02002L0046 — MT — 06.02.2024 — 010.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 2002/46/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Ġunju 2002

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel

(Test b’ relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 183 12.7.2002, p. 51)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/37/KE tat-30 ta’ Marzu 2006

  L 94

32

1.4.2006

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009

  L 314

36

1.12.2009

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1161/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011

  L 296

29

15.11.2011

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 119/2014 tas-7 ta’ Frar 2014

  L 39

44

8.2.2014

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/414 tat-12 ta' Marzu 2015

  L 68

26

13.3.2015

►M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1203 tal-5 ta' Lulju 2017

  L 173

9

6.7.2017

►M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/418 tad-9 ta’ Marzu 2021

  L 83

1

10.3.2021

►M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/248 tas-16 ta’ Jannar 2024

  L 

1

17.1.2024




▼B

ID-DIRETTIVA 2002/46/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Ġunju 2002

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel

(Test b’ relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

1.  
Din id-Direttiva tikkonċerna s-supplimenti ta' l-ikel mibjugħa bħala oġġetti ta' l-ikel u ppreżentati bħala tali. Dawn il-prodotti għandhom ikunu offruti lill-konsumatur finali biss f'imballaġġ minn qabel.
2.  
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika ghal prodotti mediċinali kif definiti bid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità dwar il-prodotti mediċinali għall-użu uman ( 1 ).

Artikolu 2

Għall-għan ta' din id-Direttiva:

(a) 

“supplimenti ta' l-ikel” ifisser oġġetti ta' l-ikel li l-għan tagħhom huwa li jissupplementaw id-dieta normali u l- fonti kkonċentrati ta' nutrijenti jew sustanzi oħrajn b'effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku, waħedhom jew f'għaqdiet, mibjugħa b'dożi, jiġifieri forom, bħala kapsuli, pastillji, pirmli, pilloli u forom oħra bħalhom, borżetti tat-terra, ampulli ta' likwidi, flixkien tal-qtar, u forom oħra ta' likwidi u trabijiet, intiżi li jkunu meħudin fi kwantitajiet ta' miżura żgħira;

(b) 

“nutrijenti” tfisser is-sustanzi, kif ġej:

(i) 

il-vitamini,

(ii) 

il-minerali.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li s-supplimenti ta' l-ikel jistgħu jkunu ppreżentati għall-bejgħ fil-Komunità biss jekk huma jkunu konformi mar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

Artikolu 4

1.  
Dawk il-vitamini u l-minerali elenkati f'Anness I, fil-forom elenkati f'Anness II biss jistgħu jintużaw għall-manifattura tas-supplementi ta' l-ikel, soġġetti għall-paragrafu 6.

▼M2

2.  
Il-kriterji għall-purità għas-sustanzi elenkati fl-Anness II ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, ħlief fejn japplikaw skond il-paragrafu 3. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).

▼B

3.  
Il-kriterji għall-purità għas- sustanzi elenkati f'Anness II, speċifikati bil-leġislazzjoni tal-Komunità għall-użu fil-manifattura ta' l-oġġetti ta' l-ikel għal għanijiet apparti minn dawk inklużi f'din id-Direttiva, japplikaw.
4.  
Għal dawk is-sustanzi elenkati f'Anness II li għalihom il-kriterji tal-purità m'humiex speċifikati mill-leġizlazzjoni tal-Komunità, u sakemm tali speċifikazzjoniet jiġu adottati, kriterji ta' purità ġeneralment aċċettabbli rrakkomandati minn korpi internazzjonali jkunu applikabbli u r-regoli nazzjonali li jistabbilixxu kriterji ta' purità aktar stretti jistgħu jinżammu.

▼M2

5.  
Il-modifiki fil-listi msemmija fil-paragrafu 1, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(4) sabiex tneħħi vitamina jew mineral mil-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼B

6.  

B’ deroga mill-paragrafu 1 u sal-31 ta' Diċembru 2009, l-Istati Membri jistgħu jippermettu fit-territorju tagħhom l-użu ta' vitamini u minerali mhux elenkati f'Anness I, jew ġo formoli mhux elenkati f'Anness II, bil-kundizzjoni li:

(a) 

Is-sustanza f'dak il-każ tkun użata f'supplimenti, wieħed jew aktar, ta' l-ikel kummerċalizzati fil-Komunità fid-data tad-dħul b'effett ta' din id-Direttiva.

(b) 

L-Awtorita Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel ma tgħatx opinjoni mhux favorevoli fir-rigward ta' l-użu ta' dik is-sostanza, jew ta' l-użu tagħha f'dik il-forma, fil-manifattura ta' suppliment ta' l-ikel, fuq il-bażi li dossier li jsostni l-użu tas-sostanza f'dan il-każ għandu jkun ippreżentat lil-Kummissjoni mill-Istat Membru mhux aktar tard mit-12 ta' Lulju 2005.

7.  
Minkejja l-paragrafu 6, l-Istati Membri jistgħu, b'konformità mar-regoli tat-Trattat, ikomplu japplikaw ir-restrizzjoniet nazzjonali eżistenti jew il-projbizzjoniet fuq il-kummerċ fis-supplimenti ta' l-ikel li jkollhom vitamini u minerali mhux inklużi fil-lista f'Anness I jew fil-forom mhux elenkati f'Anness II.
8.  
Mhux aktar tard mit-12 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar jekk huwiex xieraq li jiġu stabbliti regoli speċifiċi, inkluż, fejn ikun xieraq, listi posittivi, dwar il-kategoriji ta' nutrijenti jew ta' sustanzi b’effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku ħlief dawk msemmija fil-paragrafu, flimkien ma’ xi proposti għall-emendi għal din id-Direttiva li l-Kummissjoni tikkonsidra meħtieġa.

Artikolu 5

1.  

L-ammonti massimi ta' vitamini u minerali preżenti f'supplimenti ta' l-ikel għal porzjon ta' konsum għal kull jum kif irrakkommandat mill-manifattur għandhom ikunu stabbiliti, fuq il-bażi ta' li ġej:

(a) 

Il-livelli massimi ta' sigurtà ta' vitamini u minerali stabbiliti minn kalkoli xjentifiċi ta' riskju bbażati fuq l-informazzjoni ġeneralment aċċettata, waqt li jiżnu, kif xieraq, il-gradi ta' sensitività li jvarjaw fost gruppi differenti ta' konsumaturi;

(b) 

il-konsum ta' vitamini u minerali minn fonti oħrajn ta' dieta.

2.  
Meta l-livelli massimi msemmija fil-paragrafu 1 jkunu stabbiliti, konsiderazzjoni xierqa għandha tkun meħuda tal-konsum normali ta' vitamini u minerali fost il-popolazzjoni.
3.  
Sabiex jassiguraw li l-ammonti sinifikanti ta' vitamini u minerali jkunu preżenti fis-supplimenti ta' l-ikel, ammonti minimi għal porzjon ta' konsum għal kull jum kif rakkommandati mill-manifattur għandhom jiġu stabbiliti, kif xieraq.

▼M2

4.  
L-ammonti massimi u minimi ta' vitamini u minerali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).

▼B

Artikolu 6

1.  
Għall-għanijiet ta' Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13/KE, l-isem li permezz tiegħu il-prodotti fil-parametri ta' din id-Direttiva huma mibjugħin għandhom ikunu “suppliment tal-ikel”.
2.  
L-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-riklamar m'għandhomx jattribbwixxu lis-supplimenti tal-ikel il-kwalità ta' prevenzjoni, trattament jew kura ta' xi marda umana, jew jirreferu għal tali kwalitajiet.
3.  

Mingħajr preġudizzju ghad-Direttiva 2000/13/KE, l-ittikkettjar għandhom juru il-partikularitajiet segwenti:

(a) 

l-ismijiet tal-kategoriji tan-nutrijenti jew tas-sustanzi li jikkaratterizzaw il-prodott jew xi indikazzjoni tan-natura ta' dawk in-nutrijenti jew sustanzi;

(b) 

il-porzjon tal-prodott rakkommandat għal konsum għal kull jum;

(ċ) 

twissija biex id-doża rakkommandata għal kuljum ma tinqabiżx;

(d) 

dikjarazzjoni li s-supplimenti ta' l-ikel ma għandhomx jintużaw bħala sostitut għal dieta varjata;

(e) 

dikjarazzjoni li l-prodotti għandhom ikunu maħżuna f'post fejn tfal żgħar ma jistgħux jilħquhom.

Artikolu 7

L-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-riklamar tas-supplimenti ta' l-ikel m'għandhom jinkludu l-ebda referenza li tgħid jew timplika li dieta ibbilanċjata u variata ma tistgħax tipprovdi kwantitajiet xierqa ta' nutrijenti b'mod ġenerali.

Regoli għall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu speċifikati skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 13(2).

Artikolu 8

1.  
L-ammont ta' nutrijenti jew sustanzi b’ effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku preżenti fil-prodott għandhom ikunu ddikjarati fuq it-tikketta f'forma numerika. L-unitajiet li jintużaw għall-vitamini u l-minerali għandhom ikunu dawk speċifikati f'Anness I.
2.  
Ir-regoli għall-implementazzjoni ta' dan il-paragrafu jistgħu jkunu speċifikati skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 13(2).
3.  
L-informazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandhom ukoll ikunu espressi bħala persentaġġ tal-valuri ta' referenza msemmija skond il-każ, fl-Anness għad-Direttiva 90/496/KEE.

Artikolu 9

1.  
Il-valuri dikjarati msemmija f'Artikolu 8(1) u (2) għandhom ikunu il-valuri medji bażati fuq l-analiżi tal-manifatturar tal-prodott.
2.  
Il-persentaġġ tal-valuri ta' referenza għall-vitamini u l-minerali msemmija f’Artikolu 8(3) jistgħu jkunu mogħtija f’ forma grafika.

Ir-regoli għall-implementazzjoni ta' dan il-paragrafu jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 13(2).

Artikolu 10

Sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ effiċjenti tas-supplimenti ta' l-ikel, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-manifattur jew il-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq fit-territorju tagħhom jinnotifikaw l-awtorità kompetenti dwar dak it-tqegħid fis-suq billi jibgħatulha kampjun tat-tikketta użata għall-prodott.

Artikolu 11

1.  
Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4(7), l-Istati Membri ma għandhomx, minħabba l-kompożizzjoni, l-ispeċifikazzjoniet ta' manifattura, il-preżentazzjoni jew l-ittikkettjar tagħhom, jipprojbixxu jew jillimitaw il-kummerċ fil-prodotti msemmija f'Artikolu 1 li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, mal-Atti Komunitarji adottati fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.
2.  
Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, partikularment Artikoli 28 u 30 tiegħu, il-paragrafu 1 m'għandhux jaffettwa d-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma applikabbli fl-assenza ta' l-atti Komunitarji adottati taħt din id-Direttiva.

Artikolu 12

1.  
Meta Stat Membru, b'riżultat ta'xi informazzjoni ġdida jew ta' xi rivalutazzjoni ta' l-informazzjoni eżistenti magħmula minn mindu ħarġet din id-Direttiva jew minn meta l-implementazzjoni ta' wieħed mill-atti tal-Komunità kienu adottati, ikollu raġunijiet dettaljati sabiex jistabbilixxi li l-prodott msemmi f'Artikolu 1 jipperikola is-saħħa umana għalkemm ikun konformi mal-imsemmija Direttiva jew mal-imsemmija atti, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jissospendi jew jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dak il-każ fit-territorju tiegħu. Dan għandu immedjatament jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lil-Kummissjoni b'dan u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
2.  
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-aktar fis possibbli ir- raġunijiet miġjuba mill-Istat Membru kkonċernat u għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar l-ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, u għandha imbagħad tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-miżuri xierqa.

▼M2

3.  
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jkunu meħtieġa adattamenti għal din id-Direttiva jew għall-implementazzjoni ta' l-atti tal-Komunità sabiex jirrimedjaw id-diffikultajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u sabiex jassiguraw il-protezzjoni tas-saħħa umana, hija għandha tadotta dawk l-emendi. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(4) bil-għan li tadotta dawk l-adattamenti. L-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' sigurtà jista', f'dak il-każ, iżomm fis-seħħ miżuri bħal dawn sa meta ssir l-adozzjoni ta' l-adattamenti.

Artikolu 13

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
4.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 14

Id-dispożizzjonijiet li jistgħu jkollom xi effett fuq is-saħħa pubblika għandhom ikunu adottati wara konsultazzjoni mal- Awtorità tas-Sigurtà fl-Ikel.

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-31 ta' Lulju 2003. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni.

Dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu applikati b'tali mod li:

(a) 

jippermettu kummerċ fi prodotti li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta'Awwissu 2003;

(b) 

jipprojbixxu kummerċ fi prodotti li ma jkunux konformi mad-Direttiva, mhux aktar tard mil-1 ta' Awwissu 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

Il-metodi għall-għamla ta' tali referenzi għandhom ikunu adottati mill-Istati Membri.

Artikolu 16

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3




ANNESS I

Vitamini u minerali li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel

1.    Vitamini

Vitamina A (μg -RE)

Vitamina D (μg)

Vitamina E (mg α-TE)

Vitamina K (μg)

Vitamina B1 (mg)

Vitamina B2 (mg)

Niaċin (mg NE)

Aċidu pantoteniku (mg)

Vitamina B6 (mg)

Aċidu Foliku (μg) ( 3 )

Vitamina B12 (μg)

Biotina (μg)

Vitamina C (mg)

2.    Minerali

Calcium (mg)

Manjeżju (mg)

Ħadid (mg)

▼M8

Ram (mg)

▼M3

Jodju (μg)

Żingu (mg)

Manganiż (mg)

Sodju (mg)

Potassju (mg)

Silenju (μg)

Kromju (μg)

Molibdenu (μg)

Fluworidu (mg)

Kloridu (mg)

Fosfru (mg)

Boronju (mg)

Silikon (mg)




ANNESS II

Vitamini u minerali li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel

A.    Vitamini

1.   VITAMINA A

(a) retinol

(b) aċetat tar-retinil

(c) palmitat tar-retinil

(d) beta-karoten

2.   VITAMINA D

(a) kolekalċiferol

(b) ergokalċiferol

3.   VITAMINA E

(a) D-alfa-tokoferol

(b) DL-alfa-tokoferol

(c) aċetat ta’ D-alfa-tokoferil

(d) aċetat ta’ DL-alfa-tokoferil

(e) suċċinat aċidu ta’ D-alfa-tokoferil

(f) tocoferols imħalltin ( 4 )

(g) tocotrienol tocoferol ( 5 )

4.   VITAMINA K

(a) fillokinona (fitomenadjona)

(b) menakinona ( 6 )

5.   VITAMINA B1

(a) idroklorur tat-tijamina

(b) mononitrat tat-tijamina

(c) klorit tal-mononitrat tat-tijamina

(d) klorit tal-fosforat tat-tijamina

6.   VITAMINA B2

(a) riboflavin

(b) riboflavin 5′-fosfat, sodju

7.   NIJAĊINA

(a) aċidu nikotiniku

(b) nikotinamida

(c) inositol hexanicotinate (inositol hexaniacinate)

▼M8

(d) klorur tan-nikotinammidribosid

▼M3

8.   AĊIDU PANTOTENIKU

(a) D-pantotenat, kalċju

(b) D-pantotenat, sodju

(c) dekspantenol

(d) pantethine

9.   VITAMINA B6

(a) idroklorur tal-piridossina

(b) piridossina 5′-fosfat

(c) pyridoxal 5′-fosfat

10.   FOLAT

(a) aċidu pterojlmonoglutamiku

(b) L-metilfolat tal-kalċju

▼M6

(c) aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina

▼M3

11.   VITAMINA B12

(a) ċjanokobalamina

(b) idrossokobalamina

(c) 5′-deoxyadenosylcobalamin

(d) methylcobalamin

12.   BIJOTINA

(a) D-bijotina

13.   VITAMINA Ċ

(a) aċidu L-assorbiku

(b) L-assorbat tas-sodju

(c) L-assorbat tal-kalċju ( 7 )

(d) L-assorbat tal-potassju

(e) L-assorbil 6-palmitat

(f) L-assorbat tal-magnesium

(g) L-assorbat taż-żingu

B.    Minerali

aċetat tal-kalċju

L-assorbat tal-kalċju

bisgliċinat tal-kalċju

karbonat tal-kalċju

klorur tal-kalċju

malat ċitrat tal-kalċju

imluħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku

glukonat tal-kalċju

gliċerofosfat tal-kalċju

lattat tal-kalċju

pyruvate tal-kalċju

imluħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku

suċċinat tal-kalċju

idrossidu tal-kalċju

calcium L-lisinat

malat tal-kalċju

ossidu tal-kalċju

L-pidolat tal-kalċju

L-threonate tal-kalċju

sulfat tal-kalċju

▼M7

oligosakkaridi tal-kalċju fosforil

▼M3

aċetat tal-manjeżju

L-assorbat tal-magnesium

bisglikinat tal-manjeżju

karbonat tal-manjeżju

klorur tal-manjeżju

▼M8

ċitrat malat tal-manjeżju

▼M3

imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ċitriku

glukonat tal-manjeżju

gliċerofosfat tal-manjeżju

imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ortofosforiku

laktat tal-manjeżju

L-lisinat tal-manjeżju

idrossidu tal-manjeżju

malat tal-manjeżju

ossidu tal-manjeżju

L-pidolat tal-manjeżju

ċitrat tal-potassju tal-manjeżju

pyruvate tal-manjeżju

suċċinat tal-manjeżju

sulfat tal-manjeżju

taurate tal-manjeżju

acetyl taurate tal-manjeżju

karbonat ferruż

ċitrat ferruż

ċitrat ferriku tal-ammonju

glukonat ferruż

fumarat ferruż

difosfat ferriku tas-sodju

laktat ferruż

sulfat ferruż

difosfat ferriku (pirofosfat ferriku)

sakkarat ferriku

element tal-ħadid (carbonyl + electrolytic + hydrogen imnaqqas)

bisglikinat ferruż

L-pidolat ferruż

fosfat ferruż

▼M4

fosfat ferruż tal-ammonju

EDTA ferriku tas-sodju

▼M9

idrossidu tal-ħadid adipat tartrat (nano) ( 8 )

▼M3

taurate ħadid (II)

karbonat tar-ram

ċitrat tar-ram

glukonat tar-ram

sulfat tar-ram

L-aspartat tar-ram

bisglycinate tar-ram

kumpless ram lisin

ossidu tar-ram (II)

jodur tas-sodju

jodat tas-sodju

jodur tal-potassju

jodat tal-potassju

aċetat taż-żingu

L-assorbat taż-żingu

L-aspartat taż-żingu

bisglikinat taż-żingu

klorur taż-żingu

ċitrat taż-żingu

glukonat taż-żingu

laktat taż-żingu

L-lisinat taż-żingu

malat taż-żingu

sulfat taż-żingu mono-L-methionine

ossidu taż-żingu

karbonat taż-żingu

L-pidolate taż-żingu

picolinate taż-żingu

sulfat taż-żingu

assorbat tal-manganiż

L-aspartat tal-manganiż

bisglycinate tal-manganiż

karbonat tal-manganiż

klorur tal-manganiż

ċitrat tal-manganiż

glukonat tal-manganiż

gliċerofosfat tal-manganiż

pidolate tal-maganiż

sulfat tal-manganiż

il-bikarbonat tas-sodju

karbonat tas-sodju

klorur tas-sodju

ċitrat tas-sodju

glukonat tas-sodju

laktat tas-sodju

idrossidu tas-sodju

imluħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku

▼M4

sulfat tas-sodju

sulfat tal-potassju

▼M3

bikarbonat tal-potassju

karbonat tal-potassju

klorur tal-potassju

ċitrat tal-potassju

glukonat tal-potassju

gliċerofosfat tal-potassju

laktat tal-potassju

idrossidu tal-potassju

L-pidolate tal-potassju

malat tal-potassju

imluħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku

L-selenomethionine

ħmira arrikkita bis-selenju ( 9 )

aċidu tas-selenju

selenat tas-sodju

idroġenu selenit tas-sodju

selenit tas-sodju

klorit (III) tal-kromjum

▼M5

ħmira arrikkita bil-kromu ( 10 )

▼M3

lactate trihydrate (III) tal-kromjum

nitrat tal-kromjum

picolinate tal-kromjum

sulfat (III) tal-kromjum

molibdat tal-ammonju (molibdenu (VI))

molibdat tal-postassju (molibdenu (VI))

molibdat tas-sodju (molibdenu (VI))

fluworidu tal-kalċju

florur tal-potassju

fluworidu tas-sodju

monofluworfosfat tas-sodju

aċidu boriku

borat tas-sodju

aċidu orthosilicic stabbilit bil-choline (choline-stabilised orthosilicic acid)

dijossidu silikon

aċidu silicic ( 11 )

▼M7

siliċju organiku (monometilsilanetrijol)



( 1 )  ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 67.

( 2 )  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 3 ) Aċidu Foliku huwa t-terminu inkluż fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/100/KE tat-28 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel.

( 4 ) alpha-tocopherol < 20 %, beta-tocopherol < 10 %, gamma-tocopherol 50 – 70 % u delta-tocopherol 10 - 30 %

( 5 ) Livelli tipiċi ta’ tocopherols u tocotrienols individwali:

— 
115 mg/g alpha-tocopherol (101 mg/g minimu)
— 
5 mg/g beta-tocopherol (< 1 mg/g minimu)
— 
45 mg/g gamma-tocopherol (25 mg/g minimu)
— 
12 mg/g delta-tocopherol (3 mg/g minimu)
— 
67 mg/g alpha-tocotrienol (30 mg/g minimu)
— 
< 1 mg/g beta-tocotrienol (< 1 mg/g minimu)
— 
82 mg/g gamma-tocotrienol (45 mg/g minimu)
— 
5 mg/g delta-tocotrienol (< 1 mg/g minimu).

( 6 ) Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.

( 7 ) Jista’ jkun fihom sa 2 % ta’ thereonate.

( 8 ) Kif elenkat fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

( 9 ) Ħmira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta’ selenat tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2.5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenomethionine (bejn 60 u 85 % tat-total tas-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut tal-komponenti ta’ selenju organiku inkluż selenoċisteina m’għandux jaqbeż l-10 % tat-total ta’ selenju estratt. Il-livelli ta’ selenju organiku normalment m’għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta’ selenju estratt.

( 10 ) Ħmejjer arrikkiti bil-kromu, prodotti minn kultura ta’ Saccharomyces cerevisiae fil-preżenza tal-klorur tal-kromu (III), bħala sors tal-kromu, u li fihom, fil-forma mnixxfa kif maħruġa fis-suq, 230-300 mg ta’ kromu/kg. Il-kontenut tal-kromu (VI) ma għandux jaqbeż 0,2 % tal-kromu totali.

( 11 ) Fil-forma ta’ ġel.