02009D0790 — MT — 11.10.2021 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ottubru 2009

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2009/790/KE)

(ĠU L 283 30.10.2009, p. 53)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tal-4 ta’ Diċembru 2012

  L 338

27

12.12.2012

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1173 tal-14 ta' Lulju 2015

  L 189

36

17.7.2015

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2090 tal-21 ta' Novembru 2016

  L 324

7

30.11.2016

 M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1919 tal-4 ta' Diċembru 2018

  L 311

32

7.12.2018

►M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1780 tal-5 ta’ Ottubru 2021

  L 360

122

11.10.2021




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ottubru 2009

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2009/790/KE)



▼M3

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika tal-Polonja hija awtorizzata li teżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti ta' EUR 40 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha.

▼M5

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.