02008A0221(01) — MT — 24.05.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

FTEHIM

dwar trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

(ĠU L 046 21.2.2008, p. 25)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

PROTOKOLL li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati membri tagħha, min-naħa l-waħda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

  L 46

38

21.2.2008

►M2

PROTOKOLL li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

  L 144

21

9.6.2009

►M3

PROTOKOLL li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

  L 112

5

26.4.2019




▼B

TRADUZZJONI

FTEHIM

dwar trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Partijiet għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Stati Membri tal-Komunità”, u

L-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

min-naħa l-waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPLARI TAĊ-ĊINA,

minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċina”,

min-naħa l-oħra,

B’KONT MEĦUD tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Pupolari taċ-Ċina ta’ Mejju 1985;

B’KONT MEĦUD ta’ l-importanza tar-relazzjonijiet marittimi eżistenti bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u ċ-Ċina;

JEMMNU li l-koperazzjoni fil-qasam marittimu internazzjonali bejn il-Partijiet ser ikun ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tal-kummerċ u r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iċ-Ċina u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha;

LESTI li jsaħħu u jikkonsolidaw iżjed ir-relazzjonijiet, abbażi ta’ l-ugwaljanza u l-benefiċċju reċiproku, fil-qasam tat-trasport marittimu internazzjonali;

JIRRIKONOXXU l-importanza tas-servizzi ta’ trasport marittimu u jixtiequ jippromovu iktar it-trasport multimodali li jinvolvi parti bil-baħar sabiex tiżdied l-efikaċja fil-katina tat-trasport;

JIRRIKONOXXU l-importanza ta’ żvilupp ulterjuri ta’ approċċ flessibbli u orjentat fuq is-suq u l-benefiċċji għal operaturi ekonomiċi taż-żewġ Partijiet dwar il-kontroll u l-operat tas-servizzi ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija fil-kuntest ta’ sistema effiċjenti ta’ trasport marittimu internazzjonali;

B’KONT MEĦUD tal-ftehim marittimi bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri tal-Komunità u ċ-Ċina;

JAPPOĠĠAW in-negozjati multilaterali dwar is-servizzi tat-trasport marittimu fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan il-għan ħatru bħala plenipotenzarji tagħhom:

IR-RENJU TAL-BELĠJU:

Isabelle DURANT

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Mobbiltà u t-Trasport

IR-RENJU TAD-DANIMARKA:

Bendt BENDTSEN

Ministru għall-Affarjiet Ekonomiċi, il-Finanzi u l-Industrija

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA:

Manfred STOLPE

Ministru Federali għat-Trasport, il-Bini u d-Djar

Wilhelm SCHÖNFELDER

Ambaxxatur, Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA:

Georgios ANOMERITIS

Ministru għall-Merkanzija Marittima

IR-RENJU TA’ SPANJA:

Francisco ÁLVAREZ-CASCOS FERNÁNDEZ

Ministru għall-Iżvilupp Intern

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA:

Pierre SELLAL

Ambaxxatur, Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Franċiża

L-IRLANDA:

Peter GUNNING

Deputat Rappreżentant Permanenti ta’ l-Irlanda

IR-REPUBBLIKA TALJANA:

Pietro LUNARDI

Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU:

Henri GRETHEN

Ministru għall-Affarjiet Ekonomiċi, Ministru għat-Trasport

IR-RENJU TA’ L-OLANDA:

Roelf Hendrik de BOER

Ministru għat-Trasport, il-Komunikazzjoni u x-Xogħolijiet Pubbliċi

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA:

Mathias REICHHOLD

Ministru Federali għat-Trasport, l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA:

Luís Francisco VALENTE DE OLIVEIRA

Ministru għax-Xogħolijiet Pubbliċi, it-Trasport u d-Djar

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA:

Kimmo SASI

Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA:

Ulrica MESSING

Ministru għall-Komunikazzjoni

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ:

David JAMIESON

Sotto-Segretarju tal-Parlament ta’ l-Istat għat-Trasport

IL-KOMUNITÀ EWROPEA:

Bendt BENDTSEN

Ministru għall-Affarjiet Ekonomiċi, il-Kummerċ u l-Industrija tar-Renju tad-Danimarka

President Attwali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

Loyola de PALACIO

Viċi-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPLARI TAĊ-ĊINA:

Chunxian ZHANG

Ministru għall-Komunikazzjoni tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina

LI, wara li skambjaw is-setgħat sħaħ tagħhom, li nstabu li kienu fi forma tajba u debita,

QABLU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jimmira biex itejjeb il-kondizzjonijiet li taħthom operazzjonijiet ta’ trasport marittimu ta’ merkanzija jitwettqu għal jew miċ-Ċina, għal jew mill-Komunità, kif ukoll għal jew mill-Komunità u ċ-Ċina min-naħa l-waħda u pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, għall-benefiċċju ta’ operaturi ekonomiċi tal-Partijiet. Hu bbażat fuq il-prinċipji ta’ libertà li jiġu provduti s-servizzi tat-trasport marittimu, l-aċċess liberu għall-merkanzija u l-kummerċ min-naħa għall-oħra, l-aċċess illimitat għal, u t-trattament mhux diskriminatorju fi, l-użu ta’ portijiet u servizzi awżiljari kif ukoll fir-rigward ta’ preżenza kummerċjali. Ikopri l-aspetti kollha tas-servizzi minn bieb sa bieb.

Artikolu 2

Firxa

1.  Dan il-Ftehim japplika għat-trasport marittimu internazzjonali ta’ merkanzija u s-servizzi loġistiċi, inklużi operazzjonijiet multimodali li jinvolvu parti bil-baħar, bejn il-portijiet taċ-Ċina u ta’ l-Istati Membri tal-Komunità kif ukoll it-trasport marittimu internazzjonali tal-merkanzija bejn il-portijiet ta’ l-Istati Membri tal-Komunità. Japplika wkoll għal kummerċ minn post għall-ieħor u għall-moviment ta’ tagħmir bħal kontenituri vojta, li mhumiex qed jinġarru bħala merkanzija kontra ħlas, bejn il-portijiet taċ-Ċina jew bejn il-portijiet ta’ Stat Membru tal-Komunità.

Jekk bastimenti ta’ Parti waħda jbaħħru minn port wieħed tal-Parti l-oħra għal ieħor jew minn port wieħed ta’ Stat Membru tal-Komunità għal ieħor biex jgħabbu merkanzija għal pajjiżi barranin jew jiskargaw merkanzija minn barra l-pajjiż, dan għandu jitqies bħala li jagħmel parti mit-trasport marittimu internazzjonali.

Dan il-Ftehim m’għandhux japplika għal trasport domestiku purament bejn il-portijiet taċ-Ċina jew bejn il-portijiet ta’ kwalunkwe Stat Membru partikolari tal-Komunità.

2.  Dan il-Ftehim m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-ftehim marittimi bilaterali konklużi bejn iċ-Ċina u l-Istati Membri tal-Komunità għal kwistjonijiet li jaqgħu barra mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

3.  Dan il-Ftehim m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ bastimenti ta’ partijiet terzi milli jimpenjaw ruħhom f’trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bejn il-portijiet tal-Partijiet jew bejn il-portijiet ta’ waħda mill-partijiet u parti terza.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:

(a) “trasport marittimu internazzjonali ta’ merkanzija u servizzi loġistiċi” jkopri l-proviżjoni ta’ servizzi ta’ trasport marittimu internazzjonali ta’ merkanzija, u s-servizzi ta’ maniġġar, ħażna, u ħżin tal-merkanzija, is-servizzi ta’ clearance ta’ dazji, is-servizzi ta’ l-istazzjon tal-kontenitur u tad-depost, dawk li jinsabu fil-port u dawk fl-intern tal-pajjiż, is-servizzi ta’ aġenziji ta’ attivitajiet marittimi u s-servizzi ta’ l-ispedituri tal-merkanzija relatati;

(b) “operazzjonijiet ta’ trasport multimodali” huwa l-ġarr ta’ merkanzija bl-użu ta’ iżjed minn mezz wieħed ta’ trasport inkluża parti bil-baħar taħt dokument wieħed;

(ċ) “servizzi ta’ aġenziji ta’ attivitajiet marittimi” jfisser attivitajiet li jikkonsistu fir-rappreżentazzjoni, bħala aġent, f’żona ġeografika speċifika, ta’ l-interessi tan-negozju ta’ linja waħda jew iktar ta’ trasport marittimu jew kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi, għall-finijiet li ġejjin:

 il-marketing u l-bejgħ ta’ servizzi ta’ trasport marittimu u servizzi relatati, mill-kwotazzjoni għall-fattura, u l-ħruġ ta’ poloz tat-tagħbija f’isem il-kumpanniji, il-kuntrattar tas-servizzi relatati meħtieġa, it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni, u l-proviżjon ta’ informazzjoni dwar in-negozju;

 l-azzjoni meħuda f’isem il-kumpanniji li qed jorganizzaw il-waqfa tal-bastiment jew it-teħid ta’ kontroll fuq il-merkanzija;

(d) “servizzi ta’ l-ispedituri tal-merkanzija” jfisser l-attività li tikkonsisti fl-organizzazzjoni u l-monitoraġġ ta’ operazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ merkanzija f’isem l-ispedituri, permezz tas- servizzi ta’ kuntrattar relatati, it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni u l-proviżjon ta’ informazzjoni dwar in-negozju;

(e) “kumpanija ta’ attivitajiet marittimi” jfisser kumpannija li tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) tkun kostitwita skond il-liġijiet pubbliċi jew privati taċ-Ċina, jew tal-Komunità jew ta’ Stat Membru tal-Komunità;

(ii) ikollha l-uffiċċju reġistrat jew l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali ta’ negozju tagħha fiċ-Ċina jew il-Komunità rispettivament,

(iii) tkun impenjata f’servizz ta’ attivitajiet marittimi internazzjonali bil-bastimenti li huma proprjetà tagħha jew operati minnha.

Kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi stabbiliti barra l-Komunità jew iċ-Ċina u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru tal-Komunità jew taċ-Ċina rispettivament, għandhom ikunu benifiċċjarji wkoll tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f’dak l-Istat Membru jew fiċ-Ċina skond il-leġislazzjoni tagħhom;

(f) “sussidjarju” tfisser kumpannija li hi proprjetà ta’ kumpannija ta’ attivitajiet marittimi u li għandha personalità legali;

(g) “uffiċċju tal-fergħa” jfisser post ta’ negozju li hu proprjetà ta’ kumpannija ta’ attivitajiet marittimi u m’għandhiex personalità legali;

(h) “uffiċċju ta’ rappreżentazzjoni” jfisser uffiċċju rappreżentattiv ta’ kumpannija ta’ l-attivitajiet marittimi ta’ Parti waħda stabbilita fil-Parti l-oħra;

(i) “bastiment” ifisser kwalunkwe bastiment merkantili reġistrat skond il-liġijiet taċ-Ċina, jew tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri tagħha fl-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment ta’ kwalunkwe Parti taħt il-bandiera nazzjonali ta’ dik il-Parti u impenjat fi trasport marittimu internazzjonali, inklużi l-bastimenti bil-bandiera ta’ pajjiż terz iżda li huma proprjetà jew operati minn kumpannija ta’ attivitajiet marittimi taċ-Ċina jew ta’ Stat Membru tal-Komunità. Iżda, dan it-terminu ma jinkludix bastimenti tal-gwerra u kwalunkwe bastiment li mhuwiex kummerċjali.

Artikolu 4

Proviżjon ta’ servizzi

1.  Kull Parti għandha tkompli tagħti trattament mhux diskriminatorju lil bastimenti bil-bandiera tal-Parti l-oħra jew operati minn ċittadini jew kumpanniji tal-Parti l-oħra, b’paragun mat-trattament mogħti lil bastimenti tagħha, fir-rigward ta’ l-aċċess għal portijiet, l-użu ta’ infrastruttura u s-servizzi marittimi awżiljari ta’ dawn il-portijiet, kif ukoll il-ħlasijiet u l-piżijiet relatati, il-formalitajiet tad-dwana u l-assenjazzjoni ta’ rmiġġ u l-faċilitajiet ta’ tagħbija u ħatt.

2.  Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li japplikaw b’mod effettiv il-prinċipju ta’ aċċess illimitat għas-suq u t-traffiku marittimu internazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja u kummerċjali.

3.  Fl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-paragrafi 1 u 2, il-Partijiet għandhom:

(a) ma jintroduċux klawżoli għall-qsim ta’ merkanzija fi ftehim futuri ma’ pajjiżi terzi dwar servizzi ta’ trasport marittimu u jtemmu tali disposizzjonijiet fil-każ li jeżistu fi ftehim bilaterali preċedenti f’perijodu ta’ żmien raġjonevoli;

(b) jeliminaw, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull miżura unilaterali amministrattiva, teknika jew oħra, li tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni indiretta u jkollha effetti diskriminatorji fuq il-proviżjon liberu ta’ servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali;

(ċ) jastjenu milli jimplimentaw mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim miżuri amministrattivi, tekniċi jew leġislattivi li jista’ jkollhom l-effett li jiddiskriminaw kontra ċittadini jew kumpanniji tal-Parti l-oħra fil-proviżjon ta’ servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali.

4.  Kull Parti għandha tippermetti lill-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi tal-Parti l-oħra li jkollhom, fuq bażi mhux diskriminatorja u fuq termini miftiehma bejn il-kumpanniji konċernati, aċċess għal u użu ta’ servizzi distributuri provduti minn kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi reġistrati fil-Parti ta’ l-ewwel għall-merkanzija internazzjonali bejn il-portijiet taċ-Ċina jew bejn il-portijiet ta’ Stat Membru tal-Komunità.

Artikolu 5

Presenza kummerċjali

Fir-rigward ta’ attivitajiet għall-proviżjon ta’ trasport marittimu internazzjonali ta’ merkanzija u servizzi loġistiċi, inklużi operazzjonijiet ta’ trasport multimodali minn bieb sa bieb, kull Parti għandha tippermetti li kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi tal-Parti l-oħra, jistabbilixxu sussidjarji ta’ propjetarju wieħed jew ta’ investimenti konġunti, uffiċċji tal-fergħat jew rappreżentattivi u, fir-rigward ta’ sussidjarji jew uffiċċji tal-fergħat biex jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet ekonomiċi, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom. Tali attivitajiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(1) is-solleċitazzjoni tal-merkanzija u r-riserva ta’ l-ispazju;

(2) it-tfassil, il-konferma, it-trattament u l-ħruġ ta’ polza tat-tagħbija, inkluż dak li hu aċċettat b’mod komuni permezz ta’ polza ta’ tagħbija fit-trasport marittimu internazzjonali; it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni dwar dokumenti tat-trasport u dokumenti tad-dwana;

(3) l-iffissar, il-ġbir u t-tneħħija ta’ piżijiet ta’ merkanzija u oħrajn li jirriżultaw abbażi ta’ kuntratti ta’ servizz u rati tariffarji;

(4) in-negozjar u l-iffirmar ta’ kuntratti ta’ servizz;

(5) l-iffirmar ta’ kuntratti għal ġarr bit-trakkijiet, trasport bil-ferrovija, trattament ta’ merkanzija u servizzi awżiljari relatati oħra;

(6) rati tariffarji ta’ kwotazzjoni u pubblikazzjoni;

(7) l-involviment f’attivitajiet ta’ marketing relatati mas-servizz tagħhom;

(8) il-proprjetà ta’ tagħmir meħtieġ għall-attivitajiet ekonomiċi;

(9) il-proviżjon ta’ informazzjoni dwar in-negozju b’kwalunkwe mezz, inklużi sistemi ta’ informazzjoni kompjuterizzati u skambju intern ta’ data elettronika, bla ħsara għal kwalunkwe restrizzjoni mhux diskriminatorja dwar it-telekomunikazzjonijiet;

(10) l-istabbiliment ta’ intrapriżi konġunti ma’ kwalunkwe aġenzija stabbilita lokalment ta’ attivitajiet marittimi biex jimpenjaw ruħhom f’negozji relatati ma’ agenzija, bħall-organizzazzjoni tal-waqfa tal-bastimenti jew it-twassila ta’ merkanzija għal kunsinna.

Artikolu 6

Trasparenza

1.  Kull Parti għandha, wara konsultazzjoni minn qabel u notifika xierqa minn qabel, tippubblika minnufih kull miżura rilevanti ta’ applikazzjoni ġenerali, li hi rilevanti għal jew taffettwa t-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.

2.  Fejn il-pubblikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 mhix prattikabbli, tali informazzjoni għandha tiġi magħmula pubblika xort’oħra.

3.  Kull Parti għandha twieġeb minnufih għat-talbiet kollha mill-Parti l-oħra għal informazzjoni speċifika dwar kwalunkwe miżura tagħha ta’ applikazzjoni ġenerali fis-sens tat-tifsira tal-paragrafu 1.

Artikolu 7

Regolament domestiku

1.  Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-miżuri kollha ta’ applikazzjoni ġenerali li jaffettwaw il-kummerċ f’servizzi ta’ trasport marittimu internazzjonali huma amministrati b’mod raġjonevoli, objettiv u imparzjali.

2.  F’dawk il-każi fejn hi meħtieġa awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti għandhom, f’perijodu raġjonevoli ta’ żmien wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kkunsidrata kompleta taħt il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi, jinfurmaw lill-applikant tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. Fuq talba ta’ l-applikant, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien żejjed, informazzjoni dwar l-istatus ta’ l-applikazzjoni.

3.  Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri relatati ma’ standards tekniċi u l-ħtiġiet u l-proċeduri għall-liċenzja ma jikkostitwux ostakli għall-kummerċ mhux meħtieġa, il-ħtiġiet għandhom ikunu bbażati fuq kriterji objettivi, mhux diskriminatorji, pre-stabbiliti u trasparenti, bħall-kapaċità li jiġi provdut is-servizz; u fil-każ ta’ proċeduri għall-liċenzja, ma jkunux fihom infushom restrizzjoni fuq jew ostaklu għall-proviżjon tas-servizz.

Artikolu 8

Persunal EWLIENI

Is-sussidjarji ta’ proprjetarju wieħed jew ta’ investimenti konġunti, uffiċċji tal-fergħa jew rappreżentattivi tal-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi ta’ Parti waħda stabbiliti fil-Parti l-oħra għandhom ikunu ntitolati jimpjegaw persunal ewlieni, skond il-leġislazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż ospitanti, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħhom. Kull Parti għandha tiffaċilita l-kisba ta’ permessi ta’ xogħol u viżi għal impjegati barranin.

Artikolu 9

Ħlasijiet u movimenti ta’ kapital

1.  Dħul ta’ ċittadini jew kumpanniji ta’ Parti waħda li ġej minn trasport marittimu internazzjonali u operazzjonijiet multimodali fil-Parti l-oħra jista’ jiġi miftiehem f’muniti konvertibbli liberament.

2.  Id-dħul u l-infiq ta’ attivitajiet ekonomiċi tas-sussidjarji u l-uffiċċji tal-fergħa u rappreżentattivi tal-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi ta’ Parti stabbilita fil-Parti l-oħra jistgħu jiġu miftiehma fil-munita tal-pajjiż ospitanti. Il-bilanċ wara l-ħlas ta’ ħlasijiet lokali mill-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi, sussidjarji, uffiċċji tal-fergħa u rappreżentanti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu mibgħuta barra l-pajjiż b’mod liberu skond ir-rata ta’ skambju tal-bank fid-data li jkunu ntbagħtu.

Artikolu 10

Koperazzjoni marittima

Il-Partijiet għandhom, għall-fini tal-promozzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ l-industrija marittima tagħhom, jinkoraġġixxu lill-awtoritjiet kompetenti, il-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi, il-portijiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka rilevanti, l-universitajiet u l-kulleġġi tagħhom biex jikkoperaw, inklużi, iżda mhux limitati, fl oqsma li ġejjin:

(1) l-iskambju ta’ fehmiet relatati ma’ l-attivitajiet tagħhom fil-qafas ta’ organizzazzjonijiet marittimi internazzjonali;

(2) il-formulazzjoni u l-perfezzjoni tal-leġislazzjoni relatata mat-trasport marittimu u l-amministrazzjoni tas-suq;

(3) il-promozzjoni ta’ servizz ta’ trasport marittimu effiċjenti għall-kummerċ internazzjonali bil-baħar permezz ta’ l-esplojtazzjoni effettiva ta’ portijiet u flotot tal-Partijiet;

(4) il-garanzija ta’ sigurtà ta’ l-attivitajiet marittimi u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar;

(5) il-promozzjoni ta’ edukazzjoni u taħriġ marittimu, speċjalment it-taħriġ ta’ baħrin;

(6) l-iskambju ta’ persunal, informazzjoni u teknoloġija xjentifika;

(7) it-tisħiħ ta’ l-isforzi tagħhom biex jiġu miġġielda l-piraterija u t-terroriżmu.

Artikolu 11

Konsultazzjonijiet u soluzzjoni ta’ disputi

1.  Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu l-proċeduri xierqa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kif suppost ta’ dan il-Ftehim.

2.  Jekk tinqala’ xi kwistjoni bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom ifittxu li jsolvu l-kwistjoni permezz ta’ konsultazzjoni amikevoli. Fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, għandha tiġi solvuta permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

Artikolu 12

Emenda

Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet u l-emenda tidħol fis-seħħ skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 13

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-wahda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju taċ-Ċina.

Artikolu 14

Test Awtentiku

Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji bid-Daniż,bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan u biċ-Ċiniż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Artikolu 15

Dewmien u dħul fis-seħħ

1.  Dan il-Ftehim hu konkluż għal perijodu ta’ ħames snin. Għandu jiġi mġedded b’mod taċitu kull sena sakemm waħda mill-Partijiet tiddenunzjah bil-miktub sitt xhur qabel id-data ta’ l-iskadenza.

2.  Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess.

Dan il-Ftehim għandu jidhol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu ġew kompletati.

3.  Jekk dan il-Ftehim hu inqas favorevoli dwar ċerti kwistjonijiet minn xi ftehim bilaterali eżistenti bejn Stati Membri individwali tal-Komunità u ċ-Ċina, id-disposizzjonijiet iktar favorevoli għandhom jieħdu prevalenza mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Komunità u wara li jittieħed kont tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jissostitwixxu dawk tal-ftehim bilaterali preċedenti konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità u ċ-Ċina, jekk id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar huma jew inkonsistenti ma’ ta’ l-ewwel, ħlief għas-sitwazzjoni msemmija fis-sentenza preċedenti, jew identiċi għalihom. Id-disposizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti li mhumiex koperti minn dan il-Ftehim għandhom ikomplu japplikaw.

EN FE DE LO CUAL, los plenipotenciarios abajo firmantes suscriben el presente Acuerdo.

TIL BEKRÆFTELSE HERAF har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.

ZU URKUND DESSEN haben die unterzeichneten Bevollmächtigten dieses Abkommen unterzeichnet.

ΣΕ ΠΙΣΤΩΣΗ ΤΩΝ ΑΝΩΤΕΡΩ, οι υπογράφοντες πληρεξούσιοι έθεσαν την υπογραφή τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.

IN WITNESS WHEREOF the undersigned Plenipotentiaries have signed this Agreement.

EN FOI DE QUOI, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leur signature sur le présent accord.

IN FEDE DI CHE i Plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.

TEN BLIJKE WAARVAN de, hiertoe naar behoren gemachtigde, ondergetekenden hun handtekening onder deze overeenkomst hebben gesteld.

EM FÉ DO QUE, os abaixo-assinados apuseram as suas assinaturas no presente Acordo.

TÄMÄN VAKUUDEKSI alla mainitut täysivaltaiset edustajat ovat allekirjoittaneet tämän sopimuksen.

TILL BEVIS HÄRPÅ har undertecknade befullmäktigade undertecknat detta avtal.

image

Hecho en Bruselas, el seis de diciembre del dos mil dos.

Udfærdiget i Bruxelles den sjette december to tusind og to.

Geschehen zu Brüssel am sechsten Dezember zweitausendzwei.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις έξι Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δύο.

Done at Brussels on the sixth day of December in the year two thousand and two.

Fait à Bruxelles, le six décembre deux mille deux.

Fatto a Bruxelles, addì sei dicembre duemiladue.

Gedaan te Brussel, de zesde december tweeduizendtwee.

Feito em Bruxelas, em seis de Dezembro de dois mil e dois.

Tehty Brysselissä kuudentena päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakaksi.

Som skedde i Bryssel den sjätte december tjugohundratvå.

image

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

signatory

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

På Kongeriget Danmarks vegne

signatory

Für die Bundesrepublik Deutschland

signatory

signatory

Για την Ελληνική Δημοκρατία

signatory

Por el Reino de España

signatory

Pour la Republique française

signatory

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

signatory

Per la Repubblica italiana

signatory

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

signatory

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

signatory

Für die Republik Österreich

signatory

Pela República Portuguesa

signatory

Suomen tasavallan puolesta

signatory

För Konungariket Sverige

signatory

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

signatory

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

signatory

signatory

signatory

signatory

▼M1

PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati membri tagħha, min-naħa l-waħda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

minn hawn il quddiem l-“Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem “il-Komunità”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

min-naħa l-waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea u b’hekk mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għandhom ikunu Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fis-6 ta’ Diċembru 2002, (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”).

Artikolu 2

It-testi tal-Ftehim bil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka, li huma mehmuża ma’ dan il-Protokoll għandhom isiru awtentiċi taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mfassla skond l-Art. 14 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum li jidħol fis-seħħ il-Ftehim. Madankollu, jekk il-Partijiet Kontraenti japprovaw dan il-Protokoll f’data aktar tard minn dik tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Protokoll jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet innotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għall-approvazzjoni.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll huwa mfassal f’Beijing, fil-ħames jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u ħamsa, f’żewġ kopji, biċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Isvediż u ċ-Ċiniż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

signatory

signatory

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Communidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

signatory

signatory

signatory

Por el Gobierno de la República Popular China

Za vládu Čínské lidové republiky

For Folkerepublikken Kinas regering

Im Namen der Regierung der Volksrepublik China

Hiina Rahvavabariigi valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Λαϊκής Δημοκρατίας της Κίνας

For the Government of the People's Republic of China

Pour le gouvernement de la République populaire de Chine

Per il Governo della Repubblica popolare cinese

Kīnas Tautas Republikas vārdā

Kinijos Liaudies Respublikos Vyriausybės vardu

A Kínai Népköztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Voor de regering van de Volksrepubliek China

W imieniu rządu Chińskiej Republiki Ludowej

Pelo Governo da República Popular da China

Za vládu Čínskej l'udovej republiky

Za Vlado Ljudske republike Kitajske

Kiinan kansantasavallan hallituksen puolesta

På Folkrepubliken Kinas regerings vägnar

signatory

signatory

▼M2

PROTOKOLL

li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”, rappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

minn naħa l-waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk ukoll għall-Komunità, fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”).

Artikolu 2

It-testi tal-Ftehim fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena, mehmuża ma’ dan il-Protokoll, għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mfassla skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin rigward it-tlestija tal-proċeduri legali interni għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tiġi rċevuta l-aħħar notifika bil-miktub.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament fi Brussell, fil-wieħed u tletin jum ta’ Marzu tas-sena elfejn u disgħa, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u biċ-Ċiniż, b’kull test ugwalment awtentiku.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

signatory

signatory

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

signatory

signatory

signatory

За правителството на Китайската народна република

Por el Gobierno de la República Popular China

Za vládu Čínské lidové republiky

For Folkerepublikken Kinas regering

Im Namen der Regierung der Volksrepublik China

Hiina Rahvavabariigi valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Λαϊκής Δημοκρατίας της Κίνας

For the Government of the People's Republic of China

Pour la gouvernement de la République populaire de Chine

Per il Governo della Repubblica popolare cinese

Kīnas Tautas Republikas vārdā

Kinijos Liaudies Respublikos Vyriausybės vardu

A Ķīnas Népköztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Voor de regering van de Volksrepubliek China

W imieniu rządu Chińskiej Republiki Ludowej

Pelo Governo da República Popular da China

Pentru Guvernul Republicii Populare Chineze

Za vládu Čínskej l'udovej republiky

Za Vlado Ljudske republike Kitajske

Kiinan kansantasavallan hallituksen puolesta

På Folkrepubliken Kinas regerings vägnar

signatory

signatory

▼M3

PROTOKOLL

li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda,

u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha taderixxi għall-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-6 ta' Diċembru 2002, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2008 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

Artikolu 2

It-test tal-Ftehim fil-lingwa Kroata, li hu mehmuż ma' dan il-Protokoll, għandu jsir awtentiku taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra mfassla skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin permezz tal-kanali diplomatiċi rigward it-tlestija tal-proċeduri legali interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-aħħar notifika bil-miktub.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll għandu jitfassal duplikatament, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u biċ-Ċiniż, b'kull test ugwalment awtentiku.

Magħmul fi Brussell, fil-wieħed u għoxrin jum ta' Diċembru fis-sena elfejn u tmintax.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

signatory

signatory

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

signatory

signatory

За правителството на Киtайската Народна Република

Por el Gobierno de la República Popular China

Za vládu Čínské lidové republiky

For Folkerepublikken Kinas regering

Für die Regierung der Volksrepublik China

Hiina Rahvavabariigi valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Λαϊκής Δημοκρατίας της Κίνας

For the Government of the People’s Republic of China

Pour le gouvernement de la République populaire de Chine

Za Vladu Narodne Republike Kine

Per il Governo della Repubblica popolare cinese

Ķīnas Tautas Republikas valdības vārdā –

Kinijos Liaudies Respublikos Vyriausybės vardu

A Kínai Népköztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Voor de Regering van de Volksrepubliek China

W imieniu rządu Chińskiej Republiki Ludowej

Pelo Governo da República Popular da China

Pentru Guvernul Republicii Populare Chineze

Za vládu Čínskej ľudovej republiky

Za Vlado Ljudske republike Kitajske

Kiinan kansantasavallan hallituksen puolesta

För Folkrepubliken Kinas regering

signatory

signatory