02004R0273 — MT — 03.06.2024 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 273/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 047 18.2.2004, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009 |
L 87 |
109 |
31.3.2009 |
|
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1258/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Novembru 2013 |
L 330 |
21 |
10.12.2013 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1443 tad-29 ta' Ġunju 2016 |
L 235 |
6 |
1.9.2016 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/729 tas-26 ta' Frar 2018 |
L 123 |
4 |
18.5.2018 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1737 tal-14 ta’ Lulju 2020 |
L 392 |
1 |
23.11.2020 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1518 tad-29 ta’ Marzu 2022 |
L 236 |
1 |
13.9.2022 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/196 tal-25 ta’ Novembru 2022 |
L 27 |
1 |
31.1.2023 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1331 tat-28 ta’ Frar 2024 |
L 1331 |
1 |
14.5.2024 |
|
Ikkoreġut bi:
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 273/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Frar 2004
dwar prekursuri tad-droga
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Ambitu u għanijiet
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri armonizzati għall-kontroll u l-monitoraġġ intra-Unjoni ta’ ċerti sustanzi użati ta’ sikwit għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi bil-ħsieb li jiġi impedut id-direttament ta’ dawn is-sustanzi.
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“sustanza skedata” tfisser kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I li tista’ tintuża għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, inklużi taħlitiet u prodotti naturali li fihom sustanzi bħal dawn iżda li teskludi taħlitiet u prodotti naturali li fihom sustanzi skedati u li huma magħmula b’tali mod li s-sustanzi skedati ma jkunux jistgħu jintużaw faċilment jew jiġu estratti permezz ta’ mezzi applikabbli faċilment jew ekonomikament vijabbli, prodotti mediċinali kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u prodotti mediċinali veterinarji kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“sustanza mhux skedata” tfisser kull sustanza li, għalkemm mhijiex imniżżla fl-Anness I, hija identifikata bħala li ntużat għall-fabbrikazzjoni illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi;
“tqegħid fis-suq” tfisser kull provvista, sewwa jekk bil-prospett ta’ ħlas u sewwa jekk bla ħlas, ta’ sustanzi skedati fl-Unjoni; jew il-ħażna, il-fabbrikazzjoni, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċ, id-distribuzzjoni jew l-intermedjar ta’ dawn is-sustanzi bil-għan li jiġu pprovduti fl-Unjoni;
“operatur” ifisser kull persuna naturali jew legali mqabbda fit-tqegħid fis-suq ta' sustanzi skedati;
“Bord ta' Kontroll Internazzjonali tan-Narkotiċi” ifisser il-Bord stabbilit mill-Konvenzjoni Waħdanija dwar Drogi Narkotiċi ta' l-1961, kif emendata mill-Protokoll ta' l-1972;
“liċenza speċjali” tfisser liċenza li tingħata lil tip partikolari ta' operatur;
“reġistrazzjoni speċjali” tfisser reġistrazzjoni li ssir għal tip partikolari ta' operatur;
“utent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika ħlief operatur li tippossjedi sustanza skedata u hija involuta fl-ipproċessar, formulazzjoni, konsum, ħażna, żamma, trattament, mili f’kontenituri, trasferiment minn kontenitur għall-ieħor, taħlit, trasformazzjoni jew kwalunkwe utilizzazzjoni oħra ta’ sustanzi skedati;
“prodotti naturali” tfisser organiżmu jew parti minnu fi kwalunkwe forma, jew kwalunkwe sustanza li sseħħ fin-natura kif definit fil-punt 39 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Artikolu 3
Ħtiġijiet għat-tqegħid fis-suq ta' sustanzi skedati
Fejn tiġi imposta miżata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jaġġustaw il-livell tal-miżata skont id-daqs tal-impriża. Din il-miżata għandha tiġi imposta b’mod mhux diskriminatorju u m’għandhiex taqbeż l-ispiża tal-ipproċessar tal-applikazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a fir-rigward tar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-:
għoti tal-liċenzja, inkluż fejn rilevanti, il-kategoriji ta’ data personali li għandhom jiġu pprovduti;
għoti tar-reġistrazzjoni, inkluż fejn rilevanti, il-kategoriji ta’ data personali, li għandhom jiġu pprovduti;
elenkar tal-operaturi u l-utenti fid-database Ewropea msemmija fl-Artikolu 13a skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.
Il-kategoriji ta’ data personali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jinkludu d-data dwar kategoriji speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Artikolu 4
Dikjarazzjoni tal-konsumatur
Bħala alternattiva għad-dikjarazzjoni msemmija fuq għal transazzjoni individwali, operatur li regolarment jipprovdi lil konsumatur b'sustanza skedata ta' kategorija 2 ta' l-Anness I jista' jaċċetta dikjarazzjoni waħdanija rigward numru ta' transazzjonijiet involuti f'din is-sustanza skedata fuq perjodu li ma jaqbiżx is-sena, basta iżda li l-operatur huwa sodisfatt li l-kriterji li ġejjin ikunu ntlaħqu:
il-konsumatur ikun ġie provvdut mill-operatur bs-sustanza f'għall-inqas tliet okkażżjonijiet fit-12-il xahar ta' qabel;
l-operatur m'għandu l-ebda raġuni li jissoponi li s-sustanza se tintuża għal għanijiet illeċiti;
il-kwantitajiet ordnati huma konsistenti mal-konsum tas-soltu għal dak il-konsumatur.
Din id-dikjarazzjoni għandha tikkonforma mal-mudell dikjarat f'punt 2 ta' l-Anness III. Fil-każ ta' persuni legali, id-dikjarazzjoni għandha ssir fuq karti b'intestatura (headed notepaper).
Artikolu 5
Dokumentazzjoni
Dokumenti kummerċjali bħal ma huma fatturi, manifesti ta' merkanzija, dokumenti amministrattivi, dokumenti ta' trasport u ta' trasport ieħor bil-baħar għandhom jikkontjenu tagħrif biżżejjed biex jidentifikaw pożittivament:
l-isem tas-sustanza skedata kif mogħti fil-kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I;
il-kwantita u l-użin tas-sustanza skedata u, fejn taħlita jew prodott naturali huma konċernati, il-kwantita u l-użin, jekk ikunu disponibbli, tat-taħlita jew il-prodott naturali kif ukoll il-kwantita u l-użin, jew il-persentaġġ skond l-użin, ta' kull sustanza jew sustanzi ta' kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I li jinstabu fit-taħlita;
l-isem u l-indirizz tal-provveditur, id-distributur, id-destinatarju, u, jekk ikun possibli, ta' l-operaturi l-oħra direttament involuti fit-transazzjoni, kif riferit fl-Artikolu 2(ċ) u (d).
Id-dokumentazzjoni tista' tinżamm ukoll fil-forma ta' riproduzzjonijiet fuq medju tad-dehra jew medja oħra ta' fatti magħrufa (data). Irid jiġi żgurat li l-fatti magħrufa (data) maħżuna:
jaqblu mad-dokumentazzjoni fid-dehra u l-kontenut meta jsiru b'mod li jinqara, u
huma disponibbli fil-pront f'kull żmien, u jistgħu isiru b'mod li jinqara mingħajr dewmien u jistgħu jiġu analizzati b'mezzi awtomatiċi (automated) għat-tul ta' żmien tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5.
Artikolu 6
Eżenzjonijiet
L-obbligi skond l-Artikoli 3, 4 u 5 m'għandhomx japplikaw għal transazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati ta' kategorija 2 ta' l-Anness I fejn il-kwantitajiet involuti ma jaqbżux dawk indikati fl-Anness II fuq perjodu ta' sena.
Artikolu 7
Tikkettjar
Operaturi għandhom jiżguraw li t-tikketti jitwaħħlu ma' sustanzi skedati ta' kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I qabel ma jiġu provvduti. It-tikketti jridu juru l-ismijiet tas-sustanzi kif jingħata fl-Anness I. Operaturi jistgħu b'żieda ma' dan iwaħħlu t-tikketti tagħhom tas-soltu.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-ittikkettjar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati.
Artikolu 8
Notifika lill-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 9
Linji ta' gwida
Il-linji ta' gwida għandhom jipprovdu b' mod partikolari:
tagħrif dwar kif jintgħarfu u jiġu mgħarrfa transazzjonijiet suspettużi;
lista aġġornata b'mod regolari ta' sustanzi mhux skedati biex tgħin lill-industrija timmonitorja fuq bażi volontarja il-kummerċ f'dawn is-sustanzi;
tagħrif ieħor li jista' jitqies ta' użu.
Artikolu 10
Poteri u obbligi ta' awtoritajiet kompetenti
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta' l-Artikoli 3 sa 8, kull Stat Membru għandu jadotta miżuri meħtieġa sabiex igħin lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex iwettqu d-dazji ta' kontroll u monitorjar tagħhom, u b'mod partikolari:
li jiksbu tagħrif dwar kull ordni għal sustanzi skedati jew operati li jinvolvu sustanzi skedati;
li jidħlu fil-bini tan-negozju tal-operaturi u tal-utenti sabiex jiksbu provi ta’ irregolaritajiet;
fejn meħtieġ, li jżommu u jissekwestraw konsenji li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament.
Kull Stat Membru jista’ jadotta l-miżuri meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti ikunu f’pożizzjoni li jikkontrollaw u jimmonitorjaw transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati, u b’mod partikolari:
li jiksbu informazzjoni dwar kull ordni għal sustanzi mhux skedati jew operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi mhux skedati;
li jidħlu fil-bini tan-negozju sabiex jiksbu provi ta’ transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati;
fejn meħtieġ, iżommu u jissekwestraw konsenji biex jiġi evitat l-użu ta’ sustanzi speċifiċi mhux skedati fil-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.
Artikolu 11
Koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
Artikolu 12
Il-Penali
L-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-disposizzjonjiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li qed jiġu implimentati. Il-penali provvduti jistgħu jkunu effettivi, proporzjonati u dissuasive.
Artikolu 13
Komunikazzjoni mill-Istati Membri
Artikolu 13a
Database Ewropea dwar prekursuri tad-droga
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi database Ewropea dwar prekursuri tad-droga bil-funzjonijiet li ġejjin:
li tiffaċilita l-komunikazzjoni tal-informazzjoni, fejn hu possibbli b’mod aggregat u anonimu, skont l-Artikolu 13(1), l-analiżi u s-sinteżi ta’ dik l-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni, u r-rappurtar lill-Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi skont l-Artikolu 13(3);
li toħloq reġistru Ewropew tal-operaturi u l-utenti, li ngħataw liċenzja jew reġistrazzjoni;
li tagħmilha possibbli għall-operaturi li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar it-transazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 8(2) f’forma elettronika, kif speċifikat fil-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14.
Data personali għandha tiġi inkluża fid-database Ewropea biss wara l-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 3(8) u l-Artikolu 8(3).
Artikolu 13b
Protezzjoni tad-data
Artikolu 14
Atti ta’ Implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
regoli dwar kif isiru dikjarazzjonijiet mill-klijent imsemmija fl-Artikolu 4 f’forma elettronika, fejn xieraq;
regoli dwar kif għandha tingħata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2), inkluż fejn xieraq, f’forma elettronika għad-database Ewropea, fejn xieraq;
regoli ta’ proċedura għall-għoti ta’ liċenzji u ta’ reġistrazzjonijiet u għall-elenkar ta’ operaturi u utenti fid-database Ewropea kif imsemmi fl-Artikoli 3(2), 3(6) u 3(7).
Artikolu 14a
Proċedura tal-kumitat
Artikolu 15
Adattament tal-Annessi
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a sabiex tadatta l-Annessi I, II u III għal xejriet ġodda fid-dirottament tal-prekursuri tad-droga u biex issegwi kwalunkwe emenda għat-tabelli fl-Anness mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.
Artikolu 15a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 16
Informazzjoni dwar miżuri adottati mill-Istati Membri
Artikolu 17
Revokazzjonijiet
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta' Awissu 2005, minbarra għall-Artikoli 9, 14 u 15, li għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi permessa l-adozzjoni tal-miżuri provvduti f'dawn l-Artikoli. Dawn il-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ l-aktar kmieni fit-18 ta' Awissu 2005.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta’ sustanzi skedati
KATEGORIJA 1
|
Sustanza |
Nomina tan-NM (jekk differenti) |
kodiċi NM (1) |
Nru ta' CAS (2) |
|
1-phenyl-2-propanone |
Phenylacetone |
2914 31 00 |
103-79-7 |
|
Dietil (fenilaċetil) propanedioat (DEPAPD) |
|
2918 30 00 |
20320-59-6 |
|
Metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA) |
|
2918 30 00 |
16648-44-5 |
|
Etil alfa-fenilaċetoaċetat (EAPA) (4) |
|
Ex 2918 30 00 |
5413-05-8 |
|
▼M8 ————— |
|||
|
2-metil-3-fenilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku BMK) (6) |
|
2918 99 90 |
25547-51-7 |
|
N-acetylanthranilic acid |
2-acetamidobenzoic acid |
2924 23 00 |
89-52-1 |
|
Alfa-fenilaċetoaċetammid (APAA) |
|
2924 29 70 |
4433-77-6 |
|
Alfa-fenilaċetoaċetonitril (APAAN) |
|
2926 40 00 |
4468-48-8 |
|
Isosafrol (cis + trans) |
|
2932 91 00 |
120-58-1 |
|
3,4-methylenedioxyphenyl- propan-2-one |
1-(1,3-Benzodioxol-5- yl)propan-2-one |
2932 92 00 |
4676-39-5 |
|
Piperonal |
|
2932 93 00 |
120-57-0 |
|
Safrole |
|
2932 94 00 |
94-59-7 |
|
▼M8 ————— |
|||
|
Metil 3-osso-2-(3,4-metilenediossifenil)butanoat (MAMDPA) (5) |
metil 3-osso-2-(3,4-metilenediossifenil)butanoat |
Ex 2932 99 00 |
1369021-80-6 |
|
3-(1,3-benżodiossol-5-il)-2-metilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku PMK)) (7) |
|
2932 99 00 |
2167189-50-4 |
|
Malonat tal-isopropiliden (2-(3,4-metilendiossifenil)aċetil) (IMDPAM) (8) |
IMDPAM |
2932 99 00 |
|
|
N-fenil-1-(2-feniletil)piperidin-4-ammina |
4-anilino-N- fenetilpiperidina (ANPP) |
2933 36 00 |
21409-26-7 |
|
1-(2-feniletil)piperidin-4-on |
N-fenetil-4-piperidon (NPP) |
2933 37 00 |
39742-60-4 |
|
N-fenilpiperidin-4-ammina (4-AP) |
|
2933 39 99 |
23056-29-3 |
|
Tert-butil 4-anilinopiperidina-1-karbossilat (1-boc-4-AP) |
|
2933 39 99 |
125541-22-2 |
|
N-fenil-N-(piperidina-4-il)propanammid (norfentanil) |
|
2933 39 99 |
1609-66-1 |
|
Ephedrine |
|
2939 41 00 |
299-42-3 |
|
Pseudoephedrine |
|
2939 42 00 |
90-82-4 |
|
Norephedrine |
|
►M2 2939 44 00 ◄ |
14838-15-4 |
|
Ergometrine |
|
2939 61 00 |
60-79-7 |
|
Ergotamine |
|
2939 62 00 |
113-15-5 |
|
Lysergic acid |
|
2939 63 00 |
82-58-6 |
|
Il-forom stereoisomeriċi tas-sustanzi mniżżla f'lista f'din il-kategorija mhumiex cathine (3), kull meta l-eżistenza ta' dawn il-forom hija possibbli. |
|||
|
L-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'lista f'din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta' dawn l-imluħa hija possibbli u li mhumiex l-imluħa ta' cathine. |
|||
|
(1R,2S)-(-)-kloroefedrina |
|
►M5 2939 79 90 ◄ |
110925-64-9 |
|
(1S,2R)-(+)-kloroefedrina |
|
►M5 2939 79 90 ◄ |
1384199-95-4 |
|
(1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina |
|
►M5 2939 79 90 ◄ |
73393-61-0 |
|
(1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina |
|
►M5 2939 79 90 ◄ |
771434-80-1 |
|
(1)
ĠU L 290, tat-28.10.2002, p. 1.
(2)
In-Nru ta' CAS huwa “n-numru ta' reġistru tas-servizzi ta' astratti kimiċi” li huwa identifikatur numeriku uniku speċifiku għal kull sustanza u l-istruttura tagħha. In-Nru ta' CAS huwa speċifiku għal kull isomeru u għal kull melħ ta' kull isomeru. Irid jiġi mifhum li n-Nri ta' CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'lista hawn fuq se jkunu differenti għal dawn mogħtija.
(3)
Imsemmi wkoll (+)-norpseudoephedrine, kodiċi tan-NM 2939 43 00 , Nru ta' CAS 492-39-7
(4)
Magħruf ukoll bħala etil 3-osso-2-fenilbutanoat, skont il-IUPAC (l-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata).
(5)
Magħruf ukoll bħala metil 2-(2H-1,3-benżodiossol-5-il)-3-ossobutanoat, skont il-IUPAC.
(6)
U l-esteri tal-etil, tal-metil (Nru CAS 80532-66-7), tal-propil, tal-isopropil, tal-butil, tal-isobutil, tas-sek-butil u tat-tert-butil tiegħu, bl-istess kodiċi NM bħall-aċidu gliċidiku BMK.
(7)
U l-esteri tal-etil (Nru CAS 28578-16-7), tal-metil (Nru CAS 13605-48-6), tal-propil, tal-isopropil, tal-butil, tal-isobutil, tas-sek-butil u tat-tert-butil tiegħu, bl-istess kodiċi NM bħall-aċidu gliċidiku PMK.
(8)
Magħruf ukoll bħala 5-[2-(1,3-benżodiossol-5-il)aċetil]–2,2-dimetil–1,3-diossan–4,6-dion, skont l-IUPAC (L-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata). |
|||
KATEGORIJA 2
SOTTOKATEGORIJA 2A
|
Sustanza |
Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM (17) |
Nru CAS (18) |
|
Fosforu aħmar |
|
►M8 2804 70 10 ◄ |
7723-14-0 |
|
Anidride aċetiku |
|
2915 24 00 |
108-24-7 |
|
L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli. |
|||
SOTTOKATEGORIJA 2B
|
Sustanza |
Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM (17) |
Nru CAS (18) |
|
Phenylacetic acid |
|
2916 34 00 |
103-82-2 |
|
Aċidu antraniliku |
|
118-92-3 |
|
|
Piperidina |
|
2933 32 00 |
110-89-4 |
|
Permanganat tal-potassju |
|
2841 61 00 |
7722-64-7 |
|
L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli. |
|||
KATEGORIJA 3
|
Sustanza |
Nomina tan-NM (jekk differenti) |
kodiċi NM (1) |
Nru ta' CAS (2) |
|
Aċidu idrokloriku |
Klorur ta' l-idroġenu |
2806 10 00 |
7647-01-0 |
|
Aċidu sulfiriku |
|
►M5 2807 00 00 ◄ |
7664-93-9 |
|
Tolwena |
|
2902 30 00 |
108-88-3 |
|
Ethyl ether |
Diethyl ether |
2909 11 00 |
60-29-7 |
|
Aċeton |
|
2914 11 00 |
67-64-1 |
|
Methylethylketone |
Butanone |
2914 12 00 |
78-93-3 |
|
L-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'lista f'din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta' dawn l-imluħa hija possibbli u li mhumiex l-imluħa ta' aċidu idrokloriku u aċidu sulfiriku. |
|||
|
(1)
ĠU L 290, tat-28.10.2002, p. 1.
(2)
In-Nru ta' CAS huwa “n-numru ta' reġistru tas-servizzi ta' astratti kimiċi” li huwa identifikatur numeriku uniku speċifiku għal kull sustanza u l-istruttura tagħha. In-Nru ta' CAS huwa speċifiku għal kull isomeru u għal kull melħ ta' kull isomeru. Irid jiġi mifhum li n-Nri ta' CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'lista hawn fuq se jkunu differenti għal dawn mogħtija. |
|||
ANNESS II
L-ANNESS III
1. Dikjarazzjoni mudell li għandha x'taqsam ma' transazzjonijiet individwali (kategorija 1 jew 2)
►(1) M2 —————
2. Dikjarazzjoni mudell li għandha x'taqsam ma' transazzjonijiet moltipli (kategorija 2)
( 1 ) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
( 2 ) Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).
( 3 ) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
( 4 ) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
( 5 ) ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).
( 6 ) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
( 7 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1).
( 8 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( 9 ) ĠU L 290, 28.10.2002, p. 1.
( 10 ) In-Nru CAS “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta’ identifikazzjoni uniku speċifiku għal kull sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru CAS huwa speċifiku għal kull iżomeru u għal kull melħ ta’ kull iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija.