02022H0107 — MT — 22.12.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/107 tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (ĠU L 018 27.1.2022, p. 110) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2547 tat-13 ta’ Diċembru 2022 |
L 328 |
138 |
22.12.2022 |
|
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/107
tal-25 ta’ Jannar 2022
dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Prinċipji Ġenerali
Meta jadottaw u japplikaw miżuri biex jipproteġu s-saħħa pubblika b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom abbażi tal-prinċipji li ġejjin:
1. Kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni stabbilita biex tillimita t-tixrid tal-COVID-19 għandha tkun ibbażata fuq raġunijiet speċifiċi u limitati ta’ interess pubbliku, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Huwa neċessarju li dawn il-limitazzjonijiet jiġu applikati f’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. Għalhekk, kwalunkwe miżura li tittieħed ma għandhiex testendi lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika.
2. Kwalunkwe restrizzjoni, inkluż fl-isptarijiet, għandha titneħħa hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rekwiżit impost fuq iċ-ċittadini u n-negozji jipprovdi benefiċċju konkret għall-isforzi tas-saħħa pubblika biex tiġi miġġielda l-pandemija u ma joħloqx piż amministrattiv żejjed u bla bżonn.
4. Ma jista’ jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, pereżempju billi jiġu applikati regoli aktar ġenerużi għall-ivvjaġġar lejn u minn Stat Membru ġar meta mqabbel mal-ivvjaġġar lejn u minn Stati Membri oħra.
5. Ir-restrizzjonijiet ma jistgħux ikunu diskriminatorji, jiġifieri, għandhom japplikaw bl-istess mod għaċ-ċittadini li jirritornaw tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-restrizzjonijiet ma jistgħux ikunu bbażati fuq in-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata.
6. L-Istati Membri dejjem għandhom idaħħlu liċ-ċittadini tagħhom stess u liċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jkunu residenti fit-territorju tagħhom. Fil-prinċipju, l-Istati Membri ma għandhomx jirrifjutaw id-dħul ta’ persuni oħra li jivvjaġġaw minn Stati Membri oħra, u għandhom jiffaċilitaw it-tranżitu rapidu mit-territorji tagħhom.
7. L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ispeċifiċitajiet ta’ reġjuni transfruntiera, lir-reġjuni ultraperiferiċi, l-esklavi u ż-żoni ġeografikament iżolati u lill-ħtieġa ta’ kooperazzjoni fil-livell lokali u dak reġjonali.
8. L-Istati Membri għandhom jevitaw tħarbit fil-ktajjen tal-provvista u fl-ivvjaġġar essenzjali u għandhom iżommu għaddejjin il-flussi tat-trasport skont is-sistema tal-“Korsiji Ħodor”.
9. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw regolarment l-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u jinformaw liċ-ċittadini kif meħtieġ.
10. Ir-restrizzjonijiet ma għandhomx jieħdu l-forma ta’ projbizzjonijiet fuq l-operat ta’ ċerti servizzi tat-trasport.
Qafas ikkoordinat dwar il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19
11. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jimponu l-ebda restrizzjoni relatata mal-pandemija fuq id-dritt tal-moviment liberu tal-persuni għal raġunijiet ta' saħħa pubblika ħlief fis-sitwazzjonijiet koperti mill-punti 11a u 22.
11a. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura tal-brejk ta' emerġenza stabbilita fil-punt 22, jenħtieġ li Stat Membru jintroduċi restrizzjonijiet relatati mal-pandemija fuq id-dritt tal-moviment liberu tal-persuni għal raġunijiet ta' saħħa pubblika biss f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-punti minn 1 sa 10 u b'reazzjoni għal deterjorament serju tas-sitwazzjoni epidemjoloġika.
Sabiex jiġi ddeterminat jekk sitwazzjoni għandhiex, għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tiġi kkwalifikata bħala li sejra għall-agħar b'mod sever, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu, b'mod partikolari, il-pressjoni fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom minħabba l-COVID-19, b'mod partikolari f'termini ta' ammissjonijiet u għadd ta' pazjenti fl-isptarijiet u fl-unitajiet tal-kura intensiva, is-severità tal-varjanti tas-SARS-CoV-2 li jkunu qed jiċċirkolaw, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta regolarment miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika.
Qabel ma jintroduċi tali restrizzjonijiet, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jivvaluta jekk huwiex probabbli li dawn ikollhom impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika, inkluż tnaqqis sinifikanti fil-piż imqiegħed fuq is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa.
11b. Jekk Stat Membru jimponi restrizzjonijiet skont il-punt 11a, jenħtieġ li l-vjaġġaturi jkunu meħtieġa biss li jkunu fil-pussess ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu maħruġ skont ir-Regolament (UE) 2021/953 li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punt 12.
F'dan il-kuntest, jenħtieġ li japplikaw id-derogi li ġejjin:
l-eżenzjonijiet mill-ħtieġa li jkunu fil-pussess ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu stabbiliti fil-punt 16;
miżuri addizzjonali meħuda f'konformità mal-proċedura tal-brejk ta' emerġenza stabbilita fil-punt 22 biex jittardjaw il-firxa tal-varjanti l-ġodda tas-SARS CoV-2 ta' tħassib jew ta' interess.
11c. Jekk Stat Membru jimponi restrizzjonijiet skont il-punt 11a, jenħtieġ li jinforma malajr lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq permezz tan-network Integrat ta' Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR). Għal dan l-għan, l-Istat Membru jenħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
ir-raġunijiet għal tali rekwiżit, inkluż il-konformità tiegħu mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità;
stima tal-impatt mistenni ta' tali rekwiżit fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika;
id-dħul fis-seħħ, id-data tar-rieżami fejn rilevanti, u t-tul ta' żmien ippjanat ta' tali rekwiżit.
Barra minn hekk, tali restrizzjonijiet jenħtieġ li jiġu diskussi fi ħdan in-network tal-IPCR, inkluż bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza mar-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/2548.
12. Iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE li ġejjin jenħtieġ li jiġu aċċettati jekk l-awtentiċità, il-validità u l-integrità tagħhom ikunu jistgħu jiġu vverifikati:
ċertifikati tal-vaċċinazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2021/953 għal vaċċin tal-COVID-19 kopert mill-Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, ta' dan ir-Regolament jew vaċċin tal-COVID-19 li jkun lesta l-proċedura tal-elenkar għall-użu ta' emerġenza tad-WHO u li jindika li d-detentur:
sakemm il-perjodu ta' aċċettazzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/953 ikun għadu ma skadiex.
L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ukoll ċertifikati tal-vaċċinazzjoni maħruġa għal vaċċini oħra kontra l-COVID-19 koperti mill-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2021/953 jew ċertifikati tal-vaċċinazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 5(5), ir-raba' subparagrafu tar-Regolament (UE) 2021/953.
Abbażi ta' evidenza xjentifika ulterjuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa mill-ġdid b'mod regolari l-approċċ stabbilit fil-punt (a).
ċertifikati tat-testijiet maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2021/953 li jindikaw riżultat negattiv ta' test miksub:
Għall-finijiet tal-ivvjaġġar fl-eżerċitar tad-drittijiet ta' moviment liberu, l-Istati Membri jenħtieġ li jaċċettaw iż-żewġ tipi ta' testijiet.
L-Istati Membri jenħtieġ li jfittxu li jiżguraw li ċ-ċertifikati tat-test jinħarġu mill-aktar fis possibbli wara l-ġbir tal-kampjun tat-test.
ċertifikati tal-fejqan maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2021/953 sakemm il-perjodu ta' validità stabbilit f'dak ir-Regolament ma jkunx għadu skada.
13. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-funzjonalità standardizzata tal-ipproċessar tar-regoli operattivi offruta mis-sistema taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE.
14. Fejn din ir-Rakkomandazzjoni tagħmel referenza għaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953, dan għandu jinftiehem ukoll li jkopri ċ-ċertifikati koperti minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 3(10) jew l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament maħruġa minn pajjiżi terzi lil ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll joħorġu ċertifikati tat-tilqim skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2021/953.
15. Jekk Stat Membru jintroduċi rekwiżit li wieħed ikun fil-pussess ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu, il-persuni li ma jkollhomx dan fil-pussess tagħhom jistgħu jkunu meħtieġa jagħmlu test NAAT jew tal-antiġeni elenkat fil-lista komuni tal-UE tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 qabel jew mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-wasla tagħhom. Dan ma japplikax għall-persuni eżentati milli jkollhom Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE f'konformità mal-punt 16.
Eżenzjonijiet
16. Il-kategoriji ta’ vjaġġaturi li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu maħruġ skont ir-Regolament (UE) 2021/953:
it-tipi ta' kategoriji li ġejjin b'funzjoni jew bi ħtieġa essenzjali, meta jeżerċitaw din il-funzjoni jew ħtieġa essenzjali:
il-persuni li jgħixu f’reġjuni tal-fruntieri u li jivvjaġġaw bejn il-fruntieri kuljum jew ta’ spiss għal finijiet ta’ xogħol, negozju, edukazzjoni, familja, kura medika jew biex jipprovdu kura;
tfal taħt l-età ta’ 12-il sena.
▼M1 —————
L-indirizzar ta’ varjanti ta’ tħassib jew ta’ interess u l-brejk ta’ emerġenza
20. L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lit-tixrid ta’ varjanti ġodda ta’ tħassib jew ta’ interess tas-SARS-CoV-2, speċjalment varjanti li jżidu t-trażmissibbiltà jew is-severità tal-mard jew li jaffettwaw l-effikaċja tal-vaċċin. Għal din il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw id-data u l-valutazzjonijiet tar-riskju ppubblikati miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard dwar varjanti ta’ tħassib jew ta’ interess fl-UE/fiż-ŻEE.
Biex jappoġġa lill-Istati Membri, jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikompli jippubblika informazzjoni u data dwar il-varjanti ta' tħassib jew ta' interess tas-SARS-CoV-2.
21. L-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw iċ-ċirkolazzjoni ta' varjanti differenti tas-SARS-CoV-2 fil-komunità billi jagħżlu kampjuni rappreżentattivi għas-sekwenzjar, iwettqu karatterizzazzjoni ġenetika u jirrapportaw ir-riżultati tat-tipizzazzjoni tal-varjanti f'konformità mal-gwida dwar is-sekwenzjar ippubblikata miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.
22. Fejn, b'reazzjoni għall-feġġ ta' varjant ġdid tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib jew ta' interess, Stat Membru jirrikjedi li l-vjaġġaturi, inkluż id-detenturi taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, wara d-dħul fit-territorju tiegħu, jagħmlu kwarantina jew awtoiżolament jew jiġu ttestjati għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2, jew jekk jimponi restrizzjonijiet oħra fuq id-detenturi ta' tali ċertifikati, jenħtieġ li, permezz tan-network tal-IPCR, jinforma malajr lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq, inkluż billi jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punt 11c ta' din ir-Rakkomandazzjoni, u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/953. Jekk ikun possibbli, tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta 48 siegħa qabel l-introduzzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet ġodda. Kull fejn ikun possibbli, tali miżuri jenħtieġ li jkunu limitati għal-livell reġjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprivileġġaw l-ittestjar fuq miżuri oħra.
Dan jenħtieġ li japplika wkoll għal sitwazzjonijiet fejn is-sitwazzjoni epidemjoloġika tmur għall-agħar malajr u severament b'mod li juri l-feġġ ta' varjant ġdid ta' tħassib jew ta' interess tas-SARS-CoV-2.
23. Fejn Stat Membru jiskatta l-brejk ta' emerġenza u, bħala riżultat, jirrikjedi li l-ħaddiema tat-trasport u l-fornituri tas-servizzi tat-trasport jagħmlu test għall-infezzjoni tal-COVID-19, jenħtieġ li jintużaw testijiet rapidi tal-antiġeni u ma tkun meħtieġa ebda kwarantina, u dan ma għandux iwassal għal tħarbit fit-trasport. Jekk ikun hemm tħarbit fit-trasport jew fil-katina tal-provvista, jenħtieġ li l-Istati Membri jneħħu jew iħassru immedjatament kwalunkwe rekwiżit ta' ttestjar sistematiku bħal dan sabiex jippreżervaw il-funzjonament tal-"Korsiji Ħodor". Barra minn hekk, tipi oħra ta' vjaġġaturi li jaqgħu taħt il-punti 16(a) u (b) ma għandhomx ikunu meħtieġa jagħmlu kwarantina jew awtoiżolament.
24. Meta Stat Membru jikkunsidra li jattiva l-brejk ta' emerġenza b'reazzjoni għall-emerġenza ta' varjant ġdid tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib jew ta' interess, jenħtieġ li n-network tal-IPCR jitlaqqa' fit-48 siegħa ta' wara biex tiġi diskussa l-ħtieġa ta' miżuri kkoordinati madwar l-UE biex tiġi ttardjata l-firxa tal-varjant il-ġdid, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Matul tali laqgħa ta' koordinazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jispjega għaliex jikkunsidra li jattiva l-brejk ta' emerġenza. Jenħtieġ li l-miżuri diskussi jiġu implimentati mill-Istati Membri kif xieraq, b'mod koordinat.
Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni regolari ta' evidenza ġdida dwar il-varjanti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, id-diskussjonijiet rilevanti dwar is-saħħa pubblika fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u l-analiżi pprovduta mill-grupp ta' esperti Ewropew dwar il-varjanti tas-SARS-CoV-2, tista' tissuġġerixxi wkoll diskussjoni fil-Kunsill dwar varjant ġdid ta' tħassib jew ta' interess tas-SARS-CoV-2.
◄
25. Matul diskussjoni skont il-punt 24, il-Kummissjoni tista’, fejn meħtieġ u kif xieraq, tipproponi li l-Kunsill jaqbel dwar approċċ ikkoordinat rigward l-ivvjaġġar miż-żoni kkonċernati li jkollu l-għan li, b’mod partikolari, jittardja t-tixrid tal-varjant fl-Unjoni, bħal rekwiżiti ta’ ttestjar u/jew kwarantina/awtoiżolament għall-vjaġġaturi.
26. Kwalunkwe sitwazzjoni li tirriżulta fl-adozzjoni ta’ miżuri skont dan il-punt għandha tiġi riveduta regolarment. Il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jissuġġerixxu t-tneħħija tal-miżuri stabbiliti f’konformità mal-approċċ ikkoordinat dwar il-varjanti ġodda ta’ tħassib jew ta’ interess tas-SARS-CoV-2.
Formola tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri u t-traċċar tal-kuntatti
27. Meta, fil-kuntest tal-punt 11a jew 22, l-Istati Membri jirrikjedu li persuni li jivvjaġġaw lejn it-territorju tagħhom permezz ta' modi kollettivi ta' trasport b'siġġu jew kabina assenjata minn qabel jippreżentaw Formoli tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri ("PLF") għal finijiet ta' traċċar tal-kuntatti f'konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, huma mħeġġa jagħmlu użu mill-Formola tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri diġitali tal-UE żviluppata mill-EU Healthy Gateways ( 3 ) u jagħmlu użu mill-funzjonalità ta' skambju selettiv tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Rispons (EWRS), stabbilita bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), filwaqt li jinkludu kwalunkwe informazzjoni strutturata rilevanti għat-traċċar transfruntiera tal-kuntatti. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jirrikjedux is-sottomissjoni tal-PLF għall-ivvjaġġar bi trasport privat. Fejn possibbli skont il-liġi nazzjonali u f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li jużaw id-data eżistenti dwar il-passiġġieri għall-finijiet tat-traċċar tal-kuntatti.
28. Jekk persuna tiżviluppa s-sintomi mal-wasla fid-destinazzjoni tagħha, l-ittestjar, id-dijanjożi, l-iżolament u t-traċċar tal-kuntatti għandhom isiru skont il-prattika lokali, u d-dħul ma għandux jiġi miċħud. L-informazzjoni dwar każijiet misjuba mal-wasla għandha tiġi kondiviża minnufih mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika tal-pajjiżi li l-persuna kkonċernata kienet qiegħda tirrisjedi fihom matul l-14-il jum preċedenti għall-finijiet tat-traċċar tal-kuntatti, bl-użu, meta jkun applikabbli, tal-Pjattaforma ta’ Skambju għall-PLFs, jew inkella tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Rispons.
Komunikazzjoni u informazzjoni lill-pubbliku
29. F'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/953, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u lill-pubbliku ġenerali informazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha dwar kwalunkwe miżura li taffettwa d-dritt tal-moviment liberu u kwalunkwe rekwiżit ta' akkumpanjament, bħall-ħtieġa li tiġi ppreżentata PLF. Dan jinkludi informazzjoni dwar it-tneħħija jew in-nuqqas ta' tali rekwiżiti. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi ppubblikata wkoll f'format li tinqara mill-magni.
30. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi aġġornata regolarment mill-Istati Membri u ssir disponibbli wkoll fuq il-pjattaforma web "Re-Open EU" fil-ħin. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu wkoll, fuq "Re-open EU", informazzjoni dwar kwalunkwe użu domestiku taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE.
Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar kwalunkwe miżura ġdida tiġi ppubblikata kmieni kemm jista' jkun u, bħala regola ġenerali, mill-inqas 24 siegħa qabel ma l-miżuri jidħlu fis-seħħ, b'kont meħud tal-ħtieġa ta' xi flessibbiltà għal emerġenzi epidemjoloġiċi.
31. Is-sustanza tal-miżuri, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tagħhom u l-kategoriji ta’ persuni li l-miżuri japplikaw għalihom għandhom jiġu deskritti b’mod ċar.
Dispożizzjonijiet finali
32. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi riveduta regolarment mill-Kummissjoni, bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwarha b’mod regolari lill-Kunsill.
33. Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 hija sostitwita b’din ir-Rakkomandazzjoni.
34. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2022.
35. Din ir-Rakkomandazzjoni ser tieqaf tapplika mhux aktar tard mill-istess waqt bħal dak tar-Regolament (UE) 2021/953.
▼M1 —————
( 1 ) Disponibbli minn: https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/coronavirus-response/public-health/high-quality-covid-19-testing_en
( 2 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta' Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1).
( 3 ) https://www.euplf.eu/en/home/index.html
( 4 ) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).