02010X0612(02) — MT — 07.01.2012 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
(ĠU L 148 12.6.2010, p. 34) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 4 |
18 |
7.1.2012 |
||
Regolament Nru 23 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-fanali tar-rivers għall-vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom
Tinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-suppliment 15 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ:15 ta’ Ottubru 2008
|
WERREJ |
|
|
REGOLAMENT |
|
|
0. |
Ambitu |
|
1. |
Definizzjonijiet |
|
2. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
3. |
Sinjali |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
|
6. |
Intensità tad-dawl mitfugħ |
|
7. |
Proċedura tat-test |
|
8. |
Kulur tad-dawl mitfugħ |
|
9. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Sanzjonijiet għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
|
12. |
Ismijiet u indirizzi ta' Servizzi Tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta' testijiet ta' approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi |
|
ANNESSI |
|
|
Anness 1 – |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ fanal tar-rivers skont ir-Regolament Nru 23 |
|
Anness 2 – |
Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni |
|
Anness 3 – |
Kejl fotometriku |
|
Anness 4 – |
Ir-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni |
|
Anness 5 – |
Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur |
0. AMBITU
Dan ir-Regolament japplika għal fanali tar-rivers għal vetturi tal-kategoriji M, N, O, u T ( 1 ).
1. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
“Il-fanal tar-rivers” ifisser fanal tal-vettura ddisinjat biex jixgħel it-triq fuq wara tal-vettura u biex javża lil min ikun qed juża t-triq li v-vettura qed tirriversja jew daqt se tirriversja;
Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fi żmien l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.
“Fanali tar-rivers ta’ tipi differenti” tfisser fanali li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:
l-isem jew il-marka kummerċjali;
il-karatteristiċi tas-sistema ottika, (livelli ta’ intensità, angoli ta’ distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tal-bozza tal-filament, modulu tas-sors ta’ dawl, eċċ.);
Tibdil fil-kulur tal-bozza tal-filament jew fil-kulur ta’ kwalunkwe filtru ma jikkostitwix bidla tat-tip.
Ir-referenzi li saru f’dan ir-Regolament għal bozza(oz) tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fi żmien l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.
2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem jew il-marka kummerċjali, jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq.
Fuq għażla tal-applikant, hija tispeċifika li l-apparat jista’ jitwaħħal mal-vettura b’inklinazzjonijiet differenti tal-assi ta’ referenza fir-rigward tal-uċuħ ta’ referenza tal-vettura u jħares ’l isfel jew idur mal-assi ta’ referenza tiegħu; dawn il-kundizzjonijiet differenti tal-installazzjoni għandhom ikunu indikati fuq il-formola tal-komunikazzjoni.
2.2. Għal kull tip ta’ fanal tar-rivers, l-applikazzjoni jrid ikollha magħha:
tliet kopji tad-disinji, li fihom biżżejjed dettall li jippermetti identifikazzjoni tat-tip tal-fanal tar-rivers u li juru f’liema pożizzjoni(ijiet)ġeometriċi jista’ jintrama l-fanal fuq il-vettura; l-assi ta’ osservazzjoni li għandu jitqies bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0, angolu vertikali V = 0); u l-punt li għandu jitqies bħala ċ-ċentru ta’ referenza fit-testijiet imsemmija. Id-disinji jridu juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu addizzjonali b’rabta maċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni;
deskrizzjoni teknika qasira li tindika b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta’ fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li ma jistax jinbidel:
il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(oz) tal-filament preskritta(i); din il-kategorija ta’ bozza tal-filament għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fi żmien l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew
il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors ta’ dawl.
żewġ kampjuni. Jekk il-mezzi mhumiex identiċi iżda huma ugwali u xierqa biex jitwaħħlu waħda fuq in-naħa tax-xellug u waħda fuq il-lemin tal-vettura, iż-żewġ kampjuni mressqa jistgħu jkunu identiċi u jkunu jistgħu jitwaħħlu biss fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-vettura.
3. SINJALI
Il-kampjuni ta’ tip ta’ fanal tar-rivers imressqa għall-approvazzjoni għandhom:
juru l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; din il-marka għandha tinqara b’mod ċar u ma titħassarx;
bl-eċċezzjoni tal-fanali li jkollhom sorsi tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, juru marka li tista’ tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx, fejn tindika:
il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(oz) tal-filament preskritta(i); u/jew
il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors ta’ dawl.
jekk meħtieġ sabiex ikun evitat kull żball fit-twaħħil tal-fanal tar-rivers fuq il-vettura, ikollhom il-kelma “TOP” immarkata orizzontalment fuq il-parti ta’ fuq nett tal-wiċċ li jixgħel;
jipprovdu spazju xieraq għall-marka ta’ approvazzjoni u għas-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 4.3 hawn taħt; dan l-ispazju għandu jidher fuq id-disinn imsemmi fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq;
fil-każ ta’ fanali li jkollhom is-sors tad-dawl jew il-modulu(i) tas-sors tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, juru l-marka tal-vultaġġ jew il-medda ta’ vultaġġ, u l-qawwa f’watts.
fil-każ tal-fanali li jkollhom modulu(i) tas-sors ta’ dawl, il-modulu(i) tas-sors ta’ dawl għandu jkollhom:
l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-applikant; dawn il-marki jridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux;
il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu; dawn il-marki jridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux. Dan il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jinkludi fil-bidu l-ittri “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.3.1.1 hawn taħt u, f’każ li jintużaw diversi moduli ta’ sors ta’ dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew sinjali addizzjonali; dan il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jidher fid-disinji msemmija fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq.
Il-marka tal-approvazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun l-istess bħal dik ta’ fuq il-fanal li fih jintuża l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.
is-sinjali tal-vultaġġ u tal-qawwa f’watts.
4. APPROVAZZJONI
|
4.1. |
Jekk iż-żewġ kampjuni ta’ tip ta’ fanal tar-rivers jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni. |
|
4.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal tar-rivers kopert minn dan ir-Regolament. L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ fanal tar-rivers skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. |
|
4.3. |
Kull fanal tar-rivers li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollu fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 3.4. hawn fuq, minbarra l-marka u l-partikularitajiet preskritti hawn fuq fil-paragrafi 3.1, 3.2 u 3.3 jew 3.5 rispettivament:
4.3.1.
marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:
4.3.1.1.
ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; ( 2 )/u
4.3.1.2.
numru tal-approvazzjoni;
4.3.2.
simbolu addizzjonali li jikkonsisti f’l-ittri A u R, mħalltin kif muri fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regoalment.
4.3.3.
L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni li jindikaw l-aktar serje riċenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu fil-viċinanzi tas-simbolu addizzjonali “AR.”.
4.3.4.
Fuq fanali li l-angoli tal-viżibbiltà tagħhom jkunu asimetriċi fir-rigward tal-alinjament ta’ referenza f’direzzjoni orizzontali, vleġġa li tipponta lejn il-ġenb li fuqha l-kundizzjonijiet fotometriċi jkunu milħuqa sa angolu ta’ 45° H. |
|
4.4. |
Fanali indipendenti Jekk tipi differenti ta’ fanali li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, jużaw l-istess lenti interna li jkollha l-istess kulur jew kulur differenti, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti f’ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni, u min-numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titpoġġa f’kull post fuq il-fanal, sakemm:
4.4.1.
Din tkun viżibbli wara l-installazzjoni tagħhom.
4.4.2.
Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal, xieraq għal kull Regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni, u jekk ikun neċessarju, il-vleġġa meħtieġa għandha tkun immarkata.
4.4.3.
Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda ma għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali bir-Regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni.
4.4.4.
Il-qafas ewlieni tal-fanal għandu jinkludi l-ispazju deskritt fil-paragrafu 3.4 hawn fuq u għandu jkollu l-marka tal-approvazzjoni tal-funzjoni(jiet) attwali.
4.4.5.
Il-Mudell E fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marka tal-approvazzjoni permezz tas-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq. |
|
4.5. |
Meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess immuntar ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, l-approvazzjoni tingħata biss jekk kull fanal jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew ta’ xi Regolament ieħor. Il-fanali li ma jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawk ir-Regolamenti ma għandhomx ikunu parti minn dan l-immuntar ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. 4.5.1. Il-komponenti li jittrażmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament u li ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ numru ta’ Regolamenti, jistgħu jkunu mmarkati b’sinjal wieħed tal-approvazzjoni li jikkonsisti f’ċirku bl-ittra “E” fin-nofs tiegħu u warajha n-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni, in-numru tal-approvazzjoni u, fejn japplika, il-vleġġa obbligatorja. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titpoġġa fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:
4.5.1.1.
Tkun għadha tidher anki wara li jkunu mmuntati fuq il-vettura;
4.5.1.2.
l-ebda komponenti li jittrażmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka tal-approvazzjoni. 4.5.2. Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje ta’ emendi korrispondenti li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar riċenti għar-Regolament dakinhar tal-ħruġ tal-approvazzjoni, għandu jkun immarkat:
4.5.2.1.
Jew fuq il-wiċċ proprju li jittrażmetti d-dawl,
4.5.2.2.
Kemm fi grupp, b’mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, jistgħu jingħarfu b’mod ċar (ara tliet eżempji possibbli fl-Anness 2). 4.5.3. Id-daqs tal-komponenti ta’ sinjal waħdieni ma jkunux iżgħar mid-daqs minimu għall-iżgħar sinjal waħdieni obbligatorju skont ir-Regolament li taħtu saret l-approvazzjoni. 4.5.4. Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax talloka l-istess numru lil tipi differenti ta’ fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament li jkunu koperti minn dan ir-Regolament. |
|
4.6. |
Il-marka u s-simbolu msemmija fil-paragrafi 4.3.1 u 4.3.2 iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-fanal tar-rivers ikun imwaħħal fuq il-vettura. |
|
4.7. |
L-Anness 2 jagħti eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni għal fanal wieħed (il-Figura 1) u għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament (il-Figura 2) bis-simboli addizzjonali kollha msemmija hawn fuq li fihom l-ittri A u R huma mħalltin. |
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
5.1. Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi hawn taħt.
5.2. Il-fanali tar-rivers ta’ wara għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li meta jintużaw b’mod normali, minkejja l-vibrazzjoni li mbagħad jistgħu jkunu soġġetti għaliha, dawn ikomplu jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament.
5.3. Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi ċċekkjat li:
Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:
li kull modulu tas-sors tad-dawl jista’ jeħel biss fil-post maħsub għalih u korrett u jista’ jitneħħa biss permezz tal-għodda(od);
Jekk ikun hemm aktar minn modulu tas-sors tad-dawl wieħed fl-apparat, il-moduli tas-sors tad-dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jinbidlu fl-istess fanal.
Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandhom ikunu b’mod li ma jistgħux jiġu mittiefsa.
Modulu ta’ sors tad-dawl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu tal-għodda jew l-għodod, ma jista jiġi skambjat mekkanikament mal-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat.
5.4. Fil-każ ta’ bozza jew bozoz tal-filament li jistgħu jinbidlu:
Kull kategorija jew kategoriji ta’ bozza jew bozoz tal-filament approvati skont ir-Regolament Nru 37 jistgħu jintużaw, sakemm ma ssir l-ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għal-approvazzjoni tat-tip.
Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tista’ titwaħħal fl-ebda pożizzjoni ħlief f’dik it-tajba.
L-apparat li jżomm il-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC60061. Tapplika l-folja tad-dejta ta’ dan l-apparat għall-bozza tal-filament użata.
6. INTENSITÀ TAD-DAWL TRAŻMESS
6.1. L-intensità tad-dawl trażmess minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun inqas mill-minimu u mhux aktar mill-massimi speċifikati hawn taħt u għandha titkejjel b’rabta mal-assi ta’ referenza fid-direzzjonijiet murija hawn taħt (espressi fi gradi tal-angolu mal-assi ta’ referenza).
6.2. L-intensità matul l-assi tar-riferenza m’għandhiex tkun inqas minn 80 candelas.
6.3. L-intensità tad-dawl mitfugħ fid-direzzjonijiet kollha li fihom id-dawl jista’ jkun osservat m’għandhiex teċċedi:
6.4. F’kull direzzjoni oħra tal-kejl muri fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, l-intensità tad-dawl m’għandhiex tkun inqas mill-minimi speċifikati f’dak l-anness.
Madankollu, fil-każ fejn il-fanal tar-rivers hu maħsub biex jiġi installat fuq vettura esklussivament f’par ta’ apparati, l-intensità fotometrika tista’ tiġi vverifikata biss sa angolu ta’ 30° ’il ġewwa fejn valur fotometriku ta’ mill-inqas 25 cd għandu jiġi ssodisfat.
Din il-kundizzjoni għandha tkun spjegata fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni u d-dokumenti relatati (ara l-paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament).
Barra minn dan, fil-każ fejn tingħata l-approvazzjoni tat-tip billi tiġi applikata l-kundizzjoni t’hawn fuq, dikjarazzjoni fil-paragrafu 11. “Kummenti” tal-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament), se tinforma li l-apparat għandu jkun installat biss f’par.
6.5. Fil-każ ta’ fanal wieħed li għandu aktar minn sors wieħed ta’ dawl, il-fanal għandu jikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta xi sors wieħed tad-dawl ikollu l-ħsara u meta s-sorsi kolla tad-dawl jinxtegħlu, l-intensitajiet massimi ma għandhomx jinqabżu. Grupp ta’ sorsi tad-dawl, ikkomunikati b’mod li jekk jinqata’ kwalunkwe wieħed minnhom jikkawża qtugħ ta’ dawl fl-oħrajn kollha, għandu jkun ikkunsidrat bħala sors wieħed tad-dawl.
7. PROĊEDURI TAT-TESTIJIET
7.1. Il-kejl kollu, fotometriku u kolorimetriku, għandu jsir:
Fil-każ ta’ fanal b’sors ta’ dawl li jista’ jinbidel, jekk mhux fornut permezz ta’ tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl b’bozza tal-filament standard bla kulur tal-kategorija preskritta għall-apparat, fornut bil-vultaġġ neċessarju biex jiġi prodott fluss tad-dawl ta’ referenza meħtieġ għal dik il-kategorija ta’ bozza tal-filament.
Fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (bozoz tal-filament u oħrajn), f’6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.
Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl, li jkun parti mill-fanal ( 3 )/li japplika fit-terminali ta’ dħul tal-bozza l-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur jew, jekk mhux indikat, 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.
Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl jew kontroll ta’ intensità varjabbli, li ma jkunx parti mill-fanal, il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur għandu jiġi applikat fit-terminali tad-dħul tal-fanal.
7.2. Is-Servizz Tekniku għandu jirrikjedi mill-manifattur it-tagħmir ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl meħtieġ biex jiġu fornuti s-sors ta’ dawl u l-funzjonijiet applikabbli.
7.3. Il-vultaġġ li jrid jiġi applikat lill-fanal għandu jiġi nnotat fil-formola ta’ komunikazzjoni fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
7.4. Għal kull fanal għajr dawk mgħammra b’bozoz tal-filament l-intensitajiet tad-dawl, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ użu tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni ta’ intensità luminuża wara 30 minuta ta’ użu billi jiġi applikat ma’ kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ użu.
7.5. Għandhom jiġu ddeterminati l-limiti tal-wiċċ li jidhru fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat li jagħti sinjal bid-dawl.
8. KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ
Il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-kamp tal-grilja tad-distribuzzjoni tad-dawl definit fil-paragrafu 2. tal-Anness 3 għandu jkun abjad. Għall-verifika ta’ dawn il-karatteristiċi kolorimetriċi, il-proċedura tal-ittestjar deskritta fil-paragrafu 7. ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi applikata. Barra minn din il-kamp ma għandha tidher ebda varjazzjoni mmarkata ta’ kulur.
Madankollu, għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (bozoz tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont is-subparagrafi rilevanti tal-paragrafu 7.1. ta’ dan ir-Regolament.
9. KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/KEE/324-E/KEE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
Il-fanali approvati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6 u 8 hawn fuq.
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur stabbiliti fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.
L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull stabbiliment ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.
10. SANZJONIJIET GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
10.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta’ fanal tar-rivers skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti msemmija qabel jew jekk il-fanal tar-rivers li jkollu l-marka msemmija fil-paragrafi 4.3.1 u 4.3.2 ma jikkonformax mat-tip approvat.
10.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.
11. PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ fanal tar-rivers approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Hekk kif tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tavża b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
12. ISMIJIET U INIDRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TA’ DIPARTMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.
ANNESS 1
KOMUNIKAZZJONI
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ANNESS 2
EŻEMPJI TAL-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI
Dijagramma 1
Il-Marki għal fanali waħdanin
MUDELL A
A = 8 mm min.
L-apparat bil-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq huwa fanal tar-rivers li ġie approvat fl-Olanda (E4) skont ir-Regolament Nru 23 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 221. In-numru ta’ approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 23 fil-forma oriġinali tiegħu jew kif ġie emendat mis-Supplimenti 1 u/jew 2, jekk ikun il-każ. Il-vleġġa turi l-ġenb li fuqu l-ispeċfikazzjonijiet fotometriċi meħtieġa huma milħuqa sa angolu ta’ 45°H.
Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra “E”, jew lejn ix-xellug jew lejn il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni u n-numru tas-serje ta’ produzzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u jħarsu lejn l-istess direzzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numru ta’ approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex tiġi evitata konfużjoni ma’ simboli oħra.
Dijagramma 2
Immarkar simplifikat għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament
(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-istrument li jagħmel is-sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marki tal-approvazzjoni)
MUDELL B
MUDELL C
MUDELL D
Nota: It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli B, C u D jirrappreżentaw tliet varjabbli possibbli tal-marka ta’ xi apparat ta’ dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess immontar ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka tal-approvazzjoni turi li l-apparat ġie approvat fil-Olanda (E4) bin-numru tal-approvazzjoni 3333 u li jikkonsisti fi:
MUDELL E
L-immarkar ta’ fanali indipendenti
L-eżempju ta’ hawn fuq jikkorrispondi għall-marki ta’ lenti maħsuba biex tintuża f’tipi differenti ta’ fanali. Din il-marka ta’ approvazzjoni tindika li l-apparat kien approvat fi Spanja (E9) taħt in-numru ta’ approvazzjoni 1432 u jinkludi:
Dijagramma 3
Moduli ta’ sors ta’ dawl
Il-modulu tas-sors ta’ dawl bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jdher hawn fuq ġie approvat flimkien ma’ fanal fl-Italja (E3) taħt numru tal-approvazzjoni 17325.
ANNESS 3
KEJL FOTOMETRIKU
1. Metodi ta’ kejl
1.1. Meta jsir il-kejl fotometriku, għandhom jiġu evitati riflessi iżolati permezz ta’ kopertura xierqa.
1.2. F’każ li r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jsir b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li tkun tapplika l-liġi tal-invers tal-kwadru tad-distanza;
it-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-angolu li jiġi quddiem ir-riċevitur miċ-ċentru ta’ referenza tad-dawl ikun bejn 10′ u 1°;
il-ħtieġa ta’ intensità għal direzzjoni partikolari ta’ osservazzjoni għandha tiġi ssodisfatta jekk l-intensità meħtieġa tinkiseb f’direzzjoni li tiddevja b’mhux aktar minn kwart ta’ grad mid-direzzjoni tal-osservazzjoni.
1.3. Fil-każ fejn l-apparat jista’ jiġi installat fuq il-vettura f’aktar minn pożizzjoni waħda jew f’medda ta’ pożizzjonijiet differenti, il-kejl fotometriku għandu jiġu ripetut għal kull pożizzjoni jew għall-pożizzjonijiet estremi tal-medda tal-assi ta’ referenza speċifikata mill-manifattur.
|
2. |
Punti ta’ kejl espressi fi gradi tal-angolu mal-assi ta’ referenza u valuri ta’ intensitajiet minimi ta’ dawl mitfugħ TOP
2.1. Id-direzzjoni H = O° u V = O° tikkorrispondi għall-assi ta’ referenza. Fuq il-vettura din hija orizzontali, parallel mal-wiċċ loġitudinali medjan tal-vettura u orjentati fid-direzzjoni meħtieġa ta’ viżibilità. Din tgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri murija fit-tabella jagħtu, għad-diversi direzzjonijiet tal-kejl, l-intensitajiet minimi mogħtija f’cd. 2.2. Jekk l-eżami viżwali ta’ fanal jidher li jiżvela varjazzjonijiet lokali sostanzjali tal-intensità, għandha ssir verifika biex tassiggura li l-ebda intensità mkejla bejn tnejn mid-direzzjonijiet tal-kejl imsemmija hawn fuq ma tkun inqas minn 50 fil-mija tal-intensità minima l-aktar baxxa tat-tnejn preskritti għal dawn id-direzzjonijiet ta’ kejl. |
|
3. |
Kejl fotometriku ta’ fanali mgħammra b’diversi sorsi ta’ dawl Il-prestazzjoni fotometrika għandha tiġi kkontrollata:
3.1.
Għal sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (bozoz tal-filament u oħrajn): bis-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont is-sottoparagrafi rilevanti tal-paragrafu 7.1 ta’ dan ir-Regolament.
3.2.
Għal bozoz tal-filament li jistgħu jinbidlu: meta mgħammra b’fanali tal-filament ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri ta’ intensità luminuża prodotti għandhom ikunu kkoreġuti. Il-fattur tal-arranġament huwa l-proporzjon ta’ bejn il-fluss illuminanti ta’ referenza u l-valur intermedju tal-fluss illuminanti li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi illuminanti attwali ta’ kull bozza tal-filament użata ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ± 5 fil-mija mill-valur intermedju. Inkella, bozza tal-filament standard tista’ tintuża minflok, f’kull waħda mill-pożizzjonijiet, operata fil-fluss ta’ referenza tagħha, il-kejl individwali f’kull pożizzjoni jkun miżjud flimkien. |
ANNESS 4
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI
1. ĠENERALI
1.1. Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu sodisfatti jekk il-varjanti ma jeċċedux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura koperti fir-rekwiziti ta’ dan ir-Regolament.
1.2. Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk, meta jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kull fanal magħżul każwalment skont il-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament, rispettivament:
l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.
Jekk, fil-każ ta’ lampa mgħammra b’sors ta’ dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-lampi għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ lampa oħra standard tal-filament.
1.3. Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jikkonformaw meta jiġu ttestjati skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.
2. REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR
Għal kull tip ta’ fanal, id-detentur tal-marka tal-approvazazjoni għandu jwettaq tal-inqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Jekk kwalunkwe teħid tal-kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test konċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati aktar kampjuni. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni konċernata.
2.1. In-natura tat-testijiet
It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.
2.2. Metodi użati fit-testijiet
2.2.1. It-testijiet ġeneralment isiru skont il-metodi stipulati f’dan ir-Regolament.
2.2.2. Fi kwalunkwe test tal-konformità magħmul mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-awtorità kompetenti li hi responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli li jipprova li l-metodi applikati huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2.2.3. L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma’ kejl magħmul minn awtorità kompetenti.
2.2.4. F’kull każ il-metodi stipulati f’dan ir-Regolament huma l-istandard li magħhom iridu jimxu l-metodi użati, speċjalment għall-għanijiet amministrattivi tal-verifika u l-prova tal-kampjuni.
2.3. Kif jittieħdu l-kampjuni
Il-kampjuni tal-lampi għandhom jintgħażlu b’mod każwali mill-produzzjoni ta’ grupp uniformi. Grupp uniformi jfisser sett ta’ lampi tal-istess tip, iddefinit skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.
Il-valutazzjoni għandha tkopri b’mod ġenerali l-produzzjoni f’serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiġbor flimkien dokumenti li jikkonċernaw l-istess tip minn fabbriki differenti, dejjem jekk dawn joperaw taħt l-istess sistema ta’ kwalità u ta’ tmexxija ta’ kwalità.
2.4. Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u nnotati
Il-lampa fil-kampjun għandu jsir kejl fotometriku fuqha għall-valuri minimi fil-punti elenkati fl-Anness 3 u l-koordinati ta’ kromatiċità meħtieġa.
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u sabiex jiddefinixxi, bi qbil mal-awtorità kompetenti, kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-Paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 5 (l-ewwel teħid ta’ kampjuni) tkun ta’ 0,95.
ANNESS 5
IL-KUNDIZZJONIJIET MINIMI MEĦTIEĠA GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR
1. ĠENERALI
1.1. Ir-rekwiżiti ta’ konformità għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti mill-aspett mekkaniku u ġeometriku, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk hemm minn dawn, kemm-il darba d-differenzi ma jaqbżux il-varjanti inevitabbli tal-manifattura.
1.2. Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk, meta jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kull fanal magħżul każwalment skont il-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament, rispettivament;
l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.
Jekk, fil-każ ta’ lampa mgħammra b’sors ta’ dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-lampi għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ lampa oħra standard tal-filament.
Fanali b’difetti evidenti jitwarrbu.
1.3. Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jikkonformaw meta jiġu ttestjati skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.
2. L-EWWEL PROVA
Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni jintgħażlu erba’ fanali b’mod każwali. L-ewwel kampjun ta’ tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun ta’ tnejn jiġi mmarkat B.
2.1. Il-konformità ma tkunx ikkontestata
2.1.1. Skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-lampi prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-fanali fid-direzzjonijiet mhux favorevoli huma:
kampjun A
|
A1: |
fanal wieħed |
0 fil-mija |
|
lampa waħda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
A2: |
żewġ lampi aktar minn |
0 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
mur għall-kampjun B |
|
kampjun B
|
B1: |
żewġ lampi |
0 fil-mija |
2.1.2. jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.1. għall-kampjun A jiġu ssodisfati.
2.2. Il-konformità tkun ikkontestata
2.2.1. Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-lampi prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:
kampjun A
|
A3: |
fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
iżda mhux aktar minn |
30 fil-mija |
kampjun B
|
B2: |
fil-każ ta’ A2 |
|
|
fanal wieħed aktar minn |
0 fil-mija |
|
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
B3: |
fil-każ ta’ A2 |
|
|
fanal wieħed |
0 fil-mija |
|
|
fanal wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
iżda mhux aktar minn |
30 fil-mija |
2.2.2. jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A mhumiex ssodisfati.
2.3. Approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:
kampjun A
|
A4: |
fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal wieħed aktar minn |
30 fil-mija |
|
|
A5: |
żewġ fanali aktar minn |
20 fil-mija |
kampjun B
|
B4: |
fil-każ ta’ A2 |
|
|
fanal wieħed aktar minn |
0 fil-mija |
|
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
fanal wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
B5: |
fil-każ ta’ A2 |
|
|
żewġ fanali aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
B6: |
fil-każ ta’ A2 |
|
|
fanal wieħed |
0 fil-mija |
|
|
fanal wieħed aktar minn |
30 fil-mija |
jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A u B mhumiex ssodisfati.
3. PROVA MTENNIJA
Fil-każ ta’ A 3, B 2, B3 jeħtieġ teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament fi żmien xahrejn wara n-notifika.
3.1. Il-konformità ma tkunx ikkontestata
3.1.1. Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:
kampjun C
|
C1: |
fanal wieħed |
0 fil-mija |
|
fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
C2: |
żewġ fanali aktar minn |
0 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
mur għall-kampjun D |
|
kampjun D
|
D1: |
fil-każ ta’ C2 |
|
|
żewġ fanali |
0 fil-mija |
3.1.2. jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C jiġu ssodisfati.
3.2. Il-konformità tkun ikkontestata
3.2.1. Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:
kampjun D
|
D2: |
fil-każ ta’ C2 |
|
|
fanal wieħed aktar minn |
0 fil-mija |
|
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C mhumiex ssodisfati.
3.3. Approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:
kampjun C
|
C3: |
fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
C4: |
żewġ fanali aktar minn |
20 fil-mija |
kampjun D
|
D3: |
fil-każ ta’ C2 |
|
|
fanal wieħed 0 jew aktar minn |
0 fil-mija |
|
|
fanal wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D mhumiex ssodisfati.
Dijagramma 1
( 1 ) Kif iddefinit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).
( 2 ) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta), 56 għall-Montenegro, 57 (vojta) u 58 għat-Tuniżija. In-numri segwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
( 3 ) Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “li jkun parti mill-fanal” tfisser li jkun fiżikament inkluż fil-qafas tal-bozza jew li jkun estern, separat jew le, mill-qafas tal-fanal iżda fornut mill-manifattur tal-fanal bħala parti mis-sistema tal-fanal.