02023R0453 — MT — 03.03.2023 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/453

tat-2 ta’ Marzu 2023

li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/141 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, ikkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le

(ĠU L 067 3.3.2023, p. 19)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 100, 13.4.2023, p.  100 ((UE) 2023/453)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/453

tat-2 ta’ Marzu 2023

li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/141 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, ikkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le



Artikolu 1

1.  
Id-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/141, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/659, fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet, ta’ gradi ta’ azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondi għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħrajn, b’dijametru estern massimu li ma jaqbiżx l-406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta’ 16 mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-wiċċ intern ta’ mhux anqas minn 0,8 mikrometri, mhux ifformati bħala flanġijiet, imlestija jew le ikklassifikat attwalment taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10  u ex 7307 23 90 ikkonsenjat mill-Malażja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Malażja kif ukoll jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7307231035 , 7307231040 , 7307239035 , 7307239040 ).

▼C1

2.  

L-estensjoni tad-dazju msemmi fil-paragrafu 1 ma tapplikax għall-kumpaniji elenkati hawn taħt:



Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Malażja

Pantech Stainless And Alloy Industries Sdn. Bhd.

A021

Il-Malażja

SP United Industry Sdn. Bhd.

A022

▼B

3.  
L-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji speċifikament imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew awtorizzati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tiġi ppreżentata, għandu jiġi applikat id-dazju anti-dumping kif impost mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4.  
Id-dazju estiż huwa d-dazju anti-dumping ta’ 64,9 % applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” fir-RPĊ (il-kodiċi addizzjonali TARIC C999).
5.  
Id-dazju estiż bil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/894.
6.  
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma ordnati sabiex ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/894 li, b’dan, huwa mħassar.

Artikolu 3

It-talbiet għal eżenzjoni sottomessi minn MAC Pipping Materials Sdn. Bhd u TP Inox Sdn. Bhd huma miċħuda.

Artikolu 4

1.  

It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiżi permezz tal-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jiġu ffirmati minn persuna awtorizzata sabiex tirrappreżenta lill-entità li titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G Office:

CHAR 04/39

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.  
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, b’deċiżjoni, l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jagħmlux ċirkomvenzjoni il-miżuri anti-dumping imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/141, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/659, mid-dazju estiż bl-Artikolu 1.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata fil-format li ġej mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

(1) 

l-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali;

(2) 

id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott li qiegħed jiġi investigat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta”;

(3) 

id-data u l-firma.