02006R0305 — MT — 13.04.2022 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 305/2006

tal-21 ta’ Frar 2006

li jimponi miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati bl-involviment fl-assassinju tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri

▼B

(ĠU L 051 22.2.2006, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

 M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

 M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

  L 182

33

8.7.2019

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022

  L 114

60

12.4.2022


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 058M, 3.3.2009, p.  387 (305/2006)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 305/2006

tal-21 ta’ Frar 2006

li jimponi miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati bl-involviment fl-assassinju tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri



Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1) 

“Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skond il-paragrafu 3(b) tal-UNSCR 1636 (2005);

2) 

“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitatament:

(a) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money-orders u strumenti oħra ta’ ħlas;

(b) 

depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ma' entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, djun u obbligazzjonijiet ta’ dejn;

(ċ) 

titoli negozjabbli kemm pubblikament kif ukoll privatament u strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu debitu, inklużi stock u azzjonijiet, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, notes, warrants, debentures u drittijiet taħt kuntratti derivati;

(d) 

imgħax, dividends jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew ġenerat minnhom;

(e) 

kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew obbligi finanzjarji oħra;

(f) 

ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;

(ġ) 

dokumenti li jixhdu xi interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

3) 

“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess, jew negozju fir-rigward ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lok, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fin-natura, fid-destinazzjoni tagħhom jew f’xi bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta’ portfolio;

4) 

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw għall-akkwist ta’ fondi, beni jew servizzi;

5) 

“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni ta’ l-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, beni jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux limitatament, bil-bejgħ tagħhom, bil-kiri tagħhom jew bil-kostituzzjoni fuqhom ta' drittijiet reali ta' garanzija;

6) 

“territorju tal-Komunità” tfisser it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat.

Artikolu 2

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew li huma miżmuma jew taħt il-kontroll tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew ta' l-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, korpi jew entitajiet elenkati fl-Anness I.
3.  
Il-parteċipazzjoni, konsapevoli u intenzjonata, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, l-evażjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 3

1.  

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw, skond il-kondizzjonijiet li huma jikkonsidraw xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) 

neċessarji għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal affarijiet ta’ l-ikel, kera jew ħlasijiet dovuti taħt djun konnessi ma' proprjetà immobbli, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta’ assigurazzjoni, u kontijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklusivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-forniment ta' servizzi legali; jew

(ċ) 

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' miżati jew il-ħlasijiet ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati,

dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar dik id-determinazzjoni u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat.

2.  
L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tgħarraf l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.
3.  
L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta' interess jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet, sakemm kwalunkwe interess jew dħul ieħor bħal dawn ikun iffriżat skond l-Artikolu 2(1).

Artikolu 4

L-Artikolu 2(2) ma għandux jipprevjeni li kontijiet iffriżati jiġu kreditati minn istituzzjonijiet finanzjarji li jirċievu fondi trasferiti minn terzi persuni fil-kont tal-persuna jew l-entità elenkata, bil-kondizzjoni li kwalunkwe kreditazzjoni bħal din lil tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll skond l-Artikolu 2(1). L-istituzzjoni finanzjarja għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b’tali transazzjonijiet.

Artikolu 5

1.  

Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtaġġ, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi, għandhom:

(a) 

jipprovdu immedjatament kwalunkwe tagħrif li jiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness II li fihom huma residenti jew jinsabu, u għandhom jittrasmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b) 

jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni.

2.  
Kwalunkwe informazzjoni ulterjuri riċevuta mill-Kummissjoni direttament għandha titqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat.
3.  
Kwalunkwe informazzjoni mogħtija jew riċevuta skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom ġiet mogħtija jew riċevuta. Tali finijiet għandhom jiġu kkonsidrati li jinkludu l-kooperazzjoni ma' xi investigazzjoni internazzjonali relatata ma' l-assi jew it-transazzjonijiet finanzjarji tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-korpi jew l-entitajiet elenkati fl-Anness I.

Artikolu 6

L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li fondi jew riżorsi ekonomiċi jintgħamlu disponibbli, imwettqa in bona fede li tali azzjoni hija konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandhomx joħolqu responsabbiltà ta' kwalunkwe xorta għall-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jimplimentaha, jew għad-diretturi jew l-impjegati tagħha, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin immedjatament dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni pertinenti oħra li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom in konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' vjolazzjoni u nfurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 8

1.  

Il-Kummissjoni b'dan għandha s-setgħa li:

(a) 

temenda l-Anness I abbażi ta’ determinazzjonijiet magħmula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; u

(b) 

temenda l-Anness II abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

2.  
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żomm il-kuntatti kollha neċessarji mal-Kumitat tas-sanzjonijiet għall-fini ta' l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssirilhom.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha;

(b) 

abbord kull inġenju ta’ l-ajru jew kull bastiment fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ) 

għal kull min jinsab ġewwa jew barra t-territorju tal-Komunità u huwa ċittadin ta' xi Stat Membru;

(d) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, jew entità jew organu li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Komunità.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2

(Anness li għandu jiġi kompletat wara li l-persuni u l-entitajiet ikunu ġew reġistrati mill-Kumitat stabbilit fil-paragrafu 3(b) ta' l-UNSCR 1636/2005)




ANNESS II

Lista ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5

▼M4

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

Rue de Spa 2

B-1049 Brussell, il-Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu