati, fuq il-valuri standard determinati f’konformità mal-Artikolu 13.

▼B

3.  
Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-magni għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri ddeterminati għal kull familja tal-magna f'konformità mal-Artikolu 14 u ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 17.

▼M3

4.  
Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-awżiljarji għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri ġeneriċi kif implimentati fl-għodda ta’ simulazzjoni u kif allokati għal vettura abbażi tal-informazzjoni tal-input li għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-Anness IX.
5.  
Fil-każ ta’ trakk bażi, il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li ma jistgħux jiġu ddeterminati għat-trakkijiet bażi għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri standard. Għall-komponenti, għall-unitajiet tekniċi separati u għas-sistemi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 il-manifattur tal-vettura għandu jagħżel it-teknoloġija bl-akbar telf ta’ potenza.
6.  
Fil-każ ta’ vetturi eżentati mill-obbligu li jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil skont l-Artikolu 9(1), id-data tal-input tal-għodda ta’ simulazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 5 tal-Anness III.
7.  
Meta l-vettura tkun se tiġi rreġistrata, tinbiegħ jew tintuża b’sett komplut ta’ tajers għall-borra u b’sett komplut ta’ tajers standard, il-manifattur tal-vettura jista’ jagħżel liema tajers juża għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2. Fil-każ ta’ karozzi tal-linja tqal, dment li t-tajers użati fis-simulazzjoni tal-vettura primarja jkunu mal-vettura meta tiġi rreġistrata, tinbiegħ jew titqiegħed fis-servizz, iż-żieda ta’ settijiet ta’ tajers mal-vettura ma għandhiex tirriżulta fl-obbligu li titwettaq simulazzjoni ġdida tal-vettura primarja f’konformità mal-punt 2 tal-Anness I.

▼B

Artikolu 13

▼M3

Valuri standard u valuri ġeneriċi

▼B

1.  
Il-valuri standard għat-trażmissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 8 tal-Anness VI.
2.  
Il-valuri standard għall-konvertituri tat-torque għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 9 tal-Anness VI.
3.  
Il-valuri standard għal komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 10 tal-Anness VI.
4.  
Il-valuri standard għal komponenti addizzjonali tad-driveline għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 11 tal-Anness VI.
5.  
Il-valuri standard għall-fusien għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 3 tal-Anness VII.
6.  
Il-valuri standard għar-reżistenza tal-arja ta' karozzerija jew ta' trejler għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 7 tal-Anness VIII.

▼M3

7.  
Għall-awżiljarji, il-valuri ġeneriċi jiġu allokati mill-għodda ta’ simulazzjoni f’konformità mat-teknoloġiji magħżulin f’konformità mal-Anness IX.
8.  
Il-valur standard għat-tajers għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-punt 3.2 tal-Anness X.

▼M3

9.  
Il-valuri standard għall-komponenti tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Appendiċijiet 8, 9 u 10 tal-Anness Xb.

▼B

Artikolu 14

Valuri ċċertifikati

▼M3

1.  
Il-valuri determinati f’konformità mal-paragrafi 2 sa 10 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jintużaw mill-manifattur tal-vettura bħala d-data tal-input tal-għodda ta’ simulazzjoni jekk ikunu ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 17.
2.  
Il-valuri ċċertifikati għall-magni għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-punti 4, 5 u 6 tal-Anness V.

▼B

3.  
Il-valuri ċċertifikati għat-trażmissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 3 tal-Anness VI.
4.  
Il-valuri ċċertifikati għall-konvertituri tat-torque għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 4 tal-Anness VI.
5.  
Il-valuri ċċertifikati għal komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 5 tal-Anness VI.
6.  
Il-valuri ċċertifikati għal komponenti addizzjonali tad-driveline għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 6 tal-Anness VI.
7.  
Il-valuri ċċertifikati għall-fusien għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 4 tal-Anness VII.
8.  
Il-valuri ċċertifikati għar-reżistenza tal-arja ta' korp jew ta' trejler għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 3 tal-Anness VIII.
9.  
Il-valuri ċċertifikati għat-tajers għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Anness X.

▼M3

10.  
Il-valuri ċċertifikati għall-komponenti tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-punti 4, 5 u 6 tal-Anness Xb.

▼B

Artikolu 15

Il-kunċett tal-familja rigward il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi li jużaw valuri ċċertifikati

1.  

Soġġetti għall-paragrafi 3 sa 6, il-valuri ċċertifikati ddeterminati għal komponent referenzjarju, għal unità teknika separata referenzjarja jew għal sistema referenzjarja għandhom ikunu validi, mingħajr iktar testijiet, għall-membri tal-familja kollha f'konformità mad-definizzjoni kif stipulata:

— 
fl-Appendiċi 6 għall-Anness VI fir-rigward tal-kunċett tal-familja tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 4 għall-Anness VII fir-rigward tal-kunċett tal-familja tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 5 sal-Anness VIII fir-rigward tal-kunċett tal-familja għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-reżistenza tal-arja;

▼M3

— 
l-Appendiċi 3 tal-Anness V fir-rigward tal-magni, il-valuri ċċertifikati għall-membri ta’ familja ta’ magni maħluqa f’konformità mad-definizzjoni ta’ familja għandhom jiġu dderivati f’konformità mal-punti 4, 5 u 6 tal-Anness V;
— 
l-Appendiċi 13 tal-Anness Xb fir-rigward tal-kunċett ta’ familja tas-sistemi ta’ magni elettriċi jew ta’ komponenti integrati tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, il-valuri ċċertifikati għall-membri ta’ familja maħluqin f’konformità mad-definizzjoni ta’ familja tas-sistemi ta’ magni elettriċi, għandhom jiġu dderivati f’konformità mal-punt 4 tal-Anness Xb.

▼M3

2.  
Għall-magni, il-valuri ċċertifikati għall-membri ta’ familja ta’ magni għandhom jiġu dderivati f’konformità mal-punti 4, 5 u 6 tal-Anness V.

Għat-tajers, il-familja għandha tikkonsisti f’tip ta’ tajer wieħed biss.

Għas-sistemi ta’ magni elettriċi jew għall-komponenti integrati tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, il-valuri ċċertifikati għall-membri ta’ familja tas-sistemi ta’ magni elettriċi għandhom jiġu dderivati f’konformità mal-punt 4 tal-Anness Xb.

▼B

3.  
Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponent referenzjarju, tal-unità teknika separata referenzjarja jew tas-sistema referenzjarja m'għandhomx ikunu aħjar mill-proprjetajiet ta' xi membru tal-istess familja.
4.  
Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni bl-evidenza li l-komponent referenzjarju, l-unità teknika separata referenzjarja jew is-sistema referenzjarja jirrappreżentaw bis-sħiħ lill-familja tal-komponenti, lill-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew lill-familja tas-sistemi.

Jekk, fil-qafas tal-ittestjar għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3), l-awtorità tal-approvazzjoni tiddetermina li l-komponent referenzjarju, l-unità teknika separata referenzjarja jew is-sistema referenzjarja magħżulin ma jirrappreżentawx bis-sħiħ lill-familja tal-komponenti, lill-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew lill-familja tas-sistemi, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħżel u tittestja komponent, unità teknika separata jew sistema alternattivi li mbagħad isiru komponent referenzjarju, unità teknika separata referenzjarja jew sistema referenzjarja.

5.  
Fuq talba tal-manifattur, u soġġetti għall-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponent speċifiku, ta' unità teknika separata speċfika jew ta' sistema speċifika għajr komponent referenzjarju, unità teknika separata referenzjarja jew sistema referenzjarja, rispettivament, jistgħu jiġu indikati fiċ-ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi.

Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' dak il-komponent speċifiku, dik l-unità teknika separata speċifika jew dik is-sistema speċifika għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 14.

6.  
Meta l-karatteristiċi tal-komponent speċifiku, tal-unità teknika separata speċifika jew tas-sistema speċifika, f'termini tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil kif iddeterminati f'konformità mal-paragrafu 5, iwasslu għal valuri ogħla ta' emissjonijiet ta' CO2 u ta' konsum tal-fjuwil minn dawk tal-komponent referenzjarju, tal-unità teknika separata referenzjarja jew tas-sistema referenzjarja, rispettivament, il-manifattur għandu jeskludi lil dawn mill-familja eżistenti, jassenjahom għal familja ġdida u jiddefinixxihom bħala l-komponent referenzjarju l-ġdid, l-unità teknika separata referenzjarja l-ġdida jew is-sistema referenzjarja l-ġdida għal dik il-familja jew japplika għal estensjoni taċ-ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 18.

Artikolu 16

Applikazzjoni għal ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi

▼M3

1.  
L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponent, tal-unità teknika separata u tas-sistema, jew, jekk applikabbli, tal-familji rispettivi tagħhom, għandha tiġi sottomessa lill-awtorità tal-approvazzjoni.

▼B

2.  

L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni għandha tieħu l-forma ta' dokument ta' informazzjoni mfassal f'konformità mal-mudell stabbilit:

— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness V fir-rigward tal-magni;
— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness VI fir-rigward tat-trażmissjonijiet;
— 
fl-Appendiċi 3 għall-Anness VI fir-rigward tal-konvertituri tat-torque;
— 
fl-Appendiċi 4 għall-Anness VI fir-rigward ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque;
— 
fl-Appendiċi 5 għall-Anness VI fir-rigward ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness VII fir-rigward tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness VIII fir-rigward tar-reżistenza tal-arja;
— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness X fir-rigward tat-tajers;

▼M3

— 
L-Appendiċijiet 2 sa 6 tal-Anness Xb fir-rigward tal-komponenti tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika.

▼M3

3.  
L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni tal-elementi tad-disinn tal-komponent, tal-unità teknika separata u tas-sistema, jew, jekk applikabbli, tal-familji rispettivi tagħhom ikkonċernati li jkollhom effett mhux negliġibbli fuq il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi kkonċernati.

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata wkoll mir-rapporti tat-testijiet rilevanti maħruġin minn awtorità tal-approvazzjoni, minn riżultati tat-testijiet, u minn dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa minn awtorità tal-approvazzjoni skont il-punt 2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/858.

▼B

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi

▼M3

1.  
Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli kollha, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiċċertifika l-valuri relatati mal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponent, tal-unità teknika separata u tas-sistema, jew, jekk applikabbli, tal-familji rispettivi tagħhom ikkonċernati.

▼B

2.  

Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil billi tuża l-mudell stabbilit:

— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness V fir-rigward tal-magni;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness VI fir-rigward tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness VII fir-rigward tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness VIII fir-rigward tar-reżistenza tal-arja;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness X fir-rigward tat-tajers;

▼M3

— 
l-Appendiċi 1 tal-Anness Xb fir-rigward tal-komponenti tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika.

▼B

3.  

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti numru taċ-ċertifikazzjoni f'konformità mas-sistema ta' enumerazzjoni stabbilita:

— 
fl-Appendiċi 6 għall-Anness V fir-rigward tal-magni;
— 
fl-Appendiċi 7 għall-Anness VI fir-rigward tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 5 għall-Anness VII fir-rigward tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 8 għall-Anness VIII fir-rigward tar-reżistenza tal-arja;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness X fir-rigward tat-tajers;

▼M3

— 
l-Appendiċi 14 tal-Anness Xb fir-rigward tal-komponenti tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika.

▼M3

L-awtorità tal-approvazzjoni ma għandhiex tassenja l-istess numru lil komponent ieħor, lil unità teknika separata oħra u lil sistema oħra, jew, jekk applikabbli, lill-familji rispettivi tagħhom. In-numru taċ-ċertifikazzjoni għandu jintuża bħala l-identifikatur tar-rapport tat-test.

▼B

4.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħloq hash kriptografika tal-fajl bir-riżultati tat-testijiet, li tinkludi n-numru taċ-ċertifikazzjoni, permezz tal-għodda ta' hashing imsemmija fl-Artikolu 5(5). Dan il-hashing għandu jsir eżatt wara li jiġu prodotti r-riżultati tat-testijiet. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tistampa l-hash flimkien man-numru taċ-ċertifikazzjoni fuq iċ-ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

Artikolu 18

Estensjoni biex jiġu inklużi komponent ġdid, unità teknika separata ġdida jew sistema ġdida f'familja tal-komponenti, f'familja tal-unitajiet tekniċi separati jew f'familja tas-sistemi

1.  

Fuq it-talba tal-manifattur u mal-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, komponent ġdid, unità teknika separata ġdida jew sistema ġdida jistgħu jiddaħħlu bħala membru ta' familja tal-komponenti, ta' familja tal-unitajiet tekniċi separati jew ta' familja tas-sistemi ċċertifikata jekk dawn jissodisfaw il-kriterji għad-definizzjoni tal-familja stipulati:

▼M3

— 
L-Appendiċi 3 tal-Anness V fir-rigward tal-kunċett tal-familja ta’ magni, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-Artikolu 15(2);

▼B

— 
fl-Appendiċi 6 għall-Anness VI fir-rigward tal-kunċett tal-familja tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 4 għall-Anness VII fir-rigward tal-kunċett tal-familja tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 5 sal-Anness VIII fir-rigward tal-kunċett tal-familja għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-reżistenza tal-arja;

▼M3

— 
l-Appendiċi 13 tal-Anness Xb, fir-rigward tal-kunċett ta’ familja tas-sistemi ta’ magni elettriċi jew ta’ komponenti integrati tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-Artikolu 15(2).

▼B

F'dawn il-każijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat rivedut denotat b'numru tal-estensjoni.

Il-manifattur għandu jimmodifika d-dokument ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 16(2) u jipprovdih lill-awtorità tal-approvazzjoni.

2.  
Meta l-karatteristiċi tal-komponent speċifiku, tal-unità teknika separata speċifika jew tas-sistema speċifika, f'termini tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil kif iddeterminati f'konformità mal-paragrafu 1, iwasslu għal valuri ogħla ta' emissjonijiet ta' CO2 u ta' konsum tal-fjuwil minn dawk tal-komponent referenzjarju, tal-unità teknika separata referenzjarja jew tas-sistema referenzjarja, rispettivament, il-komponent il-ġdid, l-unità teknika separata l-ġdida jew is-sistema l-ġdida għandhom isiru l-komponent referenzjarju l-ġdid, l-unità teknika separata referenzjarja l-ġdida jew is-sistema referenzjarja l-ġdida.

Artikolu 19

Tibdiliet sussegwenti rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi

1.  
Il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni bi kwalunkwe tibdil fil-disinn jew fil-proċess tal-manifattura tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi kkonċernati li jseħħu wara ċ-ċertifikazzjoni tal-valuri relatati mal-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi rilevanti skont l-Artikolu 17 u li jista' jkollhom effett mhux negliġibbli fuq il-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' dawk il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi.
2.  
Mal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-manifattur jekk il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew is-sistemi affettwati mit-tibdiliet għadhomx koperti miċ-ċertifikat maħruġ, jew jekk hemmx bżonn li jsiru iktar testijiet b'konformità mal-Artikolu 14 biex jiġi vverifikat l-impatt tat-tibdiliet fuq il-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsenja tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi kkonċernati.
3.  
Meta l-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew is-sistemi affettwati mit-tibdiliet ma jkunux koperti miċ-ċertifikat, il-manifattur, fi żmien xahar minn meta jirċievi dik l-informazzjoni mingħand l-awtorità tal-approvazzjoni, għandu japplika għal ċertifikazzjoni ġdida jew għal estensjoni skont l-Artikolu 18. Jekk il-manifattur ma japplikax għal ċertifikazzjoni ġdida jew għal estensjoni sa dik l-iskadenza, jew jekk l-applikazzjoni tiġi rifjutat, iċ-ċertifikat għandu jiġi rtirat.



KAPITOLU 5

KONFORMITÀ TAL-OPERAR TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI, TAL-INFORMAZZJONI TAL-INPUT U TAD-DATA TAL-INPUT

Artikolu 20

▼M1

Ir-responsabbiltajiet tal-manifattur tal-vettura, tal-awtorità tal-approvazzjoni u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità tal-operazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni

▼B

1.  
►M3  Il-manifattur tal-vettura għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-proċessi stabbiliti għall-fini li tinkiseb il-liċenzja għall-għodda ta’ simulazzjoni għall-każ ta’ applikazzjoni kopert mil-liċenzja mogħtija skont l-Artikolu 7 ikomplu jkunu adegwati għal dak il-għan. ◄

▼M1

►M3  Għat-trakkijiet medji u għat-trakkijiet tqal, bl-eċċezzjoni tal-He-HDV jew PEV, il-manifattur tal-vettura għandu jwettaq il-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika stabbilita fl-Anness Xa fuq numru minimu ta’ vetturi f’konformità mal-punt 3 ta’ dak l-Anness. ◄  Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena u skont il-punt 8 tal-Anness Xa, il-manifattur tal-vettura għandhom jipprovdi rapport tat-test lill-awtorità tal-approvazzjoni għal kull vettura ttestjata, għandu jżomm ir-rapporti tat-test għal tul ta' mill-inqas 10 snin u fuq talba għandu jagħmilhom disponibbli lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra.

▼B

2.  
►M3  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħmel valutazzjoni erba’ darbiet fis-sena kif imsemmi fil-punt 2 tal-Anness II sabiex tivverifika jekk il-proċessi stabbiliti mill-manifattur għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għall-każijiet ta’ applikazzjoni u għall-gruppi ta’ vetturi kollha koperti mil-liċenzja għadhomx adegwati. ◄

▼M1

Meta vettura tfalli l-proċedura tal-ittestjar għall-verifika stabbilita fl-Anness Xa, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tibda investigazzjoni biex tiddetermina l-kawża ta' dak il-falliment, skont l-Anness Xa. Malli l-awtorità tal-approvazzjoni tiddetermina l-kawża tal-falliment, din għandha tinforma l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri dwar dan.

Jekk il-kawża tan-nuqqas tkun marbuta mal-operazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni, għandu japplika l-Artikolu 21. Jekk il-kawża tal-falliment tkun marbuta mal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponenti, ta' unitajiet tekniċi separati u ta' sistemi, għandu japplika l-Artikolu 23.

Jekk ma jinstabu l-ebda irregolaritajiet fiċ-ċertifikazzjoni ta' komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi u l-operazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrapporta l-falliment tal-vettura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk l-għodda ta' simulazzjoni jew il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika stabbilita fl-Anness Xa ikkawżatx il-vettura biex tfalli u jekk ikunx meħtieġ titjib tal-għodda ta' simulazzjoni jew il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika.

▼B

Artikolu 21

Miżuri ta' rimedju għall-konformità tal-operar tal-għodda ta' simulazzjoni

1.  
Meta l-awtorità tal-approvazzjoni ssib, skont l-Artikolu 20(2), li l-proċessi stabbiliti mill-manifattur tal-vettura għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-gruppi ta' vetturi kkonċernati mhumiex konformi mal-liċenzja jew ma' dan ir-Regolament jew jistgħu jwasslu għal determinazzjoni żbaljata tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi kkonċernati, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur biex jissottometti pjan ta' miżuri ta' rimedju mhux iktar tard minn 30 jum kalendarju wara li jirċievi t-talba mingħand l-awtorità tal-approvazzjoni.

Meta l-manifattur tal-vettura juri li hemm bżonn ta' iktar żmien għas-sottomissjoni tal-pjan ta' miżuri ta' rimedju, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħti estensjoni sa 30 jum kalendarju.

▼M3

2.  
Il-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju għandu japplika għall-każijiet ta’ applikazzjoni u għall-gruppi ta’ vetturi kollha li jiġu identifikati mill-awtorità tal-approvazzjoni fit-talba tagħha.

▼B

3.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju fi żmien 30 jum tal-kalendarju mir-riċevuta tiegħu. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika lill-manifattur u lill-Istati Membri kollha l-oħra bid-deċiżjoni tagħha li tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju.

▼M3

L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ titlob lill-manifattur tal-vettura joħroġ fajl tar-rekords tal-manifattur, fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura, fajl ta’ informazzjoni għall-klijent u ċertifikat tal-konformità ġdid fuq il-bażi ta’ determinazzjoni ġdida tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li jirriflettu l-bidliet implimentati f’konformità mal-pjan approvat tal-miżuri ta’ rimedju.

▼M3

Il-manifattur tal-vettura għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-proċessi stabbiliti għall-fini li tinkiseb il-liċenzja għall-operat tal-għodda ta’ simulazzjoni għall-każijiet ta’ applikazzjoni u għall-gruppi ta’ vetturi kollha koperti mil-liċenzja mogħtija skont l-Artikolu 7 ikomplu jkunu adegwati għal dak il-għan.

Għat-trakkijiet medji u għat-trakkijiet tqal, il-manifattur tal-vettura għandu jwettaq il-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika stabbilita fl-Anness Xa fuq numru minimu ta’ vetturi f’konformità mal-punt 3 ta’ dak l-Anness.

▼B

4.  
Il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pjan approvat ta' miżuri ta' rimedju.
5.  
Meta l-pjan tal-miżuri ta' rimedju jiġi rifjutat mill-awtorità tal-approvazzjoni, jew l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li l-miżuri ta' rimedju mhumiex qed jiġu applikati kif suppost, din għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità tal-operar tal-għodda ta' simulazzjoni, jew tirtira l-liċenzja.

Artikolu 22

Responsabbiltajiet tal-manifattur u tal-awtorità tal-approvazzjoni fir-rigward tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi.

1.  
►M3  Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri neċessarji f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/858 sabiex jiżgura li l-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi elenkati fl-Artikolu 12(1) li kienu s-suġġett taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 ma jiddevjawx mill-valuri ċċertifikati. ◄

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

— 
il-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 4 għall-Anness V fir-rigward tal-magni;
— 
il-proċeduri stabbiliti fil-punt 7 tal-Anness VI fir-rigward tat-trażmissjonijiet;
— 
il-proċeduri stabbiliti fil-punti 5 u 6 tal-Anness VII fir-rigward tal-fusien;
— 
il-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 6 għall-Anness VIII fir-rigward tar-reżistenza tal-arja tal-karozzerija jew tat-trejler;
— 
il-proċeduri stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness X fir-rigward tat-tajers;

▼M3

— 
il-proċeduri stabbiliti fil-punti 1 sa 4 tal-Appendiċi 12 tal-Anness Xb, fir-rigward tal-komponenti tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika

▼B

Meta l-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' membru ta' familja tal-komponenti, ta' familja tal-unitajiet tekniċi separati jew ta' familja tas-sistemi jkunu ġew iċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 15(5), il-valur referenzjarju għall-verifika tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandu jkun dak iċċertifikat għal dan il-membru tal-familja.

Meta jiġi identifikat tbegħid mill-valuri ċċertifikati bħala riżultat tal-miżuri msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-manifattur għandu jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni dwar dan minnufih.

2.  
Il-manifattur għandu jipprovdi, fuq bażi annwali, ir-rapporti ta' ttestjar li fihom ir-riżultati tal-proċeduri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 lill-awtorità tal-approvazzjoni li ċċertifikat il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi kkonċernata. Il-manifattur għandu jqiegħed ir-rapporti tat-testijiet għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fuq talba.

▼M3

3.  
Il-manifattur għandu jiżgura li tal-anqas waħda minn kull 25 proċedura msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jew, b’eċċezzjoni għat-tajers, tal-anqas proċedura waħda fis-sena, relatata ma’ komponent, ma’ unità teknika separata u ma’ sistema jew, jekk applikabbli, mal-familji rispettivi tagħhom, tkun issorveljata minn awtorità tal-approvazzjoni differenti minn dik li ħadet sehem fiċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponent, tal-unità teknika separata, tas-sistema jew, jekk applikabbli, tal-familji rispettivi tagħhom ikkonċernati skont l-Artikolu 16.

▼B

4.  
Kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni tista' fi kwalunkwe ħin tagħmel verifiki relatati mal-komponenti, mal-unitajiet tekniċi separati u mas-sistemi fi kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet tal-manifattur u tal-manifattur tal-vettura biex tivverifika jekk il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' dawk il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi jitbegħdux mill-valuri ċċertifikati.

Il-manifattur u l-manifattur tal-vettura għandhom jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni fi żmien 15-il jum ta' xogħol mit-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni b'kull dokument, kampjun u materjal ieħor rilevanti fil-pussess tiegħu u neċessarji biex isiru l-verifiki relatati ma' komponent, ma' unità teknika separata jew ma' sistema.

Artikolu 23

Miżuri ta' rimedju għall-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi

▼M1

1.  
Meta, skont l-Artikolu 20 u 22, l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-kejlijiet meħuda mill-manifattur biex jiżgura li l-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi elenkati fl-Artikolu 12(1) u li kienu s-suġġett ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 17 ma jiddevjawx mill-valuri ċċertifikati mhumiex adegwati, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur jissottometti pjan ta' miżuri ta' rimedju mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju wara l-wasla tat-talba mingħand l-awtorità tal-approvazzjoni.

▼B

Meta l-manifattur juri li hemm bżonn ta' iktar żmien għas-sottomissjoni tal-pjan ta' miżuri ta' rimedju, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħti estensjoni sa 30 jum kalendarju.

▼M3

2.  
Il-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju għandu japplika għall-komponenti, għall-unitajiet tekniċi separati u għas-sistemi kollha, jew għall-familji rispettivi tagħhom li jiġu identifikati mill-awtorità tal-approvazzjoni fit-talba tagħha.

▼B

3.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju fi żmien 30 jum tal-kalendarju mir-riċevuta tiegħu. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika lill-manifattur u lill-Istati Membri kollha l-oħra bid-deċiżjoni tagħha li tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju.

▼M3

L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ titlob lill-manifattur tal-vettura joħroġ fajl tar-rekords tal-manifattur, fajl ta’ informazzjoni għall-klijent, fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura u ċertifikat tal-konformità ġdid fuq il-bażi ta’ determinazzjoni ġdida tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li jirriflettu l-bidliet implimentati f’konformità mal-pjan approvat tal-miżuri ta’ rimedju.

▼B

4.  
Il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pjan approvat ta' miżuri ta' rimedju.

▼M3

5.  
Il-manifattur għandu jżomm rekord ta’ kull komponent, unità teknika separata jew sistema msejħa lura u msewwija jew modifikata, li għandu jinkludi wkoll dettalji dwar il-workshop li jkun għamel it-tiswija jew il-modifika. L-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għal dawn ir-rekords fuq talba matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju u għal perjodu ta’ ħames snin wara t-tlestija tal-implimentazzjoni tiegħu.

Il-manifattur għandu jaħżen dawk ir-rekords għal 10 snin.

6.  
Meta l-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju jkun ġie rifjutat mill-awtorità tal-approvazzjoni, jew l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li l-miżuri ta’ rimedju ma humiex qegħdin jiġu applikati kif suppost, din għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura l-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponent, tal-unità teknika separata u tas-sistema, u jekk applikabbli, tal-familji rispettivi tagħhom ikkonċernati, jew tirtira ċ-ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

▼B



KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  

►M3  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-Regolament, meta ma jkunx hemm konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati tal-konformità għall-vetturi bl-approvazzjoni tat-tip, bħala li ma jibqgħux validi għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858, u għall-vetturi bl-approvazzjoni tat-tip jew dawk b’approvazzjoni individwali, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew d-dħul fis-servizz ta’: ◄

▼M1

(a) 

vetturi fil-gruppi 4, 5, 9 u 10 inkluż is-sottogrupp “v” f'kull grupp ta' vetturi, kif definit fit-Tabella 1 tal-Anness I, sa mill-1 ta' Lulju 2019;

▼B

(b) 

tal-vetturi fil-gruppi 1, 2 u 3, kif iddefiniti fit-Tabella 1 tal-Anness I, mill-1 ta' Jannar 2020;

(c) 

tal-vetturi fil-gruppi 11, 12 u 16, kif iddefiniti fit-Tabella 1 tal-Anness I, mill-1 ta' Lulju 2020;

▼M3

(d) 

vetturi fil-gruppi 53 u 54, kif definiti fit-Tabella 2 tal-Anness I, mill-1 ta’ Lulju 2024;

(e) 

vetturi fil-gruppi 31 sa 40, kif definiti fit-Tabelli 4 sa 6 tal-Anness I, mill-1 ta’ Jannar 2025;

(f) 

vetturi fil-grupp 1s, kif definiti fit-Tabella 1 tal-Anness I, mill-1 ta’ Lulju 2024.

▼M3

2.  

L-obbligi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom japplikaw kif ġej:

(a) 

għall-vetturi fil-gruppi 53 u 54, kif definiti fit-Tabella 2 tal-Anness I, bid-data tal-produzzjoni fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara;

(b) 

għall-vetturi fil-gruppi P31/32, P33/34, P35/36, P37/38 u P39/40, kif definiti fit-Tabella 3 tal-Anness I bid-data tal-produzzjoni fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara;

(c) 

għall-karozzi tal-linja tqal, is-simulazzjoni tal-vettura kompluta jew tal-vettura kkompletata kif imsemmi fil-punt 2.1(b) tal-Anness I għandha titwettaq biss jekk is-simulazzjoni tal-vettura primarja kif imsemmi fil-punt 2.1(a) tal-Anness I tkun disponibbli;

(d) 

għall-vetturi fil-grupp 1s kif definiti fit-Tabella 1 tal-Anness I bid-data tal-produzzjoni fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara;

(e) 

għall-vetturi fil-gruppi 1, 2, 3, 4, 5, 9, 10, 4v, 5v, 9v, 10v, 11, 12, u 16, kif definiti fit-Tabella 1 tal-Anness I, għajr dawk definiti fil-punti (f) u (g) ta’ dan il-paragrafu, bid-data tal-produzzjoni fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara;

(f) 

għall-vetturi fil-gruppi 1, 2, 3, 4, 5, 9, 10, 4v, 5v, 9v, 10v, 11, 12, u 16, kif definiti fit-Tabella 1 tal-Anness I, li huma mgħammra b’sistema ta’ rkupra tas-sħana mitlufa, kif definita fil-punt 2(8) tal-Anness V, sakemm ma jkunux ZE-HDVs, He-HDVs jew vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil;

(g) 

għall-vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil fil-gruppi 1, 2, 3, 4, 5, 9, 10, 4v, 5v, 9v, 10v, 11, 12, u 16 kif definiti fit-Tabella 1 tal-Anness I bid-data tal-produzzjoni fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara; jekk ikollhom data tal-produzzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2024, il-manifattur jista’ jagħżel jekk japplikax l-Artikolu 9.

Għal ZE-HDVs, He-HDVs u vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil fil-gruppi 1, 2, 3, 4, 5, 9, 10, 4v, 5v, 9v, 10v, 11, 12, u 16 kif definiti fit-Tabella 1 tal-Anness I li fir-rigward tagħhom l-Artikolu 9 ma ġiex applikat f’konformità mal-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-manifattur tal-vettura għandu jiddetermina l-parametri tal-input speċifikati għal dawk il-vetturi fil-mudelli stabbiliti fit-Tabella 5 tal-Anness III, billi juża l-aktar verżjoni reċenti disponibbli tal-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3). F’każ bħal dan, l-obbligi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, id-data tal-produzzjoni għandha tfisser id-data tal-firma taċ-ċertifikat ta’ konformità u fejn ma jkun inħareġ l-ebda ċertifikat ta’ konformità, id-data li fiha n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura jkun twaħħal għall-ewwel darba fuq il-partijiet rilevanti tal-vettura.

3.  
Il-miżuri ta’ rimedju skont l-Artikoli 21(5) u 23(6) għandhom japplikaw fir-rigward tal-vetturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu skont investigazzjoni dwar il-falliment ta’ vettura fil-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika stabbilita fl-Anness Xa mill-1 ta’ Lulju 2023 u fir-rigward tal-vetturi msemmija fil-punti (d) u (g) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-1 ta’ Lulju 2024.

▼B

Artikolu 25

Emenda għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi I, III, IV, IX u XV tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati f'konformità mal-Anness XI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 582/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 jiġi emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 3(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Sabiex jirċievi approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura b'sistema approvata ta' magna fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, jew approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-manifattur għandu juri wkoll li huma ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 ( 2 ) fir-rigward tal-grupp ikkonċernat ta' vetturi. Madankollu, dak ir-rekwiżit m'għandux japplika meta l-manifattur jindika li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat mhux se jiġu rreġistrati, jinbiegħu jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni fid-dati jew wara d-dati stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2400 għall-grupp rispettiv ta' vetturi.

(2) 

L-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1a, il-punt (d) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(d) l-eċċezzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-punti 3.1 tal-Anness VII għal dan ir-Regolament, il-punti 2.1 u 6.1 tal-Anness X għal dan ir-Regolament, il-punti 2.1, 4.1, 5.1, 7.1, 8.1 u 10.1 tal-Anness XIII għal dan ir-Regolament, u l-punt 1.1 tal-Appendiċi 6 għall-Anness XIII għal dan ir-Regolament japplikaw;”;

(b) 

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(e) ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 u fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/2400 huma ssodisfati fir-rigward tal-grupp ta' vetturi kkonċernat, ħlief meta l-manifattur jindika li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat mhux se jiġu rreġistrati, jinbiegħu jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni fid-dati jew wara d-dati stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament għall-grupp rispettiv ta' vetturi.”;

(3) 

L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1a, il-punt (d) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(d) l-eċċezzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-punti 3.1 tal-Anness VII għal dan ir-Regolament, il-punti 2.1 u 6.1 tal-Anness X għal dan ir-Regolament, il-punti 2.1, 4.1, 5.1, 7.1, 8.1 u 10.1.1 tal-Anness XIII għal dan ir-Regolament, u l-punt 1.1 tal-Appendiċi 6 għall-Anness XIII għal dan ir-Regolament japplikaw;”;

(b) 

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(e) ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 u fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/2400 huma ssodisfati fir-rigward tal-grupp ta' vetturi kkonċernat, ħlief meta l-manifattur jindika li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat mhux se jiġu rreġistrati, jinbiegħu jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni fid-dati jew wara d-dati stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament għall-grupp rispettiv ta' vetturi.”.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-VETTURI FI GRUPPI TA’ VETTURI U L-METODU SABIEX JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET TA’ CO2 U L-KONSUM TAL-FJUWIL GĦALL-KAROZZI TAL-LINJA TQAL

1.   Klassifikazzjoni tal-vetturi għall-fini ta’ dan ir-Regolament

1.1 Klassifikazzjoni tal-vetturi tal-kategorija N



Tabella 1

Gruppi ta' vetturi għall-vetturi tal-kategorija N

Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta' vetturi

Grupp ta' vetturi

Allokazzjoni tal-profil tal-missjoni u tal-konfigurazzjoni tal-vetturi

Konfigurazzjoni tal-fusien

Konfigurazzjoni tax-xażì

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (tunnellati)

Distanza twila

Distanza twila (EMS)

Konsenja reġjonali

Konsenja reġjonali (EMS)

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

4 × 2

Trakk riġidu (jew trattur) (*1)

> 7,4 – 7,5

1s

 

 

R

 

R

 

 

▼M1

 

Trakk riġidu (jew trattur) (*1)

> 7,5 – 10

1

 

 

R

 

R

 

 

 

Trakk riġidu (jew trattur) (*1)

> 10 – 12

2

R+T1

 

R

 

R

 

 

 

Trakk riġidu (jew trattur) (*1)

> 12 – 16

3

 

 

R

 

R

 

 

 

Trakk riġidu

> 16

4

R+T2

 

R

 

R

R

 

 

Trattur

> 16

5

T+ST

T+ST+T2

T+ST

T+ST+T2

T+ST

 

 

 

Trakk riġidu

> 16

4v (*2)

 

 

 

 

 

R

R

 

Trattur

> 16

5v (*2)

 

 

 

 

 

 

T+ST

▼M3

4 × 4

Trakk riġidu

> 7,5 – 16

(6)

 

 

Trakk riġidu

> 16

(7)

 

 

Trattur

> 16

(8)

 

▼M1

6 × 2

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

9

R+T2

R+D+ST

R

R+D+ST

 

R

 

Trattur

il-piżijiet kollha

10

T+ST

T+ST+T2

T+ST

T+ST+T2

 

 

 

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

9v (*2)

 

 

 

 

 

R

R

Trattur

il-piżijiet kollha

10v (*2)

 

 

 

 

 

 

T+ST

6 × 4

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

11

R+T2

R+D+ST

R

R+D+ST

 

R

R

Trattur

il-piżijiet kollha

12

T+ST

T+ST+T2

T+ST

T+ST+T2

 

 

T+ST

▼M3

6 × 6

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

(13)

 

Trattur

il-piżijiet kollha

(14)

 

8 × 2

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

(15)

 

▼M1

8 × 4

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

16

 

 

 

 

 

 

R

▼M3

8 × 6 8 × 8

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

(17)

 

8 × 2 8 × 4 8 × 6 8 × 8

Trattur

il-piżijiet kollha

(18)

 

5 fusien, il-konfigurazzjonijiet kollha

Trakk riġidu jew trattur

il-piżijiet kollha

(19)

 

(*1)   

F'dawn il-klassijiet ta'vetturi, it-tratturi huma ttrattati bħala trakkijiet riġidi iżda b'piż speċifiku tat-trattur mingħajr tagħbija.

(*2)   

Sottogrupp “v” tal-gruppi ta' vetturi 4, 5, 9 u 10: dawn il-profili tal-missjoni huma applikabbli biss għal vetturi vokazzjonali.

(*)  EMS - Sistema Modulari Ewropea

T = Trattur

R = Trakk riġidu u karozzerija standard

T1, T2 = Trejlers standard

ST = Semitrejler standard

D = Riffieda (dolly) standard



Tabella 2

Gruppi ta’ vetturi għal trakkijiet medji

Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta’ vetturi

Allokazzjoni tal-profil tal-missjoni u tal-konfigurazzjoni tal-vetturi

Konfigurazzjoni tal-fusien

Konfigurazzjoni tax-xażì

Grupp ta’ vetturi

Distanza twila

Distanza twila EMS (*1)

Konsenja reġjonali

Konsenja reġjonali EMS (*1)

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

FWD / 4 × 2F

Trakk Riġidu (jew trattur)

(51)

 

 

 

 

 

 

 

Vann

(52)

 

 

 

 

 

 

 

RWD / 4 × 2

Trakk Riġidu (jew trattur)

53

 

 

R

 

R

 

 

Vann

54

 

 

I

 

I

 

 

AWD / 4 × 4

Trakk Riġidu (jew trattur)

(55)

 

 

 

 

 

 

 

Vann

(56)

 

 

 

 

 

 

 

(*1)   

EMS - Sistema Modulari Ewropea

R = Karozzerija standard

I = Vann bil-karozzerija integrata tiegħu

FWD = Trazzjoni fuq ir-roti ta’ quddiem

RWD = Fus motorizzat waħdieni li ma huwiex il-fus ta’ quddiem

AWD = Aktar minn fus motorizzat waħdieni

1.2. Klassifikazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M

1.2.1. Karozzi tal-linja tqal

1.2.2. Klassifikazzjoni tal-vetturi primarji



Tabella 3

Gruppi ta’ vetturi għall-vetturi primarji

Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta’ vetturi

Grupp ta’ vetturi (1)

Allokazzjoni tal-karozzerija ġenerika

Sottogrupp ta’ vetturi

Allokazzjoni tal-profil tal-missjoni

Numru ta’ fusien

Artik-olati

Art baxxa (LF) / Art għolja (HF) (2)

Numru ta’ sulari (3)

Urbani Tqal

Urbani

Suburbani

Interurbani

Kowċ

2

le

P31/32

LF

SD

P31 SD

x

x

x

x

 

DD

P31 DD

x

x

x

 

 

HF

SD

P32 SD

 

 

 

x

x

DD

P32 DD

 

 

 

x

x

3

le

P33/34

LF

SD

P33 SD

x

x

x

x

 

DD

P33 DD

x

x

x

 

 

HF

SD

P34 SD

 

 

 

x

x

DD

P34 DD

 

 

 

x

x

iva

P35/36

LF

SD

P35 SD

x

x

x

x

 

DD

P35 DD

x

x

x

 

 

HF

SD

P36 SD

 

 

 

x

x

DD

P36 DD

 

 

 

x

x

4

le

P37/38

LF

SD

P37 SD

x

x

x

x

 

DD

P37 DD

x

x

x

 

 

HF

SD

P38 SD

 

 

 

x

x

DD

P38 DD

 

 

 

x

x

iva

P39/40

LF

SD

P39 SD

x

x

x

x

 

DD

P39 DD

x

x

x

 

 

HF

SD

P40 SD

 

 

 

x

x

DD

P40 DD

 

 

 

x

x

(1)   

“P” tindika l-istadju primarju tal-klassifikazzjoni; iż-żewġ numri separati bil-linja miksura jindikaw in-numri għall-gruppi ta’ vetturi li l-vettura tista’ tiġi allokata fl-istadju kompluta jew ikkompletata.

(2)   

“Art baxxa” tfisser il-kodiċijiet tal-vetturi “CE”, “CF”, “CG”, “CH”, kif stabbiliti fil-punt 3 tal-parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858.


“Art għolja” tfisser il-kodiċijiet tal-vetturi “CA”, “CB”, “CC”, “CD”, kif stabbiliti fil-punt 3 tal-parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858.

(3)   

“SD” tfisser vettura b’sular wieħed, “DD” tfisser żewġ sulari.

1.2.3. Il-klassifikazzjoni ta’ vetturi kompluti jew ta’ vetturi kkompletati

Il-klassifikazzjoni ta’ vetturi kompluti jew ikkompletati li huma karozzi tal-linja tqal hija bbażata fuq is-sitt kriterji li ġejjin:

(a) 

Numru ta’ fusien;

(b) 

Il-kodiċi tal-vetturi kif stabbilit fil-punt 3 tal-parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

(c) 

Il-klassi tal-vettura f’konformità mal-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 107 tan-NU ( 3 );

(d) 

Vettura b’entrata baxxa (informazzjoni “iva/le” dderivata mill-kodiċi tal-vetturi u mit-tip ta’ fus) li għandha tiġi ddeterminata skont il-fluss tad-deċiżjoni muri fl-Illustrazzjoni 1;

(e) 

In-numru ta’ passiġġieri fis-sular ta’ isfel miċ-Ċertifikat ta’ Konformità kif stabbilit fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 ( 4 ) jew f’dokumenti ekwivalenti fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ vettura individwali;

(f) 

L-għoli tal-karozzerija integrata li għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Anness VIII.

Illustrazzjoni 1
Fluss tad-deċiżjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk vettura għandhiex “entrata baxxa” jew le: image

Il-klassifikazzjoni korrispondenti li għandha tintuża hija mogħtija fit-Tabelli 4, 5 u 6.



Tabella 4

Gruppi ta’ vetturi għal vetturi kompluti u għal vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal b’2 fusien

Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta’ vetturi

Grupp ta’ vetturi

Allokazzjoni ta’

profil tal-missjoni

Numru ta’ Fusien

Konfigurazzjoni tax-xażì

(spjegazzjoni biss)

Kodiċi tal-Vettura (*1)

Klassi tal-vettura (*2)

Entrata Baxxa

(Kodiċi tal-Vettura CE jew CG biss)

Is-sits tal-passiġġieri fis-sular ta’ isfel (Kodiċi tal-Vettura CB jew CD biss)

Għoli tal-karozzerija integrata fi [mm] (Klassi tal-Vettura “II+III” biss)

I

I

+II

jew

A

II

II

+III

III

jew

B

Urbani Tqal

Urbani

Suburbani

Interurbani

Kowċ

2

riġidi

LF

SD

CE

x

x

x

 

 

le

31a

x

x

x

 

 

x

x

 

 

 

iva

31b1

x

x

x

 

 

 

 

x

 

 

iva

31b2

x

x

x

x

 

DD

CF

x

x

x

 

 

31c

x

x

x

 

 

saqaf miftuħ

SD

CI

x

x

x

x

x

31d

x

x

x

 

 

DD

CJ

x

x

x

x

x

31e

x

x

x

 

 

HF

SD

CA

 

 

x

 

 

32a

 

 

 

x

x

 

 

 

x

 

≤ 3 100

32b

 

 

 

x

x

 

 

 

x

 

> 3 100

32c

 

 

 

x

x

 

 

 

 

x

32d

 

 

 

x

x

DD

CB

 

 

x

x

x

≤ 6

32e

 

 

 

x

x

 

 

x

x

x

> 6

32f

 

 

 

x

x

(*1)   

F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/858.

(*2)   

F’konformità mal-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 107 tan-NU.



Tabella 5

Gruppi ta’ vetturi għal vetturi kompluti u għal vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal b’3 fusien

Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta’ vetturi

Grupp ta’ vetturi

Allokazzjoni ta’

profil tal-missjoni

Numru ta’ Fusien

Konfigurazzjoni tax-xażì

(spjegazzjoni biss)

Kodiċi tal-Vettura (*1)

Klassi tal-vettura (*2)

Entrata Baxxa

(Kodiċi tal-Vettura CE jew CG biss)

Is-sits tal-passiġġieri fis-sular ta’ isfel (Kodiċi tal-Vettura CB jew CD biss)

Għoli tal-karozzerija integrata fi [mm] (Klassi tal-Vettura “II+III” biss)

I

I

+II

jew

A

II

II

+III

III

jew

B

Urbani Tqal

Urbani

Suburbani

Interurbani

Kowċ

3

riġidi

LF

SD

CE

x

x

x

 

 

le

33a

x

x

x

 

 

x

x

 

 

 

iva

33b1

x

x

x

 

 

 

 

x

 

 

iva

33b2

x

x

x

x

 

DD

CF

x

x

x

 

 

33c

x

x

x

 

 

saqaf miftuħ

SD

CI

x

x

x

x

x

33d

x

x

x

 

 

DD

CJ

x

x

x

x

x

33e

x

x

x

 

 

HF

SD

CA

 

 

x

 

 

34 a

 

 

 

x

x

 

 

 

x

 

≤ 3 100

34b

 

 

 

x

x

 

 

 

x

 

> 3 100

34c

 

 

 

x

x

 

 

 

 

x

34d

 

 

 

x

x

DD

CB

 

 

x

x

x

≤ 6

34e

 

 

 

x

x

 

 

x

x

x

> 6

34f

 

 

 

x

x

artiko-lati

LF

SD

CG

x

x

x

 

 

le

35 a

x

x

x

 

 

x

x

 

 

 

iva

35b1

x

x

x

 

 

 

 

x

 

 

iva

35b2

x

x

x

x

 

DD

CH

x

x

x

 

 

35c

x

x

x

 

 

HF

SD

CC

 

 

x

 

 

36a

 

 

 

x

x

 

 

 

x

 

≤ 3 100

36b

 

 

 

x

x

SD

 

 

 

x

 

> 3 100

36c

 

 

 

x

x

 

 

 

 

x

36d

 

 

 

x

x

DD

CD

 

 

x

x

x

≤ 6

36e

 

 

 

x

x

 

 

x

x

x

> 6

36f

 

 

 

x

x

(*1)   

F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/858.

(*2)   

F’konformità mal-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 107 tan-NU.



Tabella 6

Gruppi ta’ vetturi għal vetturi kompluti u għal vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal b’4 fusien

Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta’ vetturi

Grupp ta’ vetturi

Allokazzjoni ta’

profil tal-missjoni

Numru ta’ Fusien

Konfigurazzjoni tax-xażì

(spjegazzjoni biss)

Kodiċi tal-Vettura (*1)

Klassi tal-vettura (*2)

Entrata Baxxa

(Kodiċi tal-Vettura CE jew CG biss)

Is-sits tal-passiġġieri fis-sular ta’ isfel (Kodiċi tal-Vettura CB jew CD biss)

Għoli tal-karozzerija integrata fi [mm] (Klassi tal-Vettura “II+III” biss)

I

I

+II

jew

A

II

II

+III

III

jew

B

Urbani Tqal

Urbani

Suburbani

Interurbani

Kowċ

4

riġidi

LF

SD

CE

x

x

x

 

 

le

37a

x

x

x

 

 

x

x

 

 

 

iva

37b1

x

x

x

 

 

 

 

x

 

 

iva

37b2

x

x

x

x

 

DD

CF

x

x

x

 

 

37c

x

x

x

 

 

saqaf miftuħ

SD

CI

x

x

x

x

x

37d

x

x

x

 

 

DD

CJ

x

x

x

x

x

37e

x

x

x

 

 

HF

SD

CA

 

 

x

 

 

38a

 

 

 

x

x

 

 

 

x

 

≤ 3 100

38b

 

 

 

x

x

 

 

 

x

 

> 3 100

38c

 

 

 

x

x

 

 

 

 

x

38d

 

 

 

x

x

DD

CB

 

 

x

x

x

≤ 6

38e

 

 

 

x

x

 

 

x

x

x

> 6

38f

 

 

 

x

x

artiko-lati

LF

SD

CG

x

x

x

 

 

le

39 a

x

x

x

 

 

x

x

 

 

 

iva

39b1

x

x

x

 

 

 

 

x

 

 

iva

39b2

x

x

x

x

 

DD

CH

x

x

x

 

 

39c

x

x

x

 

 

HF

SD

CC

 

 

x

 

 

40a

 

 

 

x

x

 

 

 

x

 

≤ 3 100

40b

 

 

 

x

x

SD

 

 

 

x

 

> 3 100

40c

 

 

 

x

x

 

 

 

 

x

40d

 

 

 

x

x

DD

CD

 

 

x

x

x

≤ 6

40e

 

 

 

x

x

 

 

x

x

x

> 6

40f

 

 

 

x

x

(*1)   

F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/858.

(*2)   

F’konformità mal-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 107 tan-NU.

2.   Metodu sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil għal karozzi tal-linja tqal

2.1. Għal karozzi tal-linja tqal, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura kompluta jew tal-vettura kkompletata, inklużi l-proprjetajiet tal-karozzerija finali u tal-unitajiet awżiljarji, għandhom jiġu riflessi fir-riżultati għall-emissjonijiet ta’ CO2 u għall-konsum tal-fjuwil. Fil-każ ta’ karozzi tal-linja tqal mibnijin fi stadji, aktar minn manifattur wieħed jista’ jkun involut fil-proċess tal-ġenerazzjoni ta’ data tal-input u ta’ informazzjoni dwar l-input u t-tħaddim tal-għodda ta’ simulazzjoni. Għall-karozzi tal-linja tqal, l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom ikunu bbażati fuq iż-żewġ simulazzjonijiet differenti li ġejjin:

(a) 

għall-vettura primarja;

(b) 

għall-vettura kompluta jew għall-vettura kkompletata.

2.2. Jekk karozza tal-linja tqila tiġi approvata minn manifattur bħala vettura kompluta, is-simulazzjonijiet għandhom jitwettqu kemm għall-vettura primarja kif ukoll għall-vettura kompluta.

2.3. Għall-vettura primarja, l-input għall-għodda ta’ simulazzjoni jkopri d-data tal-input dwar il-magna, it-trażmissjoni, it-tajers u l-informazzjoni dwar l-input għal subsett ta’ unitajiet awżiljarji ( 5 ). Il-klassifikazzjoni fi gruppi ta’ vetturi titwettaq f’konformità mat-Tabella 3 fuq il-bażi tan-numru ta’ fusien u tal-informazzjoni dwar jekk il-vettura hijiex karozza tal-linja artikolata jew le. Fis-simulazzjonijiet għall-vettura primarja, l-għodda ta’ simulazzjoni talloka sett ta’ erba’ karozzeriji ġeneriċi differenti (karozzerija b’art għolja u b’art baxxa, b’sular wieħed u b’żewġ sulari) u tissimula l-11-il profil tal-missjoni kif elenkati fit-Tabella 3 għal kull grupp ta’ vetturi għal żewġ kundizzjonijiet ta’ tagħbija differenti. Dan iwassal għal sett ta’ 22 riżultat għall-emissjonijiet ta’ CO2 u għall-konsum tal-fjuwil għal karozza tal-linja tqila primarja. L-għodda ta’ simulazzjoni tipproduċi l-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura għall-istadju inizjali (VIF1), li fih id-data neċessarja kollha li għandha tingħadda għall-istadju sussegwenti tal-manifattura. Il-VIF1 jinkludi d-data tal-input mhux kunfidenzjali kollha, ir-riżultati għall-konsum tal-enerġija ( 6 ) f’[MJ/km], l-informazzjoni dwar il-manifattur primarju u l-hashes rilevanti ( 7 ).

2.4. Il-manifattur tal-vettura primarja għandu jagħmel il-VIF1 disponibbli għall-manifattur responsabbli għall-istadju tal-manifattura sussegwenti. Meta manifattur ta’ vettura primarja jipprovdi data li tmur lil hinn mir-rekwiżiti tal-vettura primarja kif stabbiliti fl-Anness III, din id-data ma tinfluwenzax ir-riżultati tas-simulazzjoni għall-vettura primarja iżda tinkiteb fil-VIF1 sabiex titqies fi stadji aktar tard. Għal vettura primarja, l-għodda ta’ simulazzjoni tipproduċi wkoll fajl tar-rekords tal-manifattur.

2.5. Fil-każ ta’ vettura interim, il-manifattur interim huwa responsabbli għal subsett ta’ data tal-input rilevanti u għall-informazzjoni tal-input għall-karozzerija finali ( 8 ). Manifattur interim ma japplikax għaċ-ċertifikazzjoni tal-vettura kkompletata. Manifattur interim għandu jżid jew jaġġorna l-informazzjoni rilevanti għall-vettura kkompletata u jopera l-għodda ta’ simulazzjoni sabiex jipproduċi verżjoni aġġornata u hashed tal-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura (VIFi) ( 9 ). Il-VIFi għandu jkun disponibbli għall-manifattur responsabbli għall-istadju tal-manifattura sussegwenti. Għall-vetturi interim, il-VIFi ikopri wkoll il-kompitu ta’ dokumentazzjoni fir-rigward tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni. Ma ssir l-ebda simulazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 u/jew tal-konsum tal-fjuwil fuq vetturi interim.

2.6. Jekk manifattur iwettaq modifiki fuq vettura interim, kompluta jew ikkompletata, li jkunu jeħtieġu aġġornamenti għad-data tal-input jew għall-informazzjoni tal-input allokata lill-vettura primarja (eż. bidla ta’ fus jew tat-tajers), il-manifattur li jwettaq il-modifika jaġixxi bħala manifattur tal-vettura primarja bir-responsabbiltajiet korrispondenti.

2.7. Għal vettura kompluta jew ikkompletata, il-manifattur għandu jikkomplementa u, jekk ikun meħtieġ, jaġġorna d-data tal-input u l-informazzjoni tal-input għall-karozzerija finali kif trażmessi fil-VIFi mill-istadju tal-manifattura preċedenti u għandu jopera l-għodda ta’ simulazzjoni sabiex jikkalkola l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil. Għas-simulazzjonijiet f’dan l-istadju, il-karozzi tal-linja tqal huma kklassifikati fuq il-bażi tas-sitt kriterji stabbiliti fil-punt 1.2.3 fil-gruppi ta’ vetturi kif elenkati fit-Tabelli 4, 5 u 6. Sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi kompluti jew ta’ vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal, l-għodda ta’ simulazzjoni twettaq l-istadji ta’ kalkolu li ġejjin:

2.7.1. 

Stadju 1 - Għażla tas-sottogrupp primarju tal-vettura li jaqbel mal-karozzerija tal-vettura kompluta jew ikkompletata (eż. “P34 DD” għal “34f”) u li jsiru disponibbli r-riżultati korrispondenti għall-konsum tal-enerġija mis-simulazzjoni tal-vettura primarja.

2.7.2. 

Stadju 2 - It-twettiq ta’ simulazzjonijiet sabiex tiġi kkwantifikata l-influwenza tal-karozzerija u tal-awżiljarji tal-vettura kompluta jew tal-vettura kkompletata meta mqabblin mal-karozzerija u mal-awżiljarji ġeneriċi, kif ikkunsidrati fis-simulazzjonijiet għall-vettura primarja fir-rigward tal-konsum tal-enerġija. F’dawn is-simulazzjonijiet, tintuża data ġenerika għas-sett ta’ data primarja dwar il-vetturi, li ma hijiex parti mit-trasferiment tal-informazzjoni bejn stadji differenti tal-manifattura kif ipprovduti mill-VIF ( 10 ).

2.7.3. 

Stadju 3 - Il-kombinazzjoni tar-riżultati tal-konsum tal-enerġija mis-simulazzjoni tal-vettura primarja kif magħmula disponibbli mill-istadju 1 mar-riżultati mill-istadju 2 tipprovdi r-riżultati tal-konsum tal-enerġija tal-vettura kompluta jew ikkompletata. Id-dettalji ta’ dan l-istadju ta’ kalkolu huma ddokumentati fil-manwal tal-utent tal-għodda ta’ simulazzjoni.

2.7.4. 

Stadju 4 - Ir-riżultati għall-emissjonijiet ta’ CO2 u għall-konsum tal-fjuwil tal-vettura jiġu kkalkolati fuq il-bażi tar-riżultati tal-istadju 3 u tal-ispeċifikazzjonijiet ġeneriċi tal-fjuwil kif maħżunin fl-għodda ta’ simulazzjoni. L-Istadji 2, 3 u 4 jitwettqu separatament għal kull kombinazzjoni ta’ profil tal-missjoni kif elenkata fit-Tabelli 4, 5 u 6 għall-gruppi tal-vetturi f’kundizzjoni ta’ tagħbija kemm baxxa kif ukoll rappreżentattiva.

2.7.5. 

Għal vettura kompluta jew għal vettura kkompletata, l-għodda ta’ simulazzjoni tipproduċi fajl tar-rekords tal-manifattur, fajl ta’ informazzjoni għall-klijent kif ukoll VIFi. Il-VIFi għandu jkun disponibbli għall-manifattur sussegwenti fil-każ li l-vettura tgħaddi minn stadju biex tiġi kkompletata.

L-Illustrazzjoni 2 turi l-fluss tad-data fuq il-bażi tal-eżempju ta’ vettura prodotta f’ħames stadji tal-manifattura relatati mas-CO2.

Illustrazzjoni 2
Eżempju ta’ fluss tad-data fil-każ ta’ karozza tal-linja tqila manifatturata f’ħames stadji