02002R1017 — MT — 04.06.2013 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1017/2002

tat-13 ta’ Ġunju 2002

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

(ĠU L 155 14.6.2002, p. 23)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 441/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013

  L 130

1

15.5.2013




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1017/2002

tat-13 ta’ Ġunju 2002

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda



L-Artikolu 1

Fit-tabella fl-Anness, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 għandhom ikunu kklassifikati, fin-Nomenklatura Magħquda, fil-kodiċi NM li jikkorrospondu kif indikati fil-kolonna 2.

L-Artikolu 2

Suġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi tal-kontroll doppju u għas-sorveljanza bil-quddiem u rettrospettiva tal-Komunità ta’ prodotti tat-tessuti ma’ l-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni tat-tariffa vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jiġu mitluba għal perjodu ta’ 60 ġurnata, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għamndu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-ĠurnaJ Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS



Deskrizzjoni

Kodiċi NM

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.  Biċċa rqiqa għat-tindif maħduma b’non-run interlock ta’ 100 % polyester ta’ qies ta’ madwar 21 ċm x 21 ċm. L-erba’ trufijiet huma ssiġillati bis-sħana.

(Biċċa tat-tindif)

(Ara r-ritratt Nru 620) (*1)

6307 10 10

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Generali 1 u 6 għall- interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(ċ) tat- Taqsima XI, in-nota 1 tal-Kapitolu 63 u mill-kliem tal-kodiċi NM 6307 , 6307 10 u 6307 10 10 .

Minħabb l-fatt li t-truf huma ssiġillati bis-sħan, l-oġġett huwa kkun- sidrat bħala maħdum. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni ta’ l-HS tat- Taqsima XI, Generali (II), “Oġġetti maħduma” il-punt 1.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni ta’ l-HS ta’ l-intestatura 6307 , il-punt 1.

2.  Stilla minsuġa, b’ħames ponot, li fiha ħajt metaliżżat u ħajt ieħor, mimlija b’materjal sintetiku u ta’ qies ta’ madwar 8 ċm x 8 ċm. Hemm ħolqa biex tiddendel magħmula minn ħajta metalizzata fuq waħda mill-ponot.

(Oġġett ieħor maħdum — oġġett għad-dekorazzjoni)

(Ara r-ritratt Nru 623 (*1)

►M1  6307 90 98  ◄

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Generali 1 u 6 għall- interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Noti 7(a) ►M1  u (f) ◄ tat- Taqsima XI, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 u mill-kliem tal-kodiċi NM 6307 , 6307 90 u ►M1  6307 90 98  ◄ .

Wara li tkun ikkunsidrata d-dehra ġenerali ta’ dan l-oġġett, jista’ jin- tuża matul is-sena kollha u mhux esklussivament jew essenzjalment fil-Milied. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9505 hija għalhekk eskluża.

(*1)   Ir-ritratti huma purament għall-illustrazzjoni.

image

image