02017R0325 — MT — 12.10.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/325

tal-24 ta' Frar 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħjut b'saħħithom ħafna (high tenacity) ta' poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 049 25.2.2017, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1159 tad-29 ta' Ġunju 2017

  L 167

31

30.6.2017

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2368 tat-18 ta' Diċembru 2017

  L 337

24

19.12.2017

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1706 tal-10 ta’ Ottubru 2019

  L 260

42

11.10.2019




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/325

tal-24 ta' Frar 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħjut b'saħħithom ħafna (high tenacity) ta' poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



Artikolu 1

▼M1

1.  Dazju definittiv antidumping qiegħed b'dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta' tenaċità għolja mhux disponibbli għall-bejgħ għall-konsumatur, inkluż il-monofilament ta' inqas minn 67 deċitek, (bl-esklużjoni tal-ħajt għal ħjata u ħjut multipli (mitnijin) jew immaljati b'kisra “Z”, maħsuba għall-produzzjoni ta' ħajt għall-ħjata, lesti biex jingħataw il-kulur u biex jirċievu trattament tal-aħħar, imseffħa b'mod imlaħlaħ fuq tubu mtaqqab tal-plastik), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5402 20 00 (il-kodiċi TARIC 5402200010 ) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

▼B

2.  Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:



Il-kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Zhejiang Guxiandao Industrial Fibre Co. Ltd

5,1

A974

Zhejiang Hailide New Material Co. Ltd

0

A976

Zhejiang Unifull Industrial Fibre Co. Ltd

5,5

A975

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

5,3

A977

Hangzhou Huachun Chemical Fiber Co. Ltd

0

A989

Oriental Industries (Suzhou) Ltd

9,8

A990

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

9,8

A999

3.  L-applikazzjoni tar-rata individwali tad-dazju speċifikata gћall-kumpanija msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha jidhru dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' ħjut b'saħħithom ħafna (high tenacity) ta' poliesteri mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji kollha l-oħrajn”.

4.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

▼M2

5.  Fejn xi parti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li hija:

(a) ma esportax l-oġġetti deskritti fil-paragrafu 1 li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009);

(b) mhijiex relatata ma' xi esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; kif ukoll

(c) li effettivament esportat l-oġġetti deskritti fil-paragrafu 1 jew li daħlet f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li tesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni,

il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I biex tattribwixxi lil dik il-parti d-dazju applikabbli għall-produtturi li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5,3 %.

▼B

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw li mhux inklużi fil-kampjun (Kodiċi addizzjonali TARIC A977 ):



Isem il-kumpanija

Belt

Heilongjiang Longdi Co. Ltd

Harbin

Jiangsu Hengli Chemical Fibre Co. Ltd

Wujiang

Hyosung Chemical Fiber (Jiaxing) Co. Ltd

Jiaxing

Shanghai Wenlong Chemical Fiber Co. Ltd

Shanghai

Shaoxing Haifu Chemistry Fibre Co. Ltd

Shaoxing

Sinopec Shanghai Petrochemical Co. Ltd

Shanghai

▼M3

Wuxi Solead Technology Development Co., Ltd,

Xinjian Town

▼B

Wuxi Taiji Industry Co. Ltd

Wuxi

Zhejiang Kingsway High-Tech Fiber Co. Ltd

Haining City