02003L0090 — MT — 01.06.2020 — 014.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/90/KE

tas-6 ta' Ottubru 2003

li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 254 8.10.2003, p. 7)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/91/KE Test b'rilevanza għaz-ŻEE tas-16 ta’ Diċembru 2005

  L 331

24

17.12.2005

 M2

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/48/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Lulju 2007

  L 195

29

27.7.2007

 M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/97/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Awwissu 2009

  L 202

29

4.8.2009

 M4

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/46/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Lulju 2010

  L 169

7

3.7.2010

 M5

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/68/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-1 ta’ Lulju 2011

  L 175

17

2.7.2011

 M6

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/8/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Marzu 2012

  L 64

9

3.3.2012

 M7

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/44/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Novembru 2012

  L 327

37

27.11.2012

 M8

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/57/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-20 ta’ Novembru 2013

  L 312

38

21.11.2013

 M9

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/105/UE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-4 ta' Diċembru 2014

  L 349

44

5.12.2014

 M10

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1168 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-15 ta' Lulju 2015

  L 188

39

16.7.2015

 M11

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1914 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-31 ta' Ottubru 2016

  L 296

7

1.11.2016

 M12

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/100 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-22 ta' Jannar 2018

  L 17

34

23.1.2018

 M13

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/114 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Jannar 2019

  L 23

35

25.1.2019

►M14

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1985 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-28 ta’ Novembru 2019

  L 308

86

29.11.2019




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/90/KE

tas-6 ta' Ottubru 2003

li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni f'katalogu nazzjonali, fis-sens ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/53/KE, tal-varjetajiet ta' l-speċi tal-pjanti agrikoli li jilħqu l-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2.  Fir-rigward taċ-ċarezza, l-istabbiltà u l-uniformità:

(a) 

l-ispeċi mniżżlin fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-“Protokolli għall-provi għal ċarezza, uniformità u stabbiltà” tal-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà ta' Pjanti (CPVO) imniżżlin f'dak l-Anness;

(b) 

l-ispeċi mniżżlin fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta' prova għat-tmexxija ta' provi għaċ-ċarezza, uniformità u stabbilità ta' l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) imniżżlin f'dak l-Anness.

3.  Fir-rigward tal-valur għall-koltivazzjoni jew użu, il-varjetajiet għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi kollha tal-varjetà fis-sens ta' l-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi li huma mmarkati b'asterisk (*) fil-linji gwida ta' prova msejħin fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jigu użati, previst li l-osservazzjoni ta' karatteristika ma tkunx magħmula impossibbli minħabba l-espressjoni ta' kwalunkwe karatteristiċi oħra, u previst li l-espressjoni ta' karatteristika ma tkunx impossibbli minħabba l-kondizzjonijiet ambjentali li fihom hi mwettqa l-prova.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fir-rigward ta' l-ispeċi mniżżlin fl-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi għat-twettiq ta' l-eżamijiet li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet ta' disinn ta' prova u ta' tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta' prova msejħin f'dawk l-Annessi, jiġu sodisfatti fil-ħin ta' l-eżamijiet.

Artikolu 4

Id-Direttiva 72/180/KEE hi mħassra.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispoSizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-ħarsien ta' din id-Direttiva sal-31 ta' Marzu 2004 mill-aktar tard. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bihom minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom Ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tiġi magħmula din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

1.  Fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, hemm varjetajiet li ma ġewx aċċettati biex jagħmlu parti mil-Katalogu Komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, u eżamijiet uffiċjali bdew qabel dik id-data skond id-disposizzjonijiet ta' jew

(a) 

id-Direttiva 72/180/KEE jew

(b) 

tal-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi,

il-varjetajiet in kwistjoni għandhom jigu meqjusa li jilħqu l-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva.

2.  Il-Paragrafu 1 għandu japplika biss fejn il-provi wasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli stabbiliti jew

(a) 

fid-Direttiva 72/180/KEE jew

(b) 

fil-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

▼M14




ANNESS I

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO ( 1 )



Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca arundinacea Schreb.

Żwien twil

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca filiformis Pourr.

Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien in-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca pratensis Huds.

Żwien il-bur

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/2 tad-19.3.2019

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/2 tad-19.3.2019

Lolium x hybridum Hausskn.

Sikrana ibrida

TP 4/2 tad-19.3.2019

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli

TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

Poa pratensis L.

Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

TP 33/1 tal-15.3.2017

Vicia faba L.

Favetta

TP/8/1 tad-19.3.2019

Vicia sativa L.

Silla tal-blat

TP 32/1 tad-19.4.2016

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Rutabaga

TP 89/1 tal-11.3.2015

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TP 178/1 tal-15.3.2017

Brassica napus L. (partim)

Kolza Żvediża

TP 36/2 tas-16.11.2011

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/1 rev. Parzjali tal-21.3.2018

Glycine max (L.) Merr.

Żerriegħa tas-sojja

TP 80/1 tal-15.3.2017

Gossypium spp.

Qoton

TP 88/1 tad-19.4.2016

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Sinapis alba L.

Mustarda bajda

TP 179/1 tal-15.3.2017

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/2 tal-1.10.2015

Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/2 tal-1.10.2015

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/5 tad-19.3.2019

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/3 tal-1.10.2015

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TP 122/1 tad-19.3.2019

Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Sorgu tas-Sudan

TP 122/1 tad-19.3.2019

Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor u Sorghum sudanense

TP 122/1 tad-19.3.2019

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta’ speċijiet tal-ġeneru Triticum ma’ speċijiet tal-ġeneru Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/5 tad-19.3.2019

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/3 tal-15.3.2017




ANNESS II

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV ( 2 )



Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Ħaxix iebes bellusi

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth

Agrostide bajda

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Ħaxix iebes li jixxeblek

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Ħaxix rescue

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċijiet tal-ġeneru Festuca ma’ speċijiet tal-ġeneru Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Ħaxix ta’ timothy żgħir

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Ħaxix ta’ timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Lotus corniculatus L.

Qrempuċ tal-mogħoż

TG 193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina b’weraq dojoq

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago doliata Carmign.

Nefel tal-fergħa dritta

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago italica (Mill.) Fiori

Nefel tal-midalja

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

Nefel tax-xtut

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago lupulina L.

Nefel iswed

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago murex Willd.

Nefel tal-globu

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago polymorpha L.

Nefel komuni

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago rugosa Desr.

Nefel imkemmex

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago sativa L.

Alfalfa

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago scutellata (L.) Mill.

Nefel tal-bebbux

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago truncatula Gaertn.

Nefel tal-fosdqa

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Xnien aħmar

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Phacelia tanacetifolia Benth.

Kampanella ta’ Kalifornja

TG/319/1 tal-5.4.2017

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/4 tad-9.4.2014

▼B




ANNESS III

KARATTERISTIĊI FIR-RIGWARD TA' L-EŻAMI TAL-VALUR GĦAL KULTIVAZZJONI JEW UŻU

1. Produzzjoni.

2. Reżistenza għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

3. Imġiba fir-rigward għal fatturi fl-ambjent fiżiku.

4. Karatteristiċi tal-kwalità.

Il-metodi użati għandhom jiġu speċifikati meta r-riżultati huma mogħtija.



( 1 ) It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

( 2 ) It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int)