02014R0241 — MT — 07.07.2015 — 003.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 241/2014

tas-7 ta’ Jannar 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 074 14.3.2014, p. 8)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/488 tal-4 ta' Settembru 2014

  L 78

1

24.3.2015

►M2

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/850 tat-30 ta' Jannar 2015

  L 135

1

2.6.2015

►M3

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015

  L 150

1

17.6.2015




▼B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 241/2014

tas-7 ta’ Jannar 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli li jikkonċernaw:

(a) 

it-tifsira ta’ “prevedibbli”, meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk imposti jew dividendi prevedibbli tnaqqsux mill-fondi proprji skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

il-kundizzjonijiet li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikkwalifika bħala mutwa, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni tat-tfaddil jew istituzzjoni simili, skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

il-forom u t-tip applikabbli ta’ finanzjament indirett tal-istrumenti kapitali, skont l-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

in-natura tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija neċessarji meta r-rifjut mill-istituzzjoni għat-tifdija ta’ strumenti ta’ fondi proprji jkun ipprojbit skont il-liġi nazzjonali applikabbli, skont l-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e) 

l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

l-applikazzjoni tat-tnaqqis mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tnaqqis ieħor tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g) 

il-kriterji skont liema l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet inaqqsu l-ammont tal-assi fil-fond ta’ pensjonijiet b’benefiċċji definiti, skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h) 

il-forma u t-tip ta’ inċentivi għat-tifdija, it-tip tal-valwazzjoni pożittiva ta’ strument ta’ Grad 1 Addizzjonali wara valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali fuq bażi temporanja u l-proċeduri u t-twaqqit madwar avvenimenti ta’ skattatura, karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni u l-użu ta’ entitajiet b’għan speċjali, skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(i) 

il-livell ta’ konservattiżmu meħtieġ fl-estimi użati bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskoperturi sottostanti għal parteċipazzjonijiet indiretti li jirriżultaw minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi, skont l-Artikolu 76(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(j) 

ċerti kundizzjonijiet dettaljati li jridu jiġu ssodisfati qabel ma jingħata permess superviżorju biex jitnaqqsu l-fondi proprji, u l-proċess rilevanti, skont l-Artikolu 78(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(k) 

il-kondizzjonijiet għal rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji li għandhom jiġu pprovduti, skont l-Artikolu 79(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(l) 

it-tipi ta’ assi li jistgħu jirrelataw mal-operazzjonijiet ta’ entità bi skop speċjali u l-kunċetti ta’ minimu u insinifikanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Grad 1 Addizzjonali Kwalifikattiv u tal-kapital tal-Grad 2 maħruġa minn entità bi skop speċjali skont l-Artikolu 83(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(m) 

il-kondizzjonijiet dettaljati għall-aġġustamenti tal-fondi proprji skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali, skont l-Artikolu 481(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(n) 

il-kundizzjonijiet għal entrati esklużi mill-anterjorità fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji, skont Artikolu 487(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M3

(o) 

il-kondizzjonijiet skont liema l-indiċi għandhom jitqiesu bħala li jikkwalifikaw bħala indiċi wiesgħa tas-suq, skont l-Artikolu 73(7) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013;

(p) 

il-kalkolu tas-subkonsolidat meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 84(2) u l-Artikoli 85 u 87 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont l- Artikolu 84(4) ta' dak ir-Regolament.

▼B



KAPITOLU II

ENTRATI TA’ FONDI PROPRJI



TAQSIMA 1

Kapital u strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni



Subtaqsima 1

Dividendi u imposti prevedibbli

Artikolu 2

Tifsira ta’ “prevedibbli” f’dividend prevedibbli għall-finijiet tal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li jrid jitnaqqas minn istituzzjonijiet mill-profitt interim jew ta’ tmiem is-sena kif previst fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-paragrafi 2 sa 4.

2.  Meta l-korp tal-maniġment tal-istituzzjoni jkun formalment ħa deċiżjoni jew ippropona deċiżjoni lill-korp relevanti tal-istituzzjoni rigward l-ammont ta’ dividendi li għandhom jitqassmu, dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-profitt interim jew ta’ tmiem is-sena korrispondenti.

3.  Meta d-dividendi interim jitħallsu, l-ammont reżidwu ta’ profitt interim li jirriżulta mill-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 2, li għandu jiżdied mal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandu jitnaqqas, filwaqt li jitqiesu r-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4, bl-ammont ta’ kwalunkwe dividend prevedibbli li jista’ jkun mistenni jitħallas minn dik il-profitt interim reżidwu, mad-dividendi finali għas-sena finanzjarja sħiħa.

4.  Qabel il-korp maniġerjali jkun formalment ħa deċiżjoni jew ippropona deċiżjoni lill-korp rilevanti dwar it-tqassim ta’ dividendi, l-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandu jitnaqqas mill-istituzzjonijiet mill-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena għandu jkun daqs l-ammont ta’ profitti interim jew ta’ tmiem is-sena multiplikat bil-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi.

5.  Il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-politika tad-dividendi approvata għall-perjodu rilevanti mill-korp tal-maniġment jew entità rilevanti oħra.

6.  Fejn il-politika tad-dividendi fiha firxa ta’ żborż minflok valur fiss, għall-fini tal-paragrafu 2 għandu jintuża l-għolja valur fil-firxa.

7.  Fin-nuqqas ta’ politika approvata tad-dividendi, jew meta, fl-opinjoni tal-awtorità kompetenti, huwa probabbli li l-istituzzjoni mhux se tapplika l-politika tagħha tad-dividendi jew din il-politika ma tkunx bażi prudenti fuq hix jiġi ddeterminat l-ammont tat-tnaqqis, il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi għandu jiġi bbażat fuq l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-medja tal-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi tul it-tliet snin ta’ qabel is-sena meqjusa;

(b) 

il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi tas-sena ta’ qabel is-sena meqjusa.

8.  L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni taġġusta l-kalkolu tal-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi kif deskritt fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 biex jiġu esklużi dividendi eċċezzjonali mħallsa matul il-perjodu.

9.  L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandu jitnaqqas għandu jiġi determinat billi titqies kwalunkwe restrizzjoni fuq id-distribuzzjonijiet, b’mod partikolari r-restrizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 141 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ). L-ammont ta’ profitt wara t-tnaqqis ta’ imposti prevedibbli suġġetti għal dawn ir-restrizzjonijiet jista’ jiġi inklużi b’mod sħiħ fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta tintlaħaq il-kundizzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 26 (tal-Artikolu 2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jkunu applikabbli restrizzjonijiet ta’ dan it-tip, id-dividendi prevedibbli li għandhom jitnaqqsu għandhom ikunu bbażati fuq il-pjan ta’ konservazzjoni kapitali maqbul mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 142 tad-Direttiva 2013/36/UE.

10.  L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandhom jitħallsu f’forma li ma tnaqqasx l-ammont tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, bħal dividendi fil-forma ta’ ishma, magħrufa bħala dividendi scrip, ma għandux jitnaqqas mill-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena li għandhom jiġu inklużi fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

11.  L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li sar it-tnaqqis neċessarju kollu fil-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena kif ukoll dak kollu relatat ma’ dividendi prevedibbli, jew skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor, qabel ma tippermetti lill-istituzzjoni tinkludi profitti interim jew ta’ tmiem is-sena fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

Artikolu 3

Tifsira ta’ “prevedibbli” f’imposta prevedibbli għall-finijiet tal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-ammont ta’ imposti prevedibbli li għandu jitqies għandu jkun magħmul minn dawn:

(a) 

l-ammont tat-taxxi;

(b) 

l-ammont ta’ kull obbligu jew ċirkostanza li tqum matul il-perjodu ta’ rappurtar relatat li x’aktarx ser inaqqsu l-profitti tal-istituzzjoni u li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx issodisfata li saru aġġustamenti fil-valur, bħal aġġustamenti fil-valur addizzjonali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew il-provvedimenti kollha meħtieġa.

2.  Imposti prevedibbli ma jkunu għandhom ma tqisux fl-introjtu għandhom jiġu assenjati fil-perjodu interim li matulu jkunu ġġarrbu sabiex kull perjodu interim iġorr ammont raġonevoli minn dawn l-imposti. Avvenimenti materjali jew mhux rikorrenti għandhom jitqiesu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien fil-perjodu interim li jseħħu fih.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li sar it-tnaqqis neċessarju kollu fil-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena kif ukoll dak kollu relatat ma’ imposti prevedibbli, jew skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor, qabel ma tippermetti lill-istituzzjoni tinkludi profitti interim jew ta’ tmiem is-sena fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.



Subtaqsima 2

Soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil, mutwi u istituzzjonijiet simili

Artikolu 4

Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4:

2.  Biex tikkwalifika bħala soċjetà koperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

fl-Awstrija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “eingetragene Genossenschaft (e.Gen.)” jew “registrierte Genossenschaft” skont il-“Gesetz über Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften (GenG)”;

(b) 

fil-Belġju: istituzzjonijiet reġistrati bħala “société coopérative/cooperative vennostchap” u approvati skont id-Digriet Irjali tat-8 ta’ Jannar 1962 li jistipula l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ gruppi nazzjonali ta’ soċjetajiet kooperattivi u soċjetajiet kooperattivi;

(c) 

f’Ċipru: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Συνεργατικό Πιστωτικό Ίδρυμα ή ΣΠΙ” stabbiliti bis-saħħa tal-Liġijiet tas-Soċjetajiet Kooperattivi tal-1985;

(d) 

fir-Repubblika Ċeka: istituzzjonijiet awtorizzati bħala “spořitelní a úvěrní družstvo” skont “zákon upravující činnost spořitelních a úvěrních družstev”;

(e) 

fid-Danimarka: istituzzjonijiet reġistrati bħala “andelskasser” jew “sammenslutninger af andelskasser” skont l-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju;

(f) 

fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala waħda minn dawn:

(1) 

“Osuuspankki” jew “andelsbank” skont “laki osuuspankeista ja muista osuuskuntamuotoisista luottolaitoksista” jew “lag om andelsbanker och andra kreditinstitut i andelslagsform”;

(2) 

“Muu osuuskuntamuotoinen luottolaitos” jew “annat kreditinstitut i andelslagsform” skont “laki osuuspankeista ja muista osuuskuntamuotoisista luottolaitoksista” jew “lag om andelsbanker och andra kreditinstitut i andelslagsform”;

(3) 

“Keskusyhteisö” jew “centralinstitutet” skont “laki talletuspankkien yhteenliittymästä” jew “lag om en sammanslutning av inlåningsbanker”;

(g) 

fi Franza: istituzzjonijiet reġistrati bħala “sociétés coopératives” skont “Loi n 47-1775 du 10 Settembru 1947 portant statut de la coopération” u awtorizzati bħala “banques mutualistes ou coopératives” skont “Code monétaire et financier, partie législative, Livre V, titre Ier, chapitre II”;

(h) 

fil-Ġermanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “eingetragene Genossenschaft (eG)” skont il-“Gesetz betreffend die Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften (Genossenschaftsgesetz –GenG)”;

(i) 

fil-Greċja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Πιστωτικοί Συνεταιρισμοί” skont il-Liġi tal-Kooperattivi 1667/1986 li joperaw bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jistgħu jiġu kkategoratizzati bħala “Συνεταιριστική Τράπεζα” skont il-Liġi Bankarja 3601/2007;

(j) 

fl-Ungerija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Szövetkezeti hitelintézet” skont l-Att CXII tal-1996 dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu u l-Intraprizi Finanzjarji;

(k) 

fl-Italja: istituzzjonijiet reġistrati bħala waħda minn dawn:

(1) 

“Banche popolari” msemmija fid-Digriet Leġiżlattiv tal-1 ta’ Settembru 1993, Nru 385;

(2) 

“Banche di credito cooperativo” msemmija fid-Digriet Leġiżlattiv tal-1 ta’ Settembru 1993, Nru 385;

(3) 

“Banche di garanzia collettiva dei fidi” msemmija fl-Art. 13 tal-Liġi Digriet tat-30 ta’ Settembru 2003, Nru 269, li nbidlet f’Liġi fl-24 ta’ Novembru 2003, Nru 326;

(l) 

fil-Lussemburgu: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sociétés coopératives” kif definit fit-Taqsima VI tal-liġi tal-10 ta’ Awwissu 1915 dwar il-kumpaniji kummerċjali;

(m) 

fil-Pajjiżi l-Baxxi: istituzzjonijiet reġistrati bħala “coöperaties” jew “onderlinge waarborgmaatschappijen” skont it-“Titolu 3 tal-Ktieb 2 Rechtspersonen tal-Burgerlijk wetboek”;

(n) 

fil-Polonja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “bank spółdzielczy” skont id-dispożizzjonijiet ta’ “Prawo bankowe”;

(o) 

fil-Portugal: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Caixa de Crédito Agrícola Mútuo” jew bħala “Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo” skont ir-“Regime Jurídico do Crédito Agrícola Mútuo e das Cooperativas de Crédito Agrícola” approvat mid-Decreto-Lei n.o 24/91, de 11 de Janeiro;

(p) 

fir-Rumanija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Organizații cooperatiste de credit” skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 99/2006 dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-adegwatezza tal-kapital, approvata b’emendi u supplimenti bil-Liġi nru 227/2007;

(q) 

fi Spanja: Istituzzjonijiet reġistrati bħala “Cooperativas de Crédito” skont “Ley 13/1989, de 26 de mayo, de Cooperativas de Crédito”;

(r) 

fl-Isvezja: istituzzjonijiet reġistrati bħala Medlemsbank’ skont “Lag (1995:1570) om medlemsbanker” jew bħala “Kreditmarknadsförening” skont Lag (2004:297) om bank- och finansieringsrörelse;

(s) 

fir-Renju Unit: istituzzjonijiet reġistrati bħala “cooperative societies” skont l-“Industrial and Provident Societies Act 1965” u skont l-“Industrial and Provident Societies Act (Northern Ireland) 1969”.

3.  Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

4.  Biex tikkwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta d-detenturi, li jistgħu jkunu membri jew mhux membri tal-istituzzjoni, tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fil-paragrafu (3) jkollhom il-kapaċità jirriżenjaw, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huma jistgħu wkoll jkollhom id-dritt ipoġġu l-istrument kapitali lura fl-istituzzjoni, iżda suġġett biss għar-restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli, l-istatuti tal-kumpanija, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ta’ dan ir-Regolament. Dan ma jimpedixxix lill-istituzzjoni milli toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-membri u mhux membri li ma jagħtux dritt li l-istrument kapitali jitqiegħed lura fl-istituzzjoni.

Artikolu 5

Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4:

2.  Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

fl-Awstrija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparkasse” skont il-para. 1 (1) tal-“Bundesgesetz über die Ordnung des Sparkassenwesens (Sparkassengesetz – SpG)”;

(b) 

fid-Danimarka: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparekasser” skont l-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju;

(c) 

fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Säästöpankki” jew “Sparbank” skont “Säästöpankkilaki ‘jew “Sparbankslag”;

(d) 

fil-Ġermanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparkasse” kif ġej:

(1) 

Sparkassengesetz für Baden-Württemberg (SpG)”;

(2) 

Gesetz über die öffentlichen Sparkassen (Sparkassengesetz – SpkG) in Bayern‘;

(3) 

“Gesetz über die Berliner Sparkasse und die Umwandlung der Landesbank Berlin – Girozentrale – in eine Aktiengesellschaft (Berliner Sparkassengesetz – SpkG)”;

(4) 

“Brandenburgisches Sparkassengesetz (BbgSpkG)”;

(5) 

“Sparkassengesetz für öffentlich-rechtliche Sparkassen im Lande Bremen (Bremisches Sparkassengesetz)”;

(6) 

“Hessisches Sparkassengesetz”;

(7) 

“Sparkassengesetz des Landes Mecklenburg-Vorpommern (SpkG)”;

(8) 

“Niedersächsisches Sparkassengesetz (NSpG)”;

(9) 

“Sparkassengesetz Nordrhein-Westfalen (Sparkassengesetz – SpkG);

(10) 

Sparkassengesetz (SpkG) für Rheinland-Pfalz”;

(11) 

“Saarländisches Sparkassengesetz (SSpG)”;

(12) 

“Gesetz über die öffentlich-rechtlichen Kreditinstitute im Freistaat Sachsen und die Sachsen-Finanzgruppe”;

(13) 

“Sparkassengesetz des Landes Sachsen-Anhalt (SpkG-LSA)”;

(14) 

“Sparkassengesetz für das Land Schleswig-Holstein (Sparkassengesetz – SpkG)”;

(15) 

“Thüringer Sparkassengesetz (ThürSpkG)”.

(e) 

fi Spanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Cajas de Ahorros” skont ‘Real Decreto-Ley 2532/1929, de 21 de noviembre, sobre Régimen del Ahorro Popular;

(f) 

fl-Isvezja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparbank” skont “Sparbankslag (1987:619)”.

3.  Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.  Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-somma tal-kapital, ir-riżervi u l-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena, ma tistax, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, titqassam lid-detenturi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni tal-Grad 1. Din il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet issodisfata anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fuq bażi ta’ negozju avvjat, dritt għal parti mill-profitti u r-riżervi, fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm din il-parti tkun proporzjonata mal-kontribuzzjoni tagħhom fil-kapital u r-riżervi jew, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, skont arranġament alternattiv. L-istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni, id-dritt għar-riżervi li ma jeħtiġlux ikun proporzjonat mal-kontribuzzjoni fil-kapital u r-riżervi sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 6

Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala mutwa għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4.

2.  Biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

fid-Danimarka: Assoċjazzjonijiet (“Foreninger”) jew fondi (“Fonde”) li joriġinaw mill-konverżjoni ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni (“Forsikringsselskaber”), instituzzjonijiet tal-kreditu ipotekarju (“Realkreditinstitutter”), banek tat-tfaddil (“Sparekasser”), banek tat-tfaddil kooperattivi (“Andelskasser”) u affiljazzjonijiet ta’ banek tat-tfaddil kooperattivi (“Sammenslutninger af andelskasser”) f’kumpaniji b’responsabbiltà limitata kif definit fl-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju;

(b) 

fl-Irlanda: istituzzjonijiet reġistrati bħala “building societies” skont il-‘Building Societies Act 1989;

(c) 

fir-Renju Unit: istituzzjonijiet reġistrati bħala “building societies” skont il-Building Societies Act 1986; istituzzjonijiet reġistrati bħala “savings bank” skont is-Savings Bank (Scotland) Act 1819.

3.  Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

4.  Biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ammont totali jew ammont parzjali tas-somma tal-kapital u r-riżervi jkun proprjetà tal-membri tal-istituzzjoni, li ma jibbenefikawx, fil-kors normali tan-negozju, minn distribuzzjoni diretta tar-riżervi, b’mod partikolari permezz ta’ ħlas ta’ dividendi. Dawn il-kondizzjonijiet jitqiesu li jkunu ġew issodisfati anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu dritt fuq il-profitti u r-riżervi, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 7

Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala istituzzjoni simili għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala istituzzjoni simili għall-kooperattivi, il-mutwi u l-istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi u istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

fl-Awstrija: il-“Pfandbriefstelle der österreichischen Landes-Hypothekenbanken” skont il-“Bundesgesetz über die Pfandbriefstelle der österreichischen Landes-Hypothekenbanken (Pfandbriefstelle-Gesetz – PfBrStG)”;

(b) 

fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Hypoteekkiyhdistys” jew “Hypoteksförening” skont “Laki hypoteekkiyhdistyksistä” jew “Lag om hypoteksföreningar”.

3.  Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi jew istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ biss, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, strumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.  Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi u istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandha tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew aktar:

(a) 

meta d-detenturi, li jistgħu jkunu membri jew mhux membri tal-istituzzjoni, tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fil-paragrafu 3 jkollhom il-kapaċità jirriżenjaw, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huma jistgħu wkoll jkollhom id-dritt ipoġġu l-istrument kapitali lura fl-istituzzjoni, iżda suġġett biss għar-restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli, l-istatuti tal-kumpanija u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ta’ dan ir-Regolament. Dak ma jimpedixxix lill-istituzzjoni milli toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-membri u mhux membri li ma jagħtux dritt li l-istrument kapitali jitqiegħed lura fl-istituzzjoni;

(b) 

is-somma tal-kapital, ir-riżervi u l-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena, ma tistax, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, titqassam lid-detenturi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni tal-Grad 1. Dik il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet issodisfata anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fuq bażi ta’ negozju avvjat, dritt għal parti mill-profitti u r-riżervi, fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm dik il-parti tkun proporzjonata mal-kontribuzzjoni tagħhom fil-kapital u r-riżervi jew, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, skont arranġament alternattiv. L-istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni, id-dritt għar-riżervi li ma jeħtiġlux ikun proporzjonat mal-kontribuzzjoni fil-kapital u r-riżervi sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 29(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

l-ammont totali jew ammont parzjali tas-somma tal-kapital u r-riżervi huwa proprjetà tal-membri tal-istituzzjoni, li ma jibbenefikawx, fil-kors normali tan-negozju, minn distribuzzjoni diretta tar-riżervi, b’mod partikolari permezz ta’ ħlas ta’ dividendi.

▼M2

Artikolu 7a

Distribuzzjonijiet multipli li jikkostitwixxu ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji

1.  Id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jitqiesu li ma jikkostitwixxux ġibda sproporzjonata fuq il-kapital meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a) 

il-multiplu tad-dividend ikun multiplu tad-distribuzzjoni mħallsa fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot u mhux ammont fiss predeterminat;

(b) 

il-multiplu tad-dividend ikun stabbilit b'mod kuntrattwali jew skont l-istatuti tal-istituzzjoni;

(c) 

il-multiplu tad-dividend ma jkunx revedibbli;

(d) 

l-istess multiplu tad-dividend japplika għall-istrumenti kollha b'multiplu tad-dividend;

(e) 

l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend ma jirrappreżentax aktar minn 125 % tal-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni bi dritt tal-vot.

Dan jiġi espress f'forma formulajka bħala:

image

fejn:

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend;
l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend;
(f) 

l-ammont totali tad-distribuzzjonijiet imħallsa fuq l-istrumenti kollha tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul perjodu ta' sena ma jaqbiżx 105 % tal-ammont li kieku jitħallas jekk l-istrumenti b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, jirċievu l-istess distribuzzjonijiet bħala strumenti bi dritt tal-vot.

Dan jiġi espress f'forma formulajka bħala:

image

fejn:

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend;
l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend;
X tirrappreżenta l-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot;
Y tirrappreżenta l-għadd ta' strumenti bla dritt tal-vot;

Il-formula tapplika fuq bażi ta' sena.

2.  Jekk il-kundizzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 1 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti b'multiplu tad-dividend li jaqbeż il-livell limitu definit fih biss jitqies li jikkawża ġibda sproporzjonata fuq il-kapital.

3.  Jekk l-ebda kundizzjoni tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ma tkun issodisfata, l-istrumenti kollha pendenti b'multiplu tad-dividend jitqiesu li jikkawżaw ġibda sproporzjonata fuq il-kapital.

Artikolu 7b

Distribuzzjonijiet preferenzjali rigward id-drittijiet preferenzjali għal pagamenti ta' distribuzzjonijiet

1.  Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, distribuzzjoni fuq strument tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitqies bħala preferenzjali fir-rigward ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jekk ikun hemm livelli differenzjati ta' distribuzzjonijiet, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7a ta' dan ir-Regolament.

2.  Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, maħruġin minn istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk id-distribuzzjoni tkun multiplu tad-distribuzzjoni fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot u dik id-distribuzzjoni multipla tkun stabbilita b'mod kuntrattwali jew statutorju, id-distribuzzjonijiet jitqiesu bħala mhux preferenzjali jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a) 

il-multiplu tad-dividend ikun multiplu tad-distribuzzjoni mħallsa fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot u mhux ammont fiss predeterminat;

(b) 

il-multiplu tad-dividend ikun stabbilit b'mod kuntrattwali jew skont l-istatuti tal-istituzzjoni;

(c) 

il-multiplu tad-dividend ma jkunx revedibbli;

(d) 

l-istess multiplu tad-dividend japplika għall-istrumenti kollha b'multiplu tad-dividend;

(e) 

l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend ma jirrappreżentax aktar minn 125 % tal-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni bi dritt tal-vot.

Dan jiġi espress f'forma formulajka bħala:

image

fejn:

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend;
l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend;
(f) 

l-ammont totali tad-distribuzzjonijiet imħallsa fuq l-istrumenti kollha tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul perjodu ta' sena ma jaqbiżx 105 % tal-ammont li kieku jitħallas jekk l-istrumenti b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, jirċievu l-istess distribuzzjonijiet bħala strumenti bi dritt tal-vot.

Dan jiġi espress f'forma formulajka bħala:

image

fejn:

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend;
l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend;
X tirrappreżenta l-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot;
Y tirrappreżenta l-għadd ta' strumenti bla dritt tal-vot;

Il-formula tapplika fuq bażi ta' sena.

3.  Jekk il-kundizzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti b'multiplu tad-dividend li jaqbeż il-livell limitu definit fih biss jiġi skwalifikat mill-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

4.  Jekk l-ebda kundizzjoni tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 2 ma tkun issodisfata, l-istrumenti kollha pendenti b'multiplu tad-dividend jiġu skwalifikati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, fejn id-distribuzzjonijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwita Komuni huma espressi, għall-istrumenti bi dritt tal-vot jew mingħajru, b'referenza għall-prezz tax-xiri mal-ħruġ tal-istrument, il-formuli jiġu adattati kif ġej, għall-istrumenti jew l-istrumenti li huma espressi b'referenza għall-prezz tax-xiri mal-ħruġ:

(a) 

l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend diviż bil-prezz tax-xiri mal-ħruġ ta' dak l-istrument;

(b) 

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend diviż bil-prezz tax-xiri mal-ħruġ ta' dak l-istrument.

6.  Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, maħruġin minn istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk id-distribuzzjoni ma tkunx multiplu tad-distribuzzjoni fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot, id-distribuzzjonijiet jitqiesu bħala mhux preferenzjali jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 u ż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8 jiġu ssodisfati.

7.  Għall-finijiet tal-paragrafu 6, tapplika xi waħda mill-kundizzjonijiet (a) jew (b):

(a) 

jiġu ssodisfati dawn iż-żewġ punti (i) u (ii):

(i) 

l-istrument b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, jista' jinkiteb u jinżamm biss mid-detenturi tal-istrumenti bi dritt tal-vot;

(ii) 

l-għadd ta' drittijiet tal-vot ta' kull detentur uniku huwa limitat;

(b) 

id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot maħruġa mill-istituzzjonijiet huma soġġetti għal limitu massimu stabbilit skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

8.  Għall-finijiet tal-paragrafu 6 biss, japplikaw dawn iż-żewġ definizzjonijiet:

(a) 

l-istituzzjoni turi li l-medja tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot matul il-ħames snin preċedenti hija baxxa meta mqabbla ma' strumenti komparabbli oħrajn;

(b) 

l-istituzzjoni turi li l-proporzjon tal-ħlas huwa baxx, jekk il-proporzjon tal-ħlas jiġi kkalkulat b'mod konformi mal-Artikolu 7c. Proporzjon tal-ħlas taħt it-30 % jitqies bħala baxx.

9.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 7, id-drittijiet tal-vot ta' kull detentur uniku jitqiesu bħala limitati f'dawn il-każijiet:

(a) 

jekk kull detentur jirċievi dritt tal-vot wieħed biss irrispettivament mill-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot għal kull detentur;

(b) 

jekk l-għadd ta' drittijiet tal-vot ikollhom limitu massimu irrispettivament mill-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot miżmuma minn kull detentur;

(c) 

jekk l-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot li jista' jkollu kull detentur ikun limitat skont l-istatuti tal-istituzzjoni jew skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

10.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-perjodu ta' sena jitqies li jintemm fid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni.

11.  L-istituzzjonijiet jivvalutaw il-konformità bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 7 u 8, u jinfurmaw lill-awtorità kompetenti dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħhom, għallinqas f'dawn is-sitwazzjonijiet:

(a) 

kull darba li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tad-distribuzzjonijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b) 

kull darba li tinħareġ klassi ġdida ta' strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot.

12.  Jekk il-kundizzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 8 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti bla dritt tal-vot li d-distribuzzjonijiet għalihom jaqbżu l-limitu massimu ddefinit fihom jitqiesu li jinvolvu distribuzzjonijiet preferenzjali.

13.  Jekk il-kundizzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 8 ma tiġix issodisfata, id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti kollha pendenti bla dritt tal-vot jitqiesu bħala preferenzjali sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.

14.  Jekk ma tkun issodisfata l-ebda kundizzjoni tal-paragrafu 7, id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti kollha pendenti bla dritt tal-vot jitqiesu bħala preferenzjali sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.

15.  Ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 7(a), jew ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 8, jew iż-żewġ rekwiżiti jistgħu jiġu rrinunzjati, kif xieraq, jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

istituzzjoni tikser jew, fost l-oħrajn minħabba kundizzjoni finanzjarja li tiddeterjora malajr, aktarx li fil-futur qarib tikser xi wieħed mir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

l-awtorità kompetenti titlob lill-istituzzjoni sabiex iżżid b'mod urġenti il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha f'perjodu speċifiku u tivvaluta li l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi ssewwi jew tevita l-ksur imsemmi fil-punt (a) f'dak il-perjodu speċifiku, mingħajr ma ddur għar-rinunzja msemmija f'dan il-paragrafu.

Artikolu 7c

Kalkolu tal-proporzjon tal-ħlas għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 7b(8)

1.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 7b(8), l-istituzzjonijiet jagħżlu l-metodu deskritt fil-punt (a) jew il-punt (b) sabiex jikkalkulaw il-proporzjon tal-ħlas. L-istituzzjoni ssegwi l-metodu magħżul b'mod konsistenti maż-żmien.

(a) 

bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodi ta' ħames snin preċedenti, diviżi bis-somma ta' profitti relatata mal- perjodi preċedenti ta' ħames snin;

(b) 

għall-perjodu mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2017 biss:

(i) 

fl-2014, bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodu ta' sena preċedenti, diviża bis-somma ta' profitti relatata mal-perjodu preċendi ta' sena;

(ii) 

fl-2015, bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodi ta' sentejn preċedenti, diviża bis-somma ta' profitti relatata mal-perjodi preċedenti ta' sentejn;

(iii) 

fl-2016, bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodi ta' tliet snin preċedenti, diviża bis-somma ta' profitti relatata mal-perjodi preċedenti ta' tliet snin;

(iv) 

fl-2017, bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodi ta' erba' snin preċedenti, diviża bis-somma ta' profitti relatata mal-perjodi preżedenti ta' erba' snin;

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-profitti jfissru l-ammont rapportat fir-Ringiela 670 tal-Mudell 2 tal-Anness III għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 ( 2 ), jew, fejn applikabbli, l-ammont rapportat fir-Ringiela 670 tal-Mudell 2 tal-Anness IV għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju tal-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 7d

Distribuzzjonijiet preferenzjali rigward l-ordni tal-pagamenti ta' distribuzzjoni

Għall-finijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, distribuzzjoni fuq strument tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitqies bħala preferenzjali fir-rigward ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni u rigward l-ordni ta' pagamenti ta' distribuzzjoni jekk mill-inqas tiġi ssodisfata waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) 

id-distribuzzjonijiet jiġu deċiżi fi żminijiet differenti;

(b) 

id-distribuzzjonijiet jitħallsu fi żminijiet differenti;

(c) 

ikun hemm obbligu fuq l-emittent li jħallas id-distribuzzjonijiet fuq tip wieħed ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni qabel jitħallsu d-distribuzzjonijiet fuq tip ieħor ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(d) 

distribuzzjoni titħallas fuq xi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni iżda mhux fuq oħrajn, sakemm ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 7b(7).

▼B



Subtaqsima 3

Finanzjament indirett

Artikolu 8

Finanzjament indirett tal-istrumenti kapitali għall-finijiet tal-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c) u l-Artikolu 63(c) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali skont l-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c) u l-Artiloku 63(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jitqies finanzjament li mhuwiex dirett.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, finanzjament dirett għandu jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn istituzzjoni tkun tat self jew fondi oħra fi kwalunkwe forma lil investitur li jintużaw biex jinxtraw strumenti kapitali tagħha.

3.  Finanzjament dirett għandu jinkludi wkoll finanzjament mogħti għal skopijiet oħra apparti x-xiri ta’ strumenti kapitali tal-istituzzjoni, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni ta’ kreditu, kif imsemmi fl-Artikolu 4(36) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew li titqies li hija parti relatata skont it-tifsira tad-definizzjonijiet fil-paragrafu 9 tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 24 dwar Divulgazzjonijiet fuq Partijiet Relatati kif applikati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), filwaqt li titqies kwalunkwe gwida addizzjonali kif defenit mill-awtorità kompetenti, jekk l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi dan kollu li ġej:

(a) 

it-tranżazzjoni titwettaq bl-istess kondizzjonijiet bħal tranżazzjonijiet oħra ma’ partijiet terzi;

(b) 

il-persuna fiżika jew ġuridika jew il-parti relatata ma jkollhiex tiddependi fuq id-distribuzzjonijiet jew fuq il-bejgħ ta’ strumenti kapitali miżmuma biex issostni l-pagament tal-imgħax u r-ripagament tal-finanzjament.

Artikolu 9

Forom applikabbli u n-natura ta’ finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali għall-finijiet tal-Artikolu 28(1)(b) u 52(1)(c) u 63(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Il-forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett tax-xiri ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

finanzjament tax-xiri ta’ investitur, mal-ħruġ jew wara, ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni minn kwalunkwe entità li fiha l-istituzzjoni jkollha kontroll dirett jew indirett jew minn entitajiet inklużi fi kwalunkwe minn dan li ġej:

(1) 

l-ambitu tal-kontabbiltà jew il-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

(2) 

l-ambitu tal-karta tal-bilanċ konsolidata jew tal-kalkolu aggregata estiż, fejn ekwivalenti għal kontijiet konsolidati kif imsemmi fl-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li titħejja mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li mhumiex organizzati bħala grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni;

(3) 

l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni skont id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju.

(b) 

finanzjament ta’ xiri ta’ investitur, mal-ħruġ jew wara, ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni minn entitajiet esterni li huma protetti b’garanzija jew bl-użu ta’ derivattivi tal-kreditu jew li huma ggarantiti b’xi mod ieħor sabiex ir-riskju tal-kreditu jiġi ttrasferit lill-istituzzjoni jew lil kwalunkwe entità li fiha l-istituzzjoni għandha kontroll dirett jew indirett jew kwalunkwe l-entità fi kwalunkwe minn dan li ġej:

(1) 

l-ambitu tal-kontabbiltà jew il-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

(2) 

l-ambitu tal-karta tal-bilanċ konsolidata jew tal-kalkolu aggregata estiż, fejn ekwivalenti għal kontijiet konsolidati kif imsemmi fl-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li titħejja mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li mhumiex organizzati bħala grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni;

(3) 

l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2002/87/KE.

(c) 

il-finanzjament ta’ mutwatarju li jgħaddi l-finanzjament fuq l-investituri finali għax-xiri, mal-ħruġ jew wara, ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni.

2.  Sabiex jitqies bħala finanzjament indirett għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati ukoll, meta applikabbli:

(a) 

l-investitur ma jkunx inkluż fl-ebda minn dawn li ġejjin:

(1) 

l-ambitu tal-kontabbiltà jew il-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

(2) 

l-ambitu tal-karta tal-bilanċ konsolidata jew tal-kalkolu aggregata estiż, fejn ekwivalenti għal kontijiet konsolidati kif imsemmi fl-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li titħejja mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li mhumiex organizzati bħala grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni. Għal dan l-għan investitur jitqies li jkun inkluż fl-ambitu tal-kalkolu aggregat estiż jekk l-istrument kapitali relevanti jkun suġġett għal konsolidazzjoni jew għal kalkolu aggregat estiż skont l-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b’mod li l-użu multiplu ta’ entrati ta’ fondi proprji u kwalunkwe ħolqien ta’ fondi proprji bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jiġi eliminat. Fejn il-permess mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jkunx ingħata, din il-kondizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata meta ż-żewġ entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u l-istituzzjoni jkunu membri tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali u l-entitajiet inaqqsu l-finanzjament provdut għall-akkwist tal-istrumenti kapitali tal-istituzzjoni skont l-Artikoli 36(1)(f) sa (i), il-Artikolu 56(a) sa (d) u l-Artikolu 66(a) sa (d) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

(3) 

l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2002/87/KE;

(b) 

l-entità esterna mhi inkluża fl-ebda minn dawn li ġejjin:

(1) 

l-ambitu tal-kontabbiltà jew il-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

(2) 

l-ambitu tal-karta tal-bilanċ konsolidata jew tal-kalkolu aggregata estiż, fejn ekwivalenti għal kontijiet konsolidati kif imsemmi fl-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li titħejja mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li mhumiex organizzati bħala grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni;

(3) 

l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2002/87/KE.

3.  Meta jkun qed jiġi stabbilit jekk l-akkwist ta’ strument kapitali jinvolvix finanzjament dirett jew indirett skont l-Artikolu 8, l-ammont li għandu jitqies għandu jkun nett minn kwalunkwe konċessjoni li tkun saret għal indeboliment ivvalutat individwalment.

4.  Sabiex tiġi evitata kwalifika ta’ finanzjament dirett jew indirett skont l-Artikolu 8 u fejn is-self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji jingħataw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni ta’ kreditu jew li titqies li hija parti relatata kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-istituzzjoni għandha tiżgura li fuq bażi kontinwa ma tkunx provdiet self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji għall-iskop li tissottoskrivi direttament jew indirettament strumenti kapitali tal-istituzzjoni. Meta s-self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji jingħataw lil tipi oħra ta’ partijiet, l-istituzzjoni għandha tagħmel dan il-kontroll fuq bażi tal-aħjar sforz.

5.  Fir-rigward ta’ mutwi, soċjetajiet kooperattivi jew istituzzjonijiet simili, fejn hemm obbligu skont il-liġi nazzjonali jew l-istatuti tal-istituzzjoni li konsumatur jissottoskrivi strumenti kapitali biex jirċievi self, dak is-self ma għandux jitqies bħala finanzjament dirett jew indirett, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-ammont ta’ sottoskrizzjoni jitqies immaterjali mill-awtorità kompetenti;

(b) 

l-iskop tas-self mhuwiex l-akkwist ta’ strumenti kapitali tal-istituzzjoni li qed tipprovdi s-self;

(c) 

is-sottoskrizzjoni fi strument kapitali wieħed jew aktar tal-istituzzjoni huwa meħtieġ biex il-benefiċjarju tas-self isir membru tal-mutwa, tas-soċjetà kooperattiva jew tal-istituzzjoni simili.



Subtaqsima 4

Limitazzjonijiet fuq it-tifdija ta’ strumenti kapitali

Artikolu 10

Limitazzjonijiet fuq it-tifdija ta’ strumenti kapitali maħruġa minn mutwi, istituzzjonijiet tat-tfaddil, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni bil-possibbiltà ta’ tifdija biss fejn din il-possibilità hija prevista mil-liġi nazzjonali applikabbli.

2.  L-abbiltà li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija skont id-dispożizzjonjiet li jirregolaw l-istrumenti kapitali kif imsemmi fl-Artikolu 29(2)(b) u 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandha tikkomprendi kemm id-dritt li tiddeferixxi t-tifdija kif ukoll id-dritt li tillimita ammont li se jiġi mifdi. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ tiddefferixxi t-tifdija jew tillimita l-ammont li se jiġi mifdi għal perjodu illimitat ta’ żmien skont il-paragrafu 3.

3.  Il-punt safejn il-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti għandu jiġi ddeterminat mill-istituzzjoni fuq il-bażi tas-sitwazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni fi kwalunkwe ħin, u wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari, iżda mhux biss:

(a) 

Is-sitwazzjoni kumplessiva finanzjarja, tal-likwidità u s-solvenza tal-istituzzjoni;

(b) 

l-ammont tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 u l-kapital totali mqabbel mal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit tal-bafer kombinat kif definit fil-punt (6) tal-Artikoli 128 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 11

Limitazzjonijiet fuq it-tifdija ta’ strumenti kapitali maħruġa minn mutwi, istituzzjonijiet tat-tfaddil, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Il-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispozzjonijiet kuntrattwali jew legali li jirregolaw l-istrumenti ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jillimitaw aktar it-tifdija tal-istrumenti fuq bażi xierqa kif previst fl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-bażijiet tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali u legali li jirregolaw l-istrument. Huma għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet kuntrattwali korrispondenti meta ma jkunux sodisfatti li l-bażijiet tal-limitazzjonijiet huma xierqa. Fejn l-istrumenti jkunu rregolati mil-liġi nazzjonali fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali, il-leġiżlazzjoni għandha tippermetti lill-istituzzjoni tillimita t-tifdija kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 10 sabiex l-istrument jikkwalifika bħala Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

3.  Kwalunkwe deċiżjoni li tiġi limitata t-tifdija għandha tkun dokumentata internament u rapportata bil-miktub mill-istituzzjoni lill-awtorità kompetenti, inklużi r-raġunijiet għaliex, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, it-tifdija ġiet parzjalment jew totalment rifjutata jew diferrita.

4.  Meta jkunu qed jittieħdu diversi deċiżjonijiet, fl-istess perjodu ta’ żmien, li tiġi limitata t-tifdija, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddokumentaw dawn id-deċiżjonijiet f’sett wieħed ta’ dokumenti.



TAQSIMA 2

Filtri Prudenzjali

Artikolu 12

Il-kunċett ta’ qligħ mill-bejgħ għall-finijiet tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Il-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jfisser kwalunkwe qligħ rikonoxxut fuq il-bejgħ għal dik l-istituzzjoni li jiġi rreġistrat bħala żieda fi kwalunkwe element tal-fondi proprji u huwa assoċjat ma’ introjtu ta’ marġni futur li jirriżulta minn bejgħ ta’ assi titolizzati meta jitneħħew mill-karta bilanċjali tal-istituzzjoni fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni.

2.  Il-qligħ rikonoxxut fuq bejgħ għandu jiġi ddeterminat bħala d-differenza bejn il-punti (a) u (b) li ġejjin kif determinati fl-applikazzjoni tal-qafas tal-kontabbiltà rilevanti:

(a) 

il-valur nett tal-assi riċevuti inkluż kwalunkwe assi ġdid miksub li minnu jitnaqqas kwalunkwe assi ieħor mogħti jew kwalunkwe obbligazzjoni ġdida meħuda;

(b) 

u l-ammont riportat tal-assi titolizzati jew tal-parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat.

3.  Il-qligħ rikonoxxut fuq bejgħ li huwa assoċjat ma’ introjtu ta’ marġni futur, għandu jirreferi, f’dan il-kuntest, għall-“marġni pożittiv” mistenni fil-futur, kif definit fl-Artikolu 242 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.



TAQSIMA 3

Tnaqqis mill-elementi tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1

Artikolu 13

Tnaqqis ta’ telf għas-sena finanzjarja attwali għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Għall-fini li jiġi kkalkulat il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha matul is-sena, u irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni tagħlaqx il-kontijiet finanzjarji tagħha fi tmiem kull perjodu interim, l-istituzzjoni għandha tiddetermina r-rapport tal-introjtu tagħha u tnaqqas kwalunkwe telf li jirriżulta mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta jseħħ.

2.  Għall-finijiet li jiġu determinati l-kontijiet tal-introjtu ta’ istituzzjoni skont il-paragrafu 1, l-introjtu u l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati skont l-istess proċess u fuq il-bażi tal-istess standards tal-kontabilità bħal dik segwita fir-rapport finanzjarju tal-aħħar tas-sena. Id-dħul u l-ispejjeż għandhom jiġu stmati b’mod prudenti u għandhom jiġu assenjati għall-perjodu interim li fihom ikunu seħħew sabiex kull perjodu interim ikollu ammont raġonevoli ta’ introjtu u spejjeż annwali antiċipati. Avvenimenti materjali jew mhux rikorrenti għandhom jitqiesu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien fil-perjodu interim li jseħħu fih.

3.  Fejn it-telf għas-sena finanzjarja attwali jkun diġà naqqas l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni bħala riżultat ta’ rapport finanzjarju interim jew tal-aħħar tas-sena, ma jkunx meħtieġ tnaqqis. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, ir-rapport finanzjarju tfisser li l-profitt u t-telf ġew iddeterminati wara għeluq tal-kontijiet interim jew annwali skont il-qafas tal-kontabilità li għalih hija soġġetta l-istituzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità u d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 5 ) dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.

4.  Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw bl-istess mod għall-qligħ u t-telf inklużi fi introjtu ieħor komprensiv akkumulat.

Artikolu 14

Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  It-tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura skont l-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jsir skont il-paragrafi 2 u 3.

2.  It-tpaċija bejn l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati għandha ssir separatament għal kull entità taxxabbli. L-obbligazzjonijiet tat-taxxa differita assoċjati għandhom ikunu limitati għal dawk li jinħolqu mil-liġi tat-taxxa tal-istess ġurisdizzjoni tal-assi tat-taxxa differita. Għall-kalkolu tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita f’livell konsolidat, entità taxxabbli tinkludi kwalunkwe għadd ta’ entitajiet li huma membri tal-istess grupp tat-taxxa, konsolidazzjoni fiskali, għaqda fiskali jew dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

3.  L-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li huma eliġibbli għat-tpaċija tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura huwa ugwali għad-differenza bejn l-ammont fil-punt (a) u l-ammont fil-punt (b):

(a) 

l-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita kif rikonoxxut skont taħt il-qafas tal-kontabilità applikabbli;

(b) 

l-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li joħorġu minn assi intanġibbli u minn assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċji definiti.

Artikolu 15

Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċji definiti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 41(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss il-permess minn qabel imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn l-abbiltà bla restrizzjonijiet li tuża l-assi rispettivi tal-fond tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti tinvolvi aċċess immedjat u bla xkiel għall-assi bħal meta l-użu tal-assi ma jiġix impedit minn restrizzjoni ta’ kwalunkwe tip u ma jkun hemm pretensjonijiet tal-ebda tip minn partijiet terzi fuq dawn l-assi.

2.  Aċċess bla xkiel għall-assi x’aktarx ikun jeżisti meta l-istituzzjoni ma tkunx meħtieġa titlob u tirċievi approvazzjoni speċifika mill-manager tal-fondi tal-pensjoni jew mingħand il-benefiċjarji tal-pensjoni kull darba li tkun trid taċċessja fondi żejda fil-pjan.

▼M3

Artikolu 15a

Parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(f), (h) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Għall-finijiet tal-Artikoli 15c, 15d, 15e u 15i ta' dan ir-Regolament, “entità intermedja” kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(114) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tikkonsisti minn waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin li jkollhom strumenti kapitali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju:

(a) 

impenn għal investiment kollettiv;

(b) 

fond tal-pensjoni minbarra fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti;

(c) 

fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti, fejn l-istituzzjoni qiegħda tappoġġa r-riskju tal-investiment u fejn il-fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit mhuwiex indipendenti mill-istituzzjoni sponsor tiegħu;

(d) 

l-entitajiet li huma direttament jew indirettament taħt il-kontroll jew taħt influwenza sinifikanti ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) 

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(2) 

l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji ta' dik l-impriża prinċipali;

(3) 

il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji ta' dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali;

(4) 

il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali ta' attività mħallta tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji ta' dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali ta' attività mħallta;

(5) 

il-kumpanija prinċipali azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji ta' dik il-kumpanija prinċipali azzjonarja finanzjarja mħallta;

(e) 

l-entitajiet li huma flimkien, direttament jew indirettament, taħt il-kontroll jew taħt influwenza sinifikanti ta' istituzzjoni waħda, diversi istituzzjonijiet, jew netwerk tal-istituzzjonijiet, li jkunu membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali, jew fl-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet affiljati ma' korp ċentrali li mhumiex organizzati bħala grupp li għalih tappartjeni l-istituzzjoni;

(f) 

l-entitajiet bi skop speċjali;

(g) 

l-entitajiet li l-attività tagħhom hija li jżommu strumenti finanzjarji ta' entitajiet tas-settur finanzjarju;

(h) 

kwalunkwe entità li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tintuża bl-intenzjoni li jiġu evitati r-regoli li jirrigwardaw it-tnaqqis ta' parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi.

2.  Mingħajr ħsara għall-punt (h) tal-paragrafu 1, “entità intermedjarja” kif imsemmi fl- Artikolu 4(1)(114) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 ma tinkludix:

(a) 

kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta, istituzzjonijiet, impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni;

(b) 

l-entitajiet li huma, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, suġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE;

(c) 

l-entitajiet tas-settur finanzjarju għajr dawk imsemmija fil-punt (a), li huma sorveljati u meħtieġa li jnaqqsu parteċipazzjonijiet diretti u indiretti ta' strumenti kapitali proprja tagħhom u parteċipazzjonijiet fi strumenti kapitali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju mill-kapital regolatorju tagħhom.

3.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti jitqies li jkun indipendenti mill-istituzzjoni sponsor tiegħu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti huwa legalment separat mill-istituzzjoni sponsor u l-governanza tiegħu hija indipendenti;

(b) 

l-istatuti, l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u r-regoli interni speċifiċi tal-fond tal-pensjoni, kif applikabbli, ikunu ġew approvati minn regolatur indipendenti; jew ir-regoli li jirregolaw l-inkorporazzjoni u l-funzjonament tal-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti, kif applikabbli, huma stabbiliti fid-dritt nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru rilevanti;

(c) 

il-fiduċjarji jew l-amministraturi tal-fond tal-pensjoni definit għandhom l-obbligu skont id-dritt nazzjonali applikabbli li jaġixxu b'mod imparzjali fl-aħjar interessi tal-benefiċjarji tal-iskema minflok dawk tal-isponsor, biex jimmaniġġjaw b'mod prudenti l-assi tal-fond tal-pensjoni definit u li jikkonformaw mar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti, l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u r-regoli interni tal-fond speċifiku tal-pensjoni kif applikabbli, jew il-qafas statutorju jew regolatorju deskritt fil-punt (b);

(d) 

l-istatuti jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni jew ir-regoli li jirregolaw l-inkorporazzjoni u l-funzjonament tal-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti msemmijin fil-punt (b) jinkludu restrizzjonijiet fuq l-investimenti li l-iskema tal-pensjoni definita tista' tagħmel fi strumenti ta' fondi proprji maħruġa mill-istituzzjoni sponsor.

4.  Meta l-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jkollu strumenti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni sponsor, l-istituzzjoni sponsor tittratta dik l-azjenda bħala parteċipazzjoni indiretta ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1 jew strumenti proprji ta' Grad 2, kif applikabbli. L-ammont li jrid jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli, tal-istituzzjoni sponsor, jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 15c.

Artikolu 15b

Parteċipazzjonijiet sintetiċi għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(f), (h) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Il-prodotti finanzjarju li ġejjin għadhom jitqiesu bħal parteċipazzjonijiet sintetiċi ta' strumenti kapitali skont il-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a) 

strumenti derivattivi li jkollhom strumenti kapitali ta' entità tas-settur finanzjarju bħala bażi tagħhom jew li l-entità tas-settur finanzjarju tkun l-entità ta' referenza tagħhom;

(b) 

garanziji jew protezzjoni tal-kreditu pprovduta lil parti terza fir-rigward tal-investimenti tal-parti terza bi strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju.

2.  Il-prodotti finanzjarji previsti fil-paragrafu 1 jinkludu dan li ġej:

(a) 

investimenti fi swaps tar-redditu totali fuq strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju;

(b) 

opzjonijiet eżerċitabbli mixtrija minn istituzzjoni jew strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju;

(c) 

opzjonijiet put mibjugħa mill-istituzzjoni fuq strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju jew kwalunkwe obbligu kuntrattwali attwali jew kontinġenti tal-istituzzjoni li tixtri l-istrumenti ta' fondi propjri;

(d) 

investimenti fi ftehimiet ta' xiri ta' forwards fuq strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju.

Artikolu 15c

Kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-ammont ta' parteċipazzjonijiet indiretti li għandu jitnaqqas minn Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif rikjest f'punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi kkalkulat b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) 

skont l-approċċ standard stabbilit fl-Artikolu 15d;

(b) 

fejn l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-approċċ deskritt fl-Artikolu 15d huwa ta' piż eċċessiv, skont l-approċċ deskritt ibbażat fuq struttura fl-Artikolu 15e. L-approċċ deskritt ibbażat fuq struttura fl-Artikolu 15e ma jintużax minn istituzzjonijiet biex jiġi kkalkulat l-ammont ta' dan it-tnaqqis f'dak li għandu x'jaqsam ma' investimenti f'entitajiet intermedji msemmija fl-Artikolu 15a(1)(d) u (e).

Artikolu 15d

Approċċ standard għall-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-ammont ta' parteċipazzjonijiet indiretti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li għandu jitnaqqas kif rikjest minn punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi kkalkulat b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) 

fejn l-iskoperturi tal-investituri kollha lill-entità intermedja jitqiesu pari passu, l-ammont ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament immultiplikat bl-ammont tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entità tas-settur finanzjarju miżmuma mill-entità intermedja;

(b) 

fejn l-iskoperturi tal-investituri kollha lill-entità intermedja ma jitqisux pari passu, l-ammont ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament immultiplikat b'dak li jiġi l-inqas bejn l-ammonti li ġejjin

(i) 

l-ammont tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entità tas-settur finazjarju miżmum minn entità intermedja;

(ii) 

l-iskopertura tal-istituzzjoni għall-entità intermedja, flimkien mal-finanzjament l-ieħor kollu pprovdut għal din l-entità intermedja li jitqiesu pari passu mal-iskopertura tal-istituzzjoni.

2.  Il-metodu tal-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 1 isir għal kull porzjon ta' finanzjament li jitqies pari passu mal-fondi mogħtija mill-istituzzjoni.

3.  Il-perċentwal ta' finanzjament għall-finijiet tal-paragrafu 1 ikun l-iskopertura tal-istituzzjoni lill-entità intermedja diviż bis-somma tal-iskopertura tal-istituzzjoni għall-entità intermedja u tal-iskoperturi l-oħra kollha għal din l-entità intermedja li jitqiesu pari passu mal-iskopertura tal-istituzzjoni.

4.  Il-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 1 isir b'mod separat għal kull parteċipazzjoni fl-entità tas-settur finanzjarju miżmuma minn kull entità intermedja.

5.  Fejn investimenti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entità fis-settur finanzjarju jkunu miżmuma indirettament permezz ta' entitajiet intermedji sussegwenti jew diversi, il-perċenwal tal-finanzjament stipulat fil-paragrafu 1 ikun determinat billi jiġi diviż l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammonti ta' finanzjament ipprovduti mill-istituzzjoni għall-entitajiet intermedji, bl-ammonti ta' finanzjament ipprovduti minn dawn l-entitajiet intermedji għal entitajiet intermedji sussegwenti, u bl-ammonti ta' finanzjament ipprovdut minn dawn l-entitajiet intermedji sussegwenti lill-entità tas-settur finanzjarju.

(b) 

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammonti ta' strumenti kapitali jew strumenti oħra kif rilevanti, maħruġa minn kull entità intermedja

6.  Il-persentaġġ tal-finanzjament imsemmi fil-paragrafu 5 jkun ikkalkulat separatament għal kull parteċipazzjoni f'entità tas-settur finanzjarju u miżmuma minn entitajiet intermedji għal kull porzjon ta' finanzjament li jitqies pari passu ma' fondi pprovduti mill-istituzzjoni u l-entitajiet intermedjarji sussegwenti.

Artikolu 15e

Approċċ standard għall-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-ammont li għandu jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament, kif definit fl-Artikolu 15d(3) ta' dan ir-Regolament immultiplikat bl-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmuma mill-entità intermedja.

2.  L-ammont li għandu jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament, kif definit fl-Artikolu 15d(3) immultiplikat bl-ammont aggregat ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entitajiet tas-settur finanzjarju miżmuma mill-entità intermedja.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjoni tikkalkula separatament l-ammont aggregat għal kull entità intermedja tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni li l-entità intermedja għandha u l-ammont aggregat tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet oħra tas-settur finazjarju miżmuma mill-entità intermedja.

4.  L-istituzzjoni tikkunsidra l-ammont tal-parteċipazzjonijiet fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entitajiet tas-settur finanzjarju kkalkulat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu bħala investiment sinifikanti msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tnaqqas l-ammont skont il-punt (i) tal-Artikolu 36(1) ta' dak ir-Regolament.

5.  Fejn investimenti fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jkunu miżmuma indirettament permezz ta' entitajiet intermedji sussegwenti jew diversi, il-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 15d japplikaw.

6.  Fejn istituzzjoni ma tkunx kapaċi tidentifika l-ammonti aggregati li l-entità intermedja iżżomm fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jew fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet oħra fis-settur finanzjarju, l-istituzzjoni tistma l-ammonti li ma tkunx tista' tidentifika billi tuża l-ammonti massimi li l-entità intermedja hi kapaċi żomm fuq il-bażi tal-mandati tal-investiment tagħha.

7.  Fejn l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddetermina, abbażi tal-mandat tal-investiment, l-ammont massimu li l-entità intermedja għandha fl-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jew fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet fis-settur finanzjarju, l-istituzzjoni tittratta l-ammont ta' finanzjament li għandha fl-entità intermedja bħala investiment fl-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha stess u tnaqqashom skont il-punt (f) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

8.  B'deroga mill-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni tittratta l-ammont ta' finanzjament li żżomm fl-entità intermedja bħala investiment mhux sinifikanti u tnaqqashom skont il-punt (h) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-ammonti ta' finanzjament huma inqas minn 0,25 % tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni;

(b) 

l-ammonti ta' finanzjament huma inqas minn EUR 10 miljuni.

(c) 

l-istituzzjoni ma tistax raġonevolment tiddetermina l-ammonti tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha li żżomm l-entità intermedja.

9.  Fejn il-finanzjament tal-entità intermedja jkun fil-forma ta' unitajiet jew ishma ta' CIU, l-istituzzjoni tista' tistrieħ fuq partijiet terzi identifikati fl-Artikolu 132(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Artikolu, li tikkalkula u tirrapporta l-ammonti aggregati msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 15f

Il-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet sintetiċi għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36 (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-ammont ta' parteċipazzjonijiet sintetiċi li għandu jitnaqqas minn Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif rikjest minn punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun kif ġej:

(a) 

għal parteċipazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar:

(i) 

għal opzjonijiet, l-ammont ekwivalenti delta tal-istrumenti rilevanti kkalkulati skont it-Titolu IV tal-Parti III tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

għal xi parteċipazzjonijiet sintetiċi oħrajn, l-ammont nominali jew l-ammont nozzjonali, kif applikabbli.

(b) 

għal parteċipazzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar:

(i) 

għal opzjonijiet ta' eżerċizzju, il-valur tas-suq kurrenti;

(ii) 

għal xi parteċipazzjonijiet sintetiċi oħrajn, l-ammont nominali jew l-ammont nozzjonali, kif applikabbli.

2.  Istituzzjoni għandha tnaqqas il-parteċipazzjonijiet sintetiċi msemmija fil-paragrafu 1 mid-data tal-firma tal-kuntratt bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti.

Artikolu 15g

Kalkolu ta' investimenti sinifikanti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sabiex jiġi vvalutat jekk l-istituzzjoni jkollhiex sjieda ta' aktar minn 10 % tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni maħruġa minn entità fis-settur finanzjarju, skont il-punt (a) tal-Artikolu 43 ta' dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet jgħoddu l-ammonti ta' pożizzjonijiet twal grossi tagħhom f'parteċipazzjonijiet diretti, kif ukoll parteċipazzjonijiet indiretti ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' din l-entità tas-settur finanzjarju msemmija fil-punti (d) u (h) tal-Artikolu 15a(1) ta' dan ir-Regolament.

2.  Parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi jiġu kkunsidrati mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma ssodisfati.

Artikolu 15h

Parteċipazzjonijiet ta' Grad 1 u ta' Grad 2 Addizzjonali

Il-metodoloġija msemmija fl-Artikoli 15a sa 15f ta' dan ir-Regolament tapplika mutatis mutandis għal parteċipazzjonijiet ta' Grad 1 Addizzjonali għall-finijiet tal-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għal parteċipazzjonijiet ta' Grad 2 għall-finijiet tal-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 66 ta' dak ir-Regolament, fejn referenzi għal Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinqraw bħala referenzi għal Grad 1 jew Grad 2 Addizzjonali kif applikabbli.

Artikolu 15i

L-ordni u l-ammont massimu ta' tnaqqis ta' parteċipazzjonijiet indiretti ta' strumenti ta' fondi proprji ta' entitajiet tas-settur finanzjarju

1.  Suġġett għal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3, kif applikabbli, fejn l-entità intermedja jkollha strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, strumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju, l-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitnaqqsu l-ewwel, strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jiġu mnaqqsa t-tieni, u l-aħħar jitnaqqsu l-istrumenti ta' Grad 2.

2.  Fejn l-entità intermedja jkollha strumenti ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet, fl-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu għal kull tip ta' parteċipazzjoni l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-parteċipazzjonijiet ta' strumenti ta' fondi proprji tagħhom stess l-ewwel.

3.  Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju indirettament, l-ammont li għandu jitnaqqas mill-fondi proprji tal-istituzzjoni m'għandux ikun ogħla mill-ammont l-aktar baxx tal-ammonti li ġejjin:

(a) 

il-finanzjament totali pprovdut mill-istituzzjoni lill-entità intermedja;

(b) 

l-ammont tal-istrumenti tal-fondi proprji miżmuma mill-entità intermedja fl-entità tas-settur finanzjarju.

Artikolu 15j

Avvjament

Għall-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jidentifikawx avvjament separatament meta jiġi ddeterminat l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas skont l-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 16

Tnaqqis ta’ imposti prevedibbli tat-taxxi għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(l) u l-Artikolu 56(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tapplika qafas ta’ kontabilità u politiki ta’ kontabilità li jipprevedu r-rikonoxximent sħiħ tal-obbligazzjonijiet attwali u differiti tat-taxxa relatati ma’ tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew fir-rapport tal-introjtu, l-istituzzjoni tista’ tikkunsidra li l-imposti tat-taxxi prevedibbli diġà tqiesu. L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li jkun sar it-tnaqqis kollu meħtieġ, jew skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor.

2.  Meta l-istituzzjoni tkun qed tikkalkula il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha fuq il-bażi ta’ rapporti finanzjarji mħejjija skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, il-kundizzjoni tal-paragrafu 1 titqies li ġiet issodisfata.

3.  Meta l-kundizzjoni tal-paragrafu 1 ma tkunx issodisfata, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha bl-ammont stmat tal-imposti tat-taxxa attwali u differita li jkunu għadhom mhux rikonoxxuti fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu relatati ma’ tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew fir-rapport tal-introjtu. L-ammont stmat ta’ imposti tat-taxxa attwali u differita għandu jiġu ddeterminat bl-użu ta’ approċċ ekwivalenti għal dak mogħti mir-Regolament (KE) Nru 1606/2002. L-ammont stmat tal-imposti tat-taxxa differita ma jistax jiġi nnettjat b’assi ta’ taxxa differita li mhumiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.



TAQSIMA 4

Tnaqqis ieħor fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, tal-Grad 1 addizzjonali u tal-Grad 2

Artikolu 17

Tnaqqis ieħor fl-istrumenti kapitali tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Parteċipazzjonijiet fi strumenti kapitali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kif definit fl-Artikolu 4(26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jitnaqqsu skont il-kalkoli li ġejjin:

(a) 

l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-istituzzjoni finanzjarja li ħarġithom u, meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun suġġetta għal rekwiżiti ta’ solvenza, li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) 

l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-emittent u, meta l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx suġġetta għal rekwiżiti ta’ solvenza, li jkunu perpetwi, jassorbu l-ewwel u proporzjonalment l-akbar sehem mit-telf meta jseħħ, jikklassifikaw taħt il-pretensjonijiet l-oħra kollha fil-każ ta’ insolvenza u likwidazzjoni u ma għandhomx distribuzzjonijiet preferenzjali jew predeterminati għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(c) 

kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(d) 

kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Jekk l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ kapital tal-Grad 1 Adizzjonali ma jkunx biżżejjed, il-bqija tal-ammont żejjed għandu jitnaqqas minn mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(e) 

kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-istituzzjoni finanzjarja skont il-qafas prudenzjali rilevanti applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet fil-punti (a), (b), (c) jew (d) japplikaw għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

2.  Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-tnaqqis kif previst fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali bbażati fuq approċċ tat-tnaqqis korrispondenti. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-approċċ tat-tnaqqis korrispondenti għandu jfisser approċċ li japplika t-tnaqqis għall-istess komponent ta’ kapital li għalih il-kapital ikun jikkwalifika li kieku nħareġ mill-istituzzjoni stess.

3.  It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika f’dawn il-każijiet:

(a) 

meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun awtorizzata u taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti u soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali ekwivalenti għal dawk applikati lill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan l-approċċ għandu jkun applikat lill-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiż terz biss meta tkun saret, skont dak ir-regolament, valutazzjoni tal-ekwivalenza tar-reġim prudenzjali tal-pajjiż terz konċernat u meta jkun ġie konkluż li r-reġim prudenzjali tal-pajjiż terz konċernat huwa tal-inqas ekwivalenti għal dak applikata fl-Unjoni.

(b) 

meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun istituzzjoni tal-flus elettroniċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u ma tibbenefikax minn eżenzjonijiet fakultattivi kif previst fl-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva;

(c) 

meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun istituzzjoni tal-pagamenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u ma tibbenefikax minn rinunzja kif previst fl-Artikolu 26 ta’ dik id-Direttiva;

(d) 

meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) jew kumpanija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).

Artikolu 18

Strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Parteċipazzjonijiet fi strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz li huma soġġetti għal reġim ta’ solvenza li jew ġie vvalutat bħala mhux ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 227 ta’ dik id-Direttiva, jew li ma ġiex ivvalutat, għandhom jitnaqqsu kif ġej:

(a) 

l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiz terz li ħarġuhom, u li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti skont r-reġim tal-pajjiż terz għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) 

kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(c) 

kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont f’eċċess jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont f’eċċess li jibqa’ għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(d) 

għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz li huma soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali ta’ solvenza, kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz skont ir-reġim ta’ solvenza rilevanti applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet (a), (b) jew (c) japplikaw, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

2.  Fejn ir-reġim ta’ solvenza ta’ pajjiż terz, inklużi r-regoli dwar il-fondi proprji, ikun ġie vvalutat bħala ekwivalenti għal dak stabilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 227 ta’ dik id-Direttiva, parteċipazzjonijiet ta’ strument kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-pajjiż terz għandhom jiġu ttrattati bħala parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni awtorizzati skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE.

3.  Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-tnaqqis kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 44, il-punt (b) tal-Artikolu 58 u l-punt (b) tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli, għal parteċipazzjonijiet ta’ entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji.

Artikolu 19

Strumenti kapitali ta’ impriżi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali ta’ impriżi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva għandhom jitnaqqsu kif ġej:

(a) 

l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-impriża li ħarġithom u li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti għandhom jitnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) 

kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(c) 

kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Jekk l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont f’eċċess jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont f’eċċess li jibqa’ għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(d) 

kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-impriża skont ir-reġim ta’ solvenza applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet (a), (b) jew (c) japplikaw għandhom jitnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.



KAPITOLU III

KAPITAL TA’ GRAD 1 ADDIZZJONALI



TAQSIMA 1

Forma u n-natura tal-inċentivi biex jinfdew

Artikolu 20

Forma u natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(g) u 63(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Inċentivi għat-tifdija tfisser il-karatteristiċi kollha li jipprovdu, fid-data tal-ħruġ, aspettattiva li l-istrument kapitali x’aktarx se jiġi mifdi.

2.  L-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-forom li ġejjin:

(a) 

opzjoni eżerċitabbli flimkien ma’ żieda fil-firxa tal-kreditu tal-istrument jekk l-opzjoni ma tintużax;

(b) 

opzjoni eżerċitabbli flimkien ma’ rekwiżit jew opzjoni għall-investitur li jikkonverti l-istrument fi strument ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta l-opzjoni ma tintużax;

(c) 

opzjoni eżerċitabbli flimkien ma’ bidla fir-rata ta’ referenza meta l-firxa tal-kreditu fuq it-tieni rata ta’ referenza tkun akbar mir-rata tal-pagament inizjali inqas ir-rata tal-iswap;

(d) 

opzjoni eżerċitabbli flimkien ma’ żieda tal-ammont tat-tifdija fil-futur;

(e) 

opzjoni ta’ rekummerċjalizzazzjoni flimkien ma’ żieda fil-firxa tal-kreditu tal-istrument jew bidla fir-rata ta’ referenza fejn il-firxa tal-kreditu fuq it-tieni rata ta’ referenza tkun akbar mir-rata tal-pagament inizjali inqas ir-rata tal-iswap meta l-istrument ma jiġix rikummerċjalizzat;

(f) 

kummerċjalizzazzjoni tal-istrument b’mod li jissuġġerixxi lill-investituri li l-istrument se jiġi eżerċittat.



TAQSIMA 2

Konverżjoni jew valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali

Artikolu 21

In-natura tal-valwazzjoni pożittiva tal-ammont kapitali wara valwazzjoni negattiva għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(n) u l-Artikolu 52(2)(c)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Il-valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali għandha tapplika fuq bażi prorata għad-detenturi kollha ta’ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali li jinkludu mekkaniżmu simili ta’ valwazzjoni negattiva u livell ta’ skattatura identiku.

2.  Biex il-valwazzjoni negattiva titqies temporanja, iridu jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe distribuzzjoni pagabbli wara l-valwazzjoni negattiva għandha tkun ibbażata fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital;

(b) 

valwazzjonijiet pożittivi għandhom ikunu bbażati fuq il-profitti wara li l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitti finali;

(c) 

kwalunkwe valwazzjoni pożittiva tal-istrument jew pagament ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jsir bid-diskrezzjoni sħiħa tal-istituzzjoni soġġetta għal-limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-punti (d) sa (f) u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjoni li twettaq jew taċċellera valwazzjoni pożittiva skont ċirkostanzi speċifiċi;

(d) 

valwazzjoni pożittiva għandha jitwettaq fuq bażi prorata bejn strumenti simili tal-Grad 1 Addizzjonali li kienu soġġetti għal valwazzjoni negattiva;

(e) 

l-ammont massimu li għandu jiġi attribwit għas-somma tal-valwazzjoni pożittiva tal-istrument flimkien mal-pagamenti ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jkun ugwali għall-profitt tal-istituzzjoni multiplikat bl-ammont miksub bid-diviżjoni tal-ammont determinat fil-punt (1) bl-ammont determinat fil-punt (2):

(1) 

is-somma tal-ammont nominali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali kollha tal-istituzzjoni qabel il-valwazzjoni negattiva li kienu soġġetti għal valwazzjoni negattiva;

(2) 

it-total tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.

(f) 

is-somma ta’ kwalunkwe ammont ta’ valwazzjoni pożittiva u l-pagamenti ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandha tiġi ttrattata bħala pagament li jirriżulta fi tnaqqis tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u għandha tkun soġġetta, flimkien ma’ distribuzzjonijiet oħrajn fl-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, għar-restrizzjonijiet marbuta mal-ammont massimu distribwibbli kif imsemmi fl-Artikolu 141(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, kif trasposta fil-liġi jew ir-regolamentazzjoni nazzjonali.

3.  Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 2, il-kalkolu għandu jsir fil-mument meta twettaq il-valwazzjoni pożittiva.

Artikolu 22

Proċeduri u skedar biex ikun stabbilit li seħħ avveniment skattatur għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Meta l-istituzzjoni tkun stabbiliet li l-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jkun waqa’ taħt il-livell li jattiva l-konverżjoni jew il-valwazzjoni negattiva tal-istrument fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti previst fit-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-korp maniġerjali jew kwalunkwe korp rilevanti ieħor tal-istituzzjoni għandu, mingħajr dewmien, jiddetermina li jkun seħħ avveniment skattatur u għandu jkun hemm obbligu irrevokabbli għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrument.

2.  L-ammont li għandu ssirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit għandu jiġi stabbilit kemm jista’ jkun malajr u fi żmien massimu ta’ xahar minn meta jiġi stabbilit li jkun seħħ l-avveniment skattatur skont il-paragrafu 1.

3.  L-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-perjodu massimu ta’ xahar msemmi fil-paragrafu 2 jitnaqqas f’każijiet meta tivvaluta li ġiet stabbilita biżżejjed ċertezza dwar l-ammont li għandu jiġi kkonvertit jew valwat ‘l isfel jew f’każijiet fejn tivvaluta li hija meħtieġa konverżjoni jew valwazzjoni negattiva immedjata.

4.  Meta analiżi indipendenti tal-ammont li għandu ssirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit tkun meħtieġa skont id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali, jew meta l-awtorità kompetenti titlob analiżi indipendenti għad-determinazzjoni tal-ammont li għandu jiġi valwat ‘l isfel jew ikkonvertit, il-korp maniġerjali jew kwalunkwe korp ieħor rilevanti tal-istituzzjoni għandu jara li dan isir minnufih. Dik analiżi indipendenti għandha titwettaq malajr kemm jista’ jkun u ma għandhiex toħloq impedimenti lill-istituzzjoni milli tagħmel valwazzjoni negattiva jew tikkonverti strument tal-Grad 1 Addizzjonali u biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3.



TAQSIMA 3

Karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni

Artikolu 23

Karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(o) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-istituzzjoni tikkumpensa lid-detenturi eżistenti ta’ strumenti kapitali meta jinħareġ strument kapitali ġdid.



TAQSIMA 4

Użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji

Artikolu 24

Użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(p) u l-Artikolu 63(n) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Meta l-istituzzjoni jew entità fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 toħroġ strument kapitali li huwa sottoskritt minn entità bi skop speċjali, dan l-istrument kapitali ma għandux, fil-livell tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija hawn fuq, jirċievi rikonoxximent bħala kapital ta’ kwalità ogħla mill-kwalità l-aktar baxxa tal-kapital maħruġ lill-entità bi skop speċjali u l-kapital maħruġ lil partijiet terzi mill-entità bi skop speċjali. Dak ir-rekwiżit għandu japplika fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali.

2.  Id-drittijiet tad-detenturi tal-istrumenti maħruġa minn entità bi skop speċjali ma għandhomx ikunu aktar favorevoli milli kieku l-istrument kien maħruġ direttament mill-istituzzjoni jew mill-entità fl-ambitu ta’ konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M3

Artikolu 24a

Distribuzzjoni fuq strument ta' fondi proprji — indiċijiet ta' suq wiesa'

1.  Indiċi ta' rata ta' mgħax jitqies li jkun indiċi ta' suq wiesa' jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huwa użat biex jiġu ffissati rati ta' self interbankarju f'munita waħda jew aktar;

(b) 

jintuża bħala rata ta' referenza għal dejn b'rata varjabbli maħruġ mill-istituzzjoni fl-istess munita, fejn applikabbli;

(c) 

huwa kkalkulat bħala rata medja minn korp indipendenti tal-istituzzjonijiet li qed jikkontribwixxu għall-indiċi (“il-bord”);

(d) 

kull waħda mir-rati stabbiliti taħt l-indiċi hija bbażata fuq kwotazzjonijiet sottomessi minn bord ta' istituzzjonijiet attiv f'dak is-suq interbankarju;

(e) 

Il-kompożizzjoni tal-bord imsemmi fil-punt (c) tiżgura livell suffiċjenti ta' rappreżentanza tal-istituzzjonijiet preżenti fl-Istat Membru.

2.  Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, livell suffiċjenti ta' rappreżentanza jitqies bħala miksub f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn il-bord imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jinkludi mill-inqas 6 kontributuri differenti qabel kwalunkwe skontar ta' kwotazzjoni jiġi applikat għall-għanijiet tal-iffissar tar-rata;

(b) 

fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

il-bord imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jinkludi mill-inqas 4 kontributuri differenti qabel kwalunkwe skontar ta' kwotazzjoni jiġi applikat għall-għanijiet tal-iffissar tar-rata;

(ii) 

il-kontributuri għall-bord imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jirrappreżentaw mill-inqas 60 % tas-suq relatat.

3.  Is-suq relatat imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 ikun is-somma tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kontributuri effettivi għall-bord fil-munita domestika diviża bl-għadd tal-assi u l-obbligazzjonijiet fil-munita domestika ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istat Membru rilevanti, inkluż friegħi stabbiliti fl-Istat Membru, u l-fondi tas-swieq tal-flus fl-Istat Membru rilevanti.

4.  Indiċi tal-ishma jitqies bħala indiċi ta' suq wiesa' fejn ikun iddiversifikat b'mod xieraq skont l-Artikolu 344 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼B



KAPITOLU IV

REKWIŻITI ĠENERALI



TAQSIMA 1

Parteċipazzjonijiet indiretti bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi

Artikolu 25

Livell ta’ konservattiżmu meħtieġ f’estimi għall-kalkolu tal-iskoperturi użati bħala alternattiva għall-iskoperturi sottostanti għall-finijiet tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Stima tkun konservattiva biżżejjed meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-mandat ta’ investiment tal-indiċi jispeċifika li strument kapitali ta’ entità mis-settur finanzjarju li hija parti mill-indiċi ma jistax jaqbeż perċentwali massimu tal-indiċi, l-istituzzjoni tuża dak il-perċentwali bħala stima għall-valur tal-parteċipazzjonijiet li huma mnaqqsa mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli skont il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 17 jew mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni ma tistax tiddetermina n-natura preċiża tal-parteċipazzjoni.

(b) 

meta l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddetermina l-perċentwali massimu msemmi fil-punt (a) u meta l-indiċi, kif jixhed il-mandat ta’ investiment tiegħu jew informazzjoni rilevanti oħra, jinkludi strumenti kapitali ta’ entitajiet mis-settur finanzjarju, l-istituzzjoni tnaqqas l-ammont sħiħ tal-parteċipazzjonijiet fl-indiċi mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 17 jew mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddetermina n-natura preċiża tal-parteċipazzjoni.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

parteċipazzjoni indiretta li tirriżulta minn parteċipazzjoni f’indiċi tinkludi l-proporzjon tal-indiċi investit fi strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet mis-settur finanzjarju inklużi fl-indiċi;

(b) 

indiċi jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, fondi ta’ indiċi, indiċi ta’ ekwità jew bonds jew kwalunkwe skema oħra fejn l-istrument sottostanti hu strument kapitali maħruġ minn entità mis-settur finanzjarju.

Artikolu 26

Tifsira ta’ operattivament ta’ piż fl-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Għall-fini tal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, operattivament ta’ piż tfisser sitwazzjonijiet li fihom il-prinċipju taċ-ċar kristall fuq bażi kontinwa għall-parteċipazzjonijiet kapitali f’entitajiet mis-settur finanzjarju mhuwiex ġustifikat, kif ivvalutat mill-awtoritajiet kompetenti. Fil-valutazzjoni tagħhom tan-natura ta’ sitwazzjonijiet operattivament ta’ piż, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-materjalità baxxa u perjodu qasir tal-parteċipazzjoni ta’ tali pożizzjonijiet. Perjodu qasir ta’ parteċipazzjoni għandu jeħtieġ li tintwera l-likwidità qawwija tal-indiċi mill-istituzzjoni.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, pożizzjoni għandha titqies bħala ta’ materjalità baxxa meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-iskopertura netta individwali li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi, imkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, ma taqbiżx it-2 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulat fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

l-iskopertura netta aggregata li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi, imkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, ma taqbiżx it-5 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulat fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

is-somma tal-iskopertura netta aggregata li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi mkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, u kwalunkwe parteċipazzjoni oħra li għandha titnaqqas skont l-Artikolu 36(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma taqbiżx l-10 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulati fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.



TAQSIMA 2

Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji

Artikolu 27

Tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 78(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 78(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tfisser li l-profittabilità tal-istituzzjoni, kif ivvalutata mill-awtorità kompetenti, tibqa’ soda jew ma tgħaddi mill-ebda bidla negattiva wara s-sostituzzjoni tal-istrumenti bi strumenti ta’ fondi proprji ta’ kwalità ugwali jew ogħla, f’dik id-data u fil-futur prevedibbli. Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti għandha tqis il-profittabbiltà tal-istituzzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ stress.

Artikolu 28

Rekwiżiti tal-ipproċessar u d-dejta biex istituzzjoni tapplika biex twettaq tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti — għall-finijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti ta’ strumenti ta’ fondi proprji ma għandhomx jitħabbru lid-detenturi tal-istrumenti qabel l-istituzzjoni tkun kisbet approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti.

2.  Meta jkun hemm biżżejjed ċertezza li se jsiru tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti, u ladarba jinkiseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-ammonti korrispondenti li għandhom jinfdew, jitnaqqsu jew jiġu riakkwistati mill-elementi korrispondenti tal-fondi proprji tagħha qabel effettivament iseħħu it-tifdijiet, it-tnaqqis jew ir-riakkwist. Jitqies li teżisti biżżejjd ċertezza b’mod partikolari meta l-istituzzjoni tkun ħabbret pubblikament l-intenzjoni tagħha li tifdi, tnaqqas jew tirriakkwista strumenti ta’ fondi proprji.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, fejn applikabbli.

Artikolu 29

Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni mill-istituzzjoni biex twettaq tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti għall-finijiet tal-Artikolu 77 u tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija għall-finijiet tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Istituzzjoni għandha tissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti qabel tnaqqas jew tirriakkwista strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew teżerċita, tifdi jew tirriakkwista strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2.

2.  L-applikazzjoni tista’ tinkludi pjan biex jitwettqu, fuq perjodu ta’ żmien limitat, l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal diversi strumenti kapitali.

3.  Fil-każ ta’ riakkwist ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 għall-finijiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess tagħhom skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel l-azzjonijiet elenakti fl-Artikolu 77 ta’ dak ir-Regolament għal ċertu ammont predeterminat.

(a) Għal strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, dak l-ammont ma għandux jaqbeż l-inqas mill-ammonti li ġejjin:

(1) 

3 % tal-ammont tal-ħruġ rilevanti;

(2) 

10 % tal-ammont li bih il-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jaqbeż is-somma tar-rekwiżiti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit tal-bafer kombinat kif definit fil-punt (6) tal-Artikoli 128 ta’ dik id-Direttiva.

(b) Għal strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż l-inqas mill-ammonti li ġejjin:

(1) 

10 % tal-ammont tal-ħruġ rilevanti;

(2) 

jew 3 % tal-ammont totali tal-istrumenti pendenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-istrumenti tal-Grad 2, kif applikabbli.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħtu l-permess tagħhom bil-quddiem biex l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-istrumenti ta’ fondi proprji relatati jingħataw lill-impjegati tal-istituzzjoni bħala parti mir-rimunerazzjoni tagħhom. L-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jinxtraw strumenti ta’ fondi proprji għal dawn ir-raġunijiet u jnaqqsu dawn l-istrumenti mill-fondi proprji skont approċċ tat-tnaqqis korrospondenti għaż-żmien li jinżammu għand l-istiruzzjoni. Tnaqqis fuq bażi korrispondenti ma jibqax meħtieġ, meta l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe azzjoni skont dan il-paragrafu jkunu diġà inklużi fil-fondi proprji bħala riżultat ta’ rapport finanzjarju interim jew ta’ tmiem is-sena.

5.  Awtorità kompetenti tista’ tagħti l-permess tagħha minn qabel skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77 ta’ dak ir-Regolament għal ċertu ammont predeterminat meta l-ammont ta’ strumenti ta’ fondi proprji li se jiġi eżerċitat, mifdi jew riakkwistat ikun immaterjali f’relazzjoni mal-ammont pendenti tal-ħruġ korrispondenti wara li jseħħ l-eżerċitar, it-tifdija jew ir-riakkwist.

6.  Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, fejn applikabbli.

Artikolu 30

Kontenut tal-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29 għandha tkun akkumpanjata b’din l-informazzjoni:

(a) 

spjegazzjoni tajba tar-raġunijiet biex titwettaq waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 29;

(b) 

informazzjoni dwar ir-rekwiżiti kapitali u l-bafers kapitali, li tkopri mill-inqas perjodu ta’ tliet (3) snin, inkluż il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji qabel u wara t-twettiq tal-azzjoni u l-impatt tal-azzjoni fuq ir-rekwiżiti regolatorji;

(c) 

l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-istituzzjoni ta’ sostituzzjoni ta’ strument kapitali kif speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 78(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

evalwazzjoni tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom u jekk il-livell ta’ fondi proprji jiżgurax kopertura xierqa ta’ dawn ir-riskji, inklużi testijiet tal-istress fuq ir-riskji prinċipali li jinvolvu telf potenzjali f’xenarji differenti;

(e) 

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa meħtieġa mill-awtorità kompetenti biex tevalwa kemm hu xieraq li jingħata permess skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tirrinunzja s-sottomissjoni ta’ xi informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 meta tkun issodisfata li din l-informazzjoni tkun diġà disponibbli għaliha.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, fejn applikabbli.

Artikolu 31

It-twaqqit tal-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-istituzzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-istituzzjoni għandha tittrasmetti applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 29 u 30 lill-awtorità kompetenti mill-inqas 3 xhur qabel id-data li fiha waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 se titħabbar lid-detenturi tal-istrumenti.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ u taħt ċirkustanzi eċċezzjonali jittrażmettu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’qafas ta’ żmien iqsar mill-perjodu ta’ tliet (3) xhur.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tipproċessa applikazzjoni jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe informazzjoni ġdida li tasal matul dan il-perjodu, meta din tkun disponibbli u meta jikkunsidraw li din l-informazzjoni hija materjali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibdew jipproċessaw l-applikazzjoni biss meta jkunu ssodisfati li waslet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 28 mingħand l-istituzzjoni.

Artikolu 32

Applikazzjonijiet għal tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti minn mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Fir-rigward tat-tifdija ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikol 29(1), (2) u (6) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti bl-istess frekwenza bħal dik użata mill-korp kompetenti tal-istituzzjoni biex jeżamina t-tifdijiet.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess tagħhom bil-quddiem għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal ċertu ammont predeterminat li għandu jiġi mifdi, nett mill-ammont tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti mħallsa ġodda tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni matul perjodu sa sena. Dak l-ammont predeterminat jista’ jkun sa 2 % tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jekk ikunu ssodisfati li din l-azzjoni mhijiex se toħloq periklu għas-sitwazzjoni attwali jew futura tas-solvenza tal-istituzzjoni.



TAQSIMA 3

Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji

Artikolu 33

Rinunzja temporanja għat-tnaqqis mill-fondi proprji għall-finijiet tal-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Rinunzja temporanja ma għandhiex tkun itwal mill-qafas ta’ żmien previst skont il-pjan operazzjonali tal-assistenza finanzjarja. Dik ir-rinunzja ma għandhiex tingħata għal perjodu itwal minn ħames (5) snin.

2.  Ir-rinunzja għandha tapplika biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjonijiet ġodda ta’ strumenti fl-entità mis-settur finanzjarju soġġetta għall-operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja.

3.  Għall-finijiet li tingħata rinunzja temporanja għat-tnaqqis mill-fondi proprji, awtorità kompetenti tista’ tqis li l-parteċipazzjonijiet temporanji msemmija fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li se jinżammu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja, imfassla biex jirriorganizzaw u jsalvaw entità fis-settur finanzjarju meta l-operazzjoni titwettaq skont pjan u tiġi approvat mill-awtorità kompetenti, u meta l-pjan jimmarka biċ-ċar fażijiet, skedar u għanijiet u jispeċifika l-interazzjoni bejn li l-parteċipazzjonijiet temporanji u l-operazzjoni tal-assistenza finanzjarja.



KAPITOLU V

INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI

Artikolu 34

It-tipi ta’ assi li jistgħu jirrelataw mal-operat ta’ entitajiet bi skop speċjali u t-tifsira ta’ minimu u insinifikanti fir-rigward ta’ kapital kwalifikanti tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2 maħruġ minn entitajiet bi skop speċjali għall-finijiet tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-assi ta’ entità bi skop speċjali għandhom jitqiesu li huma minimi u insinifikanti meta jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-assi ta’ entità bi skop speċjali li mhumiex magħmula mill-investimenti fil-fondi proprji tas-sussidjarja relatata huma limitati għal assi fi flus biex tħallas il-kupuni u tifdi l-istrumenti ta’ fondi proprji li jkunu dovuti;

(b) 

l-ammont tal-assi tal-entità bi skop speċjali għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ma jkunx ogħla minn 0,5 % tal-medja tal-assi totali tal-entità bi skop speċjali matul l-aħħar tliet snin.

2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti istituzzjoni tuża perċentwali ogħla bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-ogħla perċentwali huwa neċessarju biex jippermetti esklussivament il-kopertura tal-ispejjeż ordinarji tal-entità bi skop speċjali;

(b) 

l-ammont nominali korrispondenti ma jaqbiżx EUR 500 000 .

▼M3

Artikolu 34a

Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

1.  Għall-finijiet tal-ispeċifikar tal-kalkolu tas-subkonsolidament meħtieġ skont l-Artikolu 84(2) u l-Artikoli 85(2) u 87(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-interessi minoritarji li jikkwalifikaw ta' sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81 ta' dak ir-Regolament li hija stess tkun impriża prinċipali ta' entità msemmija fl-Artikolu 81(1) ta' dak ir-Regolament jiġu kkalkolati kif deskritt fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu.

2.  Fejn awtorità kompetenti tkun eżerċitat id-diskrezzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu li għandu jsir skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jsir fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tal-istituzzjoni daqs li kieku ma ġietx eżerċitata d-diskrezzjoni.

3.  Fejn is-sussidjarja tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 abbażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata tagħha japplika t-trattament li ġej:

(a) 

il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja fuq il-bażi konsolidata tagħha msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 84(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinkludi interessi minoritarji eliġibbli li jistgħu jirriżultaw mis-sussidjarji tagħha stess ikkalkulati skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(b) 

għall-iskop tal-kalkolu tas-subkonsolidazzjoni l-ammont tal-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni meħtieġ skont il-punt (i) tal-Artikolu 84(1)(a) tar-tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun l-ammont meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja fil-livell tas-sitwazzjoni kkonsolidata tagħha kkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament. Rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE huma dawk iffissati mill-awtorità kompetenti tas-sussidjarja;

(c) 

l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni rikjest, skont il-punt (ii) tal-Artikolu 84(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun il-kontribuzzjoni tas-sussidjarja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni stess tal-istituzzjoni li għaliha l-interessi minoritarji eliġibbli huma kkalkulati fuq bażi konsolidata. Għall-finijiet tal-ikkalkular tal-kontribuzzjoni, it-tranżazzjonijiet kollha fost l-impriżi ta' grupp inklużi f'ambitu ta' konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni jkunu eliminati.

4.  Meta s-sussidjarja tkun qed twettaq il-konsolidazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3, ma tinkludix rekwiżiti kapitali li joħorġu minn sussidjarji li mhumiex inklużi fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidament tal-istituzzjoni li għaliha l-interessi minoritarji eliġibbli huma kkalkulati.

5.  Fejn l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 84(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tapplika għal sussidjarja, kwalunkwe impriża prinċipali tas-sussidjarja li tibbenefika mill-eżenzjoni tista' tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha l-interessi minoritarji li jirriżultaw mis-sussidjarji tas-sussidjarja nnifisha li tibbenefika mill-eżenzjoni, sakemm il-kalkoli msemmija l-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament u f'dan ir-Regolament ikunu saru għal kull wieħed minn dawk is-sussidjarji. L-ammont ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni inkluż fil-Fondi Proprji fil-livell tal-impriża prinċipali ma jaqbiżx l-ammont li jista' jiġi inkluż jekk l-ebda rinunzja ma kienet ingħatat lis-sussidjarja.

6.  Fejn istituzzjoni prinċipali jkollha sussidjarju intermedja li mhijiex imsemmija fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fejn din is-sussidjarja intermedja nnifisha għandha sussidjarji li huma msemmija fl-Artikolu 81(1) ta' dak ir-Regolament, l-istituzzjoni prinċipali tista' tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha l-ammont ta' interess minoritarju li jirriżulta minn dawk is-sussidjarji kkalkulat skont l-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-istituzzjoni prinċipali ma tistax tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha kwalunkwe interess minoritarju li jirriżulta minn sussidjarja intermedjarja li mhijiex imsemmija fl- Artikolu 81(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.

7.  Il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tapplika wkoll mutatis mutandis għall-kalkolu tal-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ammont ta' fondi proprji kwalifikattivi skont l-Artikolu 87 ta' dak ir-Regolament, fejn ir-referenzi għall-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinqraw bħala referenzi għall-Grad 1 jew fondi proprji.

▼M1



KAPITOLU Va

FONDI PROPRJI ABBAŻI TAL-ISPEJJEŻ ĠENERALI FISSI

Artikolu 34b

Kalkolu tal-kapital eliġibbli ta' mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti għall-finijiet tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “ditta” tfisser entità msemmija fil-punt (2)(c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew ditta tal-investiment.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-ditti għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom tas-sena preċedenti, billi jużaw iċ-ċifri li jirriżultaw mill-qafas tal-kontabilità applikabbli, billi jnaqqsu l-entrati li ġejjin mill-ispejjeż totali wara t-tqassim tal-profitti lill-azzjonisti fir-rapporti finanzjarji annwali awditjati l-aktar reċenti tagħhom, jew, meta ma jkunux disponibbli rapporti awditjati, fir-rapporti finanzjarji annwali validati mis-superviżuri nazzjonali:

(a) 

bonusijiet lill-persunal kompletament diskrezzjonali;

(b) 

is-sehem mill-profitti tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab, sal-punt li ma jkunux għalkollox diskrezzjonali;

(c) 

approprjazzjonijiet oħra ta' profitti u rimunerazzjoni varjabbli oħra, sal-punt li ma jkunux għalkollox diskrezzjonali;

(d) 

kummissjoni u tariffi kondiviżi pagabbli li huma relatati direttament mall-kummissjoni u t-tariffi riċevibbli, li huma inklużi fil-fatturat, u meta l-ħlas tal-kummissjoni u t-tariffi pagabbli jkun kontinġenti fuq ir-rikavat attwali tal-kummissjoni u t-tariffi riċevibbli;

(e) 

tariffi, senserija u pagamenti oħra mħallsa lil kmamar tal-ikklerjar, boroż u sensara intermedji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, ir-reġistrazzjoni jew l-ikklerjar ta' tranżazzjonijiet;

(f) 

tariffi għall-aġenti marbuta kif definiti fil-punt 25 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE, fejn applikabbli;

(g) 

l-imgħax imħallas lil konsumaturi fuq flus ta' klijenti;

(h) 

l-ispejjeż nonrikorrenti minn attivitajiet mhux ordinarji.

3.  Fejn l-ispejjeż fissi ġew imġarrba f'isem id-ditti minn partijiet terzi oħra minbarra l-aġenti marbuta, u dawn l-ispejjeż fissi ma jkunux diġà inklużi fit-total tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2, id-ditti jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta jkun disponibbli elenku tal-ispejjeż ta' dawk il-partijiet terzi, id-ditti jiddeterminaw l-ammont ta' spejjeż fissi li dawk il-partijiet terzi jkunu ġarrbu f'isimhom u iżidu dak l-ammont maċ-ċifra li tirriżulta mill-paragrafu 2;

(b) 

meta l-elenku msemmi fil-punt (a) ma jkunx disponibbli, id-ditti jiddeterminaw l-ammont ta' spejjeż imġarrba f'isimhom minn dawk il-partijiet terzi skont il-pjanijiet kummerċjali tad-ditta u jżidu dak l-ammont maċ-ċifra li tirriżulta mill-paragrafu 2.

4.  Meta d-ditta tagħmel użu minn aġenti marbuta, hija għandha żżid ammont ugwali għal 35 % tat-tariffi kollha relatati mal-aġenti marbuta maċ-ċifra li tirriżulta mill-paragrafu 2.

5.  Meta r-rapporti finanzjarji awditjati l-aktar reċenti tad-ditta ma jirriflettux perjodu ta' tnax-il xahar, id-ditta taqsam ir-riżultat tal-kalkolu tal-paragrafi 2 sa 4 bl-għadd ta' xhur li huma riflessi f'dawk ir-rapporti finanzjarji u mbagħad timmultiplika r-riżultat bi tnax sabiex tipproduċi ammont annwali ekwivalenti.

Artikolu 34c

Kundizzjonijiet għall-aġġustament, mill-awtorità kompetenti, tar-rekwiżit li jinżamm kapital eliġibbli ta' mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Għad-ditti msemmija fit-tieni subparagrafu, bidla fin-negozju ta' ditta titqies materjali jekk kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a) 

il-bidla fin-negozju tad-ditta tirriżulta f'bidla ta' 20 % jew aktar fl-ispejjeż ġenerali fissi proġettati tad-ditta;

(b) 

il-bidla fin-negozju tad-ditta tirriżulta f'bidliet fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tad-ditta abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati ta' EUR 2 miljun jew aktar.

Id-ditti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jkunu dawk li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji attwali tagħhom abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi jkunu ta' EUR 125 000 jew aktar;

(b) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

abbażi tal-ispejjeż fissi attwali, ikunu inqas minn EUR 125 000 ;

(ii) 

abbażi tal-ispejjeż fissi proġettati, ikunu ta' EUR 150 000 jew aktar.

2.  Għad-ditti msemmija fit-tieni subparagrafu, bidla fin-negozju ta' ditta titqies materjali meta l-bidla fin-negozju tad-ditta tirriżulta f'bidla ta' 100 % jew aktar fl-ispejjeż ġenerali fissi proġettati tad-ditta.

Id-ditti msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu dawk li jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom abbażi tal-ispejjeż fissi attwali, ikunu inqas minn EUR 125 000 ;

(b) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom abbażi tal-ispejjeż fissi proġettati, ikunu inqas minn EUR 150 000 .

Artikolu 34d

Il-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-każ ta' ditta li ma tkunx ilha f'negozju għal sena skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Meta ditta ma tkunx ilha f'negozju għal aktar minn sena mill-jum li fih tkun bdiet tinnegozja, għall-kalkolu tal-entrati fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 34b(2), hija tuża l-ispejjeż ġenerali fissi proġettati inklużi fil-baġit tagħha għall-ewwel tnax-il xahar ta' negozjar, kif sottomessi fl-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni.

▼B



KAPITOLU VI

SPEĊIFIKAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 575/2013 FIR-RIGWARD TAL-FONDI PROPRJI

Artikolu 35

Filtri addizzjonali u tnaqqis għall-finijiet tal-Artikolu 481(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-aġġustamenti fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2, skont l-Artikolu 481 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu applikati skont il-paragrafi 2 sa 7.

2.  Meta, skont l-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dak it-tnaqqis u l-filtri jirriżultaw minn entrati ta’ fondi proprji kif imsemmi fil-punt (a), (b) u (c) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

3.  F’każijiet oħra apparti minn dawk koperti mill-paragrafu (1), u fejn, skont il-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dawn it-tnaqqisiet u l-filtri ġew applikati fuq it-total tal-entrati kif imsemmi fl-Artikolu 57(a) sa (ca) tad-Direttiva 2006/48/KE, u b’kunsiderazzjoni għall-Artikoli 154 ta’ dik id-Direttiva, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali.

4.  Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

5.  F’każijiet oħra apparti minn dawk koperti mill-paragrafi 1 u 2, u fejn, skont il-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dawn it-tnaqqisiet u l-filtri ġew applikati fuq entrati ta’ fondi proprji kif imsemmi fl-Artikolu 57(d) sa (h) jew fuq il-fondi proprji totali tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 2.

6.  Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 2 jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali.

7.  Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 2 u tal-Grad 1 Addizzjonali jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

Artikolu 36

Entrati esklużi mill-anterjorità ta’ strument kapitali li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji skont Artikolu 487(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Meta jaffordjaw li jkollhom strumenti ta’ fondi proprji, it-trattament stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 487 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, strumenti jistgħu jiġu ttrattati b’dan il-mod b’mod sħiħ jew parzjalment. Kwalunkwe trattament bħal dan ma għandu jkollu l-ebda effett fuq il-kalkolu tal-limitu kif speċifikat fl-Artikolu 486(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  L-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jerġgħu jiġu trattati bħala entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm dawn ikunu entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) ta’ dak ir-Regolament, u sakemm l-ammont tagħhom ma jibqax jaqbeż l-perċentwali applikabbli msemmija fl-Artikoli 486(2) ta’ dak ir-Regolament.

3.  L-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jerġgħu jiġu trattati bħala entrati msemmija fl-Artikolu 484(4), sakemm dawn ikunu entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) jew l-Artikolu 484(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u sakemm l-ammont tagħhom ma jibqax jaqbeż l-perċentwali applikabbli msemmija fl-Artikoli 486(3) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 37

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 2 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

( 4 ) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

( 7 ) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

( 8 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2007, p. 1).

( 9 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

( 10 ) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).