02015R0046 — MT — 28.12.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/46 tal-14 ta' Jannar 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna u għall-farawni tas-simna u tat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 009 15.1.2015, p. 5) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2733 tas-7 ta’ Diċembru 2023 |
L |
1 |
8.12.2023 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/46
tal-14 ta' Jannar 2015
dwar l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna u għall-farawni tas-simna u tat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Id-diklażuril, numru CAS 101831-37-2, li jifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “koċċidijostatiċi u istomonostatiċi” huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
Limiti Massimi ta' Residwu (MRLs) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali |
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
||||||||||
Koċċidijostatiċi u istomonostatiċi |
||||||||||
51775 |
Huvepharma NV |
Diklażuril 0,5 g/100 g (Coxiril) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Diklażuril: 5 g/kg. Lamtu: 15 g/kg. Dqiq tal-qamħ: 700 g/kg. Karbonat tal-kalċju: 280 g/kg. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Diklażuril, C17H9Cl3N4O2, (±)-4-klorofenil[2,6-dikloro-4- (2,3,4,5- tetraidro-3,5-diosso-1,2,4-triażin-2- yl)fenil]aċetonitril, Numru CAS: 101831-37-2. Impurità D (1): ≤ 0,1 %. Kwalunkwe impurità unika oħra: ≤ 0,5 %. Total ta' impuritajiet: ≤ 1,5 %. Metodu analitiku (2) Biex jiġi stabbilit id-diklażuril fl-għalf: kromatografija b'likwidi ta' rendiment għoli f'fażi inversa (HPLC) b'użu ta' detezzjoni ultravjola ta' 280 nm (ir-Regolament (KE) Nru 152/2009) (3). |
Tiġieġ tas-simna Dundjani tas-simna Farawni tas-simna u tat-tnissil |
— |
0,8 |
1,2 |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f'forma ta' pretaħlita. 2. Id-diklażuril ma għandux jitħallat ma' koċċidijostatiċi oħrajn. 3. Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġjar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċali u ingwanti. 4. Programm ta' monitoraġġ ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni dwar ir-reżistenza għall-batterja u l-Eimeria spp għandu jitwettaq mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. |
l-4 ta' Frar 2025 |
►M1
Ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 (4) ◄— 1 500 μg ta' diklażuril/kg ta' fwied imxarrab; — 1 000 μg ta' diklażuril/kg ta' kliewi mxarrba; — 500 μg ta' diklażuril/kg ta' muskolu mxarrab; — 500 μg ta' diklażuril/kg ta' ġilda/xaħam imxarrab. |
(1)
Il-Monografija tal-Farmakopea Ewropea 1718 (Diklażuril għall-użu veterinarju).
(2)
Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(3)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(4)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1). |