02020R1226 — MT — 15.08.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1226 tat-12 ta’ Novembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifiki STS (ĠU L 289 3.9.2020, p. 285) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1301 tal-31 ta’ Marzu 2022 |
L 197 |
10 |
26.7.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1226
tat-12 ta’ Novembru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifiki STS
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fin-notifika STS
L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fin-notifika STS skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għandha tkun is-segwenti:
meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni mhux ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;
meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
għal programm ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament;
meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni sintetika fil-karta tal-bilanċ, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Għal titolizzazzjonijiet fejn ma jrid jitfassal l-ebda prospett skont ir-Regolament (UE) 2017/1129, l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fin-notifika STS skont il-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanja mis-segwenti:
meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni mhux ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-oqsma STSS9 u STSS10 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;
meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-oqsma STSAT9 u STSAT10 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
għal programm ABCP, l-informazzjoni speċifikata fil-qasam STSAP9 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;
meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni sintetika fil-karta tal-bilanċ, l-informazzjoni speċifikata fl-oqsma STSSY2, STSSY10, STSSY12 u STSSY13 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pubblikazzjoni tan-notifika STS għal dawk it-titolizzazzjonijiet għandha tkun limitata għall-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu.
Artikolu 2
Informazzjoni Addizzjonali
Meta d-dokumenti segwenti jinkludu informazzjoni rilevanti għan-notifika STS, tista’ tingħata referenza għall-partijiet rilevanti ta’ dawk id-dokumenti fil-kolonna “Informazzjoni addizzjonali” fl-Annessi I, II, III jew IV ta’ dan ir-Regolament u, meta tingħata din l-informazzjoni, dik id-dokumentazzjoni għandha tiġi identifikata b’mod ċar:
prospett imfassal skont ir-Regolament (UE) 2017/1129;
kwalunkwe dokumentazzjoni sottostanti oħra msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402;
kwalunkwe dokument ieħor b’informazzjoni rilevanti għan-notifika STS, inkluż, għal titolizzazzjonijiet sintetiċi fil-karta tal-bilanċ, dokumenti relatati ma’ kwalunkwe oriġinatur, kwalunkwe investitur, il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu, l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fl-Artikolu 26e(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u, fejn disponibbli, id-dokumentazzjoni li tappoġġa n-noti marbuta mal-kreditu msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 26e(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-ESMA skont l-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2017/2402 dwar titolizzazzjonijiet li mhumiex ABCP
Informazzjoni ġenerali
|
Numru tal-qasam |
Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
ISEM TAL-QASAM |
KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT (1) |
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|
STSS0 |
Artikolu 27(1) |
L-ewwel punt ta’ kuntatt |
L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt u l-isem tal-awtorità kompetenti rilevanti |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980. (2) |
|
STSS1 |
Mhux Applikabbli |
Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument |
Meta disponibbli, il-kodiċi jew il-kodiċijiet internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN). Jekk l-ebda ISIN ma jkun disponibbli, mela kwalunkwe kodiċi uniku ieħor għat-titoli assenjat lil din it-titolizzazzjoni. |
Meta disponibbli skont l-Entrata 3.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980. |
|
STSS2 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI) |
Il-LEI tal-oriġinatur(i) u l-isponsor(s) u, meta disponibbli, tal-mutwant(i) oriġinali. |
Entrata 4.2 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS3 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur tan-notifika |
Meta tirrapporta aġġornament, in-numru uniku ta’ referenza assenjat mill-ESMA għan-notifika STS notifikata preċedentement. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS4 |
Mhux applikabbli |
Identifikatur uniku |
L-identifikatur uniku assenjat mill-entità li tirrapporta skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1224 (3). Jekk aktar minn notifika STS waħda tiġi nnotifikata bl-użu ta’ dan l-identifikatur uniku tat-titolizzazzjoni, dikjarazzjoni li tispjega għaliex dan huwa l-każ. |
Mhux applikabbli |
|
STSS5 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur tal-prospett |
Meta disponibbli, l-identifikatur tal-prospett kif ipprovdut mill-awtorità kompetenti rilevanti. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS6 |
Mhux Applikabbli |
Repożitorju tat-Titolizzazzjoni |
Meta disponibbli, l-isem tar-repożitorju rreġistrat tat-titolizzazzjoni. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS7 |
Mhux Applikabbli |
Isem tat-titolizzazzjoni |
L-isem tat-titolizzazzjoni. |
Taqsima 4 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS8 |
Artikolu 18 u 27(3) |
Pajjiż ta’ stabbiliment |
Meta disponibbli, il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-orġinatur(i), l-isponsor(s), l-SSPE(s) u l-mutwant(i) oriġinali. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS9 |
Mhux Applikabbli |
Klassifikazzjoni tat-titolizzazzjoni |
It-tip ta’ titolizzazzjoni: — titolizzazzjoni li mhijiex ABCP; — titolizzazzjoni ABCP; — programm ABCP. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS10 |
Mhux Applikabbli |
Klassifikazzjoni ta’ skoperturi sottostanti |
It-tip ta’ skoperturi sottostanti fosthom: 1) self residenzjali li huwa titolizzat minn self ipotekarju wieħed jew aktar dwar proprjetà immobbli residenzjali jew li huwa garantit bis-sħiħ minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl-Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jikkwalifika għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja jew aktar kif stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament; 2) self kummerċjalili huwa titolizzat minn self ipotekarju wieħed jew aktar dwar proprjetà immobbli kummerċjali, inklużi uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; 3) faċilitajiet ta’ kreditu mogħtija lil individwi għal finijiet ta’ konsum personali, familjari jew ta’ unitajiet domestiċi; 4) faċilitajiet ta’ kreditu, inklużi self u lokazzjonijiet, fornuti għal kwalunkwe tip ta’ impriża jew korporazzjoni; 5) self/lokazzjonijiet għal karozzi; 6) riċevibbli tal-karti ta’ kreditu; 7) riċevibbli tan-negozju; 8) skoperturi sottostanti oħrajn li jitqiesu mill-oriġinatur jew l-isponsor li jikkostitwixxu tip ta’ ass distint abbażi tal-metodoloġiji u l-parametri interni; |
Mhux Applikabbli |
|
STSS11 |
Mhux Applikabbli |
Data tal-ħruġ |
Meta jitfassal prospett f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1129 (4), id-data li fiha jkun ġie approvat il-prospett. Fil-każijiet l-oħra kollha, id-data tal-għeluq tal-aktar tranżazzjoni reċenti. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS12 |
Mhux Applikabbli |
Data ta’ notifika |
Id-data ta’ notifika lill-ESMA. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS13 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STS tkun ġiet ikkonfermata minn dik id-ditta tal-parti terza awtorizzata. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS14 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem u l-pajjiż ta’ stabbiliment tal-parti terza. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS15 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS16 |
Artikolu 27(5) |
Status STS |
Notifika motivata mill-oriġinatur u l-isponsor li t-titolizzazzjoni ma għandhiex tibqa’ titqies bħala STS. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS17 |
Artikolu 27(3) |
Oriġinatur (jew mutwant oriġinali) huwa istituzzjoni ta’ kreditu |
A.Dikjarazzjoni “Iva” jew “Le” fir-rigward ta’ jekk l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali huwiex istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment stabbilita fl-Unjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSS18 |
Artikolu 27(3) |
Konferma ta’ kriterji tal-għoti ta’ kreditu |
Meta t-tweġiba għall-qasam STSS17 tkun “Le”, konferma li l-kriterji, il-proċessi u s-sistemi fis-seħħ għall-għoti ta’ kreditu tal-orġinatur jew tal-mutwant oriġinali jitwettqu skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS19 |
Artikolu 27(3) |
Konferma li l-għoti ta’ kreditu huwa soġġett għal superviżjoni |
Meta t-tweġiba għall-entrata STSS17 tkun “Le”, konferma li l-għoti ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 27(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huwa soġġett għal superviżjoni. |
Mhux Applikabbli |
|
(1)
Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.
(2)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 tal-14 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, il-kontenut, l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (ĠU L 166, 21.6.2019, p. 26-176).
(3)
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1224 tas-16 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni u d-dettalji biex titolizzazzjoni ssir disponibbli mill-oriġinatur, sponsor u SSPE (ĠU L 289, 3.9.2020, p. 1).
(4)
Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12-82). |
||||
Informazzjoni speċifika
|
Numru tal-qasam |
Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
ISEM TAL-QASAM |
Konferma |
Spjegazzjoni qasira |
Spjegazzjoni dettaljata |
KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT (1) |
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|
STSS20 |
Artikolu 20(1) |
Trasferiment tal-iskoperturi sottostanti permezz ta’ bejgħ veru jew assenjazzjoni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira ta’ kif isir it-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti permezz ta’ bejgħ veru jew trasferiment bl-istess effett legali b’mod li huwa infurzabbli fil-konfront tal-bejjiegħ jew ta’ kwalunkwe parti terza. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS21 |
Artikolu 20(2) |
Soġġett għal irkupru serju |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ rkupru serju msemmija fl-Artikolu 20(2), il-punti (a) jew (b), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tinstabx fit-titolizzazzjoni. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSS22 |
Artikolu 20(3) |
Eżenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza |
√ |
|
|
Konferma dwar jekk japplikawx id-dispożizzjonijiet ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSS23 |
Artikolu 20(4) |
Trasferiment meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali |
√ |
|
|
Meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali, dikjarazzjoni li tikkonferma li t-titolizzazzjoni tikkonforma mal-Artikoli 20(1) sa 20(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS24 |
Artikolu 20(5) |
Trasferiment li jitwettaq permezz ta’ assenjazzjoni u li jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard |
|
√ |
|
Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjazzjoni u jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard mill-għeluq tat-titolizzazzjoni, spjegazzjoni qasira dwar jekk il-perfezzjoni hijiex affettwata mill-inqas mill-iskattaturi tal-avvenimenti minimi meħtieġa predeterminati kif elenkat fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u kif dan isir. Meta jintużaw mekkaniżmi alternattivi ta’ trasferiment, konferma li l-insolvenza tal-oriġinatur ma tippreġudikax jew tipprevjeni lill-SSPE milli tinforza d-drittijiet tagħha. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS25 |
Artikolu 20(6) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk hemmx rappreżentazzjonijiet u garanziji pprovduti mill-bejjiegħ li l-iskoperturi sottostanti inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f’kundizzjoni li jista’ jiġi previst li taffettwa b’mod negattiv l-eżegwibbiltà tal-bejgħ veru jew l-assenjazzjoni jew it-trasferiment bl-istess effett legali u kif dan isir. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS26 |
Artikolu 20(7) |
Kriterji ta’ eliġibbiltà li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv tal-iskoperturi sottostanti fuq bażi diskrezzjonali |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar kif: — - l-iskoperturi sottostanti ttrasferiti jew assenjati mill-bejjiegħ lill-SSPE jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali; — l-għażla u t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni huma bbażati fuq proċessi ċari li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ liema skoperturi huma magħżula għat-titolizzazzjoni jew ittrasferiti fiha u li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv fuq bażi diskrezzjonali. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS27 |
Artikolu 20(8) |
Omoġeneità tal-assi |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar l-omoġeneità tal-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti li jappoġġjaw it-titolizzazzjoni. Għal dak il-għan, inkludi referenza għall-RTS tal-EBA dwar l-omoġeneità (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/185 (2), u spjega fid-dettall kif kull kundizzjoni speċifikata fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament Delegat hija ssodisfata. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS28 |
Artikolu 20(9) |
Obbligi ta’ Skopertura Sottostanti: ebda rititolizzazzjoni |
√ |
|
|
Konferma li l-iskoperturi sottostanti ma jinkludu l-ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u li għalhekk it-titolizzazzjoni notifikata mhijiex rititolizzazzjoni. |
Entrata 2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS29 |
Artikolu 20(10) |
Solidità tal-istandard ta’ sottoskrizzjoni |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata: — - dwar jekk l-iskoperturi sottostanti oriġinawx fil-perkors normali tan-negozju tal-mutwant u jekk l-istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati kinux inqas strinġenti minn dawk applikati fl-istess ħin tal-oriġini tal-iskoperturi li ma kinux titolizzati. — dwar jekk l-istandards ta’ sottoskrizzjoni u kwalunkwe bidla materjali minn standards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti ġewx iddivulgati għalkollox jew se jiġu ddivulgati għalkollox lil investituri potenzjali mingħajr dewmien żejjed. — dwar kif it-titolizzazzjonijiet meta l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti jissodisfaw ir-rekwiżit tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402. — dwar jekk valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwanti tissodisfax ir-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE (3) jew fil-paragrafi 1 sa 4, il-punt (a) tal-paragrafu 5, u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE (4) jew, fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS30 |
Artikolu 20(10) |
Għarfien espert tal-Orġinatur/tal-Mutwanti |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandux għarfien espert fl-iskoperturi li joriġinaw ta’ xorta simili għal dawk titolizzati. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS31 |
Artikolu 20(11) |
Skoperturi sottostanti ttrasferiti mingħajr skoperturi inadempjenti |
|
|
√ |
Spjegazzjonijiet ddettaljati dwar jekk: — -l-iskoperturi sottostanti ttrasferiti jinkludux, fil-mument tal-għażla, skoperturi inadempjenti (jew skoperturi ristrutturati) kif definit fl-Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402. — ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 20(11)(a) (i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2017/2402 humiex issodisfati. — ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 20(11)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402 humiex issodisfati; — ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 20(11)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402 humiex issodisfati. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS32 |
Artikolu 20(12) |
Mill-inqas pagament wieħed meta jsir it-trasferiment |
√ |
|
|
Konferma dwar jekk, meta jsir it-trasferiment tal-iskoperturi, id-debituri għamlux mill-inqas pagament wieħed. Konferma dwar jekk tapplikax l-eżenzjoni skont l-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.3 u 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS33 |
Artikolu 20(13) |
Ripagament tad-detenturi ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi b’mod predominanti fuq il-bejgħ tal-assi. |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata tal-grad ta’ dipendenza tar-ripagamenti tad-detenturi tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fuq il-bejgħ ta’ assi li jiżguraw l-iskoperturi sottostanti. |
Entrata 3.4.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS34 |
Artikolu 21(1) |
Konformità mar-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar kif l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta’ titolizzazzjoni li mhijiex ABCP jikkonformaw mar-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Indikazzjoni ta’ liema entità żżomm l-interess ekonomiku nett materjali u liema għażla tintuża għar-ritenzjoni tar-riskju: (1) is-segment vertikali skont l-Artikolu 6(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (2) is-sehem tal-bejjiegħ skont l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (3) l-iskoperturi magħżula b’mod każwali miżmuma fuq karta bilanċjali, skont l-Artikolu 6(3)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (4) is-segment tal-ewwel telf skont l-Artikolu 6(3)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (5) l-iskopertura għall-ewwel telf f’kull assi skont l-Artikolu 6(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (6) l-ebda konformità mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (7) għażliet oħra li jintużaw. |
Entrata 3.1 tal-Anness 9 u l-Entrata 3.4.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS35 |
Artikolu 21(2) |
Mitigazzjoni tar-Riskji tar-Rati tal-Imgħax (IR) u tar-riskji tal-kambju (FX) |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk ir-rati tal-imgħax u r-riskji tal-kambju humiex mitigati kif xieraq u li qed jittieħdu miżuri biex jiġu mitigati tali riskji u kkonferma li tali miżuri huma disponibbli għall-investituri. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS36 |
Artikolu 21(2) |
Derivattivi Mixtrija/Mibjugħa minn SSPE |
|
√ |
|
Dikjarazzjoni qasira li l-SSPE ma kkonkludietx kuntratti derivattivi ħlief fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikoli 21(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS37 |
Artikolu 21(2) |
Derivattivi permezz ta’ standards komuni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe strument tal-iħħeġġjar li jintuża huwiex sottoskrit u ddokumentat skont standards aċċettati b’mod komuni. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS38 |
Artikolu 21(3) |
Pagamenti tal-imgħax imsemmija bbażati fuq rati tal-imgħax li jintużaw b’mod ġenerali |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni jiġix ikkalkolat b’referenza għal rati tal-imgħax tas-suq li jintużaw b’mod ġenerali jew rati settorjali li jintużaw b’mod ġenerali li jirriflettu l-kost tal-fondi u kif dan isir. |
Entrata 2.2.2 u 2.2.13 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS39 |
Artikolu 21(4) |
Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni |
|
√ |
|
Dikjarazzjoni f’termini ġenerali li kull rekwiżit tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huwa ssodisfat. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS40 |
Artikolu 21(4) |
(a)Ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jiġi maqbud |
√ |
|
|
Konferma li l-ebda flus kontanti mhuma se jinqabdu wara l-forniment tal-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS41 |
Artikolu 21(4) |
(b) rikavati prinċipali għandhom jgħaddu lill-investituri |
√ |
|
|
Konferma li r-rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti jgħaddu lill-investituri permezz ta’ amortizzazzjoni sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS42 |
Artikolu 21(4) |
(c) ripagament ma għandux jitreġġa’ lura fir-rigward tas-superjorità |
√ |
|
|
Konferma li r-ripagament tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux jitreġġa’ lura fir-rigward tas-superjorità tagħhom. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS43 |
Artikolu 21(4) |
(b) ma għandu jkun hemm l-ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq |
√ |
|
|
Konferma li l-ebda dispożizzjoni ma teħtieġ likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS44 |
Artikolu 21(5) |
Titolizzazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti |
√ |
|
|
Konferma li t-tranżazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti jinkludu skattaturi relatati mal-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti li jirriżultaw f’li tiġi invertita l-prijorità ta’ pagamenti għall-pagamenti sekwenzjali fl-ordni tas-superjorità. Konferma li tali skattaturi jinkludu mill-inqas id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti taħt limitu minimu predefinit. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS45 |
Artikolu 21(6) |
Titolizzazzjonijiet rotanti b’avvenimenti ta’ amortizzazzjoni antiċipata għat-terminazzjoni ta’ perjodu rotanti abbażi ta’ skattaturi preskritti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 21(6)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni. |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS46 |
Artikolu 21(6)(a) |
(a) deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 21(6)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni. |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS47 |
Artikolu 21(6)(b) |
(b) l-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tas-servizzjant |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet jew l-iskattaturi fl-Artikolu 21(6)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni. |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS48 |
Artikolu 21(6)(c) |
(c) il-valur tal-iskoperturi sottostanti miżmuma mill-SSPE jaqa’ taħt limitu predefinit |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet jew l-iskattaturi fl-Artikolu 21(6)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni, permezz ta’ kontoreferenzi għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti fejn tista’ tinstab l-informazzjoni |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS49 |
Artikolu 21(6)(d) |
(d) nuqqas li jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita (skattatur għat-tmiem tal-perjodu rotanti) |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 21(6)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni. |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS50 |
Artikolu 21(7)(a) |
(a) Informazzjoni dwar l-obbligi kuntrattwali tas-servizzjant, tat-trustee u ta’ fornituri ta’ servizzi anċillari oħrajn |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tispeċifika r-rekwiżiti kollha skont l-Artikolu 21(7)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS51 |
Artikolu 21(7)(b) |
(b) Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tas-Servizzjar |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tissodisfa b’mod espliċitu r-rekwiżiti tal-Artikolu 21(7)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS52 |
Artikolu 21(7)(c) |
(c) Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tal-Kontropartijiet Derivattivi |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tissodisfa l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 21(7)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS53 |
Artikolu 21(7)(c) |
(c) Dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tal-fornituri tal-likwidità u tal-banek tal-kontijiet |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tissodisfa l-informazzjoni kollha skont l-Artikolu 21(7)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS54 |
Artikolu 21(8) |
Għarfien espert meħtieġ mis-servizzjant u politiki u proċeduri u kontrolli ta’ mmaniġġjar tar-riskju xierqa fis-seħħ |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif ir-rekwiżiti tal-Artikolu 21(8) huma ssodisfati. Bħala parti mill-ispjegazzjoni, inkludi referenza għal kwalunkwe politika u proċedura maħsuba biex jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. |
Entrata 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS55 |
Artikolu 21(9) |
Definizzjonijiet ċari u konsistenti relatati mal-indirizzar ta’ self problematiku |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni sottostanti tistabbilixxi f’termini ċari u konsistenti, definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet relatati mas-sitwazzjonijiet ta’ dejn stabbiliti fl-Artikolu 21(9) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS56 |
Artikolu 21(9) |
Prijoritajiet ta’ pagament u eventi skattaturi |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ pagament u avvenimenti skattaturi skont l-Artikoli 21(9) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.4.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS57 |
Artikolu 21(10) |
Soluzzjoni f’waqtha ta’ kunflitti bejn il-klassijiet ta’ investituri u responsabbiltajiet ta’ trustee |
√ |
|
|
Konferma li d-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 21(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402 relatati mas-soluzzjoni f’waqtha tal-kunflitti huma ssodisfati. |
Entrati 3.4.7 u 3.4.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS58 |
Artikoli 22(1) |
Data dwar Prestazzjonijiet Storiċi fir-rigward ta’ Inadempjenzi u Telf |
√ |
|
|
Konferma li d-data meħtieġa li ssir disponibbli skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402 hija disponibbli, billi tiddikjara b’mod ċar fejn tista’ tinstab l-informazzjoni. |
Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSS59 |
Artikolu 22(2) |
Kampjun tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għal verifiki esterni |
√ |
|
|
Konferma li kampjun tal-iskoperturi sottostanti kien soġġett għal verifika esterna qabel ma nħarġu t-titoli minn parti xierqa u indipendenti. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS60 |
Artikolu 22(3) |
Disponibbiltà ta’ mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet għal investituri potenzjali |
√ |
|
|
Konferma li huwa disponibbli mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar u ddikjara b’mod ċar fejn hija disponibbli din l-informazzjoni. Wara l-ipprezzar, konferma li tali informazzjoni saret disponibbli għal investituri potenzjali fuq talba. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS61 |
Artikolu 22(4) |
Pubblikazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali ta’ skoperturi sottostanti magħmula minn self residenzjali jew self jew lokazzjonijiet tal-karozzi |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk l-informazzjoni relatata mal-prestazzjoni ambjentali tal-assi ffinanzjati permezz ta’ self residenzjali, jew self jew lokazzjonijiet tal-karozzi hijiex disponibbli skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u dikjarazzjoni fejn għandha tinstab dik l-informazzjoni. |
Mhux Applikabbli |
|
STSS62 |
Artikolu 22(5) |
Oriġinatur u sponsor responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 |
√ |
|
|
Konferma li: — l-oriġinatur u l-isponsor qed jikkonformaw mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402; — l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(1)(a) saret disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar fuq talba; — l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(1)(b) sa (d) saret disponibbli qabel l-ipprezzar mill-inqas f’forma ta’ abbozz jew inizjali. |
Mhux Applikabbli |
|
(1)
Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.
(2)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 tat-28 ta’ Mejju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni (ĠU L 280, 6.11.2019, p. 1).
(3)
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
(4)
Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34). |
|||||||
ANNESS II
Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-ESMA skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2402 dwar titolizzazzjonijiet ABCP
Informazzjoni ġenerali
|
Numru tal-qasam |
Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
ISEM TAL-QASAM |
KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT (1) |
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|
STSAT0 |
Artikolu 27(1) |
L-ewwel punt ta’ kuntatt |
L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt u l-isem tal-awtorità kompetenti rilevanti |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980. |
|
STSAT1 |
Mhux Applikabbli |
Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument |
Meta disponibbli, il-kodiċi jew il-kodiċijiet internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN). Meta ma jkun hemm l-ebda ISIN, mela kwalunkwe kodiċi tat-titoli uniku ieħor, assenjat għat-titolizzazzjonijiet ABCP. |
Meta disponibbli skont l-Entrata 3.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT2 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI) |
Meta disponibbli, il-LEI tal-orġinatur(i) u/jew tal-isponsor(s). |
Entrata 4.2 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT3 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur tan-notifika |
Meta tirrapporta aġġornament, in-numru uniku ta’ referenza assenjat mill-ESMA għan-notifika STS notifikata preċedentement. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT4 |
Mhux applikabbli |
Identifikatur uniku |
L-identifikatur uniku assenjat mill-entità li tirrapporta skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1224. Meta tinħareġ aktar minn notifika STS waħda għal dan l-identifikatur uniku tat-titolizzazzjoni, dikjarazzjoni li tispjega għaliex dan huwa l-każ. |
Mhux applikabbli |
|
STSAT5 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur tal-prospett |
Meta disponibbli, l-identifikatur tal-prospett kif ipprovdut mill-awtorità kompetenti rilevanti. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT6 |
Mhux Applikabbli |
Repożitorju tat-Titolizzazzjoni |
Meta disponibbli, l-isem tar-repożitorju rreġistrat tat-titolizzazzjoni. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT7 |
Mhux Applikabbli |
Isem tat-titolizzazzjoni |
Meta disponibbli, l-isem tat-titolizzazzjoni jew fin-nuqqas ta’ dan, l-isem tal-kodiċi u l-isem li jintuża. |
Taqsima 4 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT8 |
Artikolu 18 u 27(3) |
Pajjiż ta’ stabbiliment |
Meta disponibbli, il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-orġinatur(i), l-isponsor(s), u l-SSPE(s). |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT9 |
Mhux Applikabbli |
Klassifikazzjoni tat-titolizzazzjoni |
It-tip ta’ titolizzazzjoni: — mhux ABCP; — ABCP; — programm ABCP. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT10 |
Mhux Applikabbli |
Klassifikazzjoni ta’ skoperturi sottostanti |
It-tip ta’ skoperturi sottostanti fosthom: 1. self residenzjali li huwa titolizzat minn self ipotekarju wieħed jew aktar dwar proprjetà immobbli residenzjali jew li huwa garantit bis-sħiħ minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl-Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jikkwalifika għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja jew aktar kif stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament; 2. self kummerċjalili huwa titolizzat minn self ipotekarju wieħed jew aktar dwar proprjetà immobbli kummerċjali, inklużi uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; 3. faċilitajiet ta’ kreditu mogħtija lil individwi għal finijiet ta’ konsum personali, familjari jew ta’ unitajiet domestiċi; 4. faċilitajiet ta’ kreditu, inklużi self u lokazzjonijiet, fornuti għal kwalunkwe tip ta’ impriża jew korporazzjoni; 5. self/lokazzjonijiet għal karozzi; 6. riċevibbli tal-karti ta’ kreditu; 7. riċevibbli tan-negozju; 8. skoperturi sottostanti oħrajn li jitqiesu mill-oriġinatur jew l-isponsor li jikkostitwixxu tip ta’ ass distint abbażi tal-metodoloġiji u l-parametri interni. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT11 |
Mhux Applikabbli |
Data tal-ħruġ |
Meta jitfassal prospett f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1129, id-data li fiha jkun ġie approvat il-prospett. Jekk le, id-data tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni ABCP. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT12 |
Mhux Applikabbli |
Data tan-notifika |
Id-data ta’ notifika lill-ESMA. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT13 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Jekk parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STA ġiet ikkonfermata minn dik id-ditta tal-parti terza awtorizzata. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT14 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Jekk parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem tal-parti terza u l-pajjiż ta’ stabbiliment tagħha. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT15 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Jekk parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament tat-Titolizzazzjoni, l-isem tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT16 |
Artikolu 27(5) |
Status STS |
Jekk l-oriġinatur u/jew l-isponsor innotifikawx li t-titolizzazzjoni ABCP m’għandhiex tibqa’ titqies bħala STS u r-raġunijiet għal tali notifika. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT17 |
Artikolu 27(3) |
Oriġinatur (jew mutwant oriġinali) huwa istituzzjoni ta’ kreditu |
A.Dikjarazzjoni “Iva” jew “Le” fir-rigward ta’ jekk l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali huwiex istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment stabbilita fl-Unjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSAT18 |
Artikolu 27(3) |
Konferma ta’ kriterji tal-għoti ta’ kreditu |
Meta t-tweġiba għall-qasam STSS17 tkun “Le”, konferma li l-kriterji, il-proċessi u s-sistemi fis-seħħ għall-għoti ta’ kreditu tal-orġinatur jew tal-mutwant oriġinali jitwettqu skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAT19 |
Artikolu 27(3) |
Konferma li l-għoti ta’ kreditu huwa soġġett għal superviżjoni |
Meta t-tweġiba għall-entrata STSS17 tkun “Le”, konferma li l-għoti ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 27(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huwa soġġett għal superviżjoni. |
Mhux Applikabbli |
|
(1)
Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli. |
||||
Informazzjoni speċifika
|
Numru tal-qasam |
Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
ISEM TAL-QASAM |
Konferma |
Spjegazzjoni qasira |
Spjegazzjoni dettaljata |
KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT (1) |
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|
STSAT20 |
Artikolu 24(1) |
Skoperturi sottostanti li jinkisbu permezz ta’ bejgħ veru |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira ta’ kif isir it-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti permezz ta’ bejgħ veru jew trasferiment bl-istess effett legali b’mod li huwa infurzabbli fil-konfront tal-bejjiegħ jew ta’ kwalunkwe parti terza. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT21 |
Artikolu 24(2) |
Soġġett għal irkupru serju |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ rkupru serju msemmija fl-Artikolu 24(2), il-punti (a) jew (b), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tinstabx fit-titolizzazzjoni. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSAT22 |
Artikolu 24(3) |
Eżenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza |
√ |
|
|
Konferma dwar jekk japplikawx id-dispożizzjonijiet ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSAT23 |
Artikolu 24(4) |
Trasferiment meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali |
√ |
|
|
Meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali, dikjarazzjoni li tikkonferma li t-titolizzazzjoni tikkonforma mal-Artikoli 24(1) sa 24(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT24 |
Artikolu 24(5) |
Trasferiment li jitwettaq permezz ta’ assenjament u li jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard |
|
√ |
|
Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjazzjoni u jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard mill-għeluq tat-titolizzazzjoni, ipprovdi spjegazzjoni qasira dwar jekk il-perfezzjoni hijiex affettwata mill-inqas mill-iskattaturi tal-eventi minimi meħtieġa predeterminati kif elenkat fl-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u kif dan isir. |
Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT25 |
Artikolu 24(6) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk hemmx rappreżentazzjonijiet u garanziji pprovduti mill-bejjiegħ li l-assi inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f’kundizzjoni li jista’ jiġi previst li taffettwata b’mod negattiv l-eżegwibbiltà tal-bejgħ veru jew l-assenjazzjoni jew it-trasferiment bl-istess effett legali. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT26 |
Artikolu 24(7) |
Kriterji ta’ eliġibbiltà li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv tal-iskoperturi sottostanti fuq bażi diskrezzjonali |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk: — l-iskoperturi sottostanti ttrasferiti jew assenjati mill-bejjiegħ lill-SSPE jissodisfawx kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali; — l-għażla u t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni humiex ibbażati fuq proċessi ċari li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ liema skoperturi huma magħżula għat-titolizzazzjoni jew trasferiti fiha u li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv fuq bażi diskrezzjonali. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT27 |
Artikolu 24(8) |
Ebda rititolizzazzjoni |
√ |
|
|
Konferma li l-iskoperturi sottostanti ma jinkludu l-ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u li t-titolizzazzjoni notifikata mhijiex għalhekk rititolizzazzjoni. |
Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT28 |
Artikolu 24(9) |
Skoperturi sottostanti ttrasferiti mingħajr skoperturi inadempjenti |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif l-iskoperturi sottostanti ttrasferiti ma jinkludux, fil-mument tal-għażla, skoperturi inadempjenti jew skoperturi ristrutturati kif stabbilit fl-Artikolu 24(9) tar-Regolament (UE) 2017/2402, kif applikabbli. Fejn xieraq, dikjarazzjoni ċara ta’ jekk it-titolizzazzjoni tinkludix xi indeboliment ta’ kreditu fil-mument tat-titolizzazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 24(9)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2017/2402. Konferma li: — fil-mument tal-oriġini, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 24(9) (b) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma ssodisfati; — fil-mument tal-għażla, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 24(9) (c) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma ssodisfati; |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT29 |
Artikolu 24(10) |
Mill-inqas pagament wieħed fil-mument tat-trasferiment |
√ |
|
|
Konferma dwar jekk, fil-mument tat-trasferiment tal-iskoperturi, id-debituri għamlux mill-inqas pagament wieħed. Meta ma jkun sar l-ebda pagament, għandha tapplika spjegazzjoni dwar għaliex dan huwa l-każ, inkluża dikjarazzjoni dwar jekk ir-raġuni hijiex waħda mill-eċċezzjonijiet permessi skont l-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.3 u 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT30 |
Artikolu 24(11) |
Ripagament tad-detenturi ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi b’mod predominanti fuq il-bejgħ tal-assi. |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata tal-grad tad-dipendenza tar-ripagamenti tad-detenturi tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fuq il-bejgħ ta’ assi li jiżguraw l-iskoperturi sottostanti. Fejn xieraq, spjegazzjoni dettaljata dwar jekk ir-ripagamenti tal-investituri jitqisux li jiddependu fuq il-bejgħ tal-assi, kif speċifikat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.4.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT31 |
Artikolu 24(12) |
Mitigazzjoni tar-Riskji tar-Rati tal-Imgħax (IR) u tar-riskji tal-kambju (FX) |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk ir-rati tal-imgħax u r-riskji tal-kambju humiex immitigati kif xieraq u kif dan isir u kkonferma li l-miżuri għal dak il-għan huma ddivulgati. Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe strument tal-iħħeġġjar li jintuża huwiex sottoskrit u ddokumentat skont standards aċċettati b’mod komuni. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT32 |
Artikolu 24(12) |
Derivattivi Mixtrija/Mibjugħa minn SSPE |
|
√ |
|
Ħlief għall-fini tal-iħħeġġjar ta’ rati tal-imgħax jew riskju tal-kambju, spjegazzjoni qasira dwar jekk l-SSPE kkonkludietx kuntratti derivattivi |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT33 |
Artikolu 24(12) |
Derivattivi fi Skoperturi Sottostanti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar il-preżenza ta’ kwalunkwe derivattiva fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT34 |
Artikolu 24(12) |
Derivattivi permezz ta’ standards komuni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe derivattiva permessibbli skont l-Artikolu 24(12) hijiex sottoskritta u ddokumentata skont standards komuni fil-finanzi internazzjonali. |
Entrati 3.4.7 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT35 |
Artikolu 24(13) |
Definizzjonijiet ċari u konsistenti relatati mal-indirizzar tas-self problematiku |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni sottostanti tistabbilixxi f’termini ċari u konsistenti, definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet relatati mas-sitwazzjonijiet ta’ dejn stabbiliti fl-Artikolu 24(13) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT36 |
Artikolu 24(13) |
Prijoritajiet ta’ pagament u avvenimenti skattaturi |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ pagament u avvenimenti skattaturi skont l-Artikolu 24(13) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrati 3.4.7 u 3.4.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT37 |
Artikolu 24(14) |
Data dwar Prestazzjonijiet Storiċi fir-rigward ta’ Inadempjenzi u Telf |
√ |
|
|
Konferma li d-data meħtieġa li ssir disponibbli skont l-Artikolu 24(14) tar-Regolament (UE) 2017/2402 hija disponibbli u dikjarazzjoni ċara ta’ fejn l-informazzjoni hija disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar. Meta l-isponsor ma jkollux aċċess għal tali data, konferma li l-bejjiegħ ipprovda aċċess għal data kif speċifikat skont l-Artikolu 24(14) tar-Regolament (UE) 2017/2402. Konferma li d-data hija disponibbli u ddikjara b’mod ċar, fejn hija disponibbli l-informazzjoni u li d-data ma tkoprix perjodu iqsar minn ħames snin ħlief għar-riċevibbli tan-negozju u riċevibbli oħra fuq terminu qasir li għalihom il-perjodu storiku mhuwiex inqas minn tliet snin. |
Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT38 |
Artikolu 24(15) |
Omoġeneità tal-assi |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif it-titolizzazzjoni hija appoġġjata minn aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġenji, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi relatati mal-flussi ta’ flus tat-tipi ta’ assi differenti inklużi l-karatteristiċi kuntrattwali, tar-riskju ta’ kreditu u ta’ prepagament tagħhom. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT39 |
Artikolu 24(15) |
Obbligi ta’ Skopertura Sottostanti |
√ |
|
|
Konferma li l-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandha ħajja medja ponderata li jifdal ta’ mhux aktar minn sena waħda u l-ebda waħda mill-iskoperturi sottostanti ma għandha maturità residwa ta’ aktar minn tliet snin. Konferma dwar jekk id-deroga fir-rigward tal-aggregazzjoni ta’ self għall-karozzi, ta’ lokazzjonijiet tal-karozzi jew tranżazzjonijiet għall-kiri ta’ tagħmir tapplikax, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 24(15) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT40 |
Artikolu 24(15) |
Obbligi ta’ Skopertura Sottostanti |
√ |
|
|
Konferma, fejn xieraq, li l-iskoperturi sottostanti: — ma jinkludux self garantit minn ipoteki residenzjali jew kummerċjali jew self residenzjali garantit bis-sħiħ, kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (2); — jinkludu ċerti obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta’ pagamenti definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-imgħax, jew relatati ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu minn assi li jiggarantixxu tali pagamenti; — ma jinkludux titoli trasferibbli kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE (3) ħlief bonds korporattivi, li mhumiex elenkati f’ċentru tan-negozjar. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT41 |
Artikolu 24(16) |
Pagamenti tal-imgħax imsemmija bbażati fuq rati tal-imgħax li jintużaw b’mod ġenerali |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni ABCP jiġix ikkalkolat b’referenza għal rati tal-imgħax tas-suq li jintużaw b’mod ġenerali jew rati settorjali li jintużaw b’mod ġenerali li jirriflettu l-kost tal-fondi u kif dan isir. |
Entrata 2.2.2 u 2.2.13 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT42 |
Artikolu 24(17) |
Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk huwiex issodisfat kull rekwiżit tal-Artikolu 24(17) tar-Regolament (UE) 2017/2402, inkluża spjegazzjoni qasira tal-każijiet fejn jistgħu jinqabdu tali flus kontanti. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT43 |
Artikolu 24(17) |
(a) Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew l-aċċellerazzjoni |
√ |
|
|
Konferma li l-ebda flus kontanti mhuma se jinqabdu wara l-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT44 |
Artikolu 24(17) |
(b) Rikavati prinċipali għandhom jgħaddu lill-investituri |
√ |
|
|
Konferma li r-rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti jgħaddu lill-investituri permezz ta’ ammortizzament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT45 |
Artikolu 24(17) |
(c) Ebda dispożizzjoni ma għandha tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq |
√ |
|
|
Konferma li l-ebda dispożizzjoni ma teħtieġ likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT46 |
Artikolu 24(18) |
Solidità tal-istandards ta’ sottoskrizzjoni |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk l-iskoperturi sottostanti oriġinawx fil-kors tan-negozju ordinarju tal-bejjiegħ, filwaqt li tispeċifika jekk l-istandard sottostanti humiex inqas strinġenti minn dawk applikati għall-iskoperturi li ma ġewx titolizzati. Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk kwalunkwe bidla materjali mill-istandards preċedenti ta’ sottoskrizzjoni ġietx iddivulgata lill-isponsor u lil partijiet oħra esposti direttament għat-titolizzazzjoni ABCP. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT47 |
Artikolu 24(18) |
Għarfien espert tal-bejjiegħ |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk il-bejjiegħ għandux l-għarfien espert meħtieġ fl-oriġinazzjoni tal-iskoperturi ta’ għamla simili għal dawk titolizzati. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT48 |
Artikolu 24(19) |
Titolizzazzjoni ABCP/skattatur tal-kwalità kreditizja rotanti |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif id-dispożizzjonijiet jew l-iskattaturi fl-Artikolu 24(19)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma inklużi fid-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni. |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT49 |
Artikolu 24(20) |
Dmirijiet ta’ Parteċipant għat-Titolizzazzjoni |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-isponsor, tas-servizzjant u tat-trustee, jekk applikabbli, u fornitur tas-servizz ieħor anċillari. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT50 |
Artikolu 24(20) |
Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tas-Servizzjar |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi l-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex jiġi żgurat li inadempjenza jew insolvenza tas-servizzjant ma tirriżultax f’terminazzjoni tas-servizzjar. |
Entrata 3.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT51 |
Artikolu 24(20) |
Dispożizzjonijiet tal-kontinwità tal-kontropartijiet derivattivi u tal-banek tal-kontijiet |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u l-bank tal-kontijiet mal-inadempjenza, l-insolvenza tagħhom u avvenimenti oħra speċifikati, fejn applikabbli. |
Entrata 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAT52 |
Artikolu 24(20) |
Sodezza tal-Isponsor |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi dispożizzjonijiet dwar kif l-isponsor jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
(1)
Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.
(2)
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(3)
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). |
|||||||
ANNESS III
Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-ESMA skont l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 dwar programmi ABCP
Informazzjoni ġenerali
|
Numru tal-qasam |
Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
ISEM TAL-QASAM |
KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT (1) |
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|
STSAP0 |
Artikolu 27(1) |
L-ewwel punt ta’ kuntatt |
L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt u l-isem tal-awtorità kompetenti rilevanti |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980. |
|
STSAP1 |
Mhux Applikabbli |
Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument |
Fejn applikabbli, il-kodiċijiet internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) assenjati għall-programmi ABCP. |
Meta disponibbli skont l-Entrata 3.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980. |
|
STSAP2 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI) |
Meta disponibbli, il-LEI tal-isponsor(s) u/jew tal-programmi(i) ABCP. |
Entrata 4.2 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAP3 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur tan-notifika |
Meta tirrapporta aġġornament, in-numru uniku ta’ referenza assenjat mill-ESMA għan-notifika STS notifikata preċedentement. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP4 |
Mhux applikabbli |
Identifikatur uniku |
L-identifikatur uniku assenjat mill-entità li tirrapporta skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1224. Meta tinħareġ aktar minn notifika STS waħda għal dan l-identifikatur uniku tat-titolizzazzjoni, dikjarazzjoni li tispjega għaliex dan huwa l-każ. |
Mhux applikabbli |
|
STSAP5 |
Mhux Applikabbli |
Identifikatur tal-prospett |
Meta disponibbli, l-identifikatur tal-prospett kif ipprovdut mill-awtorità kompetenti rilevanti. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP6 |
Mhux Applikabbli |
Repożitorju tat-Titolizzazzjoni |
Meta disponibbli, l-isem tar-repożitorju rreġistrat tat-titolizzazzjoni. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP7 |
Mhux Applikabbli |
Isem tat-titolizzazzjoni |
L-isem tal-programm ABCP |
Taqsima 4 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAP8 |
Artikolu 18 u 27(3) |
Pajjiż ta’ stabbiliment |
Il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-isponsor(s). |
Entrata 4.3 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAP9 |
Mhux Applikabbli |
Klassifikazzjoni tat-titolizzazzjoni |
It-tip ta’ titolizzazzjoni (mhux ABCP, ABCP, programm ABCP) |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP10 |
Mhux Applikabbli |
Data tal-ħruġ |
Id-data tal-ewwel ħarġa tal-programm ABCP. |
Entrata 4 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAP11 |
Mhux Applikabbli |
Data tan-notifika |
Id-data tan-notifika STS lill-ESMA |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP12 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STA ġiet ikkonfermata minn dik id-ditta tal-parti terza awtorizzata. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP13 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Meta parti terza awtorizzata tkun pprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem u l-post ta’ stabbiliment tal-parti terza. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP14 |
Artikolu 27(2) |
Parti Terza awtorizzata |
Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP15 |
Artikolu 27(5) |
Status STS |
Notifika mill-isponsor li l-programm ABCP ma għandux jibqa’ jitqies bħala STS u r-raġunijiet għal din il-bidla. |
Mhux Applikabbli |
|
(1)
Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli. |
||||
Tagħrif speċifiku
|
Numru tal-qasam |
Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
ISEM TAL-QASAM |
Konferma |
Spjegazzjoni qasira |
Spjegazzjoni dettaljata |
KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT (1) |
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|
STSAP16 |
Artikolu 25(1) |
Sponsor li għandu jkun istituzzjoni ta’ kreditu sorveljata |
√ |
|
|
Konferma li l-isponsor tal-programm huwa istituzzjoni ta’ kreditu sorveljata u link għal dokument li jikkonferma tali status. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP17 |
Artikolu 25(2) |
Appoġġ ta’ sponsor bħala fornitur tal-faċilità tal-likwidità |
√ |
|
|
Konferma li l-isponsor tal-programm ABCP jipprovdi faċilità ta’ likwidità u li jappoġġja l-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni fir-rigward tal-programm ABCP, inkluża deskrizzjoni tal-faċilità ta’ likwidità u link għal kwalunkwe dokument li juri tali dispożizzjoni. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP18 |
Artikolu 25(3) |
Dimostrazzjoni għall-Awtorità kompetenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu |
√ |
|
|
Konferma li fir-rigward tar-rwol tagħha bħala sponsor, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tipperikolax is-solvenza u l-likwidità tagħha, u link, meta disponibbli, għad-dokument li jappoġġjaha jkun wera din il-pożizzjoni lill-awtorità kompetenti tagħha. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP19 |
Artikolu 25(4) |
Konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tal-isponsor |
√ |
|
|
Konferma tal-konformità tal-isponsor mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, kif applikabbli. Konferma li l-isponsor ivverifika l-bejjiegħ għandu l-kapaċitajiet ta’ servizzjar u l-proċessi ta’ ġbir meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti (i) sa (p) tal-Artikolu 265(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP20 |
Artikolu 25(5) |
Il-bejjiegħ (fil-livell tat-tranżazzjoni) jew l-isponsor (fil-livell tal-programm ABCP) għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju kif previst fl-Artikolu 6 |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar kif il-bejjiegħ (titolizzazzjoni ABCP) u l-isponsor (programm ABCP) jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju kif speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402 li jispeċifika l-għażla li tintuża għar-ritenzjoni tar-riskju fosthom: (1) is-segment vertikali - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (2) is-sehem tal-bejjiegħ - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (3) l-iskoperturi magħżula b’mod każwali miżmuma fuq karta bilanċjali - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (4) is-segment tal-ewwel telf - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (5) l-iskopertura għall-ewwel telf f’kull assi - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/2402; (6) l-ebda konformità mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju tar-Regolament (UE) 2017/2402; (7) oħrajn. |
Entrata 3.4.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 |
|
STSAP21 |
Artikolu 25(6) |
Konformità fil-livell tal-programm ABCP mal-Artikolu 7 (rekwiżiti ta’ trasparenza) |
√ |
|
|
Konferma li: — l-isponsor huwa responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402; — l-isponsor qed jikkonforma mal-Artikolu 7 fil-livell tal-programm ABCP; — l-isponsor għamel disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar u fuq it-talba tagħhom: l-informazzjoni aggregata meħtieġa mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, mill-inqas f’forma ta’ abbozz jew inizjali. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP22 |
Artikolu 25(7) |
Prelevament tal-faċilità ta’ likwidità, meta l-impenji ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità ma jiġġeddux mill-isponsor |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira mill-isponsor dwar jekk il-faċilità ta’ likwidità hijiex se tkun prelevata u jekk it-titoli li jimmaturaw humiex se jitħallsu lura f’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità tal-likwidità qabel ma jiskadi. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP23 |
Artikolu 26(1) |
Konformità tat-titolizzazzjonijiet ABCP fi ħdan programm ABCP mal-Artikolu 24(1) sa (8) u (12) sa (20) |
√ |
|
|
Konferma dwar jekk it-titolizzazzjonijiet ABCP kollha fil-programm jissodisfawx ir-rekwiżiti li ġejjin: — l-Artikolu 24(1) sa (8)tar-Regolament (UE) 2017/2402. — l-Artikolu 24(12) sa (20)tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP24 |
Artikolu 26(1), it-tieni u t-tielet paragrafi |
Massimu ta’ 5 % tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti għall-ABCP jista’ ma jkunx konformi temporanjament ma’ ċerti rekwiżiti |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata, jekk applikabbli, dwar liema wieħed mir-rekwiżiti tal-Artikoli 24(9), (10) jew (11) tar-Regolament (UE) 2017/2402 mhuwiex qed jiġi osservat temporanjament u l-perċentwal tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjonijiet ABCP li jirrappreżenta u r-raġuni għaliex il-programm kiser temporanjament dawk ir-rekwiżiti. Konferma li kampjun tal-iskoperturi sottostanti huwa soġġett għal verifika esterna regola dwar il-konformità minn parti xierqa u indipendenti. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP25 |
Artikolu 26(2) |
Il-ħajja medja ponderata li jifdal (WAL) tal-iskoperturi sottostanti ta’ programm ABCP ma għandhiex tkun aktar minn sentejn. |
√ |
|
|
Konferma li l-ħajja medja ponderata li jifdal tal-iskoperturi sottostanti ta’ programm ABCP mhijiex aktar minn sentejn. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP26 |
Artikolu 26(3) |
Programm ABCP appoġġjat bis-sħiħ (appoġġ tal-isponsor) |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar jekk il-programm ABCP huwiex appoġġjat bis-sħiħ minn sponsor skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP27 |
Artikolu 26(4) |
Ebda rititolizzazzjoni u l-ebda tisħiħ fil-kreditu li jistabbilixxu t-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm ABCP |
√ |
|
|
Konferma li l-programm ABCP ma jinkludi l-ebda rititolizzazzjoni u li t-tisħiħ fil-kreditu ma jistabbilix it-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP28 |
Artikolu 26(5) |
Ebda opzjoni ta’ xiri |
√ |
|
|
Konferma li l-programm ABCP ma jinkludix opzjoni ta’ xiri jew klawsoli b’effett tal-maturità finali tat-titoli skont id-diskrezzjoni tal-bejjiegħ, tal-isponsor jew l-SSPE. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP29 |
Artikolu 26(6) |
Rati tal-imgħax u riskji tal-kambju fil-programm ABCP immitigati u ddokumentati kif xieraq. |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk ir-rati tal-imgħax u r-riskji tal-kambju li jirriżultaw fil-livell tal-programm ABCP humiex immitigati kif xieraq u l-mod li bih dan isir kif ukoll il-miżuri li jintużaw biex jiġu mmitigati tali riskji, inkluż jekk l-SSPE tikkonkludix kuntratti derivattivi għajr għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u deskrizzjoni ta’ kif dawn id-derivattivi huma sottoskritti u dokumentati, b’mod partikolari jekk dan isirx skont standards komuni fil-finanzi internazzjonali. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP30 |
Artikolu 26(7)(a) |
Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (responsabbiltajiet tat-trustee fil-konfront tal-investituri) |
√ |
|
|
Konferma li r-responsabbiltajiet tat-trustee u entitajiet oħra bi dmirijiet fiduċjarji, jekk applikabbli fil-konfront tal-investituri huma speċifikati fid-dokumentazzjoni tal-programm ABCP. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP31 |
Artikolu 26(7)(b) |
Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (obbligi kuntrattwali tal-isponsor) |
√ |
|
|
Konferma li l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-isponsor, it-trustee u fornituri ta’ servizzi anċillari oħra, jekk applikabbli, huma speċifikati fid-dokumentazzjoni tal-programm ABCP. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP32 |
Artikolu 26(7)(c) |
Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (proċess u responsabbiltajiet fil-każ ta’ servizzjant inadempjenti) |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tal-programm ABCP tinkludi proċessi u responsabbiltajiet li jkopru l-inadempjenza jew l-insolvenza tas-servizzjant biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzjar. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP33 |
Artikolu 26(7)(d) |
Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u l-bank tal-kontijiet) |
√ |
|
|
Konferma li r-rekwiżiti skont l-Artikolu 26(7)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma ssodisfati rigward id-dispożizzjoni għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi, u l-bank tal-kontijiet fil-livell tal-programm ABCP mal-inadempjenza, l-insolvenza tagħhom u eventi oħra speċifikati, meta l-faċilità ta’ likwidità ma tkoprix tali eventi. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP34 |
Artikolu 26(7)(e) |
Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (proċeduri biex tiġi żgurata l-kollateralizzazzjoni tal-finanzjament impenjat) |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tal-programm ABCP tinkludi proċeduri li jiżguraw li malli jseħħu eventi speċifikati, inadempjenza jew insolvenza tal-isponsor, għandhom jiġu previsti passi ta’ rimedju sabiex tinkiseb kif xieraq kollateralizzazzjoni tal-impenn ta’ finanzjament jew is-sostituzzjoni tal-fornitur ta’ faċilità ta’ likwidità. Dikjarazzjoni li tindika l-paġni rilevanti tal-prospett jew ta’ dokumentazzjoni sottostanti oħra li jinkludu l-informazzjoni rilevanti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(7)(e) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP35 |
Artikolu 26(7)(f) |
Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (faċilità ta’ likwidità u titoli li jimmaturaw li għandhom jitħallsu lura meta l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel ma jiskadi) |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tal-programm ABCP tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata u li t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura f’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel ma jiskadi. Dikjarazzjoni li tindika l-paġni rilevanti tal-prospett jew ta’ dokumentazzjoni oħra sottostanti li jinkludu l-informazzjoni rilevanti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(7)(f) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux Applikabbli |
|
STSAP36 |
Artikolu 26(8) |
Għarfien espert tas-servizzjant |
|
|
√ |
Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif ir-rekwiżiti tal-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma ssodisfati, inklużi l-politiki u l-proċeduri li jiżguraw konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti Dikjarazzjoni li tindika l-paġni rilevanti tal-prospett jew ta’ dokumentazzjoni oħra sottostanti li jinkludu l-ispjegazzjonijiet applikabbli biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402 (kif applikabbli) (“għarfien espert, politiki, proċeduri, u mmaniġġjar tar-riskju tas-servizzjant”). |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980. |
|
(1)
Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli. |
|||||||
ANNESS IV
Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-ESMA skont l-Artikoli 26b sa 26e tar-Regolament (UE) 2017/2402 dwar titolizzazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ
Informazzjoni ġenerali
|
Kodiċi tal-qasam |
Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
Isem tal-qasam |
Kontenut li għandu jiġi rrappurtat |
Informazzjoni addizzjonali |
|
STSSY1 |
Artikolu 27(1), it-tielet subparagrafu |
L-ewwel punt ta’ kuntatt |
Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt u l-isem tal-awtorità kompetenti rilevanti. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY2 |
Mhux applikabbli |
Data tan-notifika |
Id-data ta’ notifika lill-ESMA. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY3 |
Mhux applikabbli |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istrument |
Meta disponibbli, il-kodiċi jew il-kodiċijiet internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN). Jekk l-ebda ISIN ma jkun disponibbli, mela kwalunkwe kodiċi uniku ieħor għat-titoli (inklużi n-noti marbuta mal-kreditu), jekk disponibbli. |
Meta disponibbli skont l-Entrata 3.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY4 |
Mhux applikabbli |
Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI) |
Il-LEI tal-oriġinatur(i) u l-isponsor(s) u, meta disponibbli, tal-mutwant(i) oriġinali u l-SSPE(s). |
Entrata 4.2 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY5 |
Artikolu 31(3) |
Il-bejjiegħ ta’ protezzjoni |
Il-LEI, l-isem, il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-bejjiegħ (a) tal-protezzjoni inizjali u l-isem tal-awtorità kompetenti. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY6 |
Mhux applikabbli |
Identifikatur tan-notifika |
Meta tirrapporta aġġornament, in-numru uniku ta’ referenza assenjat mill-ESMA għan-notifika STS notifikata preċedentement. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY7 |
Mhux applikabbli |
Identifikatur uniku |
L-identifikatur uniku assenjat mill-entità li tirrapporta skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1224 |
Mhux applikabbli |
|
STSSY8 |
Mhux applikabbli |
Repożitorju tat-Titolizzazzjoni |
Jekk applikabbli, l-isem tar-repożitorju rreġistrat tat-titolizzazzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY9 |
L-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 27(3) |
Pajjiż ta’ stabbiliment |
Il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-orġinatur(i), l-isponsor(s), l-SSPE(s) u l-mutwant(i) oriġinali. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY10 |
Mhux applikabbli |
Klassifikazzjoni tat-titolizzazzjoni sintetika |
It-tip ta’ titolizzazzjoni sintetika: — titolizzazzjoni sintetika bi protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu; — titolizzazzjoni sintetika bi protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY11 |
Mhux applikabbli |
Titolizzazzjoni sintetika bi protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata |
Isem tal-bejjiegħ ta’ protezzjoni (istituzzjoni governattiva jew sovranazzjonali b’piż ta’ riskju ta’ 0 %) |
Mhux applikabbli |
|
STSSY12 |
Mhux applikabbli |
Il-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Kreditu użat |
It-tip ta’ ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu użat: — Derivattivi ta’ kreditu; — Garanziji finanzjarji |
Mhux applikabbli |
|
STSSY13 |
Mhux applikabbli |
Klassifikazzjoni ta’ skoperturi sottostanti |
It-tip ta’ skoperturi sottostanti fosthom: 1) Skoperturi għall-finanzjament tal-kummerċ 2) Self għal Intrapriżi Żgħar u ta’ daqs Medju (SMEs) 3) Self lill-konsumaturi 4) Self lil korporazzjonijiet kbar 5) Taħlita ta’ self lill-SMEs u lil korporazzjonijiet kbar 6) Skoperturi fuq proprjetà immobbli kummerċjali 7) Oħrajn. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY14 |
Mhux applikabbli |
Data tal-ħruġ |
Id-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni u, jekk differenti, id-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ftehim ta’ protezzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY15 |
Artikolu 27(2), it-tieni subparagrafu |
Verifikatur ta’ parti terza awtorizzata — dikjarazzjoni |
Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STA ġiet ikkonfermata minn dik il-parti terza awtorizzata. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY16 |
Artikolu 27(2), it-tieni subparagrafu |
Verifikatur ta’ parti terza awtorizzata — pajjiż ta’ stabbiliment |
Meta parti terza awtorizzata tkun pprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem u l-pajjiż ta’ stabbiliment tal-parti terza. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY17 |
Artikolu 27(2), it-tieni subparagrafu |
Verifikatur ta’ parti terza awtorizzata — awtorità kompetenti |
Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY18 |
Artikolu 27(5) |
Status STS |
Jekk applikabbli, notifika motivata mill-oriġinatur li t-titolizzazzjoni ma għandhiex tibqa’ titqies bħala STS. |
Mhux applikabbli |
Informazzjoni speċifika
|
Kodiċi tal-qasam |
Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
Isem tal-qasam |
Konferma |
Spjegazzjoni qasira |
Spjegazzjoni dettaljata |
Kontenut li għandu jiġi rrappurtat |
Informazzjoni addizzjonali |
|
STSSY19 |
Artikolu 26b(1), l-ewwel subparagrafu |
L-oriġinatur huwa entità taħt superviżjoni fl-Unjoni |
√ |
|
|
Konferma li l-oriġinatur huwa entità li hija awtorizzata jew liċenzjata fl-Unjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY20 |
Artikolu 26b(1), it-tieni subparagrafu |
Oriġinatur li japplika l-politiki għall-iskoperturi ta’ parti terza mixtrija |
|
√ |
|
Spjegazzjoni konċiża li l-politiki għall-kreditu, il-ġbir, ir-ristrutturar tad-dejn u s-servizzjar li l-oriġinatur japplika għall-iskoperturi ta’ parti terza li l-oriġinatur xtara f’ismu stess u mbagħad ittitolizza, u li ma jridux ikunu inqas stretti minn dawk li l-oriġinatur japplika għal skoperturi komparabbli li ma jkunux inxtraw. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY21 |
Artikolu 26b(2) |
Oriġini tal-iskoperturi sottostanti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni konċiża li l-iskoperturi sottostanti huma oriġinati bħala parti mill-attività ewlenija tan-negozju tal-oriġinatur. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY22 |
Artikolu 26b(3), l-ewwel subparagrafu |
Assi miżmuma fuq il-karta tal-bilanċ tal-oriġinatur meta tagħlaq it-tranżazzjoni |
√ |
|
|
Konferma li, fid-data tal-għeluq ta’ tranżazzjoni, l-iskoperturi sottostanti jinżammu fil-karta tal-bilanċ tal-oriġinatur jew ta’ entità li tappartjeni għall-istess grupp tal-oriġinatur. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY23 |
Artikolu 26b(3), it-tieni subparagrafu |
Kategorija tal-grupp |
√ |
|
|
Għall-finijiet tal-qasam STSSY22, konferma ta’ liema miż-żewġ gruppi li ġejjin hija dik rilevanti: (a) grupp ta’ entitajiet ġuridiċi li huwa soġġett għal konsolidazzjoni prudenzjali skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; (b) grupp kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE (1) |
Mhux applikabbli |
|
STSSY24 |
Artikolu 26b(4) |
L-ebda ħħeġġjar ulterjuri tal-iskopertura tal-orġinatur |
√ |
|
|
Konferma li l-oriġinatur ma jiħħeġġjax l-iskopertura tiegħu għar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni lil hinn mill-protezzjoni miksuba permezz tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY25 |
Artikolu 26b(5) |
Ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu li jissodisfa l-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 |
√ |
|
|
Konferma li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jikkonforma mar-regoli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu stabbiliti fl-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY26 |
Artikolu 26b(5) |
Ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu li jikkonforma ma’ regoli oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu |
|
√ |
|
Meta l-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jkunx applikabbli, spjegazzjoni konċiża li l-konformità mar-rekwiżiti li mhumiex inqas stretti mir-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu hija żgurata. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY27 |
Artikolu 26b(6), il-punt (a) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Titolu legali għall-iskoperturi sottostanti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira tar-rappreżentazzjonijiet u tal-garanziji tal-oriġinatur li tindika li l-oriġinatur jew entità tal-grupp li l-oriġinatur jappartjeni fih għandha titolu legali u validu sħiħ għall-iskoperturi sottostanti u d-drittijiet anċillari assoċjati tagħhom. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY28 |
Artikolu 26b(6), il-punt (b) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji — L-oriġinatur iżomm ir-riskju tal-kreditu tal-assi sottostanti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira tar-rappreżentazzjonijiet u tal-garanziji tal-oriġinatur, meta l-oriġinatur ikun istituzzjoni tal-kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-oriġinatur jew entità li tkun inkluża fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata żżomm ir-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti fil-karta tal-bilanċ tagħha. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY29 |
Artikolu 26b(6), il-punt (c) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Konformità tal-iskopertura mal-kriterji tal-eliġibbiltà |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira tar-rappreżentazzjonijiet u tal-garanziji tal-oriġinatur li kull skopertura sottostanti tikkonforma, fid-data li tkun inkluża fil-portafoll titolizzat, mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u mal-kundizzjonijiet kollha, minbarra l-okkorrenza ta’ avveniment ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 26e(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, għal pagament ta’ protezzjoni ta’ kreditu f’konformità mal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu li jinsab fid-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY30 |
Artikolu 26b(6), il-punt (d) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Obbligu legali u eżegwibbli lejn l-obbligant |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira tar-rappreżentazzjonijiet u tal-garanziji tal-oriġinatur li, sa fejn jaf l-oriġinatur, il-kuntratt għal kull skopertura sottostanti jinkludi obbligu legali, validu, vinkolanti u infurzabbli fuq l-obbligant biex iħallas is-somom ta’ flus speċifikati f’dak il-kuntratt. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY31 |
Artikolu 26b(6), punt (e) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Kriterji ta’ sottoskrizzjoni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira tar-rappreżentazzjonijiet u tal-garanziji tal-oriġinatur li l-iskoperturi sottostanti jikkonformaw mal-kriterji ta’ sottoskrizzjoni li mhumiex anqas stretti minn dawk li l-oriġinatur japplika għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY32 |
Artikolu 26b(6), il-punt (f) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji — L-ebda obbligant fi ksur materjali jew f’nuqqas |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira tar-rappreżentazzjonijiet u tal-garanziji tal-oriġinatur li, sa fejn jaf l-oriġinatur, l-ebda obbligant ma huwa fi ksur materjali jew f’nuqqas ta’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ skopertura sottostanti fid-data li fiha l-iskopertura sottostanti tkun inkluża fil-portafoll titolizzat. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY33 |
Artikolu 26b(6), il-punt(g) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji — L-ebda informazzjoni falza fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira tar-rappreżentazzjonijiet u tal-garanziji tal-oriġinatur li, sa fejn jaf l-oriġinatur, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet ma tinkludix informazzjoni falza dwar id-dettalji tal-iskoperturi sottostanti. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY34 |
Artikolu 26b(6), il-punt (h) |
Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Eżegwibbiltà jew ġbir tal-iskoperturi sottostanti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni konċiża tar-rappreżentazzjonijiet u tal-garanziji tal-oriġinatur li fl-għeluq tat-tranżazzjoni jew meta skopertura sottostanti tkun inkluża fil-portafoll titolizzat, il-kuntratt bejn l-obbligant u l-mutwanti oriġinali fir-rigward ta’ dik l-iskopertura sottostanti ma jkunx ġie emendat b’tali mod li tkun ġiet affettwata l-infurzabbiltà jew il-possibbiltà li dik l-iskopertura sottostanti tinġabar. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY35 |
Artikolu 26b(7), l-ewwel subparagrafu |
Kriterji ta’ eliġibbiltà li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv tal-iskoperturi sottostanti fuq bażi diskrezzjonali |
|
√ |
|
Spjegazzjoni dettaljata li l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY36 |
Artikolu 26b(7), it-tieni subparagrafu |
Eżenzjoni mill-projbizzjoni tal-immaniġġar tal-portafoll attiv |
|
√ |
|
Għall-finijiet tal-qasam STSSY35, spjegazzjoni qasira li s-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet jew il-garanziji jew, jekk it-titolizzazzjoni tinkludi perjodu ta’ rikostituzzjoni, iż-żieda ta’ skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ rikostituzzjoni definiti, ma jitqisux bħala mmaniġġar tal-portafoll attiv. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY37 |
Artikolu 26b(7), it-tielet subparagrafu |
Skopertura miżjuda wara d-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni li tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li kwalunkwe skopertura miżjuda wara d-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà li mhumiex inqas stretti minn dawk applikati fl-għażla inizjali tal-iskoperturi sottostanti. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 38 |
Artikolu 26b(7), ir-raba’ subparagrafu, punt (a) |
Skopertura mħallsa lura bis-sħiħ |
|
√ |
|
Jekk l-iskopertura sottostanti se titneħħa mit-tranżizzjoni, spjegazzjoni qasira li tkun ġiet imħallsa lura bis-sħiħ jew immaturat mod ieħor. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 39 |
Artikolu 26b(7), ir-raba’ subparagrafu, il-punt (b) |
Skoperturi sottostanti li tneħħew |
|
√ |
|
Jekk l-iskopertura sottostanti se titneħħa mit-tranżizzjoni, spjegazzjoni qasira li tkun tneħħiet matul il-kors ordinarju tan-negozju tal-oriġinatur, sakemm tali disponiment ma jkunx jikkostitwixxi appoġġ impliċitu kif imsemmi fl-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 40 |
Artikolu 26b(7), ir-raba’ subparagrafu, il-punt (c) |
Emenda mhux immexxija mill-kreditu |
|
√ |
|
Jekk l-iskopertura sottostanti se titneħħa mit-tranżazzjoni, spjegazzjoni qasira li hija soġġetta għal emenda li mhijiex immexxija mill-kreditu, bħar-rifinanzjament jew ir-ristrutturar tad-dejn, u li tokkorri matul il-kors ordinarju tal-ġestjoni ta’ dik l-iskopertura sottostanti. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 41 |
Artikolu 26b(7), ir-raba’ subparagrafu, il-punt (d) |
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà mhux issodisfati |
|
√ |
|
Jekk l-iskopertura sottostanti se titneħħa mit-tranżazzjoni, spjegazzjoni qasira li hija ma ssodisfatx il-kriterji ta’ eliġibbiltà meta ġiet inkluża fit-tranżazzjoni. |
Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 42 |
Artikolu 26b(8), l-ewwel subparagrafu |
Omoġeneità tal-assi |
|
|
√ |
Spjegazzjoni qasira ta’ kif it-titolizzazzjoni hija appoġġata minn aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti li jkunu omoġenji f’termini tat-tip ta’ assi. Għal dak il-għan, għandha ssir referenza għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 (2). |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 43 |
Artikolu 26b(8), l-ewwel subparagrafu |
Tip wieħed biss ta’ assi |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata ta’ kif l-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti tinkludi tip wieħed biss ta’ assi. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 44 |
Artikolu 26b(8), it-tieni subparagrafu |
Obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-iskoperturi sottostanti msemmija fil-qasam STSSY42 ikun fihom obbligi li jkunu kuntratwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’riskors sħiħ fil-konfront tad-debituri u, jekk japplika, tal-garanti. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 45 |
Artikolu 26b(8), it-tielet subparagrafu |
Pagament perjodiku definit |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata ta’ kif l-iskoperturi sottostanti msemmija fil-qasam STSSY42 ikollhom flussi ta’ pagament perjodiċi definiti, li l-ħlasijiet parzjali tagħhom jistgħu jvarjaw fl-ammonti tagħhom, relatati mal-kiri, il-kapital jew il-pagamenti tal-imgħax, jew ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu mill-assi li jappoġġaw dawn il-pagamenti. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 46 |
Artikolu 26b(8), it-tielet subparagrafu |
Rikavat mill-bejgħ tal-assi |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata ta’ jekk u kif l-iskoperturi sottostanti msemmija fil-qasam STSSY42 jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi ffinanzjati jew lokati. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 47 |
Artikolu 26b(8), ir-raba’ subparagrafu |
Titoli mhux trasferibbli |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata ta’ kif l-iskoperturi sottostanti ma jinkludux titoli trasferibbli, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (44), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ħlief bonds korporattivi li ma humiex elenkati f’ċentru tan-negozjar. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 48 |
Artikolu 26b(9) |
L-ebda rititolizzazzjoni |
√ |
|
|
Konferma li l-iskoperturi sottostanti ma jkunu jinkludu ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni. |
Entrata 2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 49 |
Artikolu 26b(10), l-ewwel subparagrafu |
Standards ta’ sottoskrizzjoni divulgati lill-investituri potenzjali |
√ |
|
|
Konferma li l-istandards ta’ sottoskrizzjoni li jkunu oriġinati konformement magħhom l-iskoperturi sottostanti u kwalunkwe bidla materjali minn standards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti jiġu divulgati b’mod sħiħ mingħajr dewmien bla bżonn lill-investituri potenzjali. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 50 |
Artikolu 26b(10), l-ewwel subparagrafu |
Riskors sħiħ għall-obbligant |
√ |
|
|
Konferma li l-iskoperturi sottostanti jkunu sottoskritti b’rikors sħiħ għal obbligant li mhuwiex SSPE. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 51 |
Artikolu 26b(10), l-ewwel subparagrafu |
Standards ta’ sottoskrizzjoni — L-ebda parti terza |
√ |
|
|
Konferma li l-ebda parti terza ma tkun involuta fid-deċiżjonijiet ta’ kreditu jew ta’ sottoskrizzjoni li jikkonċernaw l-iskoperturi sottostanti. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 52 |
Artikolu 26b(10), it-tieni subparagrafu |
Standards ta’ sottoskrizzjoni — Self residenzjali |
√ |
|
|
Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li l-iskoperturi sottostanti tagħhom ikunu self residenzjali, konferma li l-aggregazzjoni tas-self ma tkun tinkludi l-ebda self li tqiegħed fis-suq u li jkun ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 53 |
Artikolu 26b(10), it-tielet subparagrafu |
Standards ta’ sottoskrizzjoni — Valutazzjoni tal-mutwatarju |
√ |
|
|
Konferma li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwanti tkun tissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew l-Artikolu 18(1) sa (4), il-punt (a), tal-Artikolu 18(5) u l-Artikolu 18(6), tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 54 |
Artikolu 26b(10), ir-raba’ subparagrafu |
Għarfien espert tal-oriġinatur jew tal-mutwant oriġinali |
√ |
|
|
Konferma li l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati. |
Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 55 |
Artikolu 26b(11), il-punt (a) |
L-ebda skopertura inadempjenti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li, fil-mument tal-għażla, l-iskoperturi sottostanti ma jkunux jinkludu skoperturi inadempjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit, li sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jkun ġie ddikjarat insolventi, jew meta qorti tkun tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta’ infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta’ pagamenti mitluf fi żmien tliet snin qabel id-data tal-oriġinazzjoni, jew li jkun għadda minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data tal-għażla tal-iskoperturi sottostanti, ħlief meta (i) skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar, li jrid ikun seħħ mill-inqas sena qabel l-għażla tal-iskoperturi sottostanti; jew (ii) l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur skont il-punt (a) u l-punt (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), tar-Regolament (UE) 2017/2402 b’mod espliċitu tkun tistabbilixxi il-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar u l-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar. Fil-każ li tapplika xi waħda minn dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet, ipprovdi spjegazzjoni qasira tagħha. |
Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 56 |
Artikolu 26b(11), il-punt (b) |
L-ebda storja kreditizja negattiva |
|
√ |
|
Spjegazzjoni konċiża li fil-mument tal-għażla, l-iskoperturi sottostanti ma jkunux jinkludu skoperturi inadempjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit, li sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali, fiż-żmien tal-oriġinazzjoni tal-iskopertura sottostanti, fejn applikabbli, kien fuq reġistru pubbliku tal-kreditu ta’ persuni bi storja kreditizja negattiva jew, meta ma jkunx hemm tali reġistru pubbliku tal-kreditu, reġistru tal-kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali; |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 57 |
Artikolu 26b(11), il-punt (c) |
Ir-riskju ta’ nuqqas ta’ pagament mhuwiex ogħla minn dak għal skoperturi mhux ta’ titolizzazzjoni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li, fil-mument tal-għażla, l-iskoperturi sottostanti ma jkunux jinkludu skoperturi inadempjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit, li sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali, ikollhom klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 58 |
Artikolu 26b(12) |
Mill-inqas pagament wieħed magħmul fiż-żmien tal-inklużjoni tal-assi sottostanti |
√ |
|
|
Konferma li d-debituri, fiż-żmien tal-inklużjoni tal-assi sottostanti, jkunu għamlu mill-inqas pagament wieħed, ħlief jekk: (a) it-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, garantita bi skoperturi pagabbli f’pagament wieħed jew li għandha maturità ta’ inqas minn sena, inkluż, mingħajr limitazzjoni, il-pagamenti fix-xahar għal krediti rotanti; jew (b) l-iskopertura tirrappreżenta r-rifinanzjament ta’ skopertura li diġà tkun inkluża fit-tranżazzjoni. Fil-każ li tapplika xi waħda minn dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet, ipprovdi spjegazzjoni qasira tagħha. |
Entrata 3.3 u 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 59 |
Artikolu 26c(1) |
Konformità mar-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata ta’ kif l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jissodisfa r-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Entrata 3.1 tal-Anness 9 u l-Entrata 3.4.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 60 |
Artikolu 26c(2), l-ewwel subparagrafu |
Mitigazzjoni tar-riskji tar-rata tal-imgħax u tal-munita |
√ |
|
|
Konferma li: (a) ir-riskji tar-rata tal-imgħax u tal-munita li jirriżultaw minn titolizzazzjoni u l-effetti possibbli tagħhom fuq il-pagamenti lill-oriġinatur u lill-investituri jiġu deskritti fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni, (b) dawk ir-riskji jiġu mitigati b’mod xieraq u kwalunkwe miżura meħuda għal dak il-għan tiġi ddivulgata lill-investituri. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY61 |
Artikolu 26c(2), l-ewwel subparagrafu |
Kollateral ta’ protezzjoni tal-kreditu u pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu denominati fl-istess munita |
√ |
|
|
Konferma li kwalunkwe kollateral li jkun jiggarantixxi l-obbligi tal-investitur skont il-ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu jkun denominat fl-istess munita li fih huwa denominat il-pagament tal-protezzjoni ta’ kreditu. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 62 |
Artikolu 26c(2), it-tieni subparagrafu |
Obbligazzjonijiet tal-SSPE li jkunu daqs jew inqas mill-introjtu tal-SSPE |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li fil-każ ta’ titolizzazzjoni bl-użu ta’ SSPE, l-ammont ta’ obbligazzjonijiet tal-SSPE dwar il-pagamenti tal-imgħax lill-investituri għandu, f’kull data ta’ pagament, ikun inqas mill-ammont ta’ introjtu tal-SSPE mill-oriġinatur u kwalunkwe arranġament kollaterali. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 63 |
Artikolu 26c(2), it-tielet subparagrafu |
L-ebda derivattiv ma jintuża ħlief għall-iħħeġġjar tar-riskju tal-imgħax jew tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-munita |
√ |
|
|
Konferma li l-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tkunx tinkludi derivattivi ħlief għall-fini tal-iħħeġġjar tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-munita tal-iskoperturi sottostanti. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 64 |
Artikolu 26c(2), it-tielet subparagrafu |
Użu ta’ derivattivi fuq il-bażi ta’ standards komuni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li, f’każ li tapplika l-eċċezzjoni msemmija fin-numru tal-qasam STSSY63, kwalunkwe derivattiv użat ikun sottoskritt u dokumentat skont standards aċċettati b’mod komuni. |
Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 65 |
Artikolu 26c(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Pagamenti tal-imgħax b’rata ta’ referenza bbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati mingħajr formuli jew derivattivi kumplessi |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li turi fuq liema minn dawn l-elementi jibbażaw il-pagamenti tal-imgħax b’rata ta’ referenza, f’każ ta kwalunkwe pagament tal-imgħax b’rabta ma’ tranżazzjoni: (a) rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jirriflettu l-ispejjeż ta’ fondi, u ma jirreferux għal formuli jew derivattivi kumplessi; jew (b) introjtu ġġenerat mill-kollateral li jiggarantixxi l-obbligazzjonijiet tal-investitur skont il-ftehim ta’ protezzjoni. Spjegazzjoni qasira li kwalunkwe pagament tal-imgħax b’rata ta’ referenza dovut fil-kuntest tal-iskoperturi sottostanti jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jkunu jirriflettu l-ispiża tal-fondi li ma jirreferux għal formuli jew derivattivi kumplessi |
Entrata 2.2.2 u 2.2.13 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 66 |
Artikolu 26c(4), l-ewwel subparagrafu |
Avveniment ta’ infurzar mingħajr preġudizzju għall-azzjoni ta’ infurzar tal-investitur |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-investitur ikun permess jieħu azzjoni ta’ infurzar wara l-okkorrenza ta’ avveniment ta’ infurzar fir-rigward tal-oriġinatur. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 67 |
Artikolu 26c(4), it-tieni subparagrafu |
L-infurzar tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu — L-ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li, fil-każ ta’ titolizzazzjoni bl-użu ta’ SSPE, meta jinħareġ avviż ta’ eżekuzzjoni jew ta’ terminazzjoni tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu, l-ebda ammont ta’ flus kontanti ma jinqabad fl-SSPE lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament operattiv tal-SSPE, il-ħlas tal-pagamenti ta’ protezzjoni għal skoperturi sottostanti inadempjenti li jkunu għadhom qed jiġu ristrutturati fil-mument tat-terminazzjoni, jew ir-ripagament ordnat lil investituri f’konformità mat-termini kuntrattwali tat-titolizzazzjoni. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 68 |
Artikolu 26c(5), l-ewwel subparagrafu |
Telf allokat fl-ordni tas-superjorità |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li t-telf ikun allokat lid-detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fl-ordni ta’ superjorità tas-segmenti, bl-aktar segment subordinat jiġi l-ewwel. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 69 |
Artikolu 26c(5), it-tieni subparagrafu |
Ammortizzament sekwenzjali |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-amortizzament sekwenzjali ikun applikat għas-segmenti kollha biex jiġi ddeterminat l-ammont pendenti tas-segmenti f’kull data ta’ pagament, bl-aktar segment superjuri jiġi l-ewwel. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 70 |
Artikolu 26c(5), it-tielet subparagrafu |
Prijorità mhux sekwenzjali tal-pagamenti |
|
√ |
|
B’deroga mill-qasam STSSY 69, spjegazzjoni qasira li, għat-tranżazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti ikunu previsti skattaturi relatati mal-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, li jirriżultaw f’li l-prijorità ta’ pagamenti titreġġa’ lura għall-pagamenti sekwenzjali fl-ordni tas-superjorità. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 71 |
Artikolu 26c(5), it-tielet subparagrafu, il-punt (a) |
Skattaturi relatati mal-prestazzjoni |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata tal-iskattatur obbligatorju relatat mal-prestazzjoni msemmi fil-qasam STSSY70, li jkun iż-żieda fl-ammont kumulattiv ta’ skoperturi inadempjenti jew iż-żieda fit-telf kumulattiv akbar minn perċentwal partikolari tal-ammont pendenti tal-portafoll sottostanti. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 72 |
Artikolu 26c(5), it-tielet subparagrafu, punt (b) |
Skattaturi relatati mal-prestazzjoni |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata tal-iskattatur retrospettiv addizzjonali tal-prestazzjoni msemmi fil-qasam STSSY70. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 73 |
Artikolu 26c(5), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) |
Skattaturi relatati mal-prestazzjoni |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata tal-iskattatur prospettiv tal-prestazzjoni imsemmi fil-qasam STSSY70. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 74 |
Artikolu 26c(5), is-seba’ paragrafu |
Ammont ta’ kollateral daqs l-ammont ta’ segmenti li qed jiġu amortizzati |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li, hekk kif is-segmenti jammortizzaw, l-ammont tal-kollateral li jkun daqs l-ammont tal-ammortizzament ta’ dawk is-segmenti jingħata lura lill-investituri, dment li l-investituri jkunu kollateralizzaw dawk is-segmenti. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 75 |
Artikolu 26c(5), it-tmien subparagrafu |
Seħħ avveniment ta’ kreditu u l-ammont ta’ protezzjoni ta’ kreditu disponibbli fi kwalunkwe data tal-pagament |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar il-fatt li, meta avveniment ta’ kreditu kif imsemmi fl-oqsma STSSY100 jew STSSY101 jkun seħħ fir-rigward ta’ skoperturi sottostanti u r-ristrutturar tad-dejn għal dawk l-iskoperturi ma jkunx tlesta, l-ammont ta’ protezzjoni tal-kreditu li jifdal fi kwalunkwe data ta’ pagament jkun mill-inqas ekwivalenti għall-ammont nominali pendenti ta’ dawk l-iskoperturi sottostanti, li minnu jitnaqqas l-ammont ta’ kwalunkwe pagament interim magħmul fir-rigward ta’ dawk l-iskoperturi sottostanti. |
Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 76 |
Artikolu 26c(6), il-punt (a) |
Dispożizzjonijiet jew skattaturi ta’ amortizzament antiċipat — Kwalità kreditizja |
|
√ |
|
Meta titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, spjegazzjoni konċiża li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tinkludi dispożizzjonijiet jew skattaturi xierqa ta’ amortizzament antiċipat għat-terminazzjoni tal-perjodu rotanti f’każ ta’ deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti sa limitu predefinit jew inqas minn dan il-limitu. |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 77 |
Artikolu 26c(6), il-punt (b) |
Dispożizzjonijiet jew skattaturi ta’ amortizzament antiċipat — Telf |
|
√ |
|
Meta titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tinkludi dispożizzjonijiet xierqa ta’ ammortizzament antiċipat jew skattaturi għat-terminazzjoni tal-perijodu rotanti f’każ ta’ żieda fit-telf li tkun ogħla mil-limitu predefinit; |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 78 |
Artikolu 26c(6), il-punt (c) |
Dispożizzjonijiet jew skattaturi ta’ amortizzament antiċipat — Skoperturi ġodda |
|
√ |
|
Meta titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, spjegazzjoni konċiża li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tinkludi dispożizzjonijiet xierqa ta’ ammortizzazzjoni antiċipat jew skattaturi għat-terminazzjoni tal-perjodu rotanti f’każ ta’ nuqqas li jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predetefinita matul perjodu speċifikat. |
Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 79 |
Artikolu 26c(7), il-punt (a) |
Obbligi, dmirijiet u responsabbiltajiet kuntrattwali — Ġestur |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tispeċifika b’mod ċar l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-ġestur. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 80 |
Artikolu 26c(7), il-punt (a) |
Obbligi, dmirijiet u responsabbiltajiet — Fiduċjarju |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira dwar il-fatt li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tispeċifika b’mod ċar l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-fiduċjarju u fornituri ta’ servizzi anċillari oħra, jekk applikabbli. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 81 |
Artikolu 26c(7), il-punt (a) |
Obbligi, dmirijiet u responsabbiltajiet kuntrattwali — Aġent ta’ verifika ta’ parti terza |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tispeċifika b’mod ċar l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 82 |
Artikolu 26c(7), il-punt (b) |
Sostituzzjoni tal-fornituri ta’ servizzi f’każ tal-inadempjenza jew l-insolvenza tagħhom |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tispeċifika b’mod ċar id-dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni tas-servizzjant, tal-fiduċjarju, tafornituri oħra ta’ servizzi anċillari jew tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmija fil-qasam STSSY126 fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk il-fornituri ta’ servizzi, meta dawk il-fornituri ta’ servizzi jkunu differenti mill-oriġinatur, b’mod li ma jirriżultax fit-tmiem tal-forniment ta’ dawk is-servizzi. |
Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 83 |
Artikolu 26c(7), il-punt (c) |
Proċeduri ta’ ġestjoni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tispeċifika b’mod ċar il-proċeduri ta’ ġestjoni li japplikaw għall-iskoperturi sottostanti fid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni u wara u ċ-ċirkostanzi li fihom dawk il-proċeduri jistgħu jiġu mmodifikati. |
Entrata 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 84 |
Artikolu 26c(7), il-punt (d) |
Standards tas-servizzjar |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tispeċifika b’mod ċar l-istandards tal-ġestjoni li s-servizzjant ikun obbligat li jaderixxi magħhom fil-ġestjoni tal-iskoperturi sottostanti matul il-ħajja kollha tat-titolizzazzjoni. |
Entrata 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 85 |
Artikolu 26c(8), l-ewwel subparagrafu |
Għarfien espert mis-servizzjant |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li s-servizzjant ikollu għarfien espert fil-ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għall-iskoperturi titolizzati. |
Entrata 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 86 |
Artikolu 26c(8), l-ewwel subparagrafu |
Politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġjar tar-riskju dokumentati sew u adegwati fis-seħħ |
√ |
|
|
Konferma li s-servizzjant ikollu politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġjar tar-riskju dokumentati sew u adegwati relatati mal-ġestjoni tal-iskoperturi. |
Entrata 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 87 |
Artikolu 26c(8), it-tieni subparagrafu |
Proċeduri ta’ ġestjoni li jkunu tal-anqas stretti daqs dawk applikati għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati |
√ |
|
|
Spjegazzjoni qasira li s-servizzjant ikun japplika proċeduri ta’ ġestjoni għall-iskoperturi sottostanti li jkunu tal-anqas stretti daqs dawk applikati mill-oriġinatur għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati. |
Entrata 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 88 |
Artikolu 26c(9) |
Reġistru ta’ referenza fis-seħħ |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata li turi l-mod kif l-oriġinatur iżomm reġistru ta’ referenza aġġornat biex jidentifika l-iskoperturi sottostanti f’kull ħin. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 89 |
Artikolu 26c(9) |
Reġistru ta’ referenza — Kontenut |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li r-reġistru ta’ referenza msemmi fil-Qasam STSSY 88 jidentifika l-obbliganti ta’ referenza, l-obbligi ta’ referenza li minnhom joriġinaw l-iskoperturi sottostanti u, għal kull skopertura sottostanti, l-ammont nominali li huwa protett u li huwa pendenti. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 90 |
Artikolu 26c(10) |
Riżoluzzjoni f’waqtha ta’ kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri |
√ |
|
|
Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tinkludi dispożizzjonijiet ċari li jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni f’waqtha ta’ kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri. |
Entrati 3.4.7 u 3.4.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 91 |
Artikolu 26c(10) |
SSPE — Drittijiet tal-vot definiti b’mod ċar |
√ |
|
|
Konferma li, fil-każ ta’ titolizzazzjoni bl-użu ta’ SSPE, id-drittijiet tal-vot ikunu definiti b’mod ċar u jiġu allokati lid-detenturi tal-bonds u li r-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u tal-entitajiet oħrajn bi dmirijiet fiduċjarji lejn l-investituri jiġu identifikati b’mod ċar. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 92 |
Artikolu 26d(1) |
Data dwar Prestazzjonijiet Storiċi fir-rigward ta’ Inadempjenzi u Telf |
√ |
|
|
Konferma li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri potenzjali qabel l-ipprezzar, data storika dwar il-prestazzjoni statika u dinamika fir-rigward ta’ inadempjenzi u telf bħad-data dwar id-delinkwenza u l-inadempjenza (li tkopri perjodu ta’ mill-inqas 5snin) għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li jkunu qed jiġu titolizzati, kif ukoll is-sorsi ta’ dik id-data u l-bażi għad-dikjarazzjoni ta’ similarità. |
Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980 |
|
STSSY 93 |
Artikolu 26d(2) |
Kampjun tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għal verifika esterna |
√ |
|
|
Konferma li kampjun tal-iskoperturi sottostanti jkun soġġett għal verifika esterna qabel l-għeluq tat-tranżazzjoni minn parti xierqa u indipendenti, inkluża verifika li l-iskoperturi sottostanti jkunu eliġibbli għall-protezzjoni tal-kreditu skont il-ftehim tal-protezzjoni tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 94 |
Artikolu 26d(3) |
Disponibbiltà ta’ mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet għal investituri potenzjali |
√ |
|
|
Konferma li, qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni, l-oriġinatur iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri potenzjali mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligi li jirrappreżenta b’mod preċiż ir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-iskoperturi sottostanti u l-pagamenti fi flussi bejn l-oriġinatur, l-investituri, partijiet terzi oħra u, jekk applikabbli, l-SSPE, u li wara l-ipprezzar, dak il-mudell isir disponibbli għall-investituri fuq bażi kontinwa u għall-investituri potenzjali fuq talba. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 95 |
Artikolu 26d(4), l-ewwel subparagrafu |
Pubblikazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali ta’ skoperturi sottostanti magħmula minn self residenzjali jew self jew lokazzjonijiet tal-karozzi |
|
√ |
|
F’każ ta’ titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali jew self jew lokazzjonijiet tal-karozzi u sakemm ma tiġix applikata l-eċċezzjoni fil-qasam STSSY 96, spjegazzjoni qasira li l-oriġinatur jagħmel disponibbli informazzjoni relatata mal-prestazzjoni ambjentali tal-assi ffinanzjati mis-self, bħala parti mill-informazzjoni ddivulgata skont l-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 96 |
Artikolu 26d(4), it-tieni subparagrafu |
Deroga mir-rekwiżit biex tiġi ppubblikata l-prestazzjoni ambjentali ta’ skoperturi sottostanti magħmula minn self residenzjali jew self jew lokazzjonijiet tal-karozzi |
|
√ |
|
F’każ li l-oriġinatur jiddeċiedi li jidderoga mir-rekwiżit fil-qasam STSSY 95, spjegazzjoni qasira li l-oriġinatur jippubblika l-informazzjoni disponibbli relatata mal-impatti negattivi prinċipali tal-assi ffinanzjati mill-iskoperturi sottostanti fuq il-fatturi ta’ sostenibbiltà. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY97 |
Artikolu 26d(5) |
L-oriġinatur responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402 |
√ |
|
|
Konferma li l-oriġinatur huwa responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 98 |
Artikolu 26d(5) |
Informazzjoni dwar l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 disponibbli għal investituri potenzjali |
√ |
|
|
Konferma li l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402 issir disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar fuq talba. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 99 |
Artikolu 26d(5) |
Informazzjoni dwar l-Artikolu 7(1), il-punti (b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2017/2402 tkun disponibbli għall-investituri potenzjali mill-inqas f’forma ta’ abbozz jew inizjali |
√ |
|
|
Konferma li l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (c) u (d), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tkun disponibbli qabel l-ipprezzar, mill-inqas f’forma abbozzata jew inizjali u mbagħad id-dokumentazzjoni finali titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri mhux iktar tard minn 15-il jum wara l-għeluq tat-tranżazzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 100 |
Artikolu 26e(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Avvenimenti tal-kreditu u l-użu ta’ garanziji |
|
√ |
|
Meta t-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta’ garanziji, spjegazzjoni qasira li l-ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu jkun ikopri mill-inqas l-avvenimenti tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 215(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 101 |
Artikolu 26e(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Avvenimenti tal-kreditu u l-użu ta’ derivattivi tal-kreditu |
|
√ |
|
Meta t-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta’ derivattivi tal-kreditu, spjegazzjoni qasira li l-ftehim ta’ kreditu jkun ikopri tal-inqas l-avvenimenti tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 216(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 102 |
Artikolu 26e(1), it-tieni subparagrafu |
Ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu dokumentat |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-avvenimenti kollha tal-kreditu huma dokumentati. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 103 |
Artikolu 26e(1), it-tielet subparagrafu |
Il-miżuri ta’ trażżin ma jipprekludux l-iskattar tal-avvenimenti ta’ kreditu eliġibbli |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-miżuri ta’ trażżin fis-sens tal-Artikolu 47b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jiġu applikati għall-iskoperturi sottostanti ma jkunux jipprekludu l-iskattar tal-avvenimenti ta’ kreditu eliġibbli. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 104 |
Artikolu 26e(2), l-ewwel subparagrafu |
Il-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu abbażi tat-telf effettiv imġarrab u l-proċeduri standard ta’ rkupru |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li, wara li jseħħ avveniment ta’ kreditu, il-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu huwa kkalkulat abbażi tat-telf effettiv imġarrab mill-oriġinatur jew mill-mutwant oriġinali, kif maħdum skont il-politiki u l-proċeduri standard ta’ rkupru għat-tipi ta’ skoperturi rilevanti u rreġistrat fir-rapporti finanzjarji fiż-żmien meta jsir il-pagament. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 105 |
Artikolu 26e(2), l-ewwel subparagrafu |
Ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu pagabbli f’perjodu speċifikat |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-pagament finali tal-protezzjoni tal-kreditu ikun pagabbli f’perjodu speċifikat wara li d-dejn għall-iskopertura sottostanti rilevanti meta r-ristrutturar tad-dejn ikun tlesta qabel il-maturità legali skedata jew it-terminazzjoni bikrija tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 106 |
Artikolu 26e(2), l-ewwel subparagrafu |
Pagament interim ta’ protezzjoni tal-kreditu mhux aktar tard minn sitt xhur wara avveniment ta’ kreditu |
|
√ |
|
F’każijiet fejn ir-ristrutturar tad-dejn għat-telf għall-iskopertura sottostanti rilevanti ma jkunx tlesta sa tmiem dak il-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 26e(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, spjegazzjoni qasira li pagament interim ta’ protezzjoni tal-kreditu isir mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jseħħ avveniment ta’ kreditu kif imsemmi fl-oqsma STSSY100 u STSSY101. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 107 |
Artikolu 26e(2), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b) |
Pagament interim ta’ protezzjoni tal-kreditu ogħla mill-ammont ta’ telf mistenni applikabbli |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-pagament interim ta’ protezzjoni tal-kreditu ikun mill-inqas l-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin: (a) l-ammont ta’ telf mistenni li huwa ekwivalenti għall-indeboliment irreġistrat mill-oriġinatur fir-rapporti finanzjarji tiegħu f’konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli fiż-żmien meta jsir il-pagament interim bis-suppożizzjoni li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu ma jeżistix u ma jkopri l-ebda telf; jew (b) jekk applikabbli, l-ammont ta’ telf mistenni kif iddeterminat skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 108 |
Artikolu 26e(2), it-tielet subparagrafu |
Termini tal-pagament interim ta’ protezzjoni tal-kreditu |
|
√ |
|
Meta jsir pagament interim ta’ protezzjoni tal-kreditu, spjegazzjoni qasira li l-pagament finali ta’ protezzjoni tal-kreditu msemmi fil-qasam STSSY106 isir sabiex jiġi aġġustat is-saldu interim tat-telf mat-telf effettiv imġarrab. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 109 |
Artikolu 26e(2), ir-raba’ subparagrafu |
Metodu għall-kalkolu tal-pagamenti interim u finali ta’ protezzjoni tal-kreditu |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-metodu għall-kalkolu tal-pagamenti interim u finali ta’ protezjzoni tal-kreditu huwa speċifikat fil-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 110 |
Artikolu 26e(2), il-ħames subparagrafu |
Il-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu proprzjonali għas-sehem tal-ammont nominali pendenti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu jkun proporzjonali għas-sehem tal-ammont nominali pendenti tal-iskopertura sottostanti korrispondenti li tkun koperta mill-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 111 |
Artikolu 26e(2), is-sitt subparagrafu |
Infurzabbiltà tal-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dritt tal-oriġinatur li jirċievi l-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu huwa infurzabbli. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 112 |
Artikolu 26e(2), is-sitt subparagrafu |
Ammont pagabbli mill-investituri skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu huwa stabbilit fil-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-ammonti pagabbli mill-investituri skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu huma stabbiliti b’mod ċar fil-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu u limitat. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 113 |
Artikolu 26e(2), is-sitt subparagrafu |
Kalkolu tal-ammonti fiċ-ċirkostanzi kollha |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li huwa possibbli li jiġu kkalkulati l-ammonti pagabbli mill-investituri skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu fiċ-ċirkostanzi kollha. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 114 |
Artikolu 26e(2), is-sitt subparagrafu |
Ċirkostanzi tal-pagamenti tal-investituri stabbiliti skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jistabbilixxi b’mod ċar iċ-ċirkostanzi li fihom l-investituri ikunu meħtieġa jagħmlu l-pagamenti. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 115 |
Artikolu 26e(2), is-sitt subparagrafu |
Il-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza li jiskattaw il-pagamenti tal-investituri |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 jivvaluta jekk seħħewx iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu li fihom l-investituri ikunu meħtieġa jagħmlu pagamenti. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 116 |
Artikolu 26e(2), is-seba’ subparagrafu |
Il-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu kkalkulat fil-livell ta’ skopertura sottostanti. |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-ammont ta’ pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu jiġi kkalkulat fil-livell tal-iskopertura sottostanti li għaliha jkun seħħ avveniment ta’ kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 117 |
Artikolu 26e(3), l-ewwel subparagrafu |
Speċifikazzjoni tal-perjodu ta’ estenzjoni massimu għall-proċess ta’ ristrutturar tad-dejn |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jispeċifika l-perjodu ta’ estensjoni massimu li japplika għar-ristrutturar tad-dejn għall-iskoperturi sottostanti li għalihom ikun seħħ avveniment ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 26e(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, iżda li r-ristrutturar tad-dejn għalihom ma jkunx ġie kkompletat sal-maturità legali skedata jew sat-terminazzjoni bikrija tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 118 |
Artikolu 26e(3), l-ewwel paragrafu |
Perjodu ta’ estensjoni inqas minn sentejn |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-perjodu ta’ estensjoni msemmi fil-qasam STSSY 117 mhuwiex itwal minn sentejn. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 119 |
Artikolu 26e(3), l-ewwel paragrafu |
Pagament finali ta’ protezzjoni tal-kreditu fuq il-bażi tal-istima finali tat-telf tal-oriġinatur |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jipprevedi li, sa tmiem il-perjodu ta’ estensjoni msemmi fin-numru tal-qasam STSSY 117, isir pagament finali ta’ protezzjoni tal-kreditu fuq il-bażi tal-istima finali tat-telf tal-oriġinatur li jkun irreġistrat mill-oriġinatur fir-rapporti finanzjarji tiegħu f’dak iż-żmien bis-suppożizzjoni li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu ma jeżistix u ma jkopri l-ebda telf. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 120 |
Artikolu 26e(3), it-tieni subparagrafu |
Terminazzjoni tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu |
|
√ |
|
Fil-każ li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jiġi tterminat, spjegazzjoni qasira li r-ristrutturar tad-dejn ikompli fir-rigward ta’ kwalunkwe avveniment ta’ kreditu pendenti li seħħ qabel dik it-terminazzjoni bl-istess mod bħal dak deskritt fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26e(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 121 |
Artikolu 26e(3), it-tielet subparagrafu |
Primjums tal-protezzjoni tal-kreditu kontinġenti fuq l-ammont nominali pendenti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-primjums tal-protezzjoni tal-kreditu li għandhom jitħallsu skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu ikunu strutturati bħala kontinġenti fuq l-ammont nominali pendenti tal-iskoperturi titolizzati produttivi u jkunu jirriflettu r-riskju tas-segment protett. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 122 |
Artikolu 26e(3), it-tielet subparagrafu |
Il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu li ma jistipulax il-mekkaniżmi li jistgħu jevitaw jew inaqqsu l-allokazzjoni attwali tat-telf għall-investituri |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li, għall-finijiet tal-qasam STSSY117, il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu ma jistipulax primjums garantiti, pagamenti bil-quddiem tal-primjum, mekkaniżmi ta’ ribass jew mekkaniżmi oħra li jistgħu jevitaw jew inaqqsu l-allokazzjoni attwali tat-telf għall-investituri jew għar-ritorn ta’ parti mill-primjums imħallsin lill-oriġinatur wara l-maturità tat-tranżazzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 123 |
Artikolu 26e(3), ir-raba’ subparagrafu |
Deroga għall-pagamenti bil-quddiem tal-primjum |
|
√ |
|
B’deroga mill-oqsma STSSY121 u STSSY122, meta l-iskema ta’ garanzija tkun prevista b’mod speċifiku fid-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru u tibbenefika minn kontrogaranzija ta’ kwalunkwe waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, spjegazzjoni qasira li l-pagamenti ta’ primjum bil-quddiem huma permessi, dment li jkun hemm konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 124 |
Artikolu 26e(3), il-ħames subparagrafu |
Deskrizzjoni tal-primjum tal-protezzjoni tal-kreditu fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tiddeskrivi kif il-primjum tal-protezzjoni tal-kreditu u kwalunkwe kupun, jekk ikun hemm, jiġu kkalkolati fir-rigward ta’ kull data ta’ pagament matul il-ħajja kollha tat-titolizzazzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 125 |
Artikolu 26e(3), is-sitt subparagrafu |
Eżegwibilità tad-drittijiet tal-investitur |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-drittijiet tal-investituri li jirċievu primjums tal-protezzjoni tal-kreditu huma infurzabbli. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 126 |
Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu |
Ħatra ta’ aġent ta’ verifika ta’ parti terza qabel id-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni |
√ |
|
|
Konferma li, qabel id-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni, l-oriġinatur jaħtar aġent ta’ verifika ta’ parti terza. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 127 |
Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Kontroll tal-aġent tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza — Avviż ta’ avveniment ta’ kreditu speċifikat fit-termini tal-ftehim ta’ protezzjoni |
√ |
|
|
Konferma li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza, imsemmi fil-qasam STSSY 126, jivverifika għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li jkun ingħata avviż ta’ avveniment ta’ kreditu għalihom, li l-avveniment ta’ kreditu indikat fl-avviż huwa avveniment ta’ kreditu kif speċifikat fit-termini tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 128 |
Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Kontroll tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza — Skopertura sottostanti inkluża fil-portafoll ta’ referenza |
√ |
|
|
Għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li jingħata avviż dwar avveniment ta’ kreditu għalihom, konferma li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY 126 jivverifika li l-iskopertura sottostanti kienet inkluża fil-portafoll ta’ referenza fiż-żmien tal-okkorrenza tal-avveniment ta’ kreditu kkonċernat. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 129 |
Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) |
Kontroll ta’ aġent ta’ verifika ta’ parti terza — Kriterji eliġibbli ssodisfati fiż-żmien tal-inklużjoni fil-portafoll ta’ referenza |
√ |
|
|
Għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li jingħata avviż dwar avveniment tal-kreditu għalihom, konferma li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 jivverifika li l-iskopertura sottostanti ssodisfat il-kriterji ta’ eliġibbiltà fil-mument tal-inklużjoni tagħha fil-portafoll ta’ referenza. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 130 |
Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) |
Kontroll ta’ aġent ta’ verifika ta’ parti terza — Konformità mal-kundizzjonijiet tar-rikostituzzjoni |
√ |
|
|
Għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li għalihom jngħata avviż dwar avveniment ta’ kreditu, konferma li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 jivverfika li, meta skopertura sottostanti ġiet miżjuda mat-titolizzazzjoni bħala riżultat tar-rikostituzzjoni, tali rikostituzzjoni kienet konformi mal-kundizzjonijiet tar-rikostituzzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 131 |
Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e) |
Il-kontroll ta’ verifika ta’ parti terza — Telf konsistenti mad-dikjarazzjoni ta’ profitt u telf tal-oriġinatur |
√ |
|
|
Għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li għalihom jingħata avviż dwar avveniment ta’ kreditu, konferma li aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 jivverifika li l-ammont ta’ telf finali jkun konsistenti mat-telf irreġistrat mill-oriġinatur fid-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf tiegħu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 132 |
Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (f) |
Kontroll ta’ aġent ta’ verifika ta’ parti terza — Telf allokat b’mod korrett lill-investituri |
√ |
|
|
Għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li għaliha jingħata avviż dwar avveniment ta’ kreditu, konferma li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 jivverifika li, fil-mument li jsir il-pagament finali għall-protezzjoni tal-kreditu, it-telf fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti jkun ġie korrettament allokat lill-investituri. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 133 |
Artikolu 26e(4), it-tieni subparagrafu |
L-aġent ta’ verifika ta’ parti terza indipendenti mill-oriġinaturi, l-investituri u (meta applikabbli) l-SSPE |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 ikun indipendenti mill-oriġinatur u mill-investituri, u, fejn applikabbli, mill-SSPE. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 134 |
Artikolu 26e(4), it-tieni subparagrafu |
Ħatra tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza sad-data tal-għeluq |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 aċċetta l-ħatra bħala aġent ta’ verifika ta’ parti terza sad-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 135 |
Artikolu 26e(4), it-tielet subparagrafu |
Kontroll ta’ aġent ta’ verifika ta’ parti terza magħmul fuq bażi ta’ kampjun |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 iwettaq il-verifika fuq bażi ta’ kampjun minflok fuq il-bażi ta’ kull skopertura sottostanti individwali li għaliha jintalab pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 136 |
Artikolu 26e(4), it-tielet subparagrafu |
Possibbiltà għall-investituri li jirrikjedu li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza jiċċekkja kwalunkwe skopertura sottostanti |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li jekk u kif l-investituri jistgħu jitolbu l-verifika tal-eliġibbiltà ta’ kwalunkwe skopertura sottostanti partikolari meta ma jkunux issodisfati bil-verifika abbażi ta’ kampjun. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 137 |
Artikolu 26e(4), ir-raba’ subparagrafu |
Possibbiltà għall-aġent verifikatur ta’ parti terza li jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-oriġinatur jinkludi impenn fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni li jipprovdi lill-aġent ta’ verifika ta’ parti terza msemmi fil-qasam STSSY126 l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivverifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26e(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux applikabbli |
|
STSS 138 |
Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (f) |
Avvenimenti ta’ terminazzjoni |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-oriġinatur ma jistax itemm tranżazzjoni qabel il-maturità skedata għal xi raġuni oħra għajr l-avvenimenti li ġejjin elenkati fl-Artikolu 26e(5), il-punti (a) sa (f), tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux applikabbli |
|
STSS 139 |
Artikolu 26e(5), it-tieni subparagrafu |
Dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni — Drittijiet |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tispeċifika jekk xi wieħed minn drittijiet ta’ xiri msemmija fl-Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (d) u (e), tar-Regolament (UE) 2017/2402 humiex inklużi fit-tranżazzjoni kkonċernata u kif dawn id-drittijiet ta’ xiri huma strutturati. |
Mhux applikabbli |
|
STSS 140 |
Artikolu 26e(5), it-tielet subparagrafu |
Dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni — Time call mhijiex strutturata biex jiġi evitat li t-telf jiġi allokat għal pożizzjonijiet ta’ titjib fil-kreditu |
|
√ |
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2017/2402, spjegazzjoni qasira li t-time call ma hijiex strutturata biex jiġi evitat li t-telf jiġi allokat għal pożizzjonijiet ta’ titjib fil-kreditu jew pożizzjonijiet oħra li jkollhom l-investituri u ma hijiex strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib fil-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSS 141 |
Artikolu 26e(5), ir-raba’ subparagrafu |
Time call |
|
√ |
|
Meta t-time call tiġi inkluża fit-tranżazzjoni, spjegazzjoni qasira li r-rekwiżiti msemmija fl-STSS139 u STSS 140 huma ssodisfati, inkluża ġustifikazzjoni tal-użu tat-time call u rendikont plawżibbli li juri li l-eżerċitar tal-call mhux isir minħabba xi deterjorament fil-kwalità tal-assi sottostanti. |
Mhux applikabbli |
|
STSS 142 |
Artikolu 26e(5), il-ħames subparagrafu |
Protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu — Ritorn kollaterali lill-investituri fl-ordni tas-superjorità tas-segmenti |
|
√ |
|
Fil-każ ta’ protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu, spjegazzjoni qasira li, mat-terminazzjoni tal-ftehim tal-protezzjoni tal-kreditu, il-kollateral jingħata lura lill-investituri fl-ordni tas-superjorità tas-segmenti mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi rilevanti tal-insolvenza, kif applikabbli għall-oriġinatur. |
Mhux applikabbli |
|
STSS 143 |
Artikolu 26e(6) |
Tmiem ta’ tranżazzjoni minn investituri meta jonqsu milli jħallsu primjum għall-protezzjoni tal-kreditu |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li l-investituri ma jistgħux itemmu tranżazzjoni qabel il-maturità skedata tagħha għal xi raġuni oħra għajr in-nuqqas ta’ ħlas tal-primjum għall-protezzjoni tal-kreditu jew xi ksur materjali ieħor tal-obbligi kuntrattwali mill-oriġinatur. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 144 |
Artikolu 26e(7), il-punt (a) |
Ammont ta’ marġni pożittiv sintetiku għall-investituri speċifikat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni u espress bħala perċentwal fiss tal-bilanċ totali pendenti tal-portafoll |
|
√ |
|
Meta l-oriġinatur jikkommetti marġni pożittiv sintetiku, li jkun disponibbli bħala titjib tal-kreditu għall-investituri, spjegazzjoni qasira li l-ammont tal-marġni pożittiv sintetiku li l-oriġinatur jieħu l-impenn li juża bħala titjib fil-kreditu f’kull perjodu ta’ pagament, ikun speċifikat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni u espress bħala perċentwal fiss tal-bilanċ totali pendenti tal-portafoll fil-bidu tal-perjodu ta’ pagament rilevanti (marġni pożittiv sintetiku fiss). |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 145 |
Artikolu 26e(7), il-punt (b) |
Marġni pożittiv sintetiku mhux użat li għandu jiġi rritornat lill-oriġinatur |
|
√ |
|
Meta l-oriġinatur jikkommetti marġni pożittiv sintetiku, li jkun disponibbli bħala titjib fil-kreditu għall-investituri, spjegazzjoni qasira li l-marġni pożittv sintetiku li ma jintużax biex ikopri t-telf ta’ kreditu li jimmaterjalizza waqt kull perjodu ta’ pagament, jiġi rritornat lill-oriġinatur. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 146 |
Artikolu 26e(7), il-punt (c) |
Oriġinaturi li jużaw approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni — Ammont totali impenjat fis-sena mhuwiex ogħla mill-ammonti regolatorji ta’ telf mistennija ta’ sena |
|
√ |
|
Meta l-oriġinatur jimpenja marġni pożittiv sintetiku, li jkun disponibbli bħala titjib fil-kreditu għall-investituri, spjegazzjoni qasira li, għal oriġinaturi li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni msemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont totali impenjat kull sena ma jkunx ogħla mill-ammonti regolatorji ta’ telf mistennija ta’ sena fuq l-iskoperturi sottostanti kollha għal dik is-sena, ikkalkulati skont l-Artikolu 158 ta’ dak ir-Regolament. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 147 |
Artikolu 26e(7), il-punt (d) |
L-oriġinaturi li ma jużawx approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni — il-kalkolu tat-telf mistenni ta’ sena tal-portafoll sottostanti jiġi determinat b’mod ċar fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni |
|
√ |
|
Meta l-oriġinatur jimpenja marġni pożittiv sintetiku, li jkun disponibbli bħala titjib fil-kreditu għall-investituri, spjegazzjoni qasira li għal oriġinaturi li ma jużawx l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni msemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu tat-telf mistenni ta’ sena tal-portafoll sottostanti jiġi determinat b’mod ċar fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 148 |
Artikolu 26e(7), punt (e) |
Kundizzjonijiet tal-marġni pożittiv sintetiku stabbilit fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni |
|
√ |
|
Meta l-oriġinatur jimpenja marġni pożittiv sintetiku, li jkun disponibbli bħala titjib tal-kreditu għall-investituri, spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tispeċifika l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26e(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux applikabbli |
|
STSS 149 |
Artikolu 26e(8), punti (a), (b) u (c) |
Protezzjoni tal-kreditu użata |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira ta’ liema mill-forom li ġejjin hija konformi mal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu: (a) garanzija li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li biha r-riskju ta’ kreditu jiġi ttrasferit lil kwalunkwe waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-iskoperturi għall-investitur ikunu jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament; (b) garanzija li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II, il-Parti Tlieta, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tibbenefika minn kontrogaranzija ta’ kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu; (c) protezzjoni ta’ kreditu oħra mhux imsemmija fil-punti (a) u (b) hawn fuq fil-forma ta’ garanzija, derivattiva ta’ kreditu jew noti marbuta ma’ kreditu, li tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-obbligi tal-investitur ikunu żgurati minn kollateral li jkun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 9 u 10 tal-Artikolu 26e tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 150 |
Artikolu 26e(9), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Infurzabbiltà tad-dritt tal-oriġinatur li juża l-kollateral sabiex jissodisfa l-obbligi tal-ħlas ta’ protezzjoni tal-investituri permezz ta’ arranġamenti kollaterali xierqa |
|
|
√ |
Meta tintuża protezzjoni tal-kreditu msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 26e(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, spjegazzjoni dettaljata ta’ kif id-dritt tal-oriġinatur li juża l-kollateral sabiex jissodisfa l-obbligi tal-ħlas ta’ protezzjoni tal-investituri ikun infurzabbli u l-infurzabbiltà ta’ dak id-dritt tkun żgurata permezz ta’ arranġamenti kollaterali xierqa. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 151 |
Artikolu 26e(9), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Id-dritt tal-investituri li jirċievu xi kollateral mhux użat meta t-titolizzazzjoni tinħall jew meta s-segmenti jamortizzaw |
|
√ |
|
Meta tintuża protezzjoni ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 26e(8), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, spjegazzjoni qasira li tindika li d-dritt tal-investituri, jekk it-titolizzazzjoni tiġi xolta jew is-segmenti jiġu ammortizzati, li jirritornaw xi kollateral li ma ntużax biex jissodisfaw il-pagamenti ta’ protezzjoni jkun infurzabbli. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 152 |
Artikolu 26e(9), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) |
Kollateral investit f’titoli — Kriterji ta’ eliġibbiltà u arranġamenti ta’ kustodja speċifikati fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni |
|
|
√ |
Meta tintuża protezzjoni ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 26e(8), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, spjegazzjoni dettaljata ta’ kif, meta l-kollateral jiġi investit f’titoli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-arranġament ta’ kustodja għat-titoli. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 153 |
Artikolu 26e(9), it-tieni subparagrafu |
Investituri esposti għar-riskju tal-kreditu tal-oriġinatur |
|
√ |
|
Spjegazzjoni qasira li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tispeċifika jekk l-investituri jibqgħux esposti għar-riskju tal-kreditu tal-oriġinatur. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 154 |
Artikolu 26e(9), it-tielet subparagrafu |
Opinjoni ġuridika li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni tal-kreditu fil-ġurisdizzjonijiet kollha |
√ |
|
|
Konferma li l-oriġinatur ikun kiseb opinjoni minn konsulent legali kkwalifikat li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni tal-kreditu fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY155 |
Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Kollateral ta’ kwalità għolja — titoli ta’ dejn b’piż tar-riskju ta’ 0 % |
|
√ |
|
Meta tiġi pprovduta protezzjoni ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 26e(10), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402 fil-forma ta’ titoli ta’ dejn b’piż tar-riskju ta’ 0 % msemmija fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, spjegazzjoni konċiża li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati: (i) dawk it-titoli tad-dejn ikollhom maturità massima li jifdal ta’ tliet xhur li ma tkunx itwal mill-perjodu li jifdal sad-data ta’ pagament li jmiss (ii) dawk it-titoli tad-dejn jistgħu jinfdew fi flus f’ammont ugwali għall-bilanċ pendenti tas-segment protett; (iii) dawk it-titoli tad-dejn jinżammu minn kustodju indipendenti mill-oriġinatur u l-investituri; |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 156 |
Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Kollateral ta’ kwalità għolja — flus kontanti ma’ istituzzjoni ta’ kreditu terza b’livell tal-kwalità tal-kreditu 3 jew ogħla |
|
√ |
|
Meta protezzjoni tal-kreditu tiġi pprovduta skont l-Artikolu 26e(10), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/2402, spjegazzjoni qasira tal-arranġament tal-kollateral, li jagħti lill-oriġinatur u lill-investitur rikors għal kollateral f’forma ta’ flus kontanti miżmuma ma’ istituzzjoni ta’ kreditu terza b’livell ta’ kwalità tal-kreditu 3 jew ogħla f’konformità mal-assoċjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 157 |
Artikolu 26e(10), it-tieni subparagrafu |
Deroga — kollateral fil-forma ta’ flus kontanti depożitati mal-oriġinatur |
|
|
√ |
Meta tintuża d-deroga mill-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) 2017/2402, spjegazzjoni dettaljata tal-arranġament kollaterali, bil-kunsens rispettiv tal-investitur, li jagħti lill-oriġinatur rikors għal kollateral ta’ kwalita għolja f’forma ta’ flus kontanti depożitati mal-oriġinatur, jew wieħed mill-affiljati tiegħu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 158 |
Artikolu 26e(10), it-tielet subparagrafu |
Kollateral fil-forma ta’ flus kontanti depożitati mal-oriġinatur — permess mill-awtorità kompetenti |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata tal-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 li l-kollateral jista’ jkun fil-forma ta’ flus kontanti depożitati mal-oriġinatur, jew ma’ wieħed mill-affiljati tiegħu, jekk l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu jikkwalifika għal-livell tal-kwalità tal-kreditu 3 dment li d-diffikultajiet tas-suq, l-impedimenti oġġettivi relatati mal-livell tal-kwalità tal-kreditu assenjat lill-Istat Membru tal-istituzzjoni jew problemi potenzjali sinifikanti ta’ konċentrazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu tal-livell tal-kwalità tal-kreditu 2 imsemmi fl-Artikolu 26e(10), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2017/2402, ikunu jistgħu jiġu dokumentati. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 159 |
Artikolu 26e(10), ir-raba’ subparagrafu |
Trasferiment ta’ kollateral meta istituzzjoni ta’ kreditu ta’ parti terza jew oriġinatur ma jibqgħux jissodisfaw il-livell tal-kwalità tal-kreditu |
|
|
√ |
Spjegazzjoni dettaljata ta’ kif il-kollateral jiġi ttrasferit f’konformità mal-Artikolu 26e(10), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 meta l-kollateral ikun inżamm fil-forma ta’ flus kontanti depożitati ma’ istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa l-livell minimu ta’ kwalità tal-kreditu. |
Mhux applikabbli |
|
STSSY 160 |
Artikolu 26e(10), il-ħames subparagrafu |
Konformità mar-rekwiżiti tal-kollateral fil-każ ta’ investimenti f’noti marbuta ma’ kreditu maħruġa mill-oriġinatur |
√ |
|
|
Konferma li hemm investiment f’noti marbuta ma’ kreditu maħruġa mill-oriġinatur, f’konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Mhux applikabbli |
|
(1)
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(2)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 tat-28 ta’ Mejju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni (ĠU L 285, 6.11.2019, p. 1).
(3)
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(4)
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
(5)
Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34). |
|||||||