02020R0354 — MT — 11.12.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/354

tal-4 ta’ Marzu 2020

li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 067 5.3.2020, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2899 tal-20 ta’ Novembru 2024

  L 2899

1

21.11.2024




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/354

tal-4 ta’ Marzu 2020

li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk:

— 
ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari stipulati fil-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u
— 
l-użu maħsub tiegħu huwa inkluż fil-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dħul rispettiv.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 1, l-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/38/KE jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq, sakemm tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal użu maħsub inkluż fiha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 qabel il-25 ta’ Marzu 2021, u sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni rispettiva.

Artikolu 3

L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari li ġie ttikkettat qabel il-25 ta’ Marzu 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Marzu 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 4

Id-Direttiva 2008/38/KE titħassar.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

PARTI A

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari

1. Fejn hemm aktar minn grupp wieħed ta’ karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali indikati fil-kolonna 2 tal-Parti B, indikati bi “u/jew” għall-istess skop ta’ nutrizzjoni partikolari, il-manifattur għandu l-għażla li juża wieħed mill-gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali jew it-tnejn li huma, sabiex jintlaħaq l-għan nutrizzjonali partikolari ddefinit fil-kolonna 1 tal-Parti B. Għal kull għażla d-dikjarazzjonijiet tat-tikkettar korrispondenti huma mogħtija fil-kolonna 4 tal-Parti B.

2. Fejn karatteristika nutrizzjonali essenzjali msemmija fil-kolonna 2 tal-Parti B tkun indikata kwantitattivament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 u t-tolleranzi permessi kif stabbiliti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Jekk dak l-Anness ma jistabbilixxix tolleranza għat-tikkettar rispettiv partikolari, għandha tkun permessa devjazzjoni teknika ta’ +/- 15 %.

3. Fejn jissemma addittiv fl-għalf fil-kolonna 2 jew fil-kolonna 4 tal-Parti B, id-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-addittiv(i) fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) huma applikabbli u l-użu tagħhom għandu jkun konformi mal-karatteristika nutrizzjonali essenzjali speċifikata.

4. Fejn id-dikjarazzjoni ta’ sustanza, awtorizzata wkoll bħala addittiv fl-għalf, tkun meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B u tkun akkumpanjata mill-espressjoni “totali”, il-kontenut totali tas-sustanza għandu jkun ittikkettat taħt l-intestatura “kostitwenti analitiċi”.

5. Id-dikjarazzjonijiet li għandhom jingħataw skont il-kolonna 4 tal-Parti B għandhom ikunu kwantitattivi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

6. Il-perjodu rrakkomandat tal-użu indikat fil-kolonna 5 tal-parti B jindika firxa li fiha normalment jenħtieġ li jintlaħaq l-iskopta’ nutrizzjoni. Il-manifatturi jistgħu jirreferu għal perjodi aktar preċiżi ta’ użu, fil-limiti stabbiliti.

7. Fejn għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jkun maħsub biex jissodisfa aktar minn skop ta’ nutrizzjoni partikolari wieħed, dan għandu jikkonforma ma’ kull entrata rispettiva fil-Parti B.

8. Fil-każ ta’ għalf supplimentari maħsub għal skopijiet ta’nutrizzjoni partikolari, il-gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum trid tiġi pprovduta fl-istruzzjonijiet għall-użu xieraq.

9. Meta għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jkollu mod ta’ użu xierqa maħsub għal amministrazzjoni orali individwali permezz ta’ bolus, dan għandu jiġi stabbilit fil-kolonna “dispożizzjonijiet oħra” tal-għalf rispettiv. Tali għalf għandu jkun fih esklussivament, inkluż kisi potenzjali, materjali tal-għalf u addittivi fl-għalf, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-entrata rispettiva. Huwa rrakkomandat li l-għalf maħsub għall-amministrazzjoni orali individwali jiġi amministrat minn veterinarju jew minn kwalunkwe persuna oħra kompetenti.

10. Meta għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jitqiegħed fis-suq fil-forma ta’ bolus, li jkun materjal tal-għalf jew għalf supplimentari maħsub għall-amministrazzjoni orali individwali b’rilaxx ritardanti, jiġifieri aktar minn 24 siegħa, tal-komposti, it-tikkettar ta’ tali għalf għandu, jekk ikun applikabbli, isemmi għal kull addittiv fl-għalf li għalih huwa stabbilit kontenut massimu fl-għalf komplet il-perjodu massimu ta’ rilaxx kontinwu tal-bolus u r-rata ta’ rilaxx ta’ kuljum. L-operatur tan-negozju tal-għalf li jkun qed iqiegħed bolus fis-suq għandu jagħti prova li l-livell tal-addittiv disponibbli kuljum fis-sistema diġestiva mhux se jaqbeż, jekk ikun applikabbli, il-kontenut massimu tal-addittiv stabbilit għal kull kilogramma ta’ għalf komplet matul il-perjodu kollu tat-tagħlif (effett ta’ rilaxx ritardanti). Tali prova għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija riveduta bejn il-pari jew analiżi interna.

11. Fil-każ tal-użi maħsuba li għalihom fil-kolonna 2 konċentrazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf ogħla minn 100 darba l-kontenut massimu rilevanti stabbilit fl-għalf komplet tkun permessa għall-għalf supplimentari, il-konċentrazzjoni ta’ dawk l-addittivi fl-għalf m’għandhiex tkun ogħla minn 500 darba l-kontenut massimu stabbilit rilevanti fl-għalf komplet, ħlief fil-każ ta’ boluses kif imsemmi fil-punt 10. L-inkorporazzjoni ta’ tali għalf supplimentari fid-dieta tal-annimal għandha tiżgura li l-konsum tal-annimal jikkonforma mal-kontenut massimu stabbilit fl-għalf komplet.

PARTI B

Lista ta’ użi maħsuba



Numru tal-entrata

Skop ta’ nutrizzjoni partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali ()

Speċijiet jew kategorija tal-annimali

Dikjarazzjonijiet tat-tikkettar ()

It-tul ta’ żmien irrakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

1

2

3

4

5

6

10

Għajnuna għall-funzjonament tal-kliewi f’każ ta’ insuffiċjenza renali kronika (3)

Proteini u fosforu ta’ kwalità għolja ≤ 5 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

— Sors(i) ta’ proteina

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Sodju

— Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur (5)

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Id-diġestibbiltà rrakkomandata tal-proteini: minimu ta’ 85 %.

3.  Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

4.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta’ Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Klieb adulti

— Sors(i) ta’ proteina

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Sodju

— Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

— Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Inizjalment sa sitt xhur (5)

1.  Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

2.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Proteini u fosforu ta’ kwalità għolja ≤ 6,5 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u proteina mhux raffinata ≤ 320 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

— Sors(i) ta’ proteina

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Sodju

— Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur (5)

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Id-diġestibbiltà rrakkomandata tal-proteini: minimu ta’ 85 %.

3.  Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

4.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta’ Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Qtates adulti

— Sors(i) ta’ proteina

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Sodju

— Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

— Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Inizjalment sa sitt xhur (5)

1.  Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

2.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Densità għolja ta’ enerġija b’aktar minn 8,8 MJ/kg ta’ għalf b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

Sorsi ta’ lamtu diġestibbli ħafna u li għandhom togħma tajba ħafna.

Livell ristrett ta’ proteina: ≤ 106 g ta’ proteina mhux raffinata għal kull kg ta’ għalf b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

Livell ta’ sodju: 2 g/100 kg ta’ BW kuljum.

Livell għoli ta’ aċidu ejkosapentenojku u somma dokosaeżaenojka ≥ 0,2 g għal kull kg ta’ BW0,75 kuljum

Ekwini

— Sors(i) ta’ proteini u enerġija

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Manjeżju

— Sodju

— Somma tal-aċidu ejkosapentaenojku u l-aċidu dokosaeżaenojku

Inizjalment sa sitt xhur.

Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf supplimentari

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

— L-għalf supplimentari ma għandux jintuża f’każ ta’ ipernatremija u iperklormija.

— Jenħtieġ li l-għalf supplimentari jikkontribwixxi għal mill-inqas 10 sa 20 % mill-għoti tal-enerġija ta’ kuljum (bejn wieħed u ieħor 0,05 sa 0,1 MJ/kg BW0,75 kuljum).

3.  Jenħtieġ li r-razzjon jiżgura għoti ta’ enerġija > 0,62 MJ/kg BW0,75kuljum.

4.  Ir-razzjon ma għandux jaqbeż il-50 mg ta’ kalċju għal kull kg u ta’ materja niexfa kuljum.

5.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

11

Tnaqqis fil-formazzjoni tal-ġebel tal-ossalat

Livell baxx ta’ kalċju, livell baxx ta’ vitamina D, u proprjetajiet ta’ alkalizzazzjoni tal-awrina

Klieb u qtates

— Fosforu

— Kalċju

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Kloruri

— Kubrit

— Vitamina D (totali)

— Idrossiprolina

— Sustanzi tal-alkalizzazzjoni tal-awrina

Sa sitt xhur

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

12

Regolamentazzjoni tal-għoti tal-glukożju (Diabetes mellitus)

Zokkor totali (monosakkaridi u disakkaridi) ≤ 62 g/kg ta’ għalf komplet bi ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

— Sors(i) ta’ karboidrati

— Trattament tal-karboidrati, jekk xieraq

— Lamtu

— Zokkor totali

— Fruttożju (jekk miżjud)

— Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

— Sors(i) ta’ aċidi xaħmija b’katina qasira u medja (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Livell baxx ta’ monosakkaridi u disakkaridi”

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

13

Tnaqqis tal-intolleranzi tal-ingredjenti u tan-nutrijenti (6)

Numru magħżul u limitat tas-sors(i) ta’ proteina

U/jew

sors(i) ta’ proteini idrolizzati

U/jew

sors(i) ta’ karboidrati magħżula

Klieb u qtates

— Is-sorsi tal-proteini inkluż it-trattament, jekk xieraq (jekk miżjuda).

— Is-sors(i) tal-karboidrati inkluż it-trattament, jekk xieraq (jekk miżjuda).

— Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

minn tliet sa tmien ġimgħat: jekk is-sinjali tal-intolleranza jisparixxu, dan l-għalf jista’ jintuża inizjalment sa sena.

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Huwa rrakkomandat li l-għadd ta’ sorsi ta’ proteini ewlenin jiġi limitat għal 3.

3.  Fuq it-tikketta indika:

— Il-kombinazzjoni xierqa tal-karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali, kif applikabbli

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

14

Tnaqqis tal-formazzjoni ta’ ġebel ċistina

Proprjetajiet tal-alkalizzazzjoni tal-awrina u proteina mhux raffinata ≤ 160 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Jew

Proteini magħżula għal kontenut limitat ta’ ċistina u ċisteina (eż. kaseina, proteina tal-piżelli, proteina tas-sojja) u proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

— Amminoaċidi tal-kubrit (totali)

— Sorsi ta’ proteina

— Sodju

— Potassju

— Kloruri

— Sustanzi tal-alkalinizzazzjoni tal-awrina (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

“L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh”

3.  Fuq it-tikketta indika:

— “Proprjetajiet tal-alkalinizzazzjoni tal-awrina u livell baxx ta’ proteini” jew “Livell baxx ta’ proteini magħżula”, kif applikabbli.

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

4.  Għall-kunsiderazzjoni tal-veterinarju jew tan-nutrizzjonista: Proprjetajiet ta’ alkalinizzazzjoni tfisser li d-dieta għandha tkun ifformulata sabiex ikun immirat pH fl-awrina ≥ 7.

15

Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza (7)

Ingredjenti faċilment diġeribbli b’

densità tal-enerġija ≥ 3520 kcal u proteina mhux raffinata ≥ 250 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

— Sorsi ta’ ingredjenti faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq

— Valur tal-enerġija

Sakemm jintlaħaq ir-restawr

1.  Diġestibbiltà evidenti rrakkomandata ta’ Materja Niexfa ≥ 80 % jew ta’ Materja Organika ≥ 85 %.

2.  Fil-każ ta’ għalf maħsub biex jingħata permezz ta’ tubi, dan li ġej għandu jkun indikat fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: “Amministrazzjoni taħt superviżjoni veterinarja.”

3.  It-tikkettar jista’ jindika ċ-ċirkostanza(i) speċifika(speċifiċi) li għaliha(għalihom) huwa maħsub l-għalf djetetiku.

4.  Fuq it-tikketta indika:

“Densità kbira ta’ enerġija, konċentrazzjonijiet għolja ta’ nutrijenti essenzjali u ingredjenti faċilment diġeribbli”

Ingredjenti faċilment diġeribbli b’densità ta’ enerġija ≥ 3520 kcal u proteina mhux raffinata ≥ 270 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

16

Tnaqqis tal-formazzjoni tal-ġebel fl-urat

Proteina mhux raffinata ≤ 130 g/kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Jew

Proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u sorsi ta’ proteina magħżula

Klieb

— Sors(i) ta’ proteina

Sa sitt xhur, iżda użu tul il-ħajja f’każ ta’ disturb irriversibbli tal-metaboliżmu tal-aċidu uriku

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Jenħtieġ li jitqiesu l-kwalità tal-proteina u l-livell ta’ purini meta jintgħażel is-sors tal-proteina. Eżempji ta’ sorsi ta’ proteina magħżula ta’ kwalità għolja b’livell baxx ta’ purini jinkludu l-bajd, il-kaseina, il-proteini tas-sojja, u l-glutina tal-qamħirrum.

3.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh”.

4.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

— “Livell baxx ta’ proteini” jew “Livell ristrett ta’ proteini u sorsi magħżula ta’ proteini”, kif xieraq.

Proteina mhux raffinata ≤ 317 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Il-kwalità tal-proteina u l-livell ta’ purini għandhom jitqiesu meta jintgħażel is-sors tal-proteina. Eżempji ta’ sorsi ta’ proteina magħżula ta’ kwalità għolja b’livell baxx ta’ purini jinkludu l-bajd, il-kaseina, il-proteini tas-sojja, u l-glutina tal-qamħirrum.

3.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

— “Livell ristrett ta’ proteini”

4.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh”.

17

Dissoluzzjoni ta’ ġebel struvit (8)

Proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni tal-awrina (9) għall-istruvit

U/jew

Proprjetajiet ta’ aċidifikazzjoni tal-awrina (10)

U

Manjeżju ≤ 1,8 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

— Fosforu

— Kalċju

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Klorur

— Kubrit

minn ħames ġimgħat sa 12-il ġimgħa

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

— “Karatteristiċi ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni tal-awrina għall-istruvit u/jew Karatteristiċi tal-aċidifikazzjoni tal-awrina.”

3.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

4.  Dikjarazzjoni ta’ konformità li tappoġġja l-proprjetajiet tan-nuqqas ta’ saturazzjoni u/jew tal-aċidifikazzjoni tad-dieta għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti fuq talba.

18

Tnaqqis tar-rikorrenza tal-ġebel struvit (8)

Għalf komplet bi proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni (9) jew ta’ metastabbilizzazzjoni (11) tal-awrina għall-istruvit

U/jew

Dieta bil-proprjetajiet tal-aċidifikazzjoni tal-awrina (10)

U

Manjeżju ≤ 1,8 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

— Fosforu

— Kalċju

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Klorur

— Kubrit

Inizjalment sa sitt xhur

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

— “Proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni jew ta’ metastabbilizzazzjoni tal-awrina għall-istruvit u/jew Proprjetajiet tal-aċidifikazzjoni tal-awrina”

3.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

4.  Dikjarazzjoni ta’ konformità li tappoġġja l-proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni jew ta’ metastabbilizzazzjoni u/jew tal-aċidifikazzjoni tad-dieta għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti fuq talba.

19

Kumpens għal diġestjoni ħażina (12)

Dieta faċilment diġeribbli:

Diġestibbiltà evidenti ta’

— għalf b’kontenut baxx ta’ fibra (fibra mhux raffinata ≤ 44 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)):

— Proteina mhux raffinata≥ 85 %

— Xaħam mhux raffinat ≥ 90 %

Jew

— għalf b’kontenut akbar ta’ fibra (fibra mhux raffinata > 44 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa 12 % (4)):

— Proteina mhux raffinata ≥ 80 %

— Xaħam mhux raffinat ≥ 80 %

Klieb u qtates

— Sorsi ta’ ingredjenti faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq

Inizjalment sa 12-il ġimgħa u tul il-ħajja fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-frixa

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Għalf faċilment diġeribbli”

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

20

Tnaqqis ta’ disturbi fl-assorbiment intestinali

Dieta faċilment diġeribbli:

Diġestibbiltà evidenti ta’

— għalf b’kontenut baxx ta’ fibra (fibra mhux raffinata ≤ 44 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)):

— Proteina mhux raffinata≥ 85 %

— Xaħam mhux raffinat ≥ 90 %

Jew

— għalf b’kontenut akbar ta’ fibra (fibra mhux raffinata > 44 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)):

— Proteina mhux raffinata≥ 80 %

— Xaħam mhux raffinat ≥ 80 %

U

Sodju daqs jew aktar minn 1,8 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

U

Potassju ≥ 5 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

— Sorsi ta’ ingredjenti faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq

— Sodju

— Potassju

Sa 12-il ġimgħa

Fuq it-tikketta indika:

— “Għalf faċilment diġeribbli b’kontenut akbar ta’ sodju u potassju”

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

21

Tnaqqis ta’ disturbi akuti fl-assorbiment intestinali

Livell ogħla ta’ elettroliti:

— Sodju ≥ 1,8 %

— Potassju ≥ 0,6 %

U

Karboidrati faċilment diġeribbli:

— ≥ 32 %

Klieb u qtates

— Sodju

— Potassju

— Sors(i) ta’ karboidrati

Jum sa sebat ijiem

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf supplimentari.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Matul perjodi ta’ dijarea akuta u l-irkupru minnha”

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

3.  Fil-każ ta’ għalf solidu, il-firxa ta’ elettroliti rrakkomandata għandha tiġi kkalkolata abbażi tat-teħid volontarju normali ta’ kuljum tal-ilma.

22

Sostenn għall-metaboliżmu lipidu fil-każ ta’ iperlipidimija

Xaħam (13) ≤ 110 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (14)

Klieb u qtates

— Xaħam mhux raffinat

Inizjalment sa xahrejn

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

— “Livell baxx ta’ xaħam”

23

Sostenn għall-funzjonament tal-fwied f’każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwied

Livell moderat ta’ proteina:

Proteina mhux raffinata ≤ 279 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) għall-klieb

Proteina mhux raffinata ≤ 370 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) għall-qtates

U

Sorsi ta’ proteina magħżula

U

Diġestibbiltà rrakkomandata għall-proteina fid-dieta ≥ 85 %

Klieb u qtates

— Sors(i) ta’ proteina

— Ram (totali)

— Sodju

Inizjalment sa erba’ xhur

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Eżempji ta’ sorsi ta’ proteina magħżula bbażati fuq diġestibbiltà għolja: proteini tal-ħalib (xorrox, kaseina, ħalib, ġobon moxx), proteini oħra bbażati fuq l-annimali (bajd, tjur) u proteini veġetali (sojja).

3.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

4.  Fuq it-tikketta indika:

— “Livell moderat ta’ proteini, magħżula u faċilment diġeribbli”

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

Livell baxx ta’ proteini iżda ta’ kwalità għolja u karboidrati faċilment diġeribbli

Ekwini

— Sorsi ta’ proteini u fibri

— Karboidrati faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk xieraq

— Metijonina

— Kolina

— Kontenut ta’ aċidi xaħmija n-3 (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur

1.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

2.  Jenħtieġ li tingħata gwida dwar il-mod li bih l-għalf għandu jingħata inkluż ħafna ikliet żgħar kuljum.

24

Għajnuna għall-funzjonament tal-qalb f’każ ta’ insuffiċjenza kardijaka kronika

Livell ristrett tas-sodju:

Sodju ≤ 2,6 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

— Manjeżju

— Potassju

— Sodju

Inizjalment sa sitt xhur

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

25

Tnaqqis tal-piż eċċessiv tal-ġisem

Enerġija Metabolizzabbli < 3060 kcal/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (15)

Jew

Enerġija Metabolizzabbli < 560 kcal/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 85 % (15)

Klieb

— Valur tal-enerġija

Sakemm il-piż tal-ġisem fil-mira jintlaħaq u wara jekk ikun meħtieġ biex jinżamm il-piż tal-ġisem fil-mira

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti minimi jiġu ssodisfati, il-livelli ta’ nutrijenti ta’ dieta għal tnaqqis ta’ piż eċċessiv jenħtieġ li jiżdiedu kif meħtieġ biex jikkumpensaw għall-konsum ristrett tal-enerġija ta’ kuljum (16)

3.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

— “Għall-qtates, huwa rrakkomandat perjodu ta’ tranżizzjoni meta tibda d-dieta.”

— “Għal telf ta’ piż effiċjenti jew manteniment ta’ piż ideali, il-konsum tal-enerġija ta’ kuljum rrakkomandat m’għandux jinqabeż.”

Enerġija Metabolizzabbli < 3190 kcal għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (15)

Jew

Enerġija Metabolizzabbli < 580 kcal għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 85 % (15)

Qtates

26

Sostenn għall-funzjoni tal-ġilda fil-każ ta’ dermatożi u telf eċċessiv ta’ xagħar

Aċidu linolejku ≥ 12,3 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 2,9 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

— Aċidu linolejku

— Somma tal-aċidu ejkosapentaenojku u l-aċidu dokosaeżaenojku

Inizjalment sa xahrejn

Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

— “Livell għoli ta’ aċidu linolejku (LA) u tas-somma tal-aċidu ejkosapentaenojku (EPA) u tal-aċidu dokosaeżaenojku (DHA)”

Aċidu linolejku ≥ 18,5 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 0,39 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Aċidu linolejku ≥ 18,5 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 0,09 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

27

Sostenn għall-metaboliżmu tal-ġogi fil-każ ta’ osteoartrite

Totali ta’ aċidi xaħmija tal-omega-3 ≥ 29 g għal kull kg u aċidu ejkosapentaenojku ≥ 3,3 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

U

Livell adegwat ta’ vitamina E

Klieb

— Aċidi xaħmin tal-omega-3 (totali)

— Aċidu ejkosapentaenojku (totali)

— Vitamina E (totali)

Inizjalment sa tliet xhur

Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

Total ta’ aċidi xaħmija tal-omega-3 ≥ 10,6 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 2,5 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

U

Livelli ogħla ta’ metjonina u manganiż

Livelli xierqa ta’ vitamina E.

Qtates

— Aċidi xaħmin tal-omega-3 (totali)

— Aċidu dokosaeżaenojku (totali)

— Metijonina (totali)

— Manganiż (totali)

— Vitamina E (totali)

 

28

Tnaqqis tar-ram fil-fwied

Livell ristrett tar-ram: ram ≤ 8,8 mg għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Ram (totali)

Inizjalment sa sitt xhur

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

29

Tnaqqis tal-livelli tal-jodju fl-għalf f’każ ta’ ipertirojdiżmu

Livell ristrett tal-jodju: jodju ≤ 0,26 mg għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

Jodju (totali)

Inizjalment sa tliet xhur

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

30

Sostenn f’sitwazzjonijietta’ stress, li se jwasslu biex titnaqqas l-imġiba assoċjata

1-3 g ta’ kaseina bovina idrolizzata bit-tripsina għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Kaseina bovina idrolizzata bit-tripsina

Inizjalment sa xahrejn

1.  L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.  Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

50

Sostenn għat-tħejjija għall-estru u r-riproduzzjoni

— Livell għoli ta’ selenju u kontenut minimu ta’ vitamina E għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %, għall-ħnieżer 50 mg, għall-fniek 35 mg, għall-klieb, il-qtates, il-mink 88 mg; kontenut minimu ta’ vitamina E kuljum għal kull annimal, għall-ovini 100 mg, għall-bovini 300 mg u għaż-żwiemel 1 100 mg

Jew

— Livell(i) għoli/għolja ta’ vitamini A u/jew vitamina D u/jew kontenut minimu ta’ betakaroten ta’ 300 mg kuljum għal kull annimal.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, u l-vitamini A u D f’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Mammiferi

L-ismijiet u l-ammonti totali ta’ kull mikroelement u vitamina miżjuda

— Baqar: ġimagħtejn qabel tmiem il-ġestazzjoni sa meta tiġi kkonfermata ġestazzjoni oħra.

— Ħnieżer nisa: minn sebat ijiem qabel ma jwelldu sa tliet ijiem wara u minn sebat ijiem qabel it-tgħammir sa tliet ijiem wara.

— Mammiferi nisa oħrajn: mill-aħħar ftit tal-ġestazzjoni sa meta tiġi kkonfermata ġestazzjoni oħra.

— Irġiel: waqt perjodi ta’ attività riproduttiva.

1.  Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

3.  Fuq it-tikketta tal-għalf indika gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

 

— Livell(i) għoli/għolja ta’ vitamina A u/jew vitamina D

Jew

— Livell(i) għoli/għolja ta’ selenju u/jew żingu u/jew kontenut minimu ta’ 40 mg/kg ta’ vitamina E fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu u l-vitamini A u D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Għasafar

L-ismijiet u l-ammonti totali ta’ kull mikroelement u vitamina miżjuda

— Għan-nisa: waqt l-estru

— Għall-irġiel: waqt perjodi ta’ attività riproduttiva

51

Sostenn għar-riġenerazzjoni ta’ qwieqeb, saqajn u ġilda

Livell għoli ta’ żingu.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih iż-żingu b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Żwiemel, ruminanti u ħnieżer

— Żingu (totali)

— Metijonina (totali)

— Bijotina (jekk miżjuda)

Sa tmien ġimgħat

1.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali taż-żingu, għall-għalf komplet jiġi rrispettat.

2.  Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus għar-ruminanti. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

52

Sostenn għal żbilanċi nutrizzjonali fi tranżizzjoni tad-dieta

Permezz tal-għalf djetetiku jingħata mill-inqas:

— Selenju: 0,1 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Żingu: 15 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Ram: 2 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għan-nagħaġ u 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għal speċijiet oħra

U/jew

— Vitamina A: 2000 UI/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Vitamina D: 400 UI/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Vitamina E: 35 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għat-tjur, 10 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għar-ruminanti, 40 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-fniek u 20 mg/kg ta’ għalf komplet għall-ħnieżer b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu, ir-ram, il-vitamina A u l-vitamina D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ruminanti

Ħnieżer

Fniek

Tjur

L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq

Minn jumejn (2) sa 15-il jum

1.  Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus għar-ruminanti u l-ħnieżer. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

3.  Fuq it-tikketta tal-għalf indika gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

53

Sostenn għall-ftim

Permezz tal-għalf djetetiku jingħata mill-inqas:

— Selenju: 0,1 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Żingu: 15 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Ram: 2 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għan-nagħaġ u 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għal speċijiet oħra

U/jew

— Jodju: 0,2 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Manganiż: 20 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Vitamina A: 1500 UI/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Vitamina D: 400 UI/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

— Vitamina E: 100 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-għoġġiela u 50 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-ħrief, il-gidjien u l-ħnieżer.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu, ir-ram, il-jodju, il-manganiż u l-vitamini A u D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Mammiferi

L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq

Sa erba’ ġimgħat madwar il-ftim

1.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

2.  Fuq it-tikketta tal-għalf indika gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

54

Sostenn għar-riġenerazzjoni tal-ġilda u l-appendiċi

— Permezz tal-għalf djetetiku jingħataw mill-inqas komposti taż-żingu li jikkorrispondu għal 20 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U

— Livell għoli ta’ram u/jew jodju u/jew selenju

u/jew

vitamina B6 u/jew vitamina E u/jew vitamina A

u/jew

metijonina u/jew ċistina u/jew

jingħata mill-inqas 0,4 mg bijotin/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għar-ruminanti.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih iż-żingu, ir-ram, il-jodju, is-selenju u l-vitamini A b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Mammiferi u tjur

L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq

— Sa tmien ġimgħat

— Għalf supplimentari għar-ruminanti li fih il-bijotina: Sa sitt xhur

1.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

2.  Fuq it-tikketta tal-għalf indika gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

55

Stabbilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika

— B’mod predominanti elettroliti: sodju, potassju u kloruri

— Kapaċità mewwieta (21) fil-każ ta’ għalf likwidu: minimu ta’ 60 mmol f’kull litru tax-xarba mħallta bil-lest għat-tagħlif

— Karboidrati diġeribbli ħafna

Għoġġiela, ħnieżer, ħrief, gidjien u mħar

— Sodju

— Potassju

— Kloruri

— Sors(i) ta’ karboidrati

— Bikarbonati u/jew ċitrati (jekk ikunu miżjuda)

Bejn jum u sebat ijiem

1.  Il-medda rakkomandata tal-elettroliti f’kull litru ta’ xarba lesta għat-tagħlif:

Sodju: 1,7 g -3,5 g

Potassju: 0,4 g – 2 g

Kloruri: 1 g -2,8 g

2.  Fil-każ ta’ għalf solidu, il-firxa ta’ elettroliti rrakkomandata għandha tiġi kkalkolata abbażi tat-teħid volontarju normali ta’ kuljum tal-ilma.

3.  Fuq it-tikketta indika:

— “Fil-każ ta’ riskju ta’ disturbi diġestivi, waqt perjodi ta’ disturbi diġestivi, jew waqt il-konvalexxenza minn disturbi diġestivi (dijarea).”

— “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

4.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

— Id-doża rrakkomandata tax-xarba lesta mħallta u ta’ ħalib, jekk rilevanti.

— Fil-każ li l-bikarbonati u/jew iċ-ċitrati jaqbżu l-40 mmol f’kull litru tax-xarba lesta mħallta għat-tagħlif tar-ruminanti: “Għandu jiġi evitat it-tagħlif bil-ħalib fl-istess ħin lill-annimali li jkollhom l-abomasum.”

56

Tnaqqis tar-riskju ta’ tetanja (ipomanjesimja)

Livell għoli ta’ manjeżju,

karboidrati disponibbli faċilment,

livell moderat ta’ proteini u

livell baxx ta’ potassju

Ruminanti

— Lamtu

— Zokkrijiet (totali)

— Manjeżju

— Sodju

— Potassju

minn tliet sa 10 ġimgħat waqt perjodi ta’ tkabbir mgħaġġel tal-ħaxix

1.  Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.  Fl-istruzzjonijiet għal użu xieraq, għandha tiġi pprovduta gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum, fir-rigward tal-inklużjoni tal-fibra u sorsi ta’ enerġija faċilment disponibbli.

3.  Fil-każ ta’ għalf għall-ovini indika fuq it-tikketta: “Speċjalment għal nagħaġ li qed ireddgħu.”

57

Tnaqqis fir-riskju ta’ aċidożi

Livell baxx ta’ karboidrati li jiffermentaw faċilment u kapaċità mewwieta għolja

Ir-ruminanti

— Lamtu

— Zokkrijiet (total)

sa xahrejn (17)

1.  Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.  Fl-istruzzjonijiet għal użu xieraq, għandha tiġi pprovduta gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum, fir-rigward tal-inklużjoni tal-fibra u sorsi ta’ karboidrati li jiffermentaw faċilment.

3.  Fil-każ ta’ għalf maħsub biex jingħata lill-baqar tal-ħalib, dan li ġej għandu jkun indikat fuq it-tikketta: “B’mod speċjali għall-baqar li jipproduċu ħafna.”

4.  Fil-każ tal-għalf għar-ruminanti tat-tismin, indika fuq it-tikketta: “Speċjalment għal dawk mitmugħa b’mod intensiv (18).”

58

Tnaqqis fir-riskju ta’ kalkuli tal-awrina

Livell baxx ta’ fosfru, manjeżju, u karatteristiċi tal-aċidifikazzjoni tal-awrina

Ruminanti

— Kalċju

— Fosforu

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Kubrit

— Sustanzi tal-aċidifikazzjoni tal-awrina

Sa sitt ġimgħat

1.  Fuq it-tikketta indika: “Speċjalment għal annimali żgħar mitmugħa b’mod intensiv.”

2.  Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

59

L-għoti tul żmien twil ta’ mikroelementi u/jew vitamini lil annimali li jirgħu

Livell għoli ta’

— Mikroelementi

U/jew

— Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effetti simili.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih

addittivi fl-għalf

b’konċentrazzjoni ogħla minn 100

darba daqs il-kontenut massimu

rilevanti stabbilit għall-għalf

komplet

Ruminanti

b’

kirxa

funzjonali

— L-ismijiet u l-ammonti totali ta’ kull mikroelement, vitamina, provitamina u sustanza ddefinita sew kimikament li jkollhom effetti simili

— Ir-rata ta’ rilaxx kuljum ta’ kull mikroelement u/jew vitamina jekk jintuża bolus

— Il-perjodu massimu tar-rilaxx kontinwu tal-mikroelement jew tal-vitamina jekk jintuża bolus

Sa 12-il xahar

1.  Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.  Fuq it-tikketta tal-għalf indika:

— “Is-supplimentazzjoni simultanja ta’ addittivi b’kontenut massimu minn sorsi differenti minn ta’ dawk fil-bolus, jekk applikabbli, għandha tiġi evitata.

— Qabel l-użu, huwa rrakkomandat li jintalab parir mingħand veterinarju jew nutrizzjonista dwar:

— 

(a)  il-bilanċ tal-mikroelementi fil-porzjon ta’ kuljum;

(b)  l-istatus tal-mikroelementi tal-merħla”

▼M1

60

Tnaqqis tar-riskju ta’ deni tal-ħalib u ipokalċimija subklinika

Proporzjon baxx tal-katjoni/anjoni

Għar-razzjon totali:

— Aċidifikazzjoni minima permezz ta’ għalf għal skop ta’ nutrizzjoni partikolari: 100 mEq/kg ta’ materja niexfa

— Objettiv: Firxa minn valuri tad-DCAD (22) negattivi sa < 100 (mEq/kg ta’ materja niexfa) valuri tad-DCAD

Jew

Baqar tal-ħalib

— Kalċju

— Fosforu

— Manjeżju

— Sodju

— Potassju

— Kloruri

— Kubrit

Minn tliet ġimgħat qabel it-twellid sat-twellid

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

“Waqqaf it-tagħlif wara t-twellid”

Żeolit (silikat tas-sodju u tal-aluminju): 250 - 500 g / kuljum

Jew

Silikat tas-sodju u tal-aluminju

Minn tliet ġimgħat qabel it-twellid sat-twellid

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

— “L-ammont ta’ għalf għandu jkun ristrett biex ikun żgurat li ma jinqabiżx il-konsum ta’ kuljum ta’ 500 g ta’ silikat tas-sodju u tal-aluminju għal kull annimal.”

— It-tul ta’ żmien tal-użu għandu jkun ristrett għal massimu ta’ ġimagħtejn

— “Waqqaf it-tagħlif wara t-twellid”

L-għoti ta’ materjali tal-għalf protetti mid-degradazzjoni fil-kirxa b’kontenut għoli ta’ aċidu fitotiku (> 6 %) u b’kontenut ta’ kalċju < 0.2 %, biex jinkiseb minimu ta’ 28 g u massimu ta’ 32 g ta’ kalċju disponibbli għal kull baqra kuljum.

Jew

Kalċju

Minn erba’ ġimgħat qabel it-twellid sat-twellid

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

“Waqqaf it-tagħlif wara t-twellid”

Livell għoli ta’ kalċju fil-forma ta’ sorsi disponibbli ħafna ta’ kalċju: klorur tal-kalċju u/jew sulfat tal-kalċju u/jew fosfat tad-dikalċju u/jew karbonat tal-kalċju u/jew propjonat tal-kalċju u/jew formjat tal-kalċju, u/jew “kwalunkwe sors ieħor tal-kalċju li jkollu effett simili”

Kalċju pprovdut minn wieħed jew minn taħlita ta’ dawn is-sorsi b’minimu ta’ 50 g għal kull baqra kuljum

Jew

— Kalċju

— Sorsi tal-kalċju

Mill-ewwel sinjali tal-ħlas sa jumejn

Wara l-ħlas

— Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

— Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu xieraq l-għadd ta’ applikazzjonijiet u l-ħin qabel u wara t-twellid.

— Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ espert nutrizzjonali qabel ma tuża l-prodott”.

L-għoti tal-kalċju fil-forma ta’ pidolat tal-kalċju f’minimu ta’ 5,5 g għal kull baqra kuljum

Jew

— Kalċju

— Pidolat tal-kalċju

Mill-ewwel sinjali ta’ ħlas sa jumejn wara l-ħlas

— Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

— Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ espert nutrizzjonali qabel ma tuża l-prodott”.

Frakass tas-Solanum glaucophyllum li tippermetti rilaxx ta’ 38 - 46 μg 1,25 ta’ diidrossikolekalċiferol-glikosid kuljum

Jew

— Frakass tas-Solanum glaucophyllum

— Kontenut ta’ 1,25 ta’ diidrossikolekalċiferol-glikosid

— Fibra mhux raffinata

— Manjeżju

— Xaħam mhux raffinat

— Lamtu

— Vitamina D3 (totali) bħala kolekalċiferol

Minn jumejn qabel it-twelid jew l-ewwel sinjali ta’ ħlas sa għaxart ijiem wara l-ħlas

— Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

— Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ espert nutrizzjonali qabel ma tuża l-prodott”.

 

 

1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum li jippermetti rilaxx kuljum ta’ 15-80 μg ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat kuljum.

Baqar tal-ħalib

— 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophylum

— Vitamina D3 (totali) bħala Kolekalċiferol

Somministrazzjoni orali waħda tal-bolus li fih 1,25- diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum matul il-perjodu ta’ qabel il-ħlas (minn disat ijiem qabel it-twellid sa eżatt qabel it-twellid)

1.  1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum għandu jiġi somministrat oralment darba kuljum fil-forma ta’ bolus, b’somministrazzjoni:

— minimu ta’ kalċju ta’ 60 g għal kull baqra matul ġimgħa qabel it-twellid u 84 g għal kull baqra sa tmiem it-tielet ġimgħa tat-treddigħ;

— minimu ta’ manjeżju ta’ 18 g għal kull baqra matul ġimgħa qabel it-twellid u 26 g għal kull baqra sa tmiem it-tielet ġimgħa tat-treddigħ.

2.  Fuq it-tikketta tal-għalf indika:

“L-applikazzjoni tal-bolus għandha ssir darba biss matul il-perjodu ta’ qabel il-ħlas minn disat ijiem qabel it-twellid sa immedjatament qabel it-twellid.

Il-kalċju u l-manjeżju għandhom jingħataw kuljum fil-livelli li ġejjin:

— minimu ta’ kalċju ta’ 60 g għal kull baqra matul ġimgħa qabel it-twellid u 84 g għal kull baqra sa tmiem it-tielet ġimgħa tat-treddigħ;

— minimu ta’ manjeżju ta’ 18 g għal kull baqra matul ġimgħa qabel it-twellid u 26 g għal kull baqra sa tmiem it-tielet ġimgħa tat-treddigħ”

Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.

▼B

61

Tnaqqis tar-riskju tal-ketożi (20)

— Għoti minimu ta’ propan -1,2-diol jew glikol propileniku:

— 250 g/jum għall-baqar tal-ħalib

— 50 g/jum għan-nagħaġ jew għall-mogħoż

Jew

— Għoti minimu a’ propjonati (imluħa tal-kalċju jew tas-sodju):

— 110 g/jum għal baqar tal-ħalib

— 22 g/jum għan-nagħaġ jew għall-mogħoż

Jew

— Għoti minimu kkombinat ta’ propan -1,2-diol u propjonati (imluħa tas-sodju jew tal-kalċju), sakemm:

— Il-kombinazzjoni tal-propan -1,2-diol u l-propjonati għall-baqar tal-ħalib hija tali li l-propjonati 0,44 x propan -1,2 diol ikunu > 110 g/jum

— Il-kombinazzjoni tal-propan -1,2-diol u l-propjonati għan-nagħaġ u l-mogħoż hija tali li l-propjonati 0,44 x propan -1,2 diol ikunu > 22 g/jum

Baqar tal-ħalib, nagħaġ u mogħoż

— Propan-1,2-diol, jekk miżjud

— Propjonati f’forma ta’ mluħa tas-sodju jew tal-kalċju, jekk miżjuda

Bejn tliet ġimgħat qabel u sitt ġimgħat wara t-twelid għall-baqar tal-ħalib

Bejn sitt ġimgħat qabel u tliet ġimgħat wara l-ħlas għan-nagħaġ u għall-mogħoż

1.  Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.  Fuq it-tikketta indika: “Matul l-għoti ta’ propjonati tal-kalċju jew tas-sodju fl-aħħar tal-ġestazzjoni, hija meħtieġa evalwazzjoni tal-ekwilibriju minerali f’assoċjazzjoni mar-riskju ta’ ipokalċimija wara l-ħlas.”

62

Tnaqqis ta’ reazzjonijiet ta’ stress

— Livell għoli ta’ manjeżju

U/jew

— Ingredjenti faċilment diġeribbli

Ħnieżer

— Manjeżju

— Ingredjenti faċilment diġeribbli inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq

— Kontenut ta’ aċidi xaħmija n-3 (jekk miżjuda)

Bejn jum u sebat ijiem

Għandha tiġi pprovduta gwida dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

63

Tnaqqis tar-riskju ta’ konstipazzjoni

Ingredjenti li jistimolaw il-passaġġ intestinali

Ħnieżer nisa

Ingredjenti li jistimolaw il-passaġġ intestinali

10t ijiem sa 14-il jum qabel u 10 ijiem sa 14-il jum wara l-ħlas

 

64

Kumpens għal nuqqas ta’ ħadid disponibbli wara t-twelid

Livelli għoljin ta’ komposti tal-ħadid awtorizzati skont il-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi” tal-kategorija “addittivi nutrittivi” kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih il-ħadid b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ħnienes mhux miftuma u għoġġiela

Ħadid (totali)

Wara t-twelid sa tliet (3) ġimgħat

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tal-ħadid għall-għalf komplet jiġi rrispettat.

65

Kumpens għall-assorbiment ħażin

Livell baxx ta’ aċidi xaħmija saturati u livell għoli ta’ vitamini li jinħallu fix-xaħam

Tjur għajr wiżż u ħamiem

— Perċentwal ta’ aċidi xaħmija saturati fir-rigward tal-aċidi xaħmija kollha

— Vitamina A (totali)

— Vitamina D (totali)

— Vitamina E (totali)

— Vitamina K (totali)

Matul l-ewwel ġimagħtejn wara li jfaqqsu

 

66

Tnaqqis tar-riskju tas-sindromu ta’ fwied xaħmi

Livell baxx ta’ enerġija u proporzjon għoli ta’ enerġija metaboliżabbli mil-lipidi b’livell għoli ta’ aċidi xaħmija poliinsaturati

Tiġieġ għall-bajd

— Valur enerġetiku (ikkalkolat skont il-metodu KE)

— Perċentwal ta’ enerġija metaboliżabbli mil-lipidi

— Kontenut ta’ aċidi xaħmija poliinsaturati

Sa 12-il ġimgħa

 

67

Sostenn għat-tħejjija tal-eżerċizzju ta’ sforz sportiv u l-irkupru minnu

Livell għoli ta’ selenju u kontenut minimu ta’ 50 mg ta’ vitamina E għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih il-komposti tas-selenju b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ekwidi

— Vitamina E (totali)

— Selenju (totali)

Sa tmien ġimgħat qabel l-eżerċizzju ta’ sforz sportiv – Sa erba’ ġimgħat wara l-eżerċizzju ta’ sforz sportiv

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tas-selenju għall-għalf komplet jiġi rrispettat.

68

Kumpens għat-telf tal-elettroliti f’każijiet ta’ ammont eċċessiv ta’ għaraq

Għandu jkun fih klorur tas-sodju kif ukoll klorur tal-potassju.

Livelli baxxi ta’ Manjeżju, Kalċju u Fosforu

L-inklużjoni ta’ mluħa elettrolitiċi oħra hija fakultattiva.

Ekwini

— Sodju

— Kloruri

— Potassju

— Kalċju

— Manjeżju

— Fosforu

Minn jum sa tlett ijiem wara li jkun ħareġ ammont eċċessiv ta’ għaraq.

1.  Għandha tingħata gwida dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jagħtu linji gwida dwar l-amministrazzjoni abbażi tad-durata u l-intensità tal-eżerċizzju li jkun sar rilevanti għall-formulazzjoni u l-preżentazzjoni tal-għalf.

3.  Fuq it-tikketta indika:

— “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

— Fil-każ tal-amministrazzjoni ta’ elettroliti mhux imħallta mal-ilma (eż. fl-għalf jew f’forma ta’ siringa): “L-ilma għandu jkun disponibbli għal mill-inqas 20 minuta jew preferibbilment għal siegħa wara l-amministrazzjoni.”

4.  Barra minn hekk għandha tingħata gwida biex jiġi mmonitorjat ix-xorb sussegwenti, filwaqt li għandu jittieħed parir veterinarju jekk jiġi osservat konsum insuffiċjenti ta’ ilma.

5.  Jista’ jkun hemm l-għażla li tingħata gwida dwar il-kwantità ta’ ilma (f’litri) li għandha tingħata flimkien mal-għalf jew l-elettroliti b’siringa.

69

Sostenn għall-metaboliżmu tal-enerġija u tal-funzjoni tal-muskoli f’każ ta’ rabdomijolożi

Lamtu u zokkor ta’ mhux aktar minn 20 % tal-enerġija disponibbli.

Xaħam mhux raffinat ta’ aktar minn 20 % tal-enerġija disponibbli

Minimu ta’ 350 IU ta’ Vitamina E/kg fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Ekwini

— Lamtu

— Zokkor

— Xaħam mhux raffinat

— Vitamina E (total)

Inizjalment, għal mill-inqas tliet xhur

1.  Għandha tingħata gwida dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandu jkun fihom gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum u dwar il-konsum xieraq ta’ kuljum.

3.  Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

70

Kumpens għal disturbi diġestivi kroniċi tal-musrana l-kbira

— Kontenut ta’ lamtu biex jipprovdi < 1 g/kg BW/ikla (< 0,5 g/kg BW/ikla, jekk ikun hemm dijarea)

— Ħbub tal-qamħ ipproċessati permezz ta’ trattament idrotermiku, bħall-estrużjoni, il-mikronizzazzjoni, l-espansjoni jew it-tqarqiċ, għat-titjib tad-diġestjoni tal-lamtu tal-musrana ż-żgħira

— Għoti addizzjonali ta’ vitamini li jinħallu fl-ilma u livelli xierqa ta’ minerali/elettroliti

— Għoti addizzjonali ta’ żejt jekk ma jkunx hemm dijarea

Ekwini

— Lamtu

— Xaħam mhux raffinat

Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni

1.  Għandha tingħata gwida

— dwar is-sitwazzjonijiet preċiżi li fihom huwa xieraq l-użu tal-għalf, b’mod partikolari jekk il-prodott ikunx maħsub biex jintuża f’annimali b’dijarea konkorrenti jew le.

— dwar id-daqs tal-ikel u l-konsum tal-foraġġ.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jirreferu, skont il-kontenut taż-żejt, għall-użu gradwali potenzjali u jissuġġerixxu monitoraġġ għad-dijarea.

3.  Indika fuq it-tikketta l-ipproċessar użat għall-ħbub tal-qamħ.

71

Il-kumpens għal insuffiċjenza kronika tal-funzjoni tal-musrana ż-żgħira

— Ingredjenti faċilment diġeribbli

— Sorsi ta’ proteina ta’ kwalità għolja u liżina > 4,3 % ta’ proteina mhux raffinata

— Zokkor u lamtu totali sabiex jipprovdu massimu ta’ 0,5 g/kg BW/ikla

— Ħbub tal-qamħ ipproċessati permezz ta’ trattament idrotermiku, bħall-estrużjoni, il-mikronizzazzjoni, l-espansjoni jew it-tqarqiċ, biex tittejjeb id-diġestjoni prekaekali

Ekwini

— Materjali tal-għalf faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq.

— Zokkor u lamtu totali

— Sorsi ta’ proteina

Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni

1.  Għandha tingħata gwida dwar

— is-sitwazzjonijiet preċiżi li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq

— id-daqs tal-ikel u l-konsum tal-foraġġ.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jirreferu, skont il-kontenut taż-żejt, għall-użu gradwali potenzjali u jissuġġerixxu monitoraġġ għad-dijarea.

72

Stabilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika

L-addittivi fl-għalf tal-grupp funzjonali “Stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew, sakemm issir il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, addittivi fl-għalf tal-grupp “mikroorganiżmi”

Speċijiet ta’ annimali li għalihom huma awtorizzati stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana jew mikroorganiżmi

L-isem u l-ammont miżjud tal-istabbilizzant għall-batterji li jkun hemm fil-musrana jew tal-mikroorganiżmu

Sa erba’ ġimgħat

1.  Fuq it-tikketta indika:

“Fil-każ ta’ riskju ta’ disturbi diġestivi, waqt perjodi ta’ disturbi diġestivi, jew waqt l-irkupru minn disturbi diġestivi”.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li jiġi rrispettat il-kontenut massimu legali tal-istabbilizzant għall-batterji li jkun hemm fil-musrana jew tal-mikroorganiżmu għall-għalf komplet.

(1)   

ħall-kontroll tal-indikazzjonijiet kwantitattivi, japplikaw it-tolleranzi kif stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009.

(2)   

Dawn id-dikjarazzjonijiet tat-tikkettar japplikaw flimkien mar-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 767/2009

(3)   

Jekk ikun rilevanti, il-manifattur jista’ jirrakkomanda wkoll l-użu għall-insuffiċjenza renali temporanja.

(4)   

abbażi ta’ dieta b’densità tal-enerġija tal-materja niexfa ta’ 4000 kcal ta’ Enerġija Metaboliżabbli/kg ikkalkolata bl-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali ta’ FEDIAF (http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html). Il-valuri għandhom jiġu adattati jekk id-densità tal-enerġija tiddevja mill-4000 kcal tal-Enerġija Metaboliżabbli/kg.

(5)   

Jekk l-għalf ikun irrakkomandat għall-insuffiċjenza renali temporanja, il-perjodu rrakkomandat għall-użu għandu jkun ta’ bejn ġimagħtejn u erba’ ġimgħat.

(6)   

Fil-każ ta’ għalf għal intolleranza partikolari, referenza għall-intolleranza speċifika tista’ tissostitwixxi “ingredjent u nutrijent”

(7)   

Għall-qtates tista’ tiżdied referenza għal “Lipidosi epatika felina”

(8)   

Għall-qtates, tista’ tiżdied “marda tal-passaġġ baxx tal-urina tal-qtates” jew is-“sindromu uroloġiku tal-qtates — FUS”.

(9)   

Proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni: awrina assoċjata mal-proprjetajiet ta’ dissoluzzjoni tal-kristalli u l-ġebel u/jew il-proprjetajiet ta’ prevenzjoni tal-preċipitazzjoni u tal-formazzjoni tal-kristalli.

(10)   

pH tal-awrina ≤ 6,5.

(11)   

Proprjetajiet ta’ metastabbilizzazzjoni: l-awrina assoċjata mal-proprjetajiet ta’ prevenzjoni ta’ preċipitazzjoni tal-kristalli.

(12)   

tista’ tiżdied “insuffiċjenza pankreatika eżokrinali”.

(13)   

Ir-rakkomandazzjonijiet minimi skont il-Linji Gwida Nutrizzjonali tal-FEDIAF (http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html) għall-aċidi xaħmija kollha essenzjali għandhom jiġu ssodisfati fir-razzjon ta’ kuljum.

(14)   

abbażi ta’ dieta b’densità ta’ enerġija ta’ materja niexfa ta’ 3500 kcal ta’ Enerġija Metabolizzabbli/kg ikkalkulata permezz tal-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali tal-FEDIAF


(http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html). Il-valuri għandhom jiġu adattati jekk id-densità tal-enerġija tiddevja mit-3500 kcal ta’ Enerġija Metabolizzabbli/kg.

(15)   

Enerġija Metabolizzabbli/kg ikkalkolata permezz tal-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali għal Ikel tal-Annimali Domestiċi Komplet u Supplimentari għall-Qtates u l-Klieb (2019) tal-FEDIAF.

(16)   

Linji Gwida Nutrizzjonali għal Ikel tal-Annimali Domestiċi Komplet u Supplimentari għall-Qtates u l-Klieb (2019) tal-FEDIAF.

(17)   

Fil-każ ta’ għalf għall-baqar tal-ħalib: “massimu ta’ xahrejn mill-bidu tat-treddigħ”.

(18)   

Indika l-kategorija ta’ ruminanti kkonċernati.

(19)   

DCAD (mEq/kg ta’ materja niexfa) = (Na + K) - (Cl + S).

(20)   

It-terminu “ketożi” jista’ jiġi ssostitwit b’“aċetonemija” u l-persuna responsabbli għat-tikkettar tista’ tirrakkomanda wkoll l-użu għall-irkupru tal-ketożi.

(21)   

Kalkolu maħdum skont il-metodu Differenza tal-Joni Qawwijin (Strong Ion Difference) (il-Valur SID): L-SID huwa d-differenza bejn it-totali tal-konċentrazzjonijiet tal-katjoni qawwijin u l-anjoni qawwijin; [SID] = [mmol Na+/l] + [mmol K+/l] + [mmol Ca++/l] + [mmol Mg++/l] – [mmol Cl-/l] – [mmol Anjoni Qawwijin Oħrajn/l].

(22)   

DCAD (Differenza bejn il-Katjoni u l-Anjoni fid-Dieta; espressa f’mEq/kg ta’ materja niexfa) = (Na+K) - (Cl +S).



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

( 2 ) Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).