02012D0389 — MT — 18.05.2020 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187 17.7.2012, p. 40) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 189 |
12 |
10.7.2013 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/660/PESK tal-15 ta’ Novembru 2013 |
L 306 |
17 |
16.11.2013 |
|
|
L 217 |
39 |
23.7.2014 |
||
|
L 301 |
29 |
21.10.2014 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1793 tas-6 ta' Ottubru 2015 |
L 260 |
30 |
7.10.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2275 tas-7 ta' Diċembru 2015 |
L 322 |
50 |
8.12.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 |
L 337 |
18 |
13.12.2016 |
|
|
L 50 |
80 |
28.2.2017 |
||
|
L 43 |
15 |
16.2.2018 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1942 tal-10 ta' Diċembru 2018 |
L 314 |
56 |
11.12.2018 |
|
|
L 157 |
1 |
19.5.2020 |
||
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/389/PESK
tas-16 ta' Lulju 2012
dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
Artikolu 1
Il-Missjoni
L-Unjoni b'dan tistabbilixxi Missjoni ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalja).
Artikolu 2
Dikjarazzjoni tal-Missjoni
L-EUCAP Somalja għandha tassisti lis-Somalja fit-tisħiħ tal-kapaċità tas-sigurtà marittima tagħha sabiex din tkun tista' tinforza b'mod aktar effettiv il-liġi marittima.
Artikolu 3
Objettivi u kompiti
1. Sabiex titwettaq id-Dikjarazzjoni tal-Missjoni kif tinsab fl-Artikolu 2, l-EUCAP Somalja għandha:
issaħħaħ il-kapaċità Somala ta' infurzar tal-liġi marittima ċivili sabiex hija teżerċita governanza marittima effettiva tal-kosta, tal-ilmijiet interni, tal-ibħra territorjali u taż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħha;
b'mod partikolari, tirrinforza l-kapaċità Somala biex twettaq spezzjonijiet tas-sajd u infurzar, tiżgura l-funzjoni ta' tiftix u salvataġġ fuq il-baħar, tiġġieled il-kuntrabandu, tiġġieled il-piraterija u tagħmel għassa taż-żona kostali mill-art u mill-baħar;
taħdem għal dawn l-objettivi billi tappoġġa lill-awtoritajiet Somali fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni neċessarja u fl-istabbiliment ta' awtoritajiet ġudizzjarji u billi tipprovdi l-mentoring, il-konsulenza, it-taħriġ u t-tagħmir meħtieġa għall-entitajiet Somali tal-infurzar tal-liġi marittima ċivili u billi tipprovdi konsulenza dwar il-politika, il-kmand, il-kontroll u l-koordinazzjoni lill-Ministeru għas-Sigurtà Interna u lill-pulizija f'appoġġ għal inizjattivi mill-UE u minn sħab internazzjonali.
2. Biex tikseb dawn l-objettivi, l-EUCAP Somalia għandha topera skont il-linji ta' operat u l-kompiti stipulati fid-dokumenti ta' ppjanar operazzjonali approvati mill-Kunsill.
3. L-EUCAP Somalja ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.
Artikolu 4
Katina ta’ kmand u struttura
1. ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandu jkollha katina ta’ kmand unifikata bħala operazzjoni ta’ ġestjoni tal-kriżi.
2. ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha tkun strutturata f'konformità mad-dokumenti tal-ippjanar tagħha.
▼M3 —————
Artikolu 5
Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili
1. Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ .
2. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ fil-livell strateġiku.
3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jassigura, fir-rigward tat-tmexxija tal-operazzjonijiet, l-implimentazzjoni kif suppost u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż permezz tal-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.
4. Iċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-UE attivat bid-Deċiżjoni 2012/173/PESK għandu jipprovdi appoġġ dirett lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-ippjanar u t-tmexxija operattivi tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ .
5. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill tar-RGħ.
6. Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li ssekondah skont ir-regoli nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, gruppi u unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
7. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat korrettament.
8. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (RSUE) u l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.
Artikolu 6
Kap tal-Missjoni
1. Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi responsabbilità u jeżerċita kmand u kontroll ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ fil-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
1a. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ fiż-żona tal-azzjonijiet tagħha. Il-Kap tal-Missjoni jista' jiddelega kompiti ta' ġestjoni fi kwistjonijiet ta' persunal u kwistjonijiet finanzjarji lill-membri tal-persunal ta' ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu/tagħha.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet mill-Istati kontribwenti kif assenjati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża fuq l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ .
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għat-tmexxija effettiva tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ fil-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
▼M3 —————
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali skont ir-regoli nazzjonali, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE.
6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adatta ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ .
7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif adatt, ma’ atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Il-Kap tal-Missjoni għandu, mingħajr preġudizzju għal linja ta’ kmand, jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.
▼M3 —————
Artikolu 7
Persunal
1. L- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha tikkonsisti primarjament minn persunal issekondat mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE. Kull Stat Membru, jew istituzzjoni tal-Unjoni, jew is-SEAE għandha terfa’ l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe persunal issekondat minnha, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allokazzjonijiet minbarra allokazzjonijiet applikabbli ta’ kuljum.
2. L-Istat, jew l-istituzzjoni tal-UE, jew is-SEAE li tkun issekondat membru tal-persunal għandha tkun responsabbli biex twieġeb għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar, mill-membru tal-persunal jew dwaru, u biex tieħu kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.
3. Persunal internazzjonali u lokali jista’ wkoll jiġi rreklutat mill- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ fuq bażi kuntrattwali jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal sekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, skont il-każ.
4. Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn il- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ u l-membru tal-persunal ikkonċernat.
Artikolu 8
Status ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ u tal-persunal tiegħu
L-istatus tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ u tal-persunal tagħha, inkluż fejn adatt il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
Kontroll politiku u direzzjoni strateġika
1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ . Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u sabiex jiġu emendati l-Kunċett tal-Operazzjonijiet (CONOPS) u l-Pjan tal-Operazzjoni (OPLAN). Is-setgħat tad-deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.
2. Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
3. Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.
Artikolu 10
Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal issekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allokazzjonijiet ta’ sostenn ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post ta’ skjerament, u sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , kif meħtieġ.
2. L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ ġestjoni ta’ kuljum ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ bħall-Istati Membri.
3. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.
4. L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi konformement mal-Artikolu 37 TUE u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUCAO NESTOR.
Artikolu 11
Sigurtà
1. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jmexxi l-ippjanar ta’ miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni tajba u effettiva minn ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ konformement mal-Artikolu 5.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ u sabiex jiżgura konformità ma’ rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-TUE, u mad-dokumenti li jappoġġawha.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-SEAE.
4. Il-persunal tal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f’konformità mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 1 ).
Artikolu 12
Kapaċità tal-Għassa
Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ .
Artikolu 12a
Arranġamenti legali
►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, timpjega persunal, jkollha kontijiet bankarji, takkwista u tiddisponi mill-assi, tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.
Artikolu 13
Arranġamenti Finanzjarji
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2012 sal-15 ta' Novembru 2013 għandu jkun ta' EUR 22 880 000 .
L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għall-perijodu mis-16 ta' Novembru 2013 sal-15 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 11 950 000 .
L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għall-perijodu mis-16 ta' Ottubru 2014 sal-15 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 17 900 000 .
L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalja għall-perijodu mis-16 ta' Diċembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 12 000 000 .
L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-28 ta' Frar 2018 għandu jkun ta' EUR 22 950 000 .
L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 27 335 900 .
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun ta’ EUR 71 189 005,32 .
2. In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist mill- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija mill- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ .
3. ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għal dan il-għan, ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.
4. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-istatus ta' ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ u l-persunal tagħha, ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mis-16 ta' Lulju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' mġiba ħażina ħafna mill-Kap tal-Missjoni, li għalihom il-Kap tal-Missjoni għandu jġorr ir-responsabbiltà.
5. L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 4, 5 u 6 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-missjoni ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , inkluż il-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha.
6. In-nefqa għandha tkun eliġibbli mis-16 ta' Lulju 2012.
Artikolu 13a
Ċellula ta' proġetti
1. ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandu jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha, kif meħtieġ, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi konsulenza dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u l-Istati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal- ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ u b'appoġġ tal-objettivi tagħha.
2. ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha tkun awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew ta' Stati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw lil azzjonijiet oħra ta' ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ b'mod konsistenti, jekk il-proġett ikun:
previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din id-Deċiżjoni; jew
integrat matul il-mandat permezz ta' emenda għad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.
►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ għandha tikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet minn ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri li jikkontribwixxu ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet minn ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.
3. Il-KPS għandu jaqbel dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati terzi għaċ-Ċellula ta' Proġetti.
Artikolu 14
Konsistenza tar-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni
1. Ir-RGħ għandha tiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mal-azzjoni esterna tal-Unjoni fl-intier tagħha inkluż, il-programmi ta’ żvilupp tal-UE.
2. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni fir-reġjun tal-Qarn tal-Afrika.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-Reġjun.
4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoopera mal-atturi internazzjonali l-oħra fir-reġjun, b’mod partikolari l-Uffiċju Politiku tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għas-Somalja, l-Uffiċju għad-Drogi u l-Kriminalità, il-Programm ta’ Żvilupp tan-NU u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib ma’ Atalanta EUNAVFOR, il-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà Somali (EUTM Somalia), il-Proġett Marittimu ta’ Sigurtà u l-Programm tar-Rotot Marittimi Kritiċi.
Artikolu 15
Rilaxx ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti
1. Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, skont il-każ u skont il-ħtiġijiet ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” li jiġu ġenerati għall-finijiet ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , konformement mad- ►M3 Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ .
2. Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lin-NU u lill-Unjoni Afrikana (UA), u skont il-ħtiġijiet operattivi ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” ġenerata għall-finijiet ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , konformement mad- ►M3 Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ . L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u l-UA għandhom jitfasslu għal dan il-għan.
3. Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandha tkun awtorizzata wkoll tirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” ġenerata għall-finijiet ta’ ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ , f’konformità mad- ►M3 Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ . L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jitfasslu għal dan il-għan.
4. Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar ►M7 ►C1 EUCAP Somalia ◄ ◄ u li jkunu koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali konformement mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ( 2 ).
5. Ir-RGħ jista’ jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu/tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u perijodu ta’ validità
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2020.
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1.).
( 2 ) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).