02014R0183 — MT — 11.07.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 183/2014 tal-20 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-kalkolu tal-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu speċifiċi u ġenerali (ĠU L 057 27.2.2014, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/954 tat-12 ta’ Mejju 2022 |
L 165 |
24 |
21.6.2022 |
|
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 183/2014
tal-20 ta’ Diċembru 2013
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-kalkolu tal-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu speċifiċi u ġenerali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Identifikazzjoni tal-Aġġustamenti Ġenerali u Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu għall-finijiet tal-Artikoli 111, 159, 166, 167, 168, 178, 246 u 266 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Kwalunkwe ammont li jirriżulta skont l-ewwel subparagrafu li jkun ġie rikonoxxut matul is-sena finanzjarja, jista’ biss jiġi inkluż fil-kalkolu tal-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu jekk l-ammonti rispettivi jkunu tnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ istituzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew, fil-każ ta’ profitti interim jew profitti fi tmiem is-sena li ma jkunux ġew approvati skont l-Artikolu 26(2) ta’ dak ir-Regolament, permezz ta’ tnaqqis immedjat korrispondenti fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għad-determinzzjoni tal-fondi proprji.
L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu inklużi fil-kalkolu tal-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu mill-istituzzjoni (l-Aġġustamenti Ġenerali għar-Riskju ta’ Kreditu) meta jissodisfaw iż-żewġ kriterji li ġejjin:
huma: jkunu disponibbli b’mod ħieles u bis-sħiħ, fir-rigward ta’ tajming u ammont, biex jagħmlu tajjeb għal telf marbut mar-riskju tal-kreditu li jkun għandu ma seħħx;
jirriflettu telf marbut mar-riskju ta’ kreditu għal grupp ta’ skoperturi li għalihom l-istituzzjoni attwalment ma għandha l-ebda evidenza li seħħ avveniment ta’ telf.
Bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kriterji tal-Paragrafu 2, l-istituzzjoni tinkludi t-telf li ġej fil-kalkolu tal-Aġġustamenti Ġenerali għar-Riskju ta’ Kreditu:
telf rikonoxxut biex ikopri l-esperjenza ta’ telf mill-portafoll ogħla mill-medja matul l-aħħar snin, għalkemm attwalment ma jkunx hemmx evidenza ta’ avvenimenti ta’ telf li ssostni l-livell ta’ telf osservat fil-passat;
telf minn deterjorazzjoni ta’ kreditu għal grupp ta’ skoperturi li l-istituzzjoni ma tkunx konxja minnu iżda li abbażi tal-esperjenza tal-passat, huwa statistikament probabbli li jkun hemm xi grad ta’ nuqqas ta’ ħlas.
l-istituzzjoni tinkludi dejjem it-telf li ġej fil-kalkolu tal-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu msemmija fil-Paragrafu 3:
telf rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu għal strumenti mkejla bil-valur ġust li jirrappreżenta indeboliment marbut mar-riskju tal-kreditu skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
telf b’riżultat ta’ avvenimenti attwali jew fil-passat li ħoloq skopertura individwali sinifikanti jew skoperturi li mhumiex individwalment sinifikanti li jiġu vvalutati individwalment jew kollettivament;
telf li fir-rigward tiegħu l-esperjenza storika, aġġustata abbażi tad-dejta attwalment osservabbli, tindika li jkun seħħ telf iżda l-istituzzjoni tkun għadha mhijiex konxja liema skopertura individwali ġarbet dan it-telf.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta jikkalkulaw l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu għall-finijiet tal-assenjazzjoni tal-piżijiet tar-riskju msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-parti mhux garantita ta’ skopertura inadempjenti, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kull differenza pożittiva bejn l-ammont dovut mid-debitur fuq dik l-iskopertura u s-somma ta’ dawn li ġejjin:
it-tnaqqis fil-fondi proprji addizzjonali jekk dik l-iskopertura tkun ġiet amortizzata kompletament;
kwalunkwe tnaqqis diġà eżistenti fil-fondi proprji relatat ma’ dik l-iskopertura.
Artikolu 2
Assenjazzjoni tal-Aġġustamenti Speċifiċi tar-Riskju ta’ Kreditu għal grupp ta’ skoperturi għall-iskoperturi fil-grupp
Artikolu 3
Kalkolu tal-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura skont l-Artikoli 111, 166, 167, 168, 246 u 266 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura skont l-Artikoli 111, 166 sa 168, 246 u 266 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta Kreditu marbuta ma’ skopertura bħala l-ammonti tal-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu għal dik l-iskopertura individwali, jew bħala l-ammonti tal-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu li l-istituzzjoni assenjat lil dik l-iskopertura skont l-Artikolu 2.
Artikolu 4
Kalkolu tal-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu għall-finijiet tat-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tat-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu tat-total tal-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu relatati mal-iskoperturi inklużi fit-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija jkun is-somma tal-ammonti tal-punti (a) u (b), esklużi l-iskoperturi fi stat ta’ inadempjenza:
ammonti identifikati bħall-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu skont l-Artikolu 1 li huma relatati mar-riskju tal-kreditu ta’ skopertura individwali;
ammonti identifikati bħall-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu skont l-Artikolu 1 li huma relatati mar-riskju tal-kreditu ta’ grupp ta’ skoperturi u li ġew assenjati skont l-Artikolu 2.
Artikolu 5
Kalkolu tal-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu jiġu kkalkolati bħala l-ammonti tal-Aġġustamenti Speċifiċi għar-Riskju ta’ Kreditu relatati mar-riskju tal-kreditu ta’ skopertura individwali jew obbligant individwali.
Artikolu 6
Dokumentazzjoni
L-istituzzjonijiet jiddokumentaw l-identifikazzjoni u l-kalkolu tal-Aġġustamenti Ġenerali għar-Riskju ta’ Kreditu u l-Aġġustamenti Speċifiċi tar-Riskju ta’ Kreditu.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.