02009R0810 — MT — 11.06.2024 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU L 243 15.9.2009, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 977/2011 tat-3 ta’ Ottubru 2011 |
L 258 |
9 |
4.10.2011 |
|
|
REGOLAMENT (UE) Nru 154/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Frar 2012 |
L 58 |
3 |
29.2.2012 |
|
|
REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013 |
L 182 |
1 |
29.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2016/399 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2016 |
L 77 |
1 |
23.3.2016 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1155 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Ġunju 2019 |
L 188 |
25 |
12.7.2019 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1415 tal-14 ta’ Marzu 2024 |
L 1415 |
1 |
22.5.2024 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi
(Kodiċi dwar il-Viżi)
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz, li jrid ikun fil-pussess ta’ viża meta jaqsam il-fruntieri esterni tal-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit ( 1 ), u dan mingħajr preġudizzju:
għad-drittijiet ta’ moviment liberu li jgawdu minnhom ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni,
għad-drittijiet ekwivalenti li jgawdu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, li, taħt ftehimiet bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u dawn il-pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, igawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadina tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat;
“viża uniformi” tfisser viża valida għat-territorju kollu tal-Istati Membri;
“viża b’validità territorjali limitata” tfisser viża valida għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ diversi Stati Membri, iżda mhux kollha;
“viża għal tranżitu fl-ajruport” tfisser viża valida għal tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali ta’ ajruport wieħed jew ta’ diversi ajruporti tal-Istati Membri;
“sticker tal-viża” tfisser il-format uniformi għall-viżi kif definit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi ( 2 );
“dokument tal-ivvjaġġar rikonoxxut” tfisser dokument tal-ivvjaġġar rikonoxxut minn Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri bl-iskop tal-qsim tal-fruntieri esterni u li fih jitwaħħlu l-viżi f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
“folja separata għat-twaħħil tal-viża” tfisser il-format uniformi għal formoli għat-twaħħil tal-viża maħruġin mill-Istati Membri lil persuni li għandhom dokumenti tal-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jfassal il-formola kif definit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 fuq format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jirrediġu l-formola ( 4 );
“konsulat” tfisser missjoni diplomatika ta’ Stat Membru jew uffiċċju konsulari ta’ Stat Membru, awtorizzati li joħorġu l-viżi, u mmexxija minn uffiċjal konsulari ta’ karriera kif definit mill-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963;
“applikazzjoni” tfisser applikazzjoni għal viża;
“intermedjarju kummerċjali” tfisser aġenzija amministrattiva privata, kumpannija tat-trasport jew aġenzija tal-ivvjaġġar (operaturi turistiċi u bejjiegħa bl-imnut);
“baħħar” tfisser kwalunkwe persuna li tkun impjegata, ingaġġata jew taħdem fi kwalunkwe kapaċità abbord vapur f'navigazzjoni marittima jew vapur li jbaħħar f'ibħra interni internazzjonali;
“firma elettronika” tfisser firma elettronika kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).
TITOLU II
VIŻA GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT
Artikolu 3
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport
Il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport prevista fil-paragrafi 1 u 2:
id-detenturi ta’ viża uniformi valida, viża nazzjonali ta’ żjarat fit-tul jew permess ta’ residenza maħruġin mill-Istat Membru;
ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-pussess ta' permess ta' residenza validu maħruġ minn Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jew minn Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu fil-pussess ta' wieħed mill-permessi ta' residenza validi elenkati fl-Anness V maħruġa mill-Andorra, il-Kanada, il-Ġappun, San Marino jew l-Istati Uniti tal-Amerka li jiggarantixxu r-riammissjoni mhux kondizzjonata tad-detentur, jew li huma fil-pussess ta' permess ta' residenza validu għal wieħed jew aktar mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej tar-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba);
ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pussess ta’ viża valida għal Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew għal Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jew għall-Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti tal-Amerka, jew detenturi ta' viża valida għal wieħed jew aktar mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej tar-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba), meta jivvjaġġaw lejn il-pajjiż li jkun ħareġ il-viża jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew meta, wara li jkunu għamlu użu mill-viża, jirritornaw mill-pajjiż li jkun ħareġ il-viża;
il-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 1(2)(a);
id-detenturi tal-passaporti diplomatiċi;
l-ekwipaġġ tat-titjiriet li huma ċittadini ta’ Parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.
TITOLU III
PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻI
KAPITOLU I
Awtoritajiet li jipparteċipaw fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet
Artikolu 4
Awtoritajiet li huma kompetenti biex jieħdu sehem fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet
Artikolu 5
Stat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni u jieħu deċiżjoni dwarha
L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża uniformi u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:
l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni unika taż-żjara(t),
jekk iż-żjara tinkludi aktar minn destinazzjoni waħda, jew jekk għandhom jitwettqu diversi żjarat separati f'perijodu ta' xahrejn, l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni prinċipali taż-żjara(t) fir-rigward tat-tul tas-soġġorn, f'numru ta' jiem, jew l-iskop tas-soġġorn, jew
jekk ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata l-ebda destinazzjoni prinċipali, l-Istat Membru li l-applikant bi ħsiebu jaqsam il-fruntieri esterni tiegħu biex jidħol fit-territorju tal-Istati Membri.
L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża uniformi għall-fini ta’ tranżitu u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:
fil-każ ta’ tranżitu minn Stat Membru wieħed biss, l-Istat Membru kkonċernat, jew
fil-każ ta’ tranżitu minn diversi Stati Membri, l-Istat Membru li l-applikant bi ħsiebu jaqsam l-fruntiera esterna tiegħu biex jibda t-tranżitu.
L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża għal tranżitu fl-ajruport u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:
fil-każ ta’ tranżitu f’ajruport uniku, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-ajruport ta’ tranżitu, jew
fil-każ ta’ tranżitu doppju jew multiplu f’ajruport, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-ewwel ajruport ta’ tranżitu.
Artikolu 6
Kompetenza territorjali konsulari
Artikolu 7
Kompetenza għall-ħruġ ta’ viżi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti legalment fit- territorju ta’ Stat Membru
Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma preżenti legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma meħtieġa jkollhom viża biex jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar għandhom japplikaw għal viża fil-konsulat tal-Istat Membru li hu kompetenti skont l-Artikolu 5(1) jew (2).
Artikolu 8
Arranġamenti dwar rappreżentanza
▼M5 —————
Għandu jiġi stabbilit arranġament bilaterali bejn l-Istat Membru rappreżentanti u l-Istat Membru rappreżentat. Dak l-arranġament:
għandu jispeċifika t-tul tal-perijodu tar-rappreżentanza, anki jekk temporanju, u l-proċeduri għat-terminazzjoni tagħha;
jista', b'mod partikolari fejn l-Istat Membru rappreżentat ikollu konsulat fil-pajjiż terz ikkonċernat, jipprevedi l-forniment ta' uffiċċji, persunal u ħlasijiet mill-Istat Membru rappreżentat.
KAPITOLU II
L-applikazzjoni
Artikolu 9
Modalitajiet prattiċi għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal viża
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati:
mill-applikant;
minn intermedjarju kummerċjali akkreditat;
minn xi assoċjazzjoni jew istituzzjoni professjonali, kulturali, sportiva jew edukattiva f'isem il-membri tagħha.
Artikolu 10
Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni
▼M5 —————
Meta jippreżenta applikazzjoni, l-applikant għandu:
jippreżenta formola tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 11;
jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 12;
jippreżenta ritratt skont l-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 jew, fejn il-VIS hija operattiva konformement mal-Artikolu 48 tar-Regolament VIS, skont l-istandards mniżżlin fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;
jippermetti t-teħid tal-marki tas-swaba’ tiegħu skont l-Artikolu 13, fejn meħtieġ;
iħallas it-tariffa tal-viża skont l-Artikolu 16;
jipprovdi dokumenti ta’ sostenn skont l-Artikolu 14 u l-Anness II;
fejn meħtieġ, jipprovdi prova tal-pussess ta’ assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, skont l-Artikolu 15.
Artikolu 11
Il-formola tal-applikazzjoni
Il-formola għandha bħala minimu tkun disponibbli bil-lingwi li ġejjin:
il-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li għalih tkun qiegħda tintalab viża jew l-Istat Membru rappreżentanti; u
il-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiż ospitanti.
Minbarra bil-lingwa/i msemmija fil-punt (a), il-formola tista' tkun disponibbli bi kwalunkwe lingwa/i oħra uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
Artikolu 12
Dokument tal-ivvjaġġar
L-applikant għandu jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar validu li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
il-validità tiegħu għandha testendi mill-anqas tliet xhur wara d-data prevista tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri jew, fil-każ ta’ diversi żjarat, wara l-aħħar data prevista tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri. Madankollu, f’każ ta’ emerġenza ġġustifikat, dan l-obbligu jista’ jiġi rinunzjat;
għandu jkun fih mill-anqas żewġ paġni vojta;
għandu jkun inħareġ fl-għaxar snin preċedenti.
Artikolu 13
Identifikaturi bijometriċi
Fil-mument ta’ preżentazzjoni tal-ewwel applikazzjoni, l-applikant għandu jkun meħtieġ jidher personalment. F’dak il-ħin għandhom jinġabru l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant, li ġejjin:
Madankollu, f’każ ta’ dubji raġonevoli dwar l-identità tal-applikanti, il-konsulat għandu jiġbor l-marki tas-swaba’ fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu.
Barra minn hekk, jekk fil-waqt li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, ma jistax jiġi kkonfermat minnufih li l-marki tas-swaba’ inġabru fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu, l-applikant jista’ jitlob li jinġabru.
Ir-rekwiżiti tekniċi għar-ritratt għandhom ikunu konformi mal-istandards internazzjonali kif stabbiliti fid-dokument 9303 parti 1, is-sitt edizzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
L-applikanti li ġejjin għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’:
tfal li jkollhom anqas minn 12-il sena;
persuni li għalihom huwa fiżikament impossibbli li jitteħdulhom il-marki tas-swaba’. Jekk ikun possibbli li jittieħdu l-marki ta’ inqas minn għaxar swaba’, għandu jittieħed in-numru massimu ta’ marki tas-swaba’. Madankollu, jekk l-impossibbiltà tkun temporanja, l-applikant għandu jkun meħtieġ li jagħti l-marki tas-swaba’ fl-applikazzjoni li jmiss. L-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(1), (2) u (3) għandhom ikunu intitolati jitolbu aktar ċarezza fir-rigward tar-raġunijiet ta’ impossibbiltà temporanja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri adatti li jiggarantixxu d-dinjità tal-applikant fil-każ li jkun hemm diffikultajiet fir-reġistrazzjoni;
il-kapijiet tal-Istat jew gven u membri tal-gvern nazzjonali akkumpanjati minn żwieġhom, u l-membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom meta mistienda mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali;
sovrani u membri għolja oħrajn ta’ familja rjali, meta jkunu mistiedna minn gvernijiet ta’ Stati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali.
Artikolu 14
Dokumenti ta’ sostenn
Meta japplika għal viża uniformi, l-applikant għandu jippreżenta:
dokumenti li jindikaw l-fini tal-vjaġġ;
dokumenti relatati mal-akkomodazzjoni, jew prova ta’ biżżejjed mezzi biex ikopri l-akkomodazzjoni tiegħu;
dokumenti li jindikaw li l-applikant għandu biżżejjed mezzi finanzjarji ta’ sussistenza kemm għat-tul tas-soġġorn previst kif ukoll għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tiegħu ta’ oriġini jew ta’ residenza jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew li huwa f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi legalment, skont l-Artikolu 5(1)(c) u (3) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;
informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża li għaliha saret l-applikazzjoni.
Meta japplika għal viża għal tranżitu fl-ajruport, l-applikant għandu jippreżenta:
dokumenti rigward il-vjaġġ ‘il barra lejn id-destinazzjoni finali wara t-tranżitu previst fl-ajruport;
informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-intenzjoni tal-applikant li ma jidħolx fit-territorju tal-Istati Membri.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-applikanti jippreżentaw prova ta' sponsorizzazzjoni jew ta' akkomodazzjoni privata, jew tat-tnejn li huma, billi jimlew formola abbozzata minn kull Stat Membru. Dik il-formola għandha tindika b'mod partikolari:
jekk l-iskop tagħha huwiex li tagħti prova ta' sponsorizzazzjoni jew ta' akkomodazzjoni privata, jew tat-tnejn li huma;
jekk l-isponsor jew il-persuna li stiednet tkunx individwu, kumpannija jew organizzazzjoni;
l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-isponsor jew tal-persuna li stiednet;
id-data tal-identità (isem u kunjom, data tat-twelid, post tat-twelid u ċittadinanza) tal-applikant jew applikanti;
l-indirizz tal-akkomodazzjoni;
it-tul u l-iskop tas-soġġorn;
irbit familjari possibbli mal-isponsor jew il-persuna li stiednet;
l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament VIS.
Minbarra bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru, il-formola għandha titfassal tal-inqas b'lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għandu jintbagħat kampjun tal-formola lill-Kummissjoni.
Artikolu 15
Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar
Barra minn hekk, dawn l-applikanti għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni, imniżżla fil-formola tal-applikazzjoni, li tiddikjara li huma konxji mir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar għal soġġorni sussegwenti.
Meta tinħareġ viża b’validità territorjali limitata li tkopri t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, il-kopertura tal-assigurazzjoni għandha tkun valida tal-anqas fl-Istati Membri kkonċernati.
Meta persuna oħra tagħmel assigurazzjoni f’isem l-applikant, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
Artikolu 16
It-tariffa tal-viża
▼M5 —————
It-tariffa tal-viża għandha tiġi rinunzjata għal applikanti li jagħmlu parti minn waħda mill-kategoriji li ġejjin:
it-tfal taħt sitt snin;
it-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta’ studju jew ta’ taħriġ edukattiv;
riċerkaturi, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), li jivvjaġġaw bl-iskop li jwettqu riċerka xjentifika jew li jipparteċipaw f'seminar jew konferenza xjentifika;
ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ li m’għandhomx aktar minn ħamsa u għoxrin sena li jipparteċipaw f’seminars, konferenzi, avvenimenti kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ.
It-tariffa tal-viża tista' tiġi rinunzjata għal:
tfal mill-età ta' sitt snin u taħt it-18-il sena;
detenturi ta' passaporti diplomatiċi u ta' servizz;
parteċipanti li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali jew edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ, u li ma għandhomx aktar minn 25 sena.
Meta l-ammont tat-tariffa tal-viża jkun impost f'munita li mhijiex l-Euro, l-ammont tat-tariffa tal-viża impost f'dik il-munita għandu jiġi ddeterminat u rieżaminat b'mod regolari fl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ta' referenza esterna tal-euro stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew. L-ammont impost jista' jiġi aġġustat għall-eqreb ċifra u għandu jiġi żgurat li jiġu imposti tariffi simili skont il-kooperazzjoni lokali ta' Schengen.
Artikolu 17
It-tariffa tas-servizz
▼M5 —————
KAPITOLU III
Eżami ta’ applikazzjoni u teħid ta’ deċiżjoni dwarha
Artikolu 18
Verifika ta’ kompetenza konsulari
Artikolu 19
Ammissibbiltà
Il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
Fejn il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti jikkonkludu li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ġew issodisfati, l-applikazzjoni għandha tkun ammissibbli u l-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom:
Id-data għandha tiddaħħal fil-VIS biss minn persunal konsulari debitament awtorizzat skont l-Artikoli 6(1), 7, 9(5) u 9(6) tar-Regolament VIS.
Fejn il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti jikkonkludu li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, l-applikazzjoni ma għandhiex tkun ammissibbli u l-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom mingħajr dewmien:
Artikolu 20
Timbru li jindika li l-applikazzjoni hi ammissibbli
Artikolu 21
Verifika tal-kondizzjonijiet ta’ dħul u stima tar-riskju
Waqt il-verifika ta' jekk l-applikant jissodisfax il-kondizzjonijiet tad-dħul, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom jivverifikaw:
li d-dokument tal-ivvjaġġar li qiegħed jiġi ppreżentat mhuwiex falz, kontrafatt jew iffalsifikat;
il-ġustifikazzjoni tal-applikant tal-iskop u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst, u li huwa/hija għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst u għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew ta’ residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew li hu f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;
jekk l-applikant huwiex persuna li fir-rigward tagħha tkun inħarġet twissija fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul;
li l-applikant mhuwiex ikkunsidrat theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif definit fl-Artikolu 2 punt 19 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, u partikolarment fejn ma tkun inħarġet l-ebda twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-iskop ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;
li l-applikant ikollu fil-pussess tiegħu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli, li tkun tkopri l-perijodu tas-soġġorn intenzjonat, jew, jekk issir applikazzjoni għal viża bi dħul multiplu, il-perijodu tal-ewwel żjara intenzjonata.
Waqt l-eżami ta' applikazzjoni għal viża għal transitu fl-ajruport, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom b'mod partikolari jivverifikaw:
li d-dokument tal-ivvjaġġar li qiegħed jiġi ppreżentat mhuwiex falz, kontrafatt jew iffalsifikat;
il-punti tat-tluq u tad-destinazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat u l-koerenza tal-itinerarju previst u t-tranżitu fl-ajruport;
il-prova tal-vjaġġ ‘il barra lejn id-destinazzjoni finali.
Artikolu 22
Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn
▼M5 —————
Artikolu 23
Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni
▼M5 —————
Sakemm l-applikazzjoni ma tkunx ġiet irtirata, għandha tittieħed deċiżjoni sabiex:
tinħareġ viża uniformi, skont l-Artikolu 24,
tinħareġ viża b’validità territorjali limitata, skont l-Artikolu 25,
tinħareġ viża għal transitu fl-ajruport f'konformità mal-Artikolu 26, jew
tinċaħad viża skont l-Artikolu 32.
▼M5 —————
Il-fatt li t-teħid tal-marki tas-swaba’ ma jkunx fiżikament possibbli, skont l-Artikolu 13(7)(b), m’għandux jinfluwenza l-ħruġ jew iċ-ċaħda ta’ viża.
KAPITOLU IV
Il-ħruġ tal-viża
Artikolu 24
Ħruġ ta’ viża uniformi
Il-viża tista’ tinħareġ għal numru ta’ dħul li jista’ jkun wieħed, tnejn jew aktar. Il-perijodu ta’ validità m’għandux jaqbeż il-ħames snin.
▼M5 —————
Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 12, il-perijodu ta' validità ta' viża għal dħul wieħed għandu jinkludi “perijodu ta' konċessjoni” addizzjonali ta' 15-il jum kalendarju.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dan il-perijodu ta’ konċessjoni għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew minħabba r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.
Dment li l-applikant jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' dħul stipulati fil-punt (a) u l-punti (c) sa (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399, viżi bi dħul multiplu b'validità twila għandhom jinħarġu għall-perijodi ta' validità li ġejjin, sakemm il-validità tal-viża ma tkunx taqbeż dik tad-dokument tal-ivvjaġġar:
għal perijodu ta' validità ta' sena, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment tliet viżi fi żmien is-sentejn preċedenti;
għal perijodu ta' validità ta' sentejn, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sena matul is-sentejn preċedenti;
għal perijodu ta' validità ta' ħames snin, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sentejn matul it-tliet snin preċedenti.
Viżi għal transitu fl-ajruport u viżi b'validità territorjali limitata maħruġa f'konformità mal-Artikolu 25(1) ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-ħruġ ta' viżi bi dħul multiplu.
Artikolu 25
Ħruġ ta’ viża b’validità territorjali limitata
Viża b’validità territorjali limitata għandha tinħareġ eċċezzjonalment, fil-każijiet li ġejjin:
meta l-Istat Membru kkonċernat iqis li huwa meħtieġ, għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali,
b’deroga mill-prinċipju li għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a), (c), (d) u (e), tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;
biex tinħareġ viża minkejja l-oġġezjoni mill-Istat Membru kkonsultat skont l-Artikolu 22 għall-ħruġ ta’ viża uniformi; jew
biex tinħareġ visa għal raġunijiet ta’ urġenza, għalkemm ma tkunx twettqet il-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 22;
jew
meta għal raġunijiet meqjusa ġustifikati mill-konsulat, tinħareġ viża ġdida għal soġġorn matul l-istess perjodu ta’ 180 jum lil applikant li, tul dan il-perjodu ta’ 180 jum, diġà jkun uża viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata li ppermettiet soġġorn ta' 90 jum.
Artikolu 25a
Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta regolarment, tal-inqas darba fis-sena, il-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward tar-riammissjoni, billi tqis, b'mod partikolari, l-indikaturi li ġejjin:
l-għadd ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa lil persuni mill-pajjiż terz inkwistjoni li jkunu b'soġġorn illegali fit-territorju tal-Istati Membri
l-għadd ta' ritorni reali furzati ta' persuni li jkunu nħarġulhom deċiżjonijiet ta' ritorn bħala perċentwal tal-għadd ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa lil ċittadini tal-pajjiż terz inkwistjoni inkluż, fejn xieraq, abbażi ta' ftehimiet ta' riammissjoni tal-Unjoni jew bilaterali, l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu għaddew mit-territorju tal-pajjiż terz inkwistjoni;
l-għadd ta' talbiet ta' riammissjoni għal kull Stat Membru aċċettati mill-pajjiż terz bħala perċentwal tal-għadd ta' tali talbiet sottomessi lilu;
il-livell ta' kooperazzjoni prattika fir-rigward tar-ritorn fl-istadji differenti tal-proċedura tar-ritorn, bħal:
l-assistenza li tingħata fl-identifikazzjoni tal-persuni b'soġġorn illegali fit-territorju tal-Istati Membri u fil-ħruġ f'waqtu tad-dokumenti tal-ivvjaġġar;
l-aċċettazzjoni tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment jew laissez-passer;
l-aċċettazzjoni tar-riammissjoni ta' persuni li għandhom jiġu ritornati legalment lejn pajjiżhom;
l-aċċettazzjoni tat-titjiriet u l-operazzjonijiet ta' ritorn.
Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta' data affidabbli pprovduta mill-Istati Membri, kif ukoll mill-istituzzjonijiet,, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment, tal-inqas darba f'sena, il-valutazzjoni tagħha lill-Kunsill.
Fejn, abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafi 2 u 4, u b'kont meħud tal-passi meħudin mill-Kummissjoni biex jittejjeb il-livell ta' kooperazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat fil-qasam tar-riammissjoni u r-relazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni ma' dak il-pajjiż terz, inkluż fil-qasam tal-migrazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li pajjiż mhux qed jikkoopera biżżejjed u li għalhekk jeħtieġ li tittieħed azzjoni, jew fejn, fi żmien 12-il xahar, maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri tkun innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni, filwaqt li tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill biex tiġi adottata:
deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tissospendi temporanjament l-applikazzjoni ta' xi wieħed jew aktar mill-Artikolu 14(6), il-punt (b) tal-Artikolu 16(5), l-Artikolu 23(1) jew l-Artikolu 24(2) u (2c), għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal ċerti kategoriji minnhom;
fejn, wara valutazzjoni mill-Kummissjoni, il-miżuri applikati skont id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jitqiesu ineffikaċi, deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tapplika, fuq bażi gradwali, waħda mit-tariffi tal-viża stabbiliti fl-Artikolu 16(2a) għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal ċerti kategoriji minnhom.
Fejn, abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafu 2 u b'kont meħud tar-relazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, speċjalment fejn tidħol il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riammissjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pajjiż terz ikkonċernat ikun qed jikkoopera biżżejjed, hija tista' tippreżenta proposta lill-Kunsill biex tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar applikanti jew kategoriji ta' applikanti li jkunu ċittadini ta' dak il-pajjiż terz u li japplikaw għal viża fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz, li tipprevedi waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
tnaqqis tat-tariffa tal-viża msemmija fl-Artikolu 16(1) għal EUR 60;
tnaqqis taż-żmien li fih għandhom isiru d-deċiżjonijiet dwar applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) għal għaxart ijiem;
żieda fil-perijodu tal-validità tal-viżi bi dħul multiplu skont l-Artikolu 24(2).
Dik id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tapplika għal massimu ta' sena. Din tista' tiġġedded.
Artikolu 26
Ħruġ ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dan il-perijodu ta’ konċessjoni għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew minħabba r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.
Il-kriterji li ġejjin huma b’mod partikolari rilevanti għat-teħid tad-deċiżjoni biex jinħarġu viżi għal tranżitu fl-ajruport bi dħul multiplu:
il-ħtieġa tal-applikant ta’ tranżitu frekwenti u/jew regolari, u
l-integrità u l-affidibbiltà tal-applikant, b’mod partikolari l-użu skont il-liġi ta’ viżi uniformi preċedenti, ta’ viżi b’validità territorjali limitata jew ta’ viżi għal tranżitu fl-ajruport, is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu u l-intenzjoni ġenwina tiegħu li jkompli bil-vjaġġ tiegħu.
Artikolu 27
Il-mili tal-isticker tal-viża
Artikolu 28
Invalidar tal-istickers tal-viżi mimlijin
Artikolu 29
Twaħħil tal-istickers tal-viża
Artikolu 30
Drittijiet li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ viża
Is-sempliċi pussess ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul.
Artikolu 31
Informazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn
▼M5 —————
Artikolu 32
Ċaħda ta’ viża
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), viża għandha tinċaħad:
jekk l-applikant:
jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz, kontrafatt jew iffalsifikat;
ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;
ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-iskop u l-kondizzjonijiet tat-transitu fl-ajruport intenzjonat;
ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;
ikun diġà qagħad għal 90 jum matul il-perijodu preżenti ta’ 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;
hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;
hu meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika kif definita fl-Artikolu 2 punt 19 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;
ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;
jew
jekk ikun hemm dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokumenti ta’ sostenn ippreżentati mill-applikant jew dwar il-veraċità tal-kontenut tagħhom, dwar il-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-applikant jew l-intenzjoni tiegħu li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni.
▼M5 —————
KAPITOLU V
Modifika ta’ viża maħruġa
Artikolu 33
Estensjoni
Artikolu 34
Annullament u revoka
KAPITOLU VI
Viżi maħruġa fuq il-fruntieri esterni
Artikolu 35
Applikazzjonijiet għal viżi fuq il-fruntieri esterni
F’każijiet eċċezzjonali, il-viżi jistgħu jinħarġu f’punti ta’ qsim tal-fruntieri jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-applikant jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a), (c), (d) u (e) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;
l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika għal viża minn qabel u jippreżenta, fejn meħtieġ, dokumenti ta’ sostenn li jissostanzjaw ir-raġunijiet imprevedibbli u imperattivi għad-dħul, u
ir-ritorn tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu jew ir-residenza jew it-tranżitu minn Stati li mhumiex Stati Membri li jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis ta’ Schnegen ikun meqjus bħala ċert.
Madankollu, mal-fruntiera esterna tista’ tinħareġ viża b’validità territorjali limitata għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-viża għal dawn il-persuni f’każijiet eċċezzjonali, skont l-Artikolu 25(1)(a).
Artikolu 36
Viżi maħruġa lill-baħħara fi tranżitu fuq il-fruntiera esterna
Baħri li huwa mitlub li jkollu viża meta jaqsam il-fruntieri esterni tal-Istati Membri jista’ jingħata viża għal fini ta’ tranżitu mal-fruntiera fejn:
jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(1), u
ikun qiegħed jaqsam taqsam il-fruntiera inkwistjoni sabiex jimbarka fuq, jerġa’ jimbarka fuq jew jiżbarka minn fuq vapur li fuqu hu ser jaħdem jew fejn ħadem bħala baħri.
▼M5 —————
TITOLU IV
ĠESTJONI U ORGANIZZAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 37
Organizzazzjoni tat-taqsimiet tal-viżi
Bil-għan ta’ prevenzjoni ta’ kwalunkwe tnaqqis fil-livell ta’ viġilanza u biex il-persunal ikun imħares milli jkun espost għal pressjoni fuq livell lokali, għandhom jitwaqqfu skemi ta’ rotazzjoni għall-persunal li jittratta direttament mal-applikanti, fejn xieraq. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil strutturi ċari ta’ xogħol u għal allokazzjoni/diviżjoni distinta tar-responsabbiltajiet fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet finali dwar l-applikazzjonijiet. L-aċċess għall-konsultazzjoni tal-VIS u s-SIS u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandu jkun ristrett għal numru limitat tal-persunal debitament awtorizzati. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi prevenut l-aċċess mhux awtorizzat għal dawn il-bażijiet ta’ data.
Il-fajls individwali tal-applikazzjonijiet għandhom jinżammu għal tal-inqas sena mid-data tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 23(1) jew, fil-każ ta' appell, sa tmiem il-proċedura tal-appell, skont liema perijodu jkun l-itwal. Jekk ikun applikabbli, il-fajls individwali tal-applikazzjonijiet elettroniċi għandhom jinżammu għall-perijodu tal-validità tal-viża maħruġa.
Artikolu 38
Riżorsi għall-eżami tal-applikazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-proċeduri tal-viża
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċedura fis-seħħ li tippermetti li l-applikanti jippreżentaw ilmenti rigward:
l-imġiba tal-persunal fil-konsulati u, fejn applikabbli, tal-fornituri esterni tas-servizzi; jew
il-proċess ta' applikazzjoni.
Il-konsulati jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom iżommu rekord tal-ilmenti u s-segwitu li jingħata.
L-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-informazzjoni dwar il-proċedura prevista f'dan il-paragrafu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 39
Imġiba tal-persunal
Artikolu 40
Organizzazzjoni u kooperazzjoni konsulari
L-Istati Membri għandhom:
jgħammru lill-konsulati u lill-awtoritajiet responsabbli tagħhom għall-ħruġ tal-viżi fuq il-fruntieri bil-materjal meħtieġ għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi, kif ukoll lill-uffiċċji tal-konsli onorarji tagħhom, fejn jagħmlu użu minnhom, biex ikunu jistgħu jinġabru l-identifikaturi bijometriċi f'konformità mal-Artikolu 42;
jikkooperaw ma' Stat Membru wieħed jew aktar taħt arranġamenti ta' rappreżentazzjoni jew kwalunkwe forma oħra ta' kooperazzjoni konsulari.
▼M5 —————
Artikolu 42
Rikors għand konsli onorarji
Artikolu 43
Kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi
▼M5 —————
Il-fornitur estern tas-servizzi jista’ jkun fdat bit-twettiq b’wieħed jew aktar minn dawn il-kompiti li ġejjin:
jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti għall-viża, f'konformità mal-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 47(1), u l-formoli tal-applikazzjoni;
jinforma lill-applikant dwar id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa, abbażi ta’ lista ta’ verifika;
jiġbor data u applikazzjonijiet (inkluż ġbir ta' identifikaturi bijometriċi) u jittrasmetti l-applikazzjoni lill-konsulat jew lill-awtoritajiet ċentrali;
jiġbor it-tariffa tal-viża;
jiġġestixxi l-appuntamenti għall-applikant, fejn applikabbli, fil-konsulat jew fil-bini ta' fornitur estern tas-servizzi;
jiġbor id-dokumenti tal-ivvjaġġar, inkluż notifika ta' ċaħda jekk applikabbli, mingħand il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali u jgħaddihom lura lill-applikant.
L-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom iwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-istrument legali msemmi fil-paragrafu 2, inkluż:
l-informazzjoni ġenerali dwar il-kriterji, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal viża, kif stipulat fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 47(1), u l-kontenut tal-formoli ta' applikazzjoni pprovduti mill-fornitur estern tas-servizzi lill-applikanti;
il-miżuri ta' sigurtà kollha tekniċi u organizzattivi meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali kontra distruzzjoni aċċidentali jew illegali, jew telf, alterazzjoni, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat aċċidentali, b'mod partikolari meta l-kooperazzjoni tkun tinvolvi t-trasmissjoni ta' fajls u data lill-konsulati jew lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, u l-forom illegali l-oħra kollha ta' pproċessar ta' data personali;
il-ġbir u t-trasmissjoni tal-identifikaturi bijometriċi;
il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data.
Għal dan l-iskop, il-konsulat(i) jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom, fuq bażi regolari u tal-inqas kull disa' xhur, iwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-post tal-fornitur estern tas-servizzi. L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jaqsmu bejniethom l-oneru ta' dan il-monitoraġġ regolari.
Artikolu 44
Kriptaġġ u trasferiment sigur ta' data
F'dawn il-każijiet, l-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-data elettronika tiġi trasferita fiżikament f'forma kompletament kriptata fuq mezz ta' ħżin elettroniku minn uffiċjal konsulari ta' Stat Membru jew, fejn trasferiment bħal dan ikun jirrikjedi miżuri sproporzjonati jew mhux raġonevoli, b'mod sigur ieħor, pereżempju bl-użu ta' operaturi stabbiliti li jkollhom esperjenza fit-trasport ta' dokumenti u data sensittiva fil-pajjiż terz ikkonċernat.
Artikolu 45
Kooperazzjoni tal-Istati Membri ma’ intermedjarji kummerċjali
Tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-għoti ta’ akkreditazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri. B’mod partikolari, l-akkreditazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-verifika tal-aspetti li ġejjin:
l-istat attwali tal-intermedjarju kummerċjali: il-liċenzja attwali, ir-reġistru kummerċjali, il-kuntratti mal-banek;
il-kuntratti eżistenti ma’ msieħba kummerċjali bbażati fl-Istati Membri li joffru akkomodazzjoni u servizzi oħrajn ta’ pakketti ta’ vvjaġġar;
il-kuntratti mal-kumpanniji tat-trasport, li għandhom jinkludu vjaġġ ‘il barra, kif ukoll vjaġġ ta’ ritorn garantit u stabbilit.
Kull konsulati u l-awtoritajiet ċentrali għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bil-lista tal-intermedjarji kummerċjali akkreditati li jikkooperaw magħhom, fejn rilevanti.
Artikolu 46
Ġbir ta’ statistika
L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika annwali dwar il-viżi, skont it-tabella stabbilita fl-Anness XII. Din l-istatistika għandha tiġi ppreżentata sal-1 ta’ Marzu għas-sena preċedenti.
Artikolu 47
Informazzjoni lill-pubbliku ġenerali
L-awtoritajiet ċentrali u l-konsulati tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni rilevanti kollha f’relazzjoni mal-applikazzjoni għal viża, b’mod partikolari:
il-kriterji, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal viża;
il-kriterji biex applikazzjoni titqies ammissibbli, kif previst fl-Artikolu 19(1);
dik id-data bijometrika, fil-prinċipju, tinġabar kull 59 xahar, li jibdew mid-data tal-ewwel ġbir;
il-mezzi biex jinkiseb appuntament, jekk applikabbli;
fejn l-applikazzjoni tkun tista' tiġi ppreżentata (il-konsulat kompetenti jew il-fornitur estern tas-servizzi);
l-intermedjarji kummerċjali akkreditati;
il-fatt li t-timbru kif previst fl-Artikolu 20 m’għandux implikazzjonijiet legali;
l-iskadenzi għall-eżami tal-applikazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 23(1), (2) u (3);
il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jew il-kategori speċifiċi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal konsultazzjoni jew informazzjoni minn qabel;
li d-deċiżjonijiet negattivi dwar applikazzjonijiet għal viża għandhom ikunu nnotifikati lill-applikant, li tali deċiżjonijiet għandhom jagħtu r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati u li l-applikanti li jkollhom l-applikazzjonijiet imċaħda għandu jkollhom dritt ta’ appell, b’informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, inkluża l-awtorità legali kompetenti, kif ukoll l-iskadenza ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell;
li s-sempliċi pussess ta’ viża ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul u li d-detenturi tal-viża huma mitluba jippreżentaw prova li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-dħul mal-fruntiera esterna, kif previst fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;
informazzjoni dwar il-proċedura tal-ilmenti prevista fl-Artikolu 38(5).
TITOLU V
KOOPERAZZJONI LOKALI TA’ SCHENGEN
Artikolu 48
Kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fost il-konsulati tal-Istati Membri
Għal dak il-għan, f'konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE ( 10 ), il-Kummissjoni għandha toħroġ struzzjonijiet lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni biex iwettqu l-kompiti ta' koordinazzjoni rilevanti previsti f'dan l-Artikolu.
Fejn, l-applikazzjonijiet ippreżentati fil-ġurisdizzjoni kkonċernata jiġu eżaminati u deċiżi mill-awtoritajiet ċentrali jkunu qed kif imsemmi fl-Artikolu 4(1a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment attiv ta' dawk l-awtoritajiet ċentrali fil-kooperazzjoni lokali ta' Schengen. Il-persunal li jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni lokali ta' Schengen għandu jkun imħarreġ sew u involut fl-eżami tal-applikazzjonijiet fil-ġurisdizzjoni kkonċernata.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, b'mod partikolari, jikkooperaw sabiex:
iħejju lista armonizzata ta' dokumenti ta' sostenn li għandhom ikunu ppreżentati mill-applikanti, b'kont meħud tal-Artikolu 14;
iħejju l-implimentazzjoni lokali tal-Artikolu 24(2) rigward il-ħruġ ta' viżi bi dħul multiplu;
jiżguraw traduzzjoni komuni tal-formola tal-applikazzjoni, fejn rilevanti;
jistabbilixxu l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-pajjiż ospitanti, u jaġġornawha regolarment;
ifasslu skeda informattiva komuni li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(1);
jissorveljaw, fejn rilevanti, l-implimentazzjoni tal-Artikolu 25a(5) u (6).
▼M5 —————
L-Istati Membri taħt il-kooperazzjoni lokali ta' Schengen għandhom jiskambjaw l-informazzjoni li ġejja:
statistika kull kwart dwar il-viżi uniformi, il-viżi b'validità territorjali limitata, u l-viżi għal transitu fl-ajruport li għalihom tkun saret applikazzjoni, kemm li jkunu nħarġu kif ukoll li nċaħdu;
informazzjoni rigward il-valutazzjoni tar-riskji migratorji u riskji għas-sigurtà, b'mod partikolari dwar:
l-istruttura soċjoekonomika tal-pajjiż ospitanti;
is-sorsi ta' informazzjoni fil-livell lokali, inkluż is-sigurtà soċjali, l-assigurazzjoni tas-saħħa, ir-reġistri fiskali u r-reġistrazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ;
l-użu ta' dokumenti foloz, kontrafatti jew iffalsifikati;
ir-rotot ta' immigrazzjoni irregolari;
ix-xejriet f'imġiba frodulenti;
ix-xejriet rigward iċ-ċaħdiet;
informazzjoni dwar kooperazzjoni ma' fornituri esterni tas-servizzi u ma' kumpanniji tat-trasport;
informazzjoni dwar il-kumpanniji tal-assigurazzjoni li jipprovdu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata, inkluża l-verifika tat-tip ta' kopertura u l-ammont possibbli tal-eċċess.
Jistgħu jkunu organizzati laqgħat b’suġġett uniku u jistgħu jiġu stabbiliti sotto-gruppi sabiex jistudjaw kwistjonijiet speċifiċi fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen.
▼M5 —————
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 49
Arranġamenti għal Logħob Olimpiku u Logħob Paralimpiku
L-Istati Membri li jospitaw il-Logħob Olimpiku u l-Logħob Paralimpiku għandhom japplikaw il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viża kif stabbilit fl-Anness XI.
▼M5 —————
Artikolu 51
Istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika ta' dan ir-Regolament
Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta struzzjonijiet operazzjonali dwar l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).
Artikolu 51a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 52
Proċedura ta' kumitat
Fejn il-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 53
Notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:
arranġamenti dwar rappreżentanza msemmija fl-Artikolu 8;
il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa mill-Istati Membri individwali li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali li jinsabu fit-territorju tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 3;
il-formola nazzjonali għal dikjarazzjoni ta’ garanzija u/jew ta’ akkomodazzjoni privata msemmija fl-Artikolu 14(4), fejn applikabbli;
il-lista tal-pajjiżi terzi li għalihom hija meħtieġa konsultazzjoni minn qabel msemmija fl-Artikolu 22(1);
il-lista tal-pajjiżi terzi li għalihom hi meħtieġa l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(1);
l-annotamenti nazzjonali addizzjonali fit-taqsima tal-“kummenti” tal-isticker tal-viża, kif imsemmi fl-Artikolu 27(2);
l-awtoritajiet kompetenti għall-estensjoni tal-viżi, kif previst fl-Artikolu 33(5);
il-forom ta’ kooperazzjoni magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 40;
l-istatistika miġbura skont l-Artikolu 46 u l-Anness XII.
Artikolu 54
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
L-Artikolu 4(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
‘viża uniformi’ kif imfissra fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( *1 );
il-punt (b) għandu jitħassar;
il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
‘viża għal tranżitu fl-ajruport’ kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”
il-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
‘viża b’validità territorjali limitata’ kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”
il-punt (e) għandu jitħassar;
fl-Artikolu 8(1), il-kliem “Mal-wasla ta’ applikazzjoni”, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Meta l-applikazzjoni hija ammissibbli skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”
L- Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
l-intestatura għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“Data li għandha tiddaħħal mal-applikazzjoni”;
paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
kunjom (kunjom tal-familja), kunjom fit-twelid (kunjom(ijiet) preċedenti tal-familja, isem(ismijiet) (isem(ismijiet) mogħtija)); data tat-twelid, post tat-twelid, pajjiż tat-twelid, sess;”;
il-punt (e) għandu jitħassar;
il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Stat(i) Membru(i) destinatarji u tul tas-soġġorn previst jew tat-tranżitu;”
il-punt (h) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;”;
il-punt (i) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
id-data prevista għall-wasla fiż-żona ta’ Schengen u d-data prevista għat-tluq miż-żona ta’ Schengen;”
il-punt (j) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Stat Membru tal-ewwel dħul;”;
il-punt (k) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
l-indirizz tal-applikant;”;
fil-punt (l), il-kelma “skola” għandha tiġi sostitwita bi: “stabbiliment edukattiv”;
fil-punt (m), il-kliem “omm u missier” għandhom jiġu sostitwiti bi “setgħa tal-ġenituri jew kustodja legali”.
Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 10(1):
jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-isticker tal-viża tkun imtliet manwalment.”
Fl-Artikolu 11, il-kliem introduttorju għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn l-awtorità tal-viża li tirrappreżenta Stat Membru ieħor ma tkomplix l-eżami tal-applikazzjoni, hi għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:”.
l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li viża ġiet irrifjutata u jekk dik l-awtorità ċaħdet f’isem Stat Membru ieħor”
paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(jiet) li għalihom inċaħdet il-viża, li għandha tkun waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
l-applikant:
jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz jew iffalsifikat;
ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;
ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;
ikun diġà qagħad għal tliet xhur matul il-perijodu attwali ta’ sitt xhur fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;
hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;
huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif hemm definit fl-Artikolu 2 il-punt 2 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;
ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;
l-informazzjoni sottomessa rigward il-ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet għas-soġġorn previst ma kinitx affidabbli;
ma setgħatx tiġi aċċertata l-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża;
ma ġietx ipprovduta biżżejjed evidenza li l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika minn qabel għal viża, li tiġġustifika l-applikazzjoni għal viża mal-fruntiera.”;
l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 13
Data li għandha tiġi miżjuda għal viża ġiet annullata jew irrevokata
Fejn ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew irrevokata viża, jew li jitqassar il-perjodu ta’ validità tal-viża, l-awtorità tal-viża li ħadet din id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet annullata jew irrevokata;
l-awtorità li annullat jew irrevokat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;
post u data tad-deċiżjoni.
Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(raġunijiet) għall-annullament jew ir-revoka, li għandhom ikunu:
waħda jew aktar mir-raġuni(raġunijiet) elenkati fl-Artikolu 12(2);
applikazzjoni tad-detentur tal-viża li jirrevoka l-viża.”.
L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
il-paragrafu introduttorju għandu jinbidel b’dan li ġej:
l-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
in-numru tal-isticker tal-viża tal-viża estiża;”;
il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
it-territorju li fih id-detentur tal-viża hu intitolat li jivvjaġġa, jekk il-validità territorjali tal-viża estiża hija differenti minn dik tal-viża oriġinali;”;
fil paragrafu 2, il-punt (c) għandu jitħassar.
Fl-Artikolu 15(1), il-kliem “biex tiġi estiża jew imqassra l-validità tal-viża” għandu jiġi sostitwit bi “jew tiġi estiża l-viża”.
L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:
il-punt (4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Stat Membru tal-ewwel dħul;”;
il-punt (6) għandu jinbidel b’dan li ġej:
it-tip ta’ viża maħruġa;”;
il-punt (11) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;”.
Fl-Artikolu 18(4)(c), l-Artikolu 19(2)(c), l-Artikolu 20(2)(d), l-Artikolu 22(2)(d), il-kliem “jew imqassra” għandu jitħassar;
Fl-Artikolu 23(1)(d), il-kelma “imqassra” għandha titħassar.
▼M4 —————
Artikolu 56
Tħassir
Dawn li ġejjin huma b’dan imħassra:
id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tat-28 ta’ April 1999 dwar il-verżjonijiet definittivi tal-Manwal Komuni u tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (SCH/Com-ex (99)13 (l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, inklużi l-Annessi);
id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-14 ta’ Diċembru 1993 li estendew il-viża komuni(SCH/Com-ex (93) 21) u dwar prinċipji komuni għall-kanċellament, annullament jew taqsir tat-tul tal-validità tal-viża uniformi (SCH/Com-ex (93)24), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni statistika dwar il-ħruġ ta’ viżi uniformi (SCH/Com-ex (94) 25), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-21 ta’ April 1998 dwar l-iskambju ta’ statistika dwar viżi maħruġa (SCH/Com-ex (98)12), u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tas-16 ta’ Diċembru 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ forma armonizzata li tipprovdi prova ta’ invit, sponsorizzar u akkomodazzjoni (SCH/Com-ex (98)57);
l-Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI tal-4 ta’ Marzu 1996 dwar l-arranġamenti għal tranżitu fl-ajruporti ( 13 );
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi ( 14 );
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1091/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar il-libertà tal-moviment b’viża ta’ waqfien fit-tul ( 15 );
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003 tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-ħruġ ta’ viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta’ dawn il-viżi lil baħħara li jkunu in transitu ( 16 );
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 390/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-uffiċċji diplomatiċi u konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ bijometrija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-ilqugħ u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża ( 17 ).
Artikolu 57
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Artikolu 58
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
ANNESS I
Formola armonizzata tal-applikazzjoni
APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA TA' SCHENGEN
Din il-formola tal-applikazzjoni hija bla ħlas
(
18
)
Membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma għandhomx jimlew il-partijiet nru 21, 22, 30, 31 u 32 (immarkati b'*).
Il-partijiet 1-3 għandhom jimtlew skont kif jidhru fid-dokument tal-ivvjaġġar.
|
1. Kunjom (Isem tal-familja): |
GĦAL UŻU UFFIĊJALI BISS Data tal-applikazzjoni: Numru tal-applikazzjoni:: |
|||
|
2. Kunjom fit-twelid (Kunjom(ijiet) preċedenti): |
||||
|
3. L-ewwel isem/ismijiet (Isem/ismijiet mogħti(ja)): |
||||
|
4. Data tat-twelid (jum-xahar-sena): |
5. Post tat-twelid: 6. Pajjiż tat-twelid:: |
7. Ċittadinanza attwali: Ċittadinanza fit-twelid, jekk tkun differenti: Ċittadinanzi oħra:: |
Applikazzjoni ppreżentata lil □ Ambaxxata/konsulat □ Fornitur tas-servizzi □ Intermedjarju kummerċjali |
|
|
8. Sess: □Raġel □Mara |
9. Status ċivili: □Ġuvni/Xebba □Miżżewweġ/Miżżewġa □Sħubija reġistrata □Separat(a) □Divorzjat(a) □Armel/Armla □Ieħor (jekk jogħġbok speċifika): |
□ Fruntiera (Isem): … … □ Oħra |
||
|
10. Awtorità tal-ġenituri (f'każ ta' minorenni) /kustodju legali (kunjom, isem, indirizz, jekk ikun differenti minn dak tal-applikant, numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika u ċittadinanza): |
Fajl ġestit minn:□ |
|||
|
11. Numru tal-identità nazzjonali, fejn applikabbli: |
Dokumenti ta' sostenn: □ Dokument tal-ivvjaġġar □ Mezzi ta' sussistenza □ Stedina |
|||
|
12. Tip ta' dokument tal-ivvjaġġar: □Passaport ordinarju □Passaport diplomatiku □Passaport tas-servizz □Passaport uffiċjali □Passaport speċjali □Dokument tal-ivvjaġġar ieħor (jekk jogħġbok speċifika): |
||||
|
13. Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar: |
14. Data tal-ħruġ: |
15. Validu sa: |
16. Maħruġ fi (pajjiż): |
□ Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar □ Mezzi ta' trasport □ Oħra: Deċiżjoni dwar viża: □ Miċħuda □ Maħruġa: □ A □ C □ VTL □ Valida: Minn: Sa: |
|
17. Data personali tal-membru tal-familja li huwa ċittadin tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera jekk applikabbli |
||||
|
Kunjom (Isem tal-familja): |
Isem/ismijiet (Isem/ismijiet mogħti(ja)): |
|||
|
Data tat-twelid (jum-xahar-sena): |
Ċittadinanza: |
Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar jew tal-karta tal-identità: |
||
|
18. Parentela familjari ma' ċittadin tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera jekk applikabbli: □konjuġi □wild □wild tal-wild □axxendent dipendenti □Sħubija Reġistrata □oħra:□ |
||||
|
19. Indirizz tad-dar u indirizz tal-posta elettronika tal-applikant: |
Nru tat-telefon: |
|||
|
20. Residenza f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż taċ-ċittadinanza attwali: □Le □Iva. Permess ta' residenza jew ekwivalenti … Nru … Validu sa … |
||||
|
*21. Impjieg attwali: |
Għadd ta' dħul: □1 □2 □ Multiplu Għadd ta' jiem: |
|||
|
*22. Isem l-impjegatur u l-indirizz u n-numru tat-telefon tiegħu. Għall-istudenti, l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment edukattiv: |
||||
|
23. Skop(ijiet) tal-vjaġġ: □Turiżmu □Negozju □Żjara lill-familja jew lill-ħbieb □Kulturali □Sports □Żjara uffiċjali □Raġunijiet mediċi □Studju □Transitu fl-ajruport □Oħra (jekk jogħġbok speċifika): |
||||
|
24. Informazzjoni addizzjonali dwar l-iskop tas-soġġorn: |
||||
|
25. Stat Membru ta' destinazzjoni prinċipali (u Stati Membri oħra ta' destinazzjoni, jekk applikabbli): |
26. Stat Membru tal-ewwel dħul: |
|||
|
27. Għadd ta' dħul mitlub: □Dħul wieħed □Żewġ daħliet □Dħul multiplu Data prevista tal-wasla tal-ewwel soġġorn intenzjonat fiż-żona Schengen: Data prevista tat-tluq miż-żona Schengen wara l-ewwel soġġorn intenzjonat: |
||||
|
28. Marki tas-swaba' miġbura preċedentement bl-iskop li ssir applikazzjoni għal viża ta' Schengen: □Le □Iva. Data, jekk magħrufa … Numru tal-istiker tal-viża, jekk magħruf … |
||||
|
29. Permess ta' dħul għall-pajjiż tad-destinazzjoni finali, fejn applikabbli: Maħruġ minn … Validu minn … sa … |
||||
|
*30. Kunjom u isem il-persuna/i li qed tistieden/jistiednu fl-Istat(i) Membru/i. Jekk mhux applikabbli, isem il-lukanda/i jew l-akkomodazzjoni(jiet) temporanja/i fl-Istat(i) Membru/i: |
||||
|
L-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna/i li qed tistieden/jistiednu / il-lukanda/i / l-akkomodazzjoni(jiet) temporanja/i: |
Nru tat-telefon: |
|||
|
*31. Isem u indirizz tal-kumpannija/organizzazzjoni li qed tistieden: |
||||
|
Kunjom, isem, indirizz, nru tat-telefon, u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ta' kuntatt fil-kumpannija/fl-organizzazzjoni: |
Nru tat-telefon tal-kumpannija/organizzazzjoni: |
|||
|
*32. L-ispiża tal-ivvjaġġar u tal-għajxien matul is-soġġorn tal-applikant hija koperta: |
||||
|
□ mill-applikant stess Mezzi ta' sussistenza □ Flus kontanti □ Ċekkijiet tal-vjaġġaturi □ Karta ta' kreditu □ Akkomodazzjoni mħallsa minn qabel □ Trasport imħallas minn qabel □ Oħra (jekk jogħġbok speċifika): |
□ minn sponsor (ospitant, kumpannija, organizzazzjoni), jekk jogħġbok speċifika: … □ imsemmi fil-parti 30 jew 31 … □ oħra (jekk jogħġbok speċifika): Mezzi ta' sussistenza: □ Flus kontanti □ Akkomodazzjoni pprovduta □ L-ispejjeż kollha koperti waqt is-soġġorn □ Trasport imħallas minn qabel □ Oħra (jekk jogħġbok speċifika): |
|||
|
|
||||
|
Jien konxju/a li t-tariffa tal-viża ma tingħatax lura jekk il-viża tiġi miċħuda. |
||||
|
|
||||
|
Applikabbli f'każ fejn issir applikazzjoni għal viża bi dħul multiplu: Jien konxju/a mill-ħtieġa li jkolli assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata għall-ewwel soġġorn tiegħi u għal kwalunkwe żjara sussegwenti fit-territorju tal-Istati Membri. |
||||
|
|
||||
|
Jien konxju/a u nagħti l-kunsens tiegħi għal dan li ġej: il-ġbir tad-data meħtieġa minn din il-formola tal-applikazzjoni u t-teħid tar-ritratt tiegħi u, jekk applikabbli, it-teħid tal-marki tas-swaba', huma obbligatorji għall-eżami tal-applikazzjoni; u kull data personali li tikkonċernani li tidher fil-formola tal-applikazzjoni, kif ukoll il-marki tas-swaba' tiegħi u r-ritratt tiegħi, jintbagħtu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u jiġu pproċessati minn dawk l-awtoritajiet, bl-iskop li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħi. Din id-data kif ukoll id-data li tikkonċerna d-deċiżjoni meħuda fl-applikazzjoni tiegħi jew deċiżjoni dwar jekk viża li tkun inħarġet tiġix annullata, revokata jew estiża ser jiddaħħlu, u jinħażnu fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għal perijodu massimu ta' ħames snin, li matulu jkunu aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-viża u l-awtoritajiet responsabbli mit-twettiq ta' verifiki tal-viżi fuq il-fruntieri esterni u fl-Istati Membri, għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-asil fl-Istati Membri biex jivverifikaw jekk il-kondizzjonijiet għal dħul, soġġorn u residenza legali fit-territorju tal-Istati Membri ntlaħqux, biex jiġu identifikati persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet, biex tiġi eżaminata applikazzjoni għall-asil u biex tiġi determinata r-responsabbiltà għal dan l-eżami. F'ċerti kondizzjonijiet, id-data ser tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Europol għall-iskop ta' prevenzjoni, kxif u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra. L-awtorità tal-Istat Membru li hija responsabbli mill-ipproċessar tad-data hija: [(…)]. Jiena konxju li għandi d-dritt li, fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inkun mgħarraf bid-data relatata miegħi li hija rreġistrata fil-VIS u bl-Istat Membru li ttrasmetta d-data, u li nitlob li data relatata miegħi li ma tkunx eżatta, tiġi kkoreġuta u li d-data relatata miegħi li tkun ġiet ipproċessata illegalment titħassar. Fuq talba espressa tiegħi, l-awtorità li teżamina l-applikazzjoni tiegħi ser tgħarrafni bil-mod li bih nista' neżerċita d-dritt tiegħi biex nivverifika d-data personali li tikkonċernani u nagħmel mezz biex nikkorreġiha jew inħassarha, inkluż ir-rimedji relatati skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtorità superviżorja nazzjonali ta' dak l-Istat Membru [dettalji ta' kuntatt: …] ser tisma' pretensjonijiet rigward il-protezzjoni ta' data personali. Niddikjara li sa fejn naf jien id-dettalji kollha mogħtija minni huma korretti u kompluti. Jiena konxju li kull dikjarazzjoni falza twassal biex l-applikazzjoni tiegħi tiġi miċħuda jew għall-annullament ta' viża li tkun diġà nħarġet u tista' wkoll tagħmilni suġġett għal prosekuzzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jittratta l-applikazzjoni. Nimpenja ruħi li nitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża, jekk tingħatali. Ġejt mgħarraf li l-pussess ta' viża huwa biss wieħed mill-prerekwiżiti għad-dħul fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri. Is-sempliċi fatt li ngħatatli viża ma jfissirx li jiena ser inkun intitolat għal kumpens jekk nonqos milli nikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 (il-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen) u għalhekk niġi miċħud id-dħul. Il-prerekwiżiti għad-dħul jerġgħu jiġu vverifikati mad-dħul fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri. |
||||
|
|
||||
|
Post u data: |
Firma: (firma tal-persuna bis-setgħa tal-ġenituri/il-kustodju legali, jekk applikabbli): |
|||
ANNESS II
Lista mhux eżawrjenti tad-dokumenti ta’ sostenn
Id-dokumenti ta’ sostenn, imsemmija fl-Artikolu 14, li għandhom jiġu ppreżentati mill-applikanti għal viża jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
DOKUMENTAZZJONI RELATATA MAL-GĦAN TAL-VJAĠĠ
għall-vjaġġi ta’ negozju:
stedina minn ditta jew awtorità biex wieħed jattendi laqgħat, konferenzi jew avvenimenti konnessi ma’ negozju, industrija jew xogħol;
dokumenti oħrajn li juru l-eżistenza ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew relazzjonijiet għall-finijiet ta’ xogħol;
biljetti ta’ dħul għal fieri u kungressi, jekk ikun il-każ;
dokumenti li jagħtu prova tal-attivitajiet kummerċjali tal-kumpanija;
dokumenti li jagħtu prova ta’ [l-istatus] tal-impjieg tal-applikanti fil-kumpanija;
għall-vjaġġi magħmula għall-finijiet ta’ studju jew tipi oħrajn ta’ taħriġ:
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni f’istitut tat-tagħlim sabiex wieħed jattendi għal korsijiet vokazzjonali jew teoretiċi fil-qafas ta’ taħriġ bażiku jew addizzjonali;
kards tal-istudent jew ċertifikati tal-korsijiet li wieħed jrid jattendi;
għall-vjaġġi magħmula għall-finijiet ta’ turiżmu jew għal raġunijiet privati:
dokumenti relatati mal-akkomodazzjoni:
dokumenti relatati mal-itinerarju:
għall-vjaġġi magħmula għal avvenimenti politiċi, xjentifiċi, kulturali, sportivi jew reliġjużi jew għal raġunijiet oħrajn:
għall-vjaġġi ta’ membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali, indirizzata lill-gvern tal-pajjiż terz ikkonċernat, jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ Stat Membru minn organizzazzjonijiet intergovernamentali:
għall-vjaġġi li jsiru għal raġunijiet mediċi:
DOKUMENTAZZJONI LI TIPPERMETTI L-VALUTAZZJONI TAL-INTENZJONI TAL-APPLIKANT LI JITLAQ MIT-TERRITORJU TAL-ISTATI MEMBRI
ir-riżervar ta’ biljett tar-ritorn jew ta’ biljett li jinkludi tluq u ritorn;
prova ta’ mezzi finanzjarji fil-pajjiż tar-residenza;
prova tal-impjieg: dikjarazzjonijiet bankarji;
prova ta’ proprjetà immobbli;
prova ta’ integrazzjoni fil-pajjiż tar-residenza: irbit familjari; status professjonali.
DOKUMENTAZZJONI RELATATA MAS-SITWAZZJONI FAMILJARI TAL-APPLIKANT
il-kunsens tal-ġenituri jew ta’ tutur legali (meta l-minorenni ma jivvjaġġax magħhom);
prova ta’ rbit familjari mal-persuna ospitanti/li tagħmel l-istedina;
ANNESS III
FORMAT UNIFORMI U UŻU TAT-TIMBRU LI JINDIKA LI HIJA AMMISSIBBLI APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA
|
… viża … (1) |
|
|
xx/xx/xxxx (2) |
… (3) |
|
Eżempju: |
|
|
C visa FR |
|
|
22.4.2009 |
Consulat de France |
|
Djibouti |
|
|
(1)
Il-kodiċi tal-Istat Membru li jeżamina t-talba. Huma użati dawk il-kodiċi kif stabbiliti fl-Anness VII punt 1.1.
(2)
Id-Data tal-applikazzjoni (tmien figuri: xx jum, xx xahar, xxxx sena).
(3)
L-awtorità li teżamina t-talba għall-viża. |
|
It-timbru għandu jitqiegħed fuq l-ewwel paġna disponibbli li ma fiha l-ebda annotament jew timbru fid-dokument tal-ivvjaġġar.
ANNESS IV
Lista komuni tal-pajjiżi terzi elenkati fl-anness i tar-regolament (KE) Nru 539/2001, li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żona ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-istati membri
ANNESS V
LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA LI JINTITOLAW LID-DETENTUR GĦAL TRANSITU MILL-AJRUPORTI TAL-ISTATI MEMBRI MINGĦAJR MA JKUN MEĦTIEĠ LI JKUN FIL-PUSSESS TA' VIŻA GĦAL TRANSITU FL-AJRUPORT
ANDORRA:
KANADA:
ĠAPPUN:
SAN MARINO:
STATI UNITI TAL-AMERKA:
ANNESS VI
(
19
)
FORMOLA STANDARD GĦAN-NOTIFIKA TAR-RAĠUNIJIET TA' ĊAĦDA, ANNULLAMENT JEW REVOKA TA' VIŻA
ĊAĦDA/ANNULLAMENT/REVOKA TA' VIŻA
Sinjura/Sur …,
□ L-ambaxxata/il-konsulat-ġenerali/il-konsulat/[awtorità kompetenti oħra] ta' … fi … [f'isem (isem l-Istat Membru rrappreżentat)];
□ [Awtorità kompetenti oħra] ta' …;
□ L-awtoritajiet responsabbli għal verifiki fuq persuni fi …
□ eżaminaw l-applikazzjoni tiegħek;
□ eżaminaw il-viża tiegħek, bin-numru: …, maħruġa: … [jum/xahar/sena].
|
□ Il-viża ġiet miċħuda |
□ Il-viża ġiet annullata |
□ Il-viża ġiet irrevokata |
Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq ir-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin:
ġie ppreżentat dokument tal-ivvjaġġar falz/kontrafatt/iffalsifikat
ma ngħatatx ġustifikazzjoni għall-iskop u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn intenzjonat
ma tajtx prova ta' mezzi suffiċjenti ta' sussistenza, għat-tul tas-soġġorn intenzjonat jew għar-ritorn fil-pajjiż tal-oriġini jew ta' residenza, jew għat-transitu lejn pajjiż terz li fih inti ċert li ser titħalla tidħol
ma tajtx prova li inti tinsab f'pożizzjoni li takkwista b'mod legali mezzi suffiċjenti ta' sussistenza, għat-tul tas-soġġorn intenzjonat jew għar-ritorn fil-pajjiż tal-oriġini jew ta' residenza, jew għat-transitu lejn pajjiż terz li fih inti ċert li ser titħalla tidħol
diġà qgħadt għal 90 jum matul il-perijodu attwali ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta' viża uniformi jew viża b'validità territorjali limitata
inħareġ allert fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) biex jinċaħadlek id-dħul minn … (indikazzjoni tal-Istat Membru)
Stat Membru jew aktar jikkunsidraw li inti ta' theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna
Stat Membru wieħed jew aktar jikkunsidraw li inti ta' theddida għas-saħħa pubblika kif definita fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)
Stat Membru wieħed jew aktar jikkunsidraw li inti ta' theddida għar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom
l-informazzjoni pprovduta rigward il-ġustifikazzjoni għall-iskop u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn intenzjonat ma kinitx affidabbli
jeżistu dubji raġonevoli dwar l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li saru rigward … (jekk jogħġbok speċifika)
hemm dubji raġonevoli dwar l-affidabbiltà fir-rigward tal-awtentiċità tad-dokumenti ta' sostenn ippreżentati jew dwar il-verità tal-kontenut tagħhom
hemm dubji raġonevoli dwar l-intenzjoni tiegħek li titlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża
ma ngħatatx prova suffiċjenti li inti ma kontx f'pożizzjoni li tapplika għal viża minn qabel, li tiġġustifika l-applikazzjoni għal viża fuq il-fruntiera
ma ngħatatx ġustifikazzjoni għall-iskop u l-kondizzjonijiet tat-transitu fl-ajruport intenzjonat
ma tajtx prova li għandek fil-pussess tiegħek assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida
ir-revoka tal-viża ntalbet mid-detentur tal-viża ( 20 ).
Kummenti addizzjonali:
…
…
…
…
…
Inti tista' tappella kontra d-deċiżjoni ta' ċaħda/annullament/revoka ta' viża.
Ir-regoli dwar l-appell kontra deċiżjonijiet ta' ċaħda/annullament/revoka ta' viża huma stipulati fi (referenza għal-liġi nazzjonali):
…
L-awtorità kompetenti li quddiema jista' jiġi ppreżentat appell (dettalji ta' kuntatt):
…
L-informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita tinsab hawn (dettalji ta' kuntatt):
…
Appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien (indikazzjoni tal-limitu ta' żmien):
…
Data u timbru tal-ambaxxata/konsulat-ġenerali/konsulat/ tal-awtoritajiet responsabbli mill-verifiki fuq il-persuni/ta' awtoritajiet kompetenti oħra:
Firma tal-persuna kkonċernata ( 21 ): …
▼M5 —————
ANNESS X
LISTA TA' REKWIŻITI MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FL-ISTRUMENT LEGALI FIL-KAŻ TA' KOOPERAZZJONI MA' FORNITURI ESTERNI TAS-SERVIZZI
L-istrument legali għandu:
jinnumera l-kompiti li għandhom jitwettqu mill-fornitur estern tas-servizzi, f'konformità mal-Artikolu 43(6) ta' dan ir-Regolament;
jindika l-postijiet minn fejn ikun ser jopera l-fornitur estern tas-servizzi u l-konsulat li ċ-ċentru tal-applikazzjoni individwali jirreferi għalih;
jelenka s-servizzi koperti mit-tariffa għas-servizz obbligatorja;
jagħti struzzjonijiet lill-fornitur estern tas-servizzi biex jagħti informazzjoni ċara lill-pubbliku li servizzi fakultattivi oħra huma koperti minn tariffi oħra.
Rigward it-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, rigward il-protezzjoni tad-data:
jipprevjeni fil-ħinijiet kollha kwalunkwe qari, ikkupjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data, b'mod partikolari matul it-trasmissjoni tagħha lill-konsulat tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kompetenti għall-ipproċessar ta' applikazzjoni;
f'konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-Istat jew l-Istati Membri kkonċernati, jittrasmetti d-data:
jittrasmetti d-data mill-aktar fis possibbli:
jiżgura li jkun hemm mezzi xierqa għall-intraċċar ta' fajls ta' applikazzjonijiet individwali lil u mill-konsulat;
iħassar id-data mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li din tkun ġiet trasmessa u jiżgura li jinżammu biss l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-applikant għall-iskopijiet tal-arranġamenti biex isir appuntament, kif ukoll in-numru tal-passaport, sakemm il-passaport jiġi rritornat lill-applikant u li dawn jitħassru ħamest ijiem wara dan;
jiżgura li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha tekniċi u organizzattivi meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali kontra distruzzjoni aċċidentali jew illegali, jew telf, alterazzjoni, żvelar mhux awtorizzat jew aċċess aċċidentali, b'mod partikolari meta l-kooperazzjoni tkun tinvolvi t-trasmissjoni ta' fajls u data lill-konsulat tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati u kontra kull forma oħra illegali ta' pproċessar ta' data personali;
jipproċessa d-data biss għall-iskopijiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-applikanti f'isem l-Istat jew l-Istati Membri kkonċernati;
japplika standards ta' protezzjoni tad-data li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti bir-Regolament (UE) 2016/679;
jipprovdi lill-applikanti l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 37 tar-Regolament VIS.
Rigward it-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, fir-rigward tal-imġiba tal-persunal:
jiżgura li l-persunal tiegħu jkun imħarreġ b'mod adatt;
jiżgura li l-persunal tiegħu, fit-twettiq tal-obbligi tiegħu:
jipprovdi, f'kull ħin, identifikazzjoni tal-persunal li jaħdem għall-fornitur estern tas-servizzi;
jagħti prova li l-persunal tiegħu ma jkollux kondotta kriminali mtebba' u għandu l-għarfien espert meħtieġ.
Rigward il-verifika tat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:
jipprovdi aċċess għall-persunal intitolat mill-Istat jew Stati Membri kkonċernati għall-bini tiegħu fil-ħinijiet kollha mingħajr avviż preċedenti, b'mod partikolari għal skopijiet ta' spezzjoni;
jiżgura li jkun hemm il-possibbiltà ta' aċċess mill-bogħod għas-sistema tiegħu ta' appuntamenti għal skopijiet ta' spezzjoni;
jiżgura li jintużaw metodi ta' sorveljanza rilevanti (eż. eżami tal-applikanti; webcam);
jiżgura li jkun hemm aċċess, mill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data għall-prova tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż obbligi ta' rappurtar, awditi esterni u verifiki fuq il-post regolari;
jirrapporta bil-miktub lill-Istat jew Stati Membri kkonċernati mingħajr dewmien kwalunkwe ksur ta' sigurtà jew kwalunkwe lment mill-applikanti dwar użu ħażin ta' data jew aċċess mhux awtorizzat, u jikkoordina mal-Istat jew Stati Membri kkonċernati biex tinstab soluzzjoni u jingħataw spjegazzjonijiet fil-pront lill-applikanti li jilmentaw.
Rigward rekwiżiti ġenerali, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:
jaġixxi skont l-istruzzjonijiet tal-Istat jew Stati Membri kompetenti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni;
jadotta miżuri adatti kontra l-korruzzjoni (eż remunerazzjoni adatta tal-persunal; kooperazzjoni fl-għażla ta' membri tal-persunal involuti fil-kompitu; regola ta' żewġ persuni; prinċipju ta' rotazzjoni);
jirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-istrument legali, li għandu jkun fih klawsola ta' sospensjoni jew terminazzjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' ksur tar-regoli stabbiliti, kif ukoll klawsola ta' reviżjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-istrument legali jirrifletti l-aħjar prattika.
ANNESS XI
PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIFFAĊILITAW IL-ĦRUĠ TAL-VIŻI LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA OLIMPIKA LI QED TIPPARTEĊIPA FIL-LOGĦOB OLIMPIKU U FIL-LOGĦOB PARALIMPIKU
KAPITOLU I
Għan u definizzjonijiet
Artikolu 1
Għan
Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifiċi li ġejjin jiffaċilitaw l-applikazzjoni għall-viżi u l-ħruġ ta’ viżi lill-membri tal-familja Olimpika għat-tul tal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku organizzati minn Stat Membru.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis Komunitarju dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-ħruġ ta’ viżi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
“Organizzazzjonijiet responsabbli” jirrelataw mal-miżuri previsti biex ikunu ffaċilitati l-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-ħruġ ta’ viżi għall-membri tal-familja Olimpika li qed jieħdu sehem fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku, u jfissru l-organizzazzjonijiet uffiċjali, f’termini tal-Karta Olimpika, li huma intitolati li jippreżentaw listi ta’ membri tal-familja Olimpika lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membr li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bil-għan li jinħarġu l-kards tal-akkreditazzjoni għal-Logħob;
“Membru tal-Familja Olimpika” tfisser kwalunkwe persuna li hija membru tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali, tal-Federazzjonijiet Internazzjonali, tal-Kumitati Nazzjonali Olimpiċi u Paralimpiċi, tal-Kumitati Organizzattivi tal-Logħob Olimpiku u tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali, bħall-atleti, l-arbitri/ir-referis, il-kowċijiet u t-tekniċi sportivi l-oħra, il-persunal mediku ta’ mat-timijiet jew l-isportivi individwali u l-ġurnalisti akkreditati mill-medja, l-eżekuttivi anzjani, id-donaturi, l-isponsers jew il-mistednin uffiċjali l-oħra, li jaqblu li jiġu ggwidati mill-Karta Olimpika, jaġixxu taħt il-kontroll u l-awtorità suprema tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, huma inklużi fil-listi tal-organizzazzjonijiet responsabbli u huma akkreditati mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bħala parteċipanti fil-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-[sena];
“Kards tal-akkreditazzjoni Olimpika” li huma maħruġa mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu tfisser wieħed minn żewġ dokumenti siguri, wieħed għal-Logħob Olimpiku u l-ieħor għal-Logħob Paralimpiku, b’kull wieħed ikollu ritratt tad-detentur tiegħu, jistabbilixxu l-identità tal-membru tal-familja Olimpika u jawtorizzaw l-aċċess għall-faċilitajiet fejn isiru l-kompetizzjonijiet u għal avvenimenti oħrajn skedati sakemm idum il-Logħob;
“Sakemm idum il-Logħob Olimpiku u Paralimpiku” tfisser il-perijodu li matulu jseħħ il-Logħob Olimpiku u l-perijodu li matulu jseħħ il-Logħob Paralimpiku;
“Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku” tfisser il-Kumitat stabbilit mill-Istat Membru ospitant konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu biex jiġi organizzat il-Logħob Olimpiku u Paralimpiku, li jiddeċiedi dwar l-akkreditazzjoni tal-membri tal-familja Olimpika li jieħdu sehem f’dak il-Logħob;
“Servizzi responsabbli mill-ħruġ tal-viżi” tfisser is-servizzi magħżula mill-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku biex jeżaminaw l-applikazzjonijiet u joħorġu l-viżi lill-membri tal-familja Olimpika.
KAPITOLU II
Il-ħruġ ta’ viżi
Artikolu 3
Kondizzjonijiet
Viża tista’ tinħareġ skont dan ir-Regolament biss fejn il-persuna kkonċernata:
ġiet magħżula minn waħda mill-organizzazzjonijiet responsabbli u akkreditata mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bħala parteċipant fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku;
għandha dokument tal-ivvjaġġar validu li jawtorizza l-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;
mhijiex persuna li dwarha nħarġet twissija bl-iskop li tiġi mċaħħda mid-dħul;
mhijiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà nazzjonali jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.
Artikolu 4
Preżentazzioni tal-applikazzjoni
Artikolu 5
Eżami tal-applikazzjoni kollettiva għall-viżi u t-tip ta’ viża maħruġa
Artikolu 6
Forma tal-viża
Artikolu 7
Rinunzja għat-tariffi
L-eżami tal-applikazzjonijiet għal viża u l-ħruġ tal-viżi m’għandhomx iwasslu għall-ebda talba ta’ ħlas mis-servizzi responsabbli mill-ħruġ l-viżi.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet ġenerali u finali
Artikolu 8
Tħassir ta’ viża
Fejn il-lista tal-persuni ppreżentati bħala parteċipanti fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku hija emendata qabel ma jibdew il-Logħob, l-organizzazzjonijiet responsabbli għandhom jgħarrfu mingħajr l-ebda dewmien lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-[sena] b’dan sabiex il-kards tal-akkreditazzjoni Olimpika tal-persuni mneħħija mil-lista jistgħu jiġu revokati. Il-Kumitat Organizzattiv għandu jinnotifika lis-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi b’dan u għandu jgħarrafhom bin-numri tal-viżi in kwistjoni.
Is-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi għandhom iħassru l-viżi tal-persuni kkonċernati. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntieri b’dan, u dawn tal-aħħar mingħajr dewmien għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 9
Kontrolli fuq il-fruntieri esterni
Għat-tul tal-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku:
it-timbri tad-dħul u tal-ħruġ għandhom jitwaħħlu fuq l-ewwel paġna libera tad-dokument tal-ivvjaġġar ta’ dawk il-membri tal-familja Olimpika li għalihom huwa meħtieġ li jitwaħħlu dawn it-timbri skont l-Artikolu 10(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Mal-ewwel dħul, in-numru tal-viża għandu jkun indikat fuq dik l-istess paġna;
il-kondizzjonijiet għad-dħul previsti fl-Artikolu 5(1)(c) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen għandhom ikunu preżunti li ntlaħqu ladarba membru tal-Familja Olimpika jkun ġie debitament akkreditat.
ANNESS XII
STATISTIKA ANNWALI DWAR VIŻI UNIFORMI, VIŻI B’VALIDITÀ TERRITORJALI LIMITATA U VIŻI GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT
Id-data li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 40a, għal kull post fejn l-Istati Membri individwali joħorġu viża:
Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni tad-data:
F’każ li d-data mjihiex la disponibbli u lanqas rilevanti għal kategorija u pajjiż terz partikolari, l-Istati Membri għandhom iħallu l-ispazju vojt (u ma jdaħħlux “0”) (żero), “N.A”) (mhux applikablli) jew kwalunkwe valur ieħor).
ANNESS XIII
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament |
Dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (CSA), Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (CCI) jew tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen (SCH/Com-ex) sostitwiti |
|
TITOLU I |
|
|
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI |
|
|
Artikolu 1 Għan u kamp ta’ applikazzjoni |
CCI, Parti I.1. Kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikoli 9 u 10 tas-CSA) |
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet (1)-(4) |
CCI: Parti I. 2. Definizzjonijiet u tipi ta’ viża CCI: Parti IV “Bażi legali” CSA: l-Artikoli 11(2), 14 (1), 15, 16 |
|
TITOLU II |
|
|
VIŻA GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT |
|
|
Artikolu 3 Ċittadini ta’ pajjiżi terzi meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport |
Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI, CCI, Parti I. 2.1.1 |
|
TITOLU III |
|
|
PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻI |
|
|
KAPITOLU I |
|
|
Awtoritajiet li jipparteċipaw fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet |
|
|
Artikolu 4 Awtoritajiet li huma kompetenti biex jieħdu sehem fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet |
CCI Parti II. 4., CSA, Artikolu 12(2), Regolament 415/2003 |
|
Artikolu 5 Stat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni u jieħu deċiżjoni dwarha |
CCI, Parti II 1.1(a)(b), CSA Artikolu 12(2) |
|
Artikolu 6 Kompetenza territorjali konsulari |
CCI, Parti II, 1.1 u 3 |
|
Artikolu 7 Kompetenza tal-ħruġ ta’ viżi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu legalment preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru |
— |
|
Artikolu 8 Arranġamenti dwar rappreżentanza |
CCI, Parti II, 1.2 |
|
KAPITOLU II |
|
|
L-applikazzjoni |
|
|
Artikolu 9 Modalitajiet prattiċi għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal viża |
CCI, Anness 13, nota (Artikolu 10(1) |
|
Artikolu 10 Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni |
— |
|
Artikolu 11 Il-formola tal-applikazzjoni |
CCI, Parti III. 1.1 |
|
Artikolu 12 Dokument tal-ivvjaġġar |
CCI, Parti III.2. (a), CSA, Artikolu 13(1) u (2) |
|
Artikolu 13 Identifikaturi bijometriċi |
CCI, Parti III. 1.2 (a) u (b) |
|
Artikolu 14 Dokumenti ta’ sostenn |
CCI, Parti III.2(b) u Parti V.1.4, Com-ex (98) 57 |
|
Artikolu 15 Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar |
CCI, Parti V, 1.4 |
|
Artikolu 16 It-tariffa tal-viża |
CCI Parti VII. 4. u Anness 12 |
|
Artikolu 17 It-tariffa tas-servizz |
IKK, Parti VII, 1.7 |
|
KAPITOLU III |
|
|
Eżami ta’ applikazzjoni u teħid ta’ deċiżjoni dwarha |
|
|
Artikolu 18 Verifika ta’ kompetenza konsulari |
— |
|
Artikolu 19 Ammissibbiltà |
— |
|
Artikolu 20 Timbru li jindika li l-applikazzjoni hi ammissibbli |
CCI, Parti VIII, 2 |
|
Artikolu 21 Verifika tal-kondizzjonijiet ta’ dħul u stima tar-riskju |
CCI, Parti III,.4 u Parti V.1. |
|
Artikolu 22 Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn |
IKK, Parti II, 2.3 and Parti V, 2.3(a)-(d) |
|
Artikolu 23 Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni |
CCI, Parti V. 2.1 (it-tieni inċiż), 2.2, IKK |
|
KAPITOLU IV |
|
|
Il-ħruġ tal-viża |
|
|
Artikolu 24 Ħruġ ta’ viża uniformi |
CCI, Parti V, 2.1 |
|
Artikolu 25 Ħruġ ta’ viża b’validità territorjali limitata |
CCI, Parti V, 3, Anness 14, CSA 11(2), 14(1) u 16 |
|
Artikolu 26 Ħruġ ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport |
CCI, Part I, 2.1.1 – Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI |
|
Artikolu 27 Il-mili tal-isticker tal-viża |
CCI, Parti VI. 1-2-3-4 |
|
Artikolu 28 Invalidar tal-istickers tal-viżi mimlijin |
CCI, Parti VI, 5.2 |
|
Artikolu 29 Twaħħil tal-istickers tal-viża |
CCI, Parti VI, 5,3 |
|
Artikolu 30 Drittijiet li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ viża |
CCI, Part I, 2.1, l-aħħar sentenza |
|
Artikolu 31 Informazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn |
— |
|
Artikolu 32 Ċaħda ta’ viża |
— |
|
KAPITOLU V |
|
|
Modifika ta’ viża maħruġa |
|
|
Artikolu 33 Estensjoni |
Com-ex (93) 21 |
|
Artikolu 34 Annullament u revoka |
Com-ex (93) 24 u l-Anness 14 għall-IKK |
|
KAPITOLU VI |
|
|
Viżi maħruġa fuq il-fruntieri esterni |
|
|
Artikolu 35 Applikazzjonijiet għal viżi fuq il-fruntieri esterni |
Ir-Regolament (KE) Nru 415/2003 |
|
Artikolu 36 Viżi maħruġa lill-baħħara fi tranżitu fuq il-fruntiera |
|
|
TITOLU IV |
|
|
ĠESTJONI U ORGANIZZAZZJONI AMMINISTRATTIVA |
|
|
Artikolu 37 Organizzazzjoni tat-taqsimiet tal-viżi |
CCI, Parti VII, 1-2-3 |
|
Artikolu 38 Riżorsi għall-eżami tal-applikazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-konsulati |
— |
|
|
CCI, Parti VII, 1 A |
|
Artikolu 39 Imġiba tal-persunal |
CCI, Parti III.5 |
|
Artikolu 40 Forom ta’ kooperazzjoni |
CCI, Parti VII, 1AA |
|
Artikolu 41 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri |
|
|
Artikolu 42 Rikors għand konsli onorarji |
CCI, Parti VII, A.B |
|
Artikolu 43 Kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi |
CCI, Parti VII, 1B |
|
Artikolu 44 Kriptaġġ u trasferiment sigur ta’ data |
CCI, Parti II, 1.2, Parti VII, 1.6, is-sitt, seba’, tmien u d-disa’ subparagrafi |
|
Artikolu 45 Kooperazzjoni tal-Istati Membri ma’ intermedjarji kummerċjali |
CCI, VIII, 5.2 |
|
Artikolu 46 Ġbir ta’ statistika |
SCH Com-ex (94) 25 u (98) 12 |
|
Artikolu 47 Informazzjoni lill-pubbliku ġenerali |
— |
|
TITOLU V |
|
|
KOOPERAZZJONI LOKALI TA’ SCHENGEN |
|
|
Artikolu 48 Kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fost il-konsulati tal-Istati Membri |
CCI, VIII, 1-3-4 |
|
TITOLU VI |
|
|
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI |
|
|
Artikolu 49 Arranġamenti għal Logħob Olimpiku u Logħob Paralimpiku |
— |
|
Artikolu 50 Emendamenti għall-Annessi |
— |
|
Artikolu 51 Istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-Kodiċi dwar il-Viżi |
— |
|
Artikolu 52 Proċedura ta’ kumitat |
— |
|
Artikolu 53 Notifika |
— |
|
Artikolu 54 Emendamenti għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 |
— |
|
Artikolu 55 Emendamenti għar-Regolament (KE) Nru 562/2006 |
— |
|
Artikolu 56 Tħassir |
— |
|
Artikolu 57 Monitoraġġ u evalwazzjoni |
— |
|
Artikolu 58 Dħul fis-seħħ |
— |
ANNESSI
|
Anness I Formola armonizzata ta’ applikazzjoni |
CCI, Anness 16 |
|
Anness II Lista mhux eżawrkenti ta’ dokumenti ta’ sostenn |
Parzjalment CCI, V, 1.4. |
|
Anness III Format uniformi u użu tat-timbri li jindika li hija ammissibbli l-applikazzjoni għal viża |
CCI, VIII |
|
Anness IV Lista komuni ta’ pajjiżi terzi, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-zona ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorji tal-Istati Membri |
CCI, Anness 3, Parti I |
|
Anness V Lista ta’ permessi ta’ residenza li jintitolaw lid-detenturi tagħhom għal tranżitu mill-ajruporti tal-Istati Membri mingħajr ma jkun meħtieġ li jkunu fil-pussess ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport |
CCI, Anness 3, Parti III |
|
Anness VI Formola standard għan-notifika u għall-motivazzjoni ta’ ċaħda, annullament jew revoka ta’ viża |
— |
|
Anness VII Mili tal-isticker tal-viża |
CCI, Parti VI, 1-4, Anness 10 |
|
Anness VIII It-twaħħil tal-isticker tal-viża |
CCI, Parti VI, 5.3 |
|
Anness IX Regoli għall-ħruġ tal-viżi fuq il-fruntieri lill-baħħara fi tranżitu li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-viża |
Ir-Regolament (KE) Nru 415/2003, l-Annessi I u II |
|
Anness X Lista ta’ rekwiżiti minimi li għandhom ikunu inklużi fl-istrument legali fil-każ ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi |
CCI, Anness 19 |
|
Anness XI Proċeduri u kondizzjonijiet speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viżi lill-membri tal-Familja Olimpika li qed tipparteċipa fil-Logħob Olimpiku u fil-Logħob Paralimpiku |
— |
|
Anness XII Statistika annwali dwar viżi uniformi, viżi b’validità territorjali limitata u viżi għal tranżitu fl-ajruport |
— |
( 1 ) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.
( 2 ) ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.
( 3 ) Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9).
( 4 ) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4.
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
( 6 ) ĠU L 267, 27.9.2006, p. 41.
( 7 ) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L119, 4.5.2016, p. 1).
( 10 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
( 11 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 12 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( *1 ) ĠU L 243, 15.4.2009, p. 1 ”;
( 13 ) ĠU L 63, 13.3.1996, p. 8.
( 14 ) ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.
( 15 ) ĠU L 150, 6.6.2001, p. 4.
( 16 ) ĠU L 64, 7.3.2003, p. 1.
( 17 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 1.
( 18 ) Mhi meħtieġa ebda emblema għan-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.
( 19 ) Mhi meħtieġa ebda emblema għan-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.
( 20 ) Revoka ta' viża bbażata fuq din ir-raġuni mhijiex soġġetta għad-dritt ta' appell.
( 21 ) Jekk meħtieġa mil-liġi nazzjonali.
( 22 ) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
( 23 ) Referenza għall-kodiċi ISO tal-Istat Membru li qed jorganizza.