02011D0101 — MT — 20.02.2021 — 012.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/101/PESK

tal-15 ta’ Frar 2011

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

▼B

(ĠU L 042 16.2.2011, p. 6)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/97/PESK tas-17 ta’ Frar 2012

  L 47

50

18.2.2012

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/124/PESK tas-27 ta’ Frar 2012

  L 54

20

28.2.2012

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/89/PESK tat-18 ta’ Frar 2013

  L 46

37

19.2.2013

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/160/PESK tas-27 ta’ Marzu 2013

  L 90

95

28.3.2013

 M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/469/PESK tat-23 ta’ Settembru 2013

  L 252

31

24.9.2013

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/98/PESK tas-17 ta’ Frar 2014

  L 50

20

20.2.2014

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/277 tad-19 ta' Frar 2015

  L 47

20

20.2.2015

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1924 tas-26 ta' Ottubru 2015

  L 281

10

27.10.2015

►M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/220 tal-15 ta' Frar 2016

  L 40

11

17.2.2016

►M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/288 tas-17 ta' Frar 2017

  L 42

11

18.2.2017

 M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/224 tal-15 ta' Frar 2018

  L 43

12

16.2.2018

 M12

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/227 tal-15 ta' Frar 2018

  L 43

16

16.2.2018

►M13

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/284 tat-18 ta' Frar 2019

  L 47

38

19.2.2019

►M14

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/215 tas-17 ta’ Frar 2020

  L 45

4

18.2.2020

►M15

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/258 tat-18 ta’ Frar 2021

  L 58

51

19.2.2021


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 100, 14.4.2011, p.  74 (2011/101/PESK)

►C2

Rettifika, ĠU L 089, 24.3.2020, p.  6 (2020/215)




▼B

▼M14

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/101/PESK

tal-15 ta’ Frar 2011

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

▼B



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, it-terminu “assistenza teknika” għandu jfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswija, żvilupp, fabbrikazzjoni, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni jew kull servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni tat-tagħrif fuq ix-xogħol jew prattika jew servizzi ta' konsulenza; l-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza.

Artikolu 2

1.  

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna, liż-Żimbabwe:

(a) 

minn ċittadini tal-Istati Membri,

(b) 

mit-territorji tal-Istati Membri, jew

(c) 

bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tal-Istati Membri

għandu jkun ipprojbit kemm jekk joriġinaw fit-territorji ta' l-Istati Membri u kemm jekk le.

2.  

Għandu jkun ipprojbit:

(a) 

l-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' assistenza teknika, l-għoti ta' servizzi ta' senserija u servizzi oħra li huma relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjali relatati ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lill-kwalunkwe persuna, entità jew korp fiż-Żimbabwe jew destinati li jiġu utilizzati hemmhekk;

(b) 

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, inklużi, b'mod partikolari, għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjali relatati, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lil kuwalunkwe persuna, entità jew korp fiż-Żimbabwe jew destinati li jiġu utilizzati hemmhekk.

▼C1

Artikolu 3

1.  

L-Artikolu 2 m'għandux japplika:

(a) 

għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari li mhux letali jew ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta' bini istituzzjonali tan-NU u l-UE, jew ta' materjal maħsub għall- operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżi tal-UE u tan-NU;

(b) 

għall-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja relatata ma' tali tagħmir;

(c) 

l-għoti ta' assistenza teknika relatata ma' tali tagħmir,

bil-kondizzjoni li kull esportazzjoni tiegħu tkun ġiet approvata minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

▼B

2.  
L-Artikolu 2 m'għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn iż-Żimbabwe mill-persunal tan-NU, il-persunal tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u l-ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

▼M10

3.  
L-Artikolu 2 ma għandux japplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċertu tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna jekk it-tagħmir jintuża esklużivament minn persuni ċivili fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew fi proġetti ta' infrastruttura, soġġett għal awtorizzazzjoni skont il-każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta.

▼B

Artikolu 4

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul jew it-transitu fit-territorju tagħhom tal-membri tal-Gvern taż-Żimbabwe u tal-persuni fiżiċi assoċjati magħhom, kif ukoll ta' persuni fiżiċi oħrajn li l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe. L-individwi msemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati ►M1  f'Anness 1 ◄ .
2.  
Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
3.  

Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b'xi obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) 

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) 

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqgħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tagħha;

(c) 

taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) 

skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) konkluż fl-1929 mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

Il-Kunsill għandu jkun debitament informat f'kull wieħed minn dawn il-każijiet.

4.  
Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

▼M6

5.  
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja urġenti, jew f’każijiet eċċezzjonali għal raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitanti mill-Unjoni Ewropea, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi b’mod dirett l-objettivi ta’ politika tal-miżuri restrittivi, inkluż id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe.

▼B

6.  
Kull Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub. Id-deroga għandha titqies li ngħatat ħlief jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw bil-miktub fi żmien 48 siegħa mir-riċevuta tan-notifika dwar id-deroga proposta. Jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, l-eżenzjoni m'għandhiex tingħata, ħlief meta Stat Membru jixtieq jagħtiha għal raġunijiet umanitarji urġenti u imperattivi. F'dan il-każ tal-aħħar, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
7.  
F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 3 sa 6, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew it-transitu fit-territorju tiegħu ta' persuni elenkati ►M1  f'Anness 1 ◄ , l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-fini li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni kkonċernati direttament minnha.

Artikolu 5

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil membri individwali tal-Gvern taż-Żimbabwe jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom kollha, jew li jappartjenu lil persuna fiżika jew ġuridika oħra li l-attivitajiet tagħha ddgħajjef serjament id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe, għandhom jiġu ffriżati. Il-persuni u l-entitajiet imsemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati ►M1  f'Anness 1 ◄ .
2.  
L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi elenkati ►M1  f'Anness 1 ◄ .
3.  

Eżenzjonijiet jistgħu jingħataw għall-fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:

(a) 

neċessarji għal spejjeż bażiċi, inklużi pagamenti għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni u servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li tħallsu b'rabta mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' drittijiet jew spejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni normali jew mal-kustodja tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) 

neċessarji għal spejjeż straordinarji.

4.  

Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) 

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew li saru qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,

bil-kondizzjoni li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.  
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta modifiki għal-lista li tinsab ►M1  f'Anness I ◄ kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fiż-Żimbabwe.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz tagħha jkun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil dik il-persuna jew entità possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu sottomessi osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.

Artikolu 7

1.  
►M1  L-Anness I ◄ għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-entitajiet fil-listi.
2.  
►M1  L-Anness I ◄ għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiċiżi u ġuridiċi jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi jew l-entitajiet, din l-informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-indirizz professjonali.

Artikolu 8

Sabiex tkabbar kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmijin hawn fuq, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK hija b'dan imħassra.

▼M15

Artikolu 10

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2.  
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta’ Frar 2022.
3.  
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) u (2), sa fejn japplikaw għall-persuni elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta’ Frar 2022.
4.  
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.




ANNESS I

PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 4 U 5

I.   Persuni



 

Isem (u psewdonimi)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

2.

MUGABE, Grace

Imwielda fit-23.7.1965

Passaport AD001159

ID 63-646650Q70

Eks Segretarja tal-Lega tan-nisa ta’ ZANU-PF (Zimbabwe African National Union – Patriotic Front), involuta f’attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb b’mod illeċitu profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

5.

CHIWENGA, Constantine

Viċi President

Eks Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral irtirat, imwieled fil-25.8.1956

Passaport AD000263

ID 63-327568M80

Viċi President u eks Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe. Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika repressiva tal-istat. Uża l-armata għall-akkwisti ta’ azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prinċipali tal-vjolenza assoċjata mal-proċess tal-ballottaġġ Presidenzjali.

7.

SIBANDA, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe

Eks Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew l-24.12.1954

ID 63-357671H26

Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe u eks Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe. Membru anzjan tal-armata b’rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat.

II.   Entitajiet



 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Zimbabwe Defence Industries

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe.

Assoċjata mal-Ministeru għad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern ta’ ZANU-PF.

▼M9




ANNESS II

PERSUNI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 10(3)

Persuni

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)



▼M13 —————

▼M9

3.

Chiwenga, Constantine

▼M15 —————

▼M9

5.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine).

▼M14

6.

Mugabe, Grace.