02001E0931 — MT — 16.01.2024 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Diċembru 2001

dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

(2001/931/PESK)

(ĠU L 344 28.12.2001, p. 93)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/483/PESK tat-22 ta' Lulju 2014

  L 217

35

23.7.2014

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/521 tas-26 ta' Marzu 2015

  L 82

107

27.3.2015

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1334 tal-31 ta' Lulju 2015

  L 206

61

1.8.2015

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2430 tal-21 ta' Diċembru 2015

  L 334

18

22.12.2015

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1136 tat-12 ta' Lulju 2016

  L 188

21

13.7.2016

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1711 tas-27 ta' Settembru 2016

  L 259I

3

27.9.2016

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/154 tas-27 ta' Jannar 2017

  L 23

21

28.1.2017

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1426 tal-4 ta' Awwissu 2017

  L 204

95

5.8.2017

►M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2073 tat-13 ta' Novembru 2017

  L 295

59

14.11.2017

 M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/475 tal-21 ta' Marzu 2018

  L 79

26

22.3.2018

 M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1084 tat-30 ta' Lulju 2018

  L 194

144

31.7.2018

 M12

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/25 tat-8 ta' Jannar 2019

  L 6

6

9.1.2019

 M13

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1341 tat-8 ta' Awwissu 2019

  L 209

15

9.8.2019

 M14

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/20 tat-13 ta’ Jannar 2020

  L 8I

5

14.1.2020

 M15

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1132 tat-30 ta’ Lulju 2020

  L 247

18

31.7.2020

 M16

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/142 tal-5 ta’ Frar 2021

  L 43

14

8.2.2021

 M17

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1192 tad-19 ta’ Lulju 2021

  L 258

42

20.7.2021

 M18

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/152 tat-3 ta’ Frar 2022

  L 25

13

4.2.2022

 M19

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1241 tat-18 ta’ Lulju 2022

  L 190

133

19.7.2022

 M20

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/422 tal-24 ta’ Frar 2023

  L 61

58

27.2.2023

 M21

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1514 tal-20 ta’ Lulju 2023

  L 184

33

21.7.2023

►M22

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/332 tas-16 ta’ Jannar 2024

  L 

1

16.1.2024




▼B

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Diċembru 2001

dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

(2001/931/PESK)



Artikolu 1

1.  
Din il-Pożizzjoni Komuni taħdem flimkien mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli li ġejjin lill-persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi u mniżżla fl-Anness.
2.  

Għall-fini ta’ din il-Pożizzjoni Komuni, “persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi” għandha tfisser:

— 
il-persuni li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu atti terroristiċi jew jipparteċipaw jew, jiffaċilitaw it-twettiq ta’ atti terroristiċi,
— 
gruppi u entitajiet ikkontrollati direttament jew indirettament minn dawn il-persuni, gruppi jew entitajiet li jaġixxu f’isem jew immexxija minn dawn il-persuni, gruppi u entitajiet, inklużi fondi li ġejjin jew iġġenerati minn proprjeta jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn dawn il-persuni u persuni, gruppi u entitajiet assoċjati.
3.  

Għall-fini ta’ din il-Pożizzjoni Komuni, att terroristiku għandu jfisser wieħed minn dawn l-azzjonijiet intenzjonati li ġejjin, li, jista’ joħloq dannu lil pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali, definit bħala offiża kontra ċ-ċittadini, fejn imwettaq bi skop li’:

(i) 

jintimida serjament lill-popolazzjoni, jew

(ii) 

jostakola organizzazzjoni governattiva jew internazzjonali li twettaq jew tastjeni mit-twettiq ta’ att, jew

(iii) 

tgħarraq serjament jew tkisser il-politika, il-liġi kostituzzjonali, l-istrutturi ekonomiċi u soċjali ta’ pajjiż jew organizzazzjonijiet internazzjonali:

(a) 

attakk fuq il-ħajja ta’ persuna li jista’ jikkaġuna mewt;

(b) 

attakki fuq l-integrita fiżika ta’ persuna;

(ċ) 

is-sekwestru jew it-teħid ta’ ostaġġi;

(d) 

toħloq distruzzjoni estensiva lil faċilita governattiva jew pubblika, sistema ta’ trasport, facilità infrastrutturali, li tinkludi sistema informattiva, post pubbliku jew proprjeta privata, x’aktarx li jqiegħed ħajja umana jew tirriżulta f’telf ekonomiku akbar;

(e) 

is-sekwestru ta’ ajruplan, vapur jew mezz ieħor ta’ trasport pubbliku jew ta’ merkanzija;

(f) 

il-fabbrikar, il-pussess, l-akkwist, it-trasport, il-provvista jew l-użu ta’ armi, splussivi jew ta’ armi nukleari, bioloġiċi jew kimiċi, kif ukoll ir-riċerka dwar armi bioloġiċi jew kimiċi u l-iżvilupp tagħhom.

(g) 

ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi, jew li jikkawżaw nirien, splużjonijiet jew għargħar liema effett jipperikola l-ħajja umana;

(h) 

jinterferixxi jew ifixkel il-provvista (jew fornitura) ta’ ilma, enerġija jew riżors naturali u fundamentali, liema effett jipperikola l-ħajja umana;

(i) 

theddid li jitwettaq xi wieħed mill-atti listjati taħt (a) għal (h);

(j) 

imexxi grupp terroristiku;

(k) 

parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ grupp terroristiku, li jinkludi wkoll l-forniment ta’ informazzjoni u riżorsi materjali, jew billi jiffinanzja b’kull mod l-attivitajiet tal-grupp terroristiku, li din il-parteċipazzjoni tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali tal-grupp.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, grupp terroristiku għandu jfisser grupp organizzat ta’ aktar minn żewġ persuni, stabbilit matul perjodu ta’ żmien u li jaġixxi bi skop li jwettaq atti terroristiċi. “Grupp Strutturat” ifisser grupp li ma jkunx iffurmat għall-twettiq immedjat ta’ att terroristiku u li m’għandux bżonn li jkollu rwoli definiti għall-membri tieg]u, kontinwita fis-sħubija miegħu jew struttura żviluppata.

4.  
Il-lista f’dan l-Anness għandha tinbena fuq il-bażi ta’ informazzjoni preċiża jew materjali fir-relevanza li turi deċiżjoni ittieħdet minn awtorità kompetenti b’rispett ta’ nies, gruppi u entitajiet konċernati, irrispettivament minn jekk din tikkonċernax jew le x’ta bidu għall-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni għall-att terroristiku, attentat, tipparteċipa jew tiffaċilita dan it-tip ta’ att ibbażat fuq xhieda serja u kredibbli jew indikazzjonijiet jew kundanna għal dawn l-atti. Il-persuni, gruppi jew entitajiet identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li huma relatati mat-terroriżmu u kontra min tkun ordnat is-sanzjonijiet jistgħu jkunu inklużi fil-lista.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “awtorita kompetenti” għandha tfisser awtorita ġudizzjarja, jew, fejn awtoritajiet ġudizzjarji li m’għandhomx kompetenza fil-qasam konċernat f’dan il-paragrafu, awtorità kompeteneti ekwivalenti f’dak il-qasam.

5.  
Il-Kunsill għandu jaħdem biex jassigura li l-ismijiet ta’ persuni normali u legali, gruppi jew entitatjiet illistjati fl-Anness, għandhom biżżejjed dettalji personali annessi biex jippermettu identifikazzjoni effettiva ta’ nies umani speċifiċi, persuni legali, entitajiet u biex b’hekk jevitaw li jiġu identifikati bi żball dawk li għandhom l-istess isem jew isem simili.
6.  
Għandha ssir reviżjoni ta’ l-ismijiet tal-persuni jew entitajiet fil-lista ta’ l-Anness, għall-inqas darba kull sitt xhur biex jiġi assigurat li hemm raġunijiet biex jinżammu fuq il-lista.

Artikolu 2

Il-Komunità Ewropea, li taġixxu fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tordna l-iffriżar tal-fondi u assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi ta’ persuni, gruppi u u entitatjiet elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-Komunità Ewropea, li taġixxa fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewrope għandha tassigura li fondi u assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi u finanzjarji u servizzi relatati ma jkunux disponibbli direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta’ persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom, permezz tal-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali fil-qasam tat-Titolu sitta tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, jagħtu lil xulxin l-aktar assistenza possibbli fil-ġlieda kontra l-atti terroristiċi u li ma jħalluhomx iseħħu. Għal dan l-iskop, huma għandhom b’rispett lejn il-ħtiġijiet u x-xogħol immexxi mill-awtoritajiet tagħhom b’rispett tal-persuni, gruppi u entitajiet illistjati fl-Anness, jużaw fuq talba, il-poteri eżistenti tagħhom bi qbil ma’ l-atti ta’ l-Unjoni Ewropea u ftehim internazzjonali oħrajn u konvenzjonijiet li huma vinkolanti magħhom.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

▼M9 —————

▼B

Artikolu 6

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti.

Artikolu 7

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata mill-Ġurnal Uffiċjali.




ANNESS

L-ewwel lista list tal-persuni, gruppi u entitajiet msejħa fl-Artikolu 1 ( 1 )

▼M22

I.   PERSUNI

1. ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2. AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

3. AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4. AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

5. ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (l-Istati Uniti tal-Amerka). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

6. ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

7. BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

8. DEIF Mohammed (magħruf ukoll bħala AL-DAYF Muhammad; AL-MASRI Mohammed), imwieled fit-12.8.1965 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża.

9. HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

10. HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

11. ISSA Marwan, imwieled fl-1965, l-Istrixxa ta’ Gaża

12. MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Awstralja).

13. MOHAMMED Khalid Sheikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport: 488555.

14. SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran.

15. SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

16. SINOUAR Yahia (magħruf ukoll bħala Yehya AL-SINWAR, Yahya Ibrahim Hassan SINWAR, Yehia SINWAR, Yehiyeh SINWAR), imwieled bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża.

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1. “Abu Nidal Organisation” – “ANO” (magħrufa wkoll bħala “Fatah Revolutionary Council”, magħrufa wkoll bħala “Arab Revolutionary Brigades”, magħrufa wkoll bħala “Black September”, magħrufa wkoll bħala “Revolutionary Organisation of Socialist Muslims”).

2. “Al-Aqsa Martyrs’ Brigade”.

3. “Al-Aqsa e.V”.

4. “Babbar Khalsa”.

5. “Communist Party of the Philippines”, inkluż “New People’s Army”– “NPA”, Philippines.

6. Directorate for Internal Security of the Iranian Ministry for Intelligence and Security.

7. “Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (“Islamic Group” –“IG”).

8. “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”).

9. “Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

10. “Hizballah Military Wing” (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)).

11. “Hizbul Mujahideen” – “HM”.

12. “Khalistan Zindabad Force” – “KZF”.

13. “Kurdistan Workers’ Party” – “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14. “Liberation Tigers of Tamil Eelam” – “LTTE”.

15. “Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16. “Palestinian Islamic Jihad” – “PIJ”.

17. “Popular Front for the Liberation of Palestine” –“PFLP”.

18. “Popular Front for the Liberation of Palestine – General Command” (magħruf ukoll bħala. “PFLP – General Command”).

19. “Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” – “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Revolutionary Left”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Revolutionary People’s Liberation Army/Front/Party”).

20. “Sendero Luminoso” – “SL” (“Shining Path”).

21. “Teyrbazen Azadiya Kurdistan” – “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Hawks”).



( 1 ) Il-Persuni mmarkati għandhom jkunu s-suġġett ta’ l-Artikolu 4 biss.