02020D0174 — MT — 12.04.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/174 tas-6 ta’ Frar 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 035 7.2.2020, p. 13) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/488 tat-22 ta’ Marzu 2021 |
L 100 |
15 |
23.3.2021 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/174
tas-6 ta’ Frar 2020
dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Teknoloġija innovattiva
It-teknoloġija tal-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt maħsubin għall-konverżjoni tal-enerġija mekkanika fl-enerġija elettrika hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li mhijiex koperta mill-proċedura tat-test standard stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/1151 u sakemm it-teknoloġija innovattiva tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
tintuża fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna (M1) u fil-vetturi kummerċjali ħfief (N1) li kapaċi jaħdmu bil-petrol, bid-diżil, bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew bl-E85 jew b’kombinazzjoni ta’ dawk il-fjuwils;
tintuża biss għall-iċċarġjar tal-batterija tal-vettura, u biex talimenta s-sistema elettrika tal-vettura meta l-magna tal-kombustjoni tagħha tkun operattiva;
ikollha effiċjenza, jiġifieri r-rata tal-konverżjoni tal-potenza mekkanika f’elettrika, ta’ mill-inqas:
73,8 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol jew bl-E85 ħlief dawk bit-turboċarġer;
73,4 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol jew bl-E85 li għandhom turboċarġer;
74,2 % għall-vetturi li jaħdmu bid-diżil;
74,6 % għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG, ħlief dawk bit-turboċarġer;
74,1 % għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG u għandhom turboċarġer;
76,3 % għall-vetturi li jaħdmu bis-CNG, ħlief dawk bit-turboċarġer;
75,7 % għall-vetturi li jaħdmu bis-CNG u għandhom turboċarġer.
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 kif ġej:
għal vettura bifjuwil li tuża l-petrol u l-fjuwils gassużi, il-valur tal-iffrankar tas- CO2 fir-rigward tal-LPG jew tas-CNG;
għal vettura flex fjuwil li tuża l-petrol u l-E85, il-valur tal-iffrankar tas-CO2 fir-rigward tal-petrol.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Il-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2 ta’ alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt f’karozzi tal-passiġġieri u f’vetturi kummerċjali ħfief b’sistema ta’ motopropulsjoni b’magna tal-kombustjoni interna [li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 1 b’referenza għall-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief]
1. DAĦLA
Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tas-CO2 li jista’ jiġi attribwit għall-użu ta’ alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt f’vettura tal-passiġġieri u f’vettura kummerċjali ħafifa b’sistema ta’ motopropulsjoni b’magna tal-kombustjoni interna, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-affarijiet li ġejjin:
il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;
it-tagħmir tat-test;
il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza totali;
il-proċedura biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2;
il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2.
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
Simboli bil-Latin
|
|
- |
Iffrankar ta’ CO2 [g ta’ CO2/km] |
|
CO2 |
- |
Diossidu tal-karbonju |
|
CF |
- |
Il-fattur tal-konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) [gCO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3 |
|
h |
- |
Il-frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1 |
|
I |
- |
L-intensità tal-kurrent li fih għandu jsir il-kejl [A] |
|
m |
- |
In-numru ta’ kemm-il darba jsir il-kejl tal-kampjun |
|
M |
- |
It-torque [Nm] |
|
n |
- |
Il-frekwenza rotazzjonali [min-1] kif iddefinita fit-Tabella 1 |
|
P |
- |
Il-potenza [W] |
|
sηEI |
- |
Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv [%] |
|
|
- |
Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv [%] |
|
|
- |
Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
|
U |
- |
Il-vultaġġ tat-test li fih għandu jsir il-kejl [V] |
|
v |
- |
Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-ċiklu ta’ ttestjar għall-vetturi light-duty armonizzat fuq livell dinji (WLTC) [km/h] |
|
VPe |
- |
Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Tabella 2 |
|
|
- |
Is-sensittività tal-iffrankar ikkalkulat tas-CO2 b’rabta mal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv |
Simboli Griegi
|
Δ |
- |
Differenza |
|
η |
- |
L-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi [%] |
|
ηEI |
- |
L-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti [%] |
|
|
- |
L-effiċjenza medja tal-alternatur ekoinnovattiv fil-punt operatorju i [%] |
Sottoskritti
L-indiċi (i) jirreferi għall-punt operatorju
L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun
|
EI |
- |
Ekoinnovattiv |
|
m |
- |
Mekkaniku |
|
RW |
- |
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali |
|
TA |
- |
Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip |
|
B |
- |
Xenarju bażi |
3. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-istandard tal-ISO 8854:2012 ( 1 ).
4. IT-TAGĦMIR TAT-TEST
It-tagħmir tat-test għandu jkun skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-istandard tal-ISO 8854:2012 (1) .
5. KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-EFFIĊJENZA
L-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt għandha tiġi stabbilita skont l-istandard tal-ISO 8854:2012 (1) , ħlief għall-elementi speċifikati f’dan il-paragrafu.
Il-kejl għandu jsir f’diversi punti operatorji i, kif iddefinit fit-Tabella 1. L-intensità tal-kurrent tal-alternatur hija ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali għall-punti operatorji kollha. Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti, u l-vultaġġ għandu jkun dejjem ta’ 14,3 V.
Tabella 1
|
Il-punt operatorju i |
Il-ħin tal-istabilizzazzjoni [s] |
Il-frekwenza rotazzjonali ni [min-1] |
Il-frekwenza hi |
|
1 |
1 200 |
1 800 |
0,25 |
|
2 |
1 200 |
3 000 |
0,40 |
|
3 |
600 |
6 000 |
0,25 |
|
4 |
300 |
10 000 |
0,10 |
L-effiċjenza għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 1.
Formula 1
Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b’mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Il-medja tal-kejl f’kull punt operatorju ()għandha tiġi kkalkulata.
L-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv (ηEI)għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 2.
Formula 2
L-alternatur effiċjenti jwassal biex tiġi ffrankata l-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) u fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) kif iddefinit fil-Formola 3.
Formula 3
ΔPm = ΔPmRW - ΔPmTA
fejn il-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formola 4 u l-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) tiġi kkalkulata skont il-Formola 5.
Formula 4
Formula 5
Fejn:
|
PRW |
: |
Il-potenza meħtieġa fil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [W], jiġifieri 750 W; |
|
PTA |
: |
Il-potenza meħtieġa fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [W], li hija 350 W |
|
ηB |
: |
L-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi [%], li hija 67 % |
6. IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAS-CO2
L-iffrankar tas-CO2 tal-alternatur effiċjenti għandu jiġi kkalkulat bil-Formola 6.
Formula 6
Fejn:
|
v |
: |
Il-veloċità medja tas-sewqan tad-WLTC [km/h], li hija 46,60 km/h |
|
VPe |
: |
Il-konsum tal-potenza effettiva speċifikat fit-Tabella 2 li ġejja: |
Tabella 2
Konsum tal-potenza effettiva
|
Tip ta’ magna |
Konsum tal-potenza effettiva (Vpe) [l/kWh] |
|
Petrol/E85 |
0,264 |
|
Petrol/E85 bit-turbo |
0,280 |
|
Diżil |
0,220 |
|
LPG |
0,342 |
|
LPG bit-turbo |
0,363 |
|
|
Konsum tal-potenza effettiva (Vpe) [m3/kWh] |
|
CNG (G20) |
0,259 |
|
CNG (G20) bit-turbo |
0,275 |
CF: Il-fattur speċifikat fit-Tabella 3 li ġejja:
Tabella 3
Fattur tal-konverżjoni tal-fjuwil (CF)
|
Tip ta’ fjuwil |
Fattur tal-konverżjoni (CF) [gCO2/l] |
|
Petrol/E85 |
2 330 |
|
Diżil |
2 640 |
|
LPG |
1 629 |
|
|
Fattur tal-konverżjoni (CF) [gCO2/m3] |
|
CNG (G20) |
1 795 |
7. KALKOLU TAL-LIVELL TAL-IŻBALL STATISTIKU
L-iżbalji tal-istatistika fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt operatorju skont il-Formula 7:
Formula 7
Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti (sηEI) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 8:
Formula 8
Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur (sηEI) twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (). Dak l-iżball għandu jiġi kkalkulat skont il-Formola 9:
Formula 9
8. SINIFIKAT STATISTIKU
Għal kull tip, varjant u verżjoni ta’ vettura mgħammra bl-alternatur effiċjenti jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat skont il-Formola 9 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta’ CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta’ ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formola 10).
Formula 10
Fejn:
|
MT |
: |
Il-limitu minimu [gCO2/km] |
|
|
: |
Iffrankar totali tas-CO2 [gCO2/km] |
|
|
: |
Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [gCO2/km] |
|
|
: |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-CO2 minħabba d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-alternatur effiċjenti u dik tal-alternatur tax-xenarju bażi |
Tabella 4
Il-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda
|
Petrol/E85 (ΔCO2mP) [g CO2/km] |
0,0277•Δm |
|
Diżil (ΔCO2mD) [g CO2/km] |
0,0383•Δm |
|
LPG (ΔCO2mLPG) [g CO2/km] |
0,0251•Δm |
|
CNG (ΔCO2mCNG(G20)) [g CO2/km] |
0,0209•Δm |
Fit-Tabella 4, “Δm” jirreferi għall-massa ż-żejda minħabba l-installazzjoni tal-alternatur effiċjenti. Din hija d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-alternatur effiċjenti u dik tal-alternatur tax-xenarju bażi. Il-massa tal-alternatur tax-xenarju bażi hija ta’ 7 kg. Il-manifattur irid jgħaddi d-dokumentazzjoni vverifikata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar l-evalwazzjoni tal-massa ż-żejda.
9. RAPPORT TAT-TEST U TA’ EVALWAZZJONI
Ir-rapport għandu jinkludi:
10. L-ALTERNATUR EFFIĊJENTI LI GĦANDU JIĠI INSTALLAT FIL-VETTURI
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 abbażi tal-kejl relatat mal-alternatur effiċjenti u mal-alternatur tax-xenarju bażi billi tuża l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f’dan l-Anness. F’każ li jiġu ffrankati inqas emissjonijiet tas-CO2 mil-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.
( 1 ) L-istandard tal-ISO 8854:2012 Vetturi tat-triq – Alternaturi bir-regolaturi – Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti ġenerali
Numru ta’ referenza ISO 8854:2012, ippubblikat fl-1 ta’ Ġunju 2012.