02003L0059 — MT — 26.07.2019 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 2003/59/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Lulju 2003

dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE

(ĠU L 226 10.9.2003, p. 4)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/66/KE, tal-26. April 2004,

  L 168

35

1.5.2004

►M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

344

20.12.2006

 M3

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/22/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

356

10.6.2013

►M5

DIRETTIVA (UE) 2018/645 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-18 ta' April 2018

  L 112

29

2.5.2018

►M6

REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

241

25.7.2019


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 069, 15.3.2017, p.  39 (2003/59/KE)




▼B

ID-DIRETTIVA 2003/59/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Lulju 2003

dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE



▼M5

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għal xogħol ta' sewqan magħmul minn:

(a) ċittadini ta' Stat Membru; u

(b) ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma impjegati jew dipendenti ta' kumpannija stabbilita fi Stat Membru,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “sewwieqa”, li jagħmlu xogħol ta' trasport stradali fi ħdan l-Unjoni, f'toroq miftuħa għall-pubbliku, billi jużaw:

 vetturi li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E, kif definit fid-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), jew liċenzja tas-sewqan rikonoxxuta bħala ekwivalenti,

 vetturi li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D1, D1+E, D jew D+E, kif iddefinit fid-Direttiva 2006/126/KE, jew liċenzja tas-sewqan rikonoxxuta bħala ekwivalenti.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għall-kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan li fihom sinjal pożittiv (“+”) għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrispondenza stabbilita fl-Anness III.

Artikolu 2

Eżenzjonijiet

1.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal sewwieqa ta' vetturi:

(a) b'veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx il-45 km fis-siegħa;

(b) użati mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizz tat-tifi tan-nar, il-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, u s-servizzi ta' emerġenza bl-ambulanza, jew taħt il-kontroll tagħhom, meta l-ġarr isir bħala konsegwenza tal-kompiti assenjati lil dawk is-servizzi;

(c) li jkunu qed isirulhom testijiet stradali għal żvilupp tekniku, tiswija jew manutenzjoni, jew is-sewwieqa ta' vetturi ġodda jew mibnija mill-ġdid li għadhom ma bdewx jintużaw;

(d) li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D jew D1 u li huma misjuqa mingħajr passiġġieri minn persunal tal-manutenzjoni lejn jew minn ċentru ta' manutenzjoni li jkun jinsab fil-viċinanza tal-eqreb bażi ta' manutenzjoni li tintuża mill-operatur tat-trasport, bil-kundizzjoni li l-vettura ma tikkostitwixxix l-attività prinċipali tas-sewwieq;

(e) użati fi stati ta' emerġenza jew assenjati għal missjonijiet ta' salvataġġ, inklużi vetturi użati fit-trasport mhux kummerċjali ta' għajnuna umanitarja;

(f) użati għall-istruzzjoni fis-sewqan u l-eżami tiegħu għal kwalunkwe persuna li tkun tixtieq tikseb liċenzja tas-sewqan jew Ċertifikat ta' Kompetenza Professjonali (CPC), f'konformità mal-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(1), sakemm ma jkunux qed jintużaw għall-ġarr kummerċjali ta' merkanzija u passiġġieri;

(g) użati għall-ġarr mhux kummerċjali ta' passiġġieri jew merkanzija;

(h) li jkunu qed iġorru materjal, tagħmir jew makkinarju li jkun se jintuża mis-sewwieqa matul il-ħidma tagħhom, sakemm is-sewqan tal-vetturi mhux l-attività prinċipali tas-sewwieqa.

Fir-rigward tal-punt (f) ta' dan il-paragrafu, din id-Direttiva ma tapplika għall-ebda persuna li tkun tixtieq tikseb liċenzja tas-sewqan jew ċertifikat ta' kompetenza professjonali (CPC), f'konformità mal-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(1), meta dik il-persuna tkun qed tieħu taħriġ addizzjonali fis-sewqan waqt tagħlim ibbażat fuq il-post tax-xogħol, dment li dik il-persuna tkun akkumpanjata minn persuna oħra ċċertifikata b'CPC, jew minn għalliem tas-sewqan, għall-kategorija tal-vettura użata għall-iskop stabbilit f'dak il-punt.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) is-sewwieqa tal-vetturi joperaw f'żoni rurali biex ifornu lin-negozju tas-sewwieq stess,

(b) is-sewwieqa ma joffrux servizzi ta' trasport, u

(c) l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasport ikun okkażżjonali u ma jħallix impatt fuq is-sikurezza stradali.

3.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għas-sewwieqa ta' vetturi użati, jew mikrija mingħajr sewwieq, minn impriżi agrikoli, ortikulturali, tal-forestrija, tal-biedja jew tas-sajd għall-ġarr ta' merkanzija bħala parti mill-attività intraprenditorjali proprja tagħhom, ħlief jekk is-sewqan ikun parti mill-attività prinċipali tas-sewwieq jew is-sewqan jaqbeż id-distanza stabbilita fil-liġi nazzjonali mill-bażi tal-impriża li tippossjedi jew tikri l-vettura.

▼B

Artikolu 3

Kwalifika u taħriġ

1.  Is-sewqan, kif imfisser fl-Artiklu 1, għandu jkun soġġett għal kwalifika inizjali obbligatorja u taħriġ perjodiku obbligatorju. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandu jkollhom:

(a) sistema ta' kwalifika inizjali

L-Istati Membri jista' jkollhom waħda minn dawn iż-żewġ għażliet:

(i) sistema li tiġbor fiha kemm attendeza għall-kors kif ukoll eżami.

Skond is-sezzjoni 2 (2.1) ta' l-Anness I, din ix-xorta ta' kwalifika inizjali hija marbuta ma' attendenza obbligatorja għal kors għal perjodu determinat. Fi tmiem il-kors isir eżami. Wara li jkun sar l-eżami b'suċċess, il-kwalifika għandha tkun konfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(1)(a);

(ii) sistema li jkollha eżamijiet biss:

Skond is-sezzjoni 2 (2.2) ta' l-Anness I, din ix-xorta ta' kwalifika inizjali ma tkunx tiddependi minn attendenza obbligatorja għal kors, iżda minn eżamijiet biss dwar teorija u prattika. Wara li jkunu saru l-eżamijiet b'suċċess, il-kwalifika għandha tkun ikkonfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(1)(b).

▼C1

Madankollu, Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieq biex isuq fit-territorju tiegħu qabel ma jingħata CPC, meta huwa jkun qed jattendi kors ta' taħriġ vokazzjonali nazzjonali ta' mill-anqas sitt xhur, għal perjodu massimu ta' tliet snin. Fil-kuntest ta' dan il-kors ta' taħriġ vokazzjonali, l-eżamijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) jistgħu jsiru fi stadji;

▼B

(b) sistema ta' taħriġ perjodiku

Skond is-sezzjoni 4 ta' l-Anness I, taħriġ perjodiku jinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors. Dan għandu jkun konfermat permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 8(1).

2.  Stati Membri jistgħu wkoll ikollhom sistema ta' kwalifika inizjali aċċellerata li biha sewwieq ikun jista' jsuq fil-każijiet imsemmija fl-Artiklu 5(2)(a)(ii) u (b) u fl-Artiklu 5(3)(a)(i) u (b).

Skond is-sezzjoni 3 ta' l-Anness I, il-kwalifika inizali aċċellerata għandha tkun marbuta ma' attendenza obbligatorja għall-kors. Fi tmiem il-kors għandu jkun hemm eżami. Wara li jkun sar l-eżami b'suċċess, il-kwalifika għandha tkun konfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).

3.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw sewwieqa li jkunu kisbu ċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali imsemmi fid-Direttiva 96/26/KE ( 2 ) milli jagħmlu l-eżamijiet li jissemmew fil-paragrafu 1(a)(i) u (ii) u fil- paragrafu 2 fis-suġġetti li jkun hemm għall-eżami msemmi f'dik id-Direttiva u, fejn ikun japplika, milli jattendu għal parti mill-kors relattiva għal dawk is-suġġetti.

Artikolu 4

Drittijiet akkwiżiti

Is-sewwieqa li ġejjin għandhom ikunu eżenti mill-kondizzjoni li jiskbu kwalifika inizjali:

(a) sewwieqa li jkollhom liċenzja tal-kategoriji D1, D1+E, D jew D+E, jew liċenzja rikonoxxuta bħala ekwivalenti, maħruġa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva;

(b) sewwieqa li jkollhom liċenzja tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E jew liċenzja rikonoxxuta bħala ekwivalenti, maħruġa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva;

Artikolu 5

Kwalifika inizjali

1.  Aċċess għal kwalifika inizjali ma jeħtieġx il-kisba minn qabel tal-liċenzja tas-sewqan relattiva.

2.  Sewwieq ta' vettura li ġġorr prodotti jista' jsuq:

(a) mill-età ta' 18-il sena:

(i) vettura b'liċenzja tal-kategoriji C u C+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1);

(ii) vettura b'liċenzja tal-kategoriji C1 u C1+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2);

(b) mill-età ta' 21 sena, vettura b'liċenzja tal-kategoriji C u C+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2);

3.  Sewwieq ta' vettura li ġġorr passiġġieri jista' jsuq:

(a) mill-età ta' 21 sena:

(i) vettura b'liċenzja tal-kategoriji D u D+E biex iġorru passiġġieri fuq servizzi regolari meta rotta ma taqbiżx 50 kilometru, u vettura b'liċenzja tal-kategoriji D1 u D1+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).

Kull Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieqa ta' vetturi f'waħda mill-kategoriji hawn fuq imsemmija biex isuqu dawn il-vetturi fit-territorju tiegħu mill-età ta' 18-il sena, jekk ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1);

(ii) vetturi b'liċenzja tal-kategoriji D u D+E, jekk ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1);

Kull Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieqa ta' vetturi f'waħda mill-kategoriji hawn fuq imsemmija biex isuqu dawn il-vetturi fit-territorju tiegħu mill-età ta' 20 sena, jekk ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1). Din tista' titnaqqas għall-età ta' 18-il sena jekk is-sewwieq isuq dawn vetturi mingħajr passiġġieri;

(b) mill-età ta' 23 sena, vettura b'liċenzja tal-kategoriji D u D + E, jekk ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).

4.  Mingħajr ħsara għal-limiti fl-età imsemmija fil-paragrafu 2, sewwieqa li jġorru prodotti u li jkollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2) għal waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artiklu, għandhom ikunu eżenti milli jiskbu dan iċ-CPC għal kull waħda mill-kaategoriji l-oħra ta' vetturi msemmija f'dak il-paragrafu.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw taħt l-istess kondizzjonijiet għal sewwieqa li jġorru passiġġieri fil-kategoriji msemmija fil-paragrafu 3.

5.  Sewwieqa li jġorru prodotti li jwessgħu jew ibiddlu x-xogħol tagħhom biex iġorru passiġġieri, jew bil-kontra, u li għandhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6, ma jkunx jeħtiġilhom jerġgħu jagħmlu t-taqsimiet komuni tal-kwalifika inizjali, iżda dawk it-taqsimiet biss li jkollhom x'jaqsmu mal-kwalifika l-ġdida.

Artikolu 6

CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali

1.  CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali

(a) CPC mogħti fuq bażi ta' attendenza għal kors u eżami

Skond l-Artiklu 3(1)(a)(i), Stati Membri għandhom jesiġu li sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jattendu korsijiet f'ċentru ta' taħriġ approvat mill-awtoritajiet kompetenti skond is-sezzjoni 5 ta' l-Anness 1, minn hawn “il quddiem imsejjaħ ‘ċentru ta’ taħriġ approvat”. Dawn il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha li jissemmew fis-sezzjoni 1 ta' l-Anness 1. Dan it-taħriġ għandu jintemm meta jsir b'suċċess l-eżami msemmi fis-sezzjoni 2(2.1) ta' l-Anness 1. Dan l-eżami għandu jkun organizzat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew minn entità maħtura minnhom, u għandu jservu biex ikun verifikat jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond is-sezzjoni 1 ta' l-Anness 1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżami, u wara li dan ikun sar b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC bħala konferma ta' kwalifika inizjali.

(b) CPC mogħti fuq il-bażi ta' eżamijiet

Skond l-Artiklu 3(1)(a)(ii), Stati Membri għandhom jesiġu li s-sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jgħaddu mill-eżamijiet dwar teorija u prattika msemmija fis-sezzjoni 2(2.2) ta' l-Anness 1. Dawn l-eżamijiet għandhom ikunu organizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew entità maħtura minnhom u għandhom iservu biex jivverifikaw jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond is-sezzjoni 1 ta' l-Anness I. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżamijiet, u wara li dawn ikunu saru b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC bħala konferma ta' kwalifika inizjali.

2.  CPC li jikkonferma kwalifika inizjali aċċellerata

Skond l-Artiklu 3(2), Stati Membri għandhom jesiġu li sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jattendu korsijiet f'ċentru ta' taħriġ approvat.Dawn il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha msemmija fis-sezzjoni 1 ta' l-Anness I.

Dan it-taħriġ għandu jintemm b'eżami kif msemmi fis-sezzjoni 3 ta' l-Anness I. Dak l-eżami għandu jkun organizzat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew minn entità maħtura minnhom u għandu jservi biex jivverifika jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond is-sezzjoni 1 ta' l-Anness 1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżami, u wara li dan ikun sar b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC bħala konferma ta' kwalifika inizjali aċċellerata.

▼M5

Artikolu 7

Taħriġ perjodiku

It-taħriġ perjodiku għandu jikkonsisti f'taħriġ biex id-detenturi ta' CPC jkunu jistgħu jaġġornaw l-għarfien li huwa essenzjali għax-xogħol tagħhom, b'enfasi speċifika fuq is-sikurezza stradali, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-sewqan.

Dak it-taħriġ għandu jiġi organizzat minn ċentru ta' taħriġ approvat, f'konformità mat-taqsima 5 tal-Anness I. It-taħriġ għandu jikkonsisti f'tagħlim fil-klassi, taħriġ prattiku u, jekk ikun disponibbli, taħriġ permezz ta' għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) jew fuq simulaturi tal-aqwa kwalità. Jekk sewwieq imur jaħdem ma' kumpannija oħra, għandu jitqies it-taħriġ perjodiku li jkun għamel.

It-taħriġ perjodiku għandu jkun imfassal biex jespandi fuq, u jirrevedi, uħud mis-suġġetti msemmija fit-taqsima 1 tal-Anness I. Dan għandu jkopri varjetà ta' suġġetti u għandu dejjem jinkludi mill-inqas suġġett wieħed relatat mas-sikurezza stradali. Is-suġġetti tat-taħriġ għandhom iqisu l-iżviluppi fil-leġislazzjoni u t-teknoloġija rilevanti, u għandhom, kemm jista' jkun, iqisu l-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas-sewwieq.

▼B

Artikolu 8

CPC li jikkonferma taħriġ perjodiku

1.  Meta sewwieq itemm it-taħriġ perjodiku msemmi fl-Artiklu 7, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew iċ-ċentru ta' taħriġ approvat għandhom jagħtuh CPC li jikkonferma t-taħriġ perjodiku.

2.  Is-sewwieqa li ġejjin għandhom jagħmlu l-ewwel kors ta' taħriġ perjodiku:

(a) dawk li jkollhom CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6, fi żmien ħames snin minn meta jkun inħareġ dak iċ-CPC;ħames hames snin minn meta jkun inħareġ dak iċ-CPC;

(b) is-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 4, fi żmien ħames snin mid-dati rispettivi msemmija fl-Artikolu 14(2), skond skeda stabbilita mill-Istati Membri.

L-Istati Membri jistgħu inaqqsu jew jestendu l-perjodi ta' żmien imsemmija f'(a) u f' (b), fost oħrajn, biex ikunu jaqblu mad-data ta' skadenza tal-liċenzja tas-sewqan jew biex jisguraw l-introduzzjoni gradwali tat-taħriġ perjodiku. Iżda l-perjodu ma jistax ikun iqsar minn tliet snin jew itwal minn seba' snin.

3.  Sewwieq li jkun temm l-ewwel kors ta' taħriġ perjodiku kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jagħmel taħriġ perjodiku kull ħames snin, qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità taċ-CPC li jikkonferma t-taħriġ perjodiku.

4.  Min ikollu CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6 jew iċ-CPC imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artiklu, u s-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 4 li ma jkunux baqgħu jagħmlu dak ix-xogħol u li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-paragrafu 1, 2 u 3, għandhom jagħmlu kors ta' taħriġ perjodiku qabel jerġgħu jibdew jagħmlu dak ix-xogħol.

5.  Sewwieqa li jġorru prodotti jew passiġġieri bit-triq u li jkunu temmew korsijiet ta' taħriġ perjodiku għal waħda mill-kategoriji ta' liċenzji msemmija fl-Artiklu 5(2) u (3) għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jagħmlu aktar taħriġ perjodiku għal waħda oħra mill-kategoriji msemmija f'dawk il-paragrafi.

Artikolu 9

Post ta' taħriġ

▼M5

Is-sewwieqa msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva għandhom jiksbu l-kwalifika inizjali msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva fl-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza normali tagħhom, kif definit fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126/KE.

▼B

Is-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 1(b) għandhom jiksbu dik il-kwalifika fl-Istat Membru fejn l-azjenda tkun stabbilita jew fl-Istat Membru li jkun ħarġilhom permess tax-xogħol.

Sewwieqa msemmija fl-Artikolu 1(a) u 1(b) għandhom jagħmlu t-taħriġ perjodiku msemmi fl-Artikolu 7 fl-Istat Membru li fih ikunu residenti jew fl-Istat Membru li fih jaħdmu.

▼M5

Artikolu 10

Kodiċi tal-Unjoni

1.  Abbażi tas-CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali u s-CPC li jiċċertifika taħriġ perjodiku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) u (3) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, jimmarkaw il-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95”, previst fl-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE, flimkien mal-kategoriji ta' liċenzja korrispondenti:

 fuq il-liċenzja tas-sewqan, jew

 fuq il-kard ta' kwalifika tas-sewqan imħejjija f'konformità mal-mudell muri fl-Anness II f'din id-Direttiva.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn inkiseb is-CPC ma jkunux jistgħu jimmarkaw il-kodiċi tal-Unjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan, huma għandhom joħorġu kard ta' kwalifika tas-sewqan lis-sewwieq.

Il-kard ta' kwalifika ta' sewwieq maħruġa minn Stat Membru għandha tkun rikonoxxuta reċiprokament. Meta tinħareġ il-kard, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw il-validità tal-liċenzja tas-sewqan għall-kategorija tal-vettura kkonċernata.

2.  Sewwieq imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1 li jsuq vetturi użati għall-ġarr ta' merkanzija bit-triq għandu wkoll jitħalla jipprovdi evidenza li għandu l-kwalifika u t-taħriġ previsti f'din id-Direttiva permezz tal-attestazzjoni tas-sewqan prevista fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), dment li fuqha jkollha l-kodiċi tal-Unjoni, “95”. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-Istat Membru emittenti għandu jindika l-kodiċi tal-Unjoni, “95” fit-taqsima tar-rimarki tal-attestazzjoni jekk is-sewwieq ikkonċernat ikun issodisfa r-rekwiżiti tal-kwalifika u r-rekwiżiti għat-taħriġ previsti f'din id-Direttiva.

3.  L-attestazzjonijiet tas-sewqan li ma jkollhomx il-kodiċi tal-Unjoni, “95”, maħruġ qabel it-23 ta' Mejju 2020 f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, u b'mod partikolari l-paragrafu 7 tiegħu, fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tat-taħriġ skont din id-Direttiva, għandhom jiġu aċċettati bħala evidenza tal-kwalifika sad-data tal-iskadenza tagħhom.

▼M5

Artikolu 10a

Netwerk ta' infurzar

1.  Għal skopijiet ta' infurzar, l-Istati Membri għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar is-CPCs maħruġa jew irtirati. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppaw netwerk elettroniku jew jaħdmu fuq estensjoni ta' netwerk eżistenti, filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aktar għażla kosteffikaċi.

2.  In-netwerk jista' jkun fih l-informazzjoni inkluża fis-CPCs kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri amministrattivi relatati mas-CPCs.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali jitwettaq biss għall-finijiet ta' verifika ta' konformità ma' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tat-taħriġ stabbiliti f'din id-Direttiva, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

4.  L-aċċess għan-netwerk għandu jkun sigur. L-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess biss lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u għall-kontroll tal-konformità magħha.

▼M6

Artikolu 11

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Annessi I u II biex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.

▼M6

Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 5 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 13

Rapport

Qabel l-10 ta' Settembru, 2011, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport li jagħmel valutazzjoni inizjali ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikulari dwar l-ekwivalenza tad-diversi sistemi ta' kwalifika inizjali msemmija fl-Artiklu 3, u l-kapaċità tagħhom li jwasslu għal livell mistenni ta' kwalifika. Ir-rapport għandu, skond il-każ, jagħmel proposti xierqa.

Artikolu 14

Trasposizzjoni u implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-10 ta' Settembru, 2006. Huma għandhom jgħarrfu minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Meta Stati Membri jaddottawhom, dawn il-miżuri għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod kif issir din ir-referenza għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri:

 mill-10 ta' Settembru, 2008, dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kwalifika inizjali meħtieġa biex jinstaqu vetturi b'liċenzji tal-kategoriji D1, D1+E, D u D+E;

 mill-10 ta' Settembru, 2009, dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kwalifika inizjali meħtieġa biex jinstaqu vetturi b'liċenzji tal-kategoriji C1, C1+E, C u C+E.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih b'dan lill-Kummissjoni u għandhom jassistu lil xulxin fl-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri.

Artikolu 15

Revoka

1.  L-Artiklu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jkun revokat b'effett mill-10 ta' Settembru, 2009.

(b) Il-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu revokati b'effett mill-10 ta' Settembru, 2008.

2.  Id-Direttiva 76/914/KEE għandha tkun revokata b'effett mill-10 ta' Settembru, 2009.

3.  Il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi addottati biex ikunu jaqblu mad-Direttiva 76/914/KEE m'għandhomx ikunu applikati aktar:

 mill-10 ta' Settembru, 2008, għal sewwieqa ta' vetturi għall-ġarr ta' passiggieri bit-triq,

 mill-10 ta' Settembru, 2009, għal sewwieqa ta' vetturi għall-ġarr ta'prodotti bit-triq.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tibda sseħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artiklu 17

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

ĦTIĠIJIET MINIMI TA' KWALIFIKA U TAĦRIĠ

Sezzjoni 1:   Lista ta' suġġetti

Stati Membri għandhom iqisu li tagħlim li għandu jingħata meta jistabbilixxu l-kwalifika inizjali ta' sewwieq u t-taħriġ perjodiku għandhom jinkludu mill-anqas is-suġġetti f'din il-lista. Sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu għandhom jiksbu livell ta' tagħlim u kompetenza prattika meħtieġa biex isuqu b'sigurtà sħiħa vetturi tal-kategorija ta' liċenzji rilevanti.

▼M5

Il-livell minimu tal-kwalifika għandu jkun komparabbli sa tal-inqas il-livell 2 tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki kif previst fl-Anness II tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 ( 6 ).

▼B

1.   Taħriġ avanzat f'sewqan razzjonali imsejjes fuq regolamenti ta' sigurtà

Il-liċenzji kollha

1.1.

Għan: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tas-sistema ta' trasmissjoni biex kemm jista' jkun isir l-aħjar użu minnha:

kurvi ta' torque, qawwa u konsum speċifiku ta' magna, żona għall-aħjar użu tar-revolution counter, dijagrammi tal-kopertura tar-rapporti tal-gearbox

▼M5

1.2.

Objettiv: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tekniċi u l-operat tal-kontrolli tas-sikurezza, sabiex ikun hemm kontroll tal-vettura, jitnaqqas it-tkagħbir bl-użu, u biex il-vettura ma taħdimx ħażin:

limiti għall-użu tal-brejkijiet u r-retarder, użu kkombinat tal-brejkijiet u r-retarder, isir użu aħjar tal-proporzjon bejn il-veloċità u l-gerijiet, isir użu tal-inerzja tal-vettura, jintużaw modi biex tonqos il-veloċità u jintużaw il-brejkijiet fuq il-mogħdijiet għan-niżla, azzjoni fil-każ ta' falliment, użu tal-apparat elettroniku u mekkaniku bħall-Programm Elettroniku tal-Istabbiltà (ESP), is-Sistema Avvanzata tal-Brejk ta' Emerġenza (AEBS), is-Sistema Antilokk tal-Ibbrejkjar (ABS), is-Sistemi ta' Kontroll tat-Trazzjoni (TCS) u s-Sistemi ta' Monitoraġġ fil-Vettura (IVMS) u oħrajn, approvati għall-użu, apparat ta' assistenza għas-sewwieq jew awtomatizzazzjoni.

1.3.

Objettiv: kapaċità li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil:

ottimizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil permezz tal-applikazzjoni tal-għarfien fir-rigward tal-punti 1.1 u 1.2, l-importanza li jiġi antiċipat il-fluss tat-traffiku, id-distanza xierqa minn vetturi oħra u l-użu tal-momentum tal-vettura, veloċità stabbli, stil ta' sewqan kalm u pressjoni tat-tajers adattata, u familjarità mas-sistemi tat-trasport intelliġenti li jtejbu l-effiċjenza fis-sewqan u jassistu fl-ippjanar tar-rotta.

▼M5

1.3a.

Objettiv: kapaċità ta' antiċipazzjoni, valutazzjoni u adattament għar-riskji tat-traffiku:

li wieħed ikun konxju u jadatta għal kundizzjonijiet differenti tat-triq, it-traffiku u t-temp, jantiċipa l-avvenimenti futuri; li wieħed jifhem kif iħejji u jippjana vjaġġ f'kundizzjonijiet tat-temp mhux tas-soltu; li wieħed ikun familjari ma' kif jintuża t-tagħmir ta' sikurezza relatat u jifhem meta vjaġġ ikun irid jiġi pospost jew ikkanċellat minħabba kundizzjonijiet tat-temp estremi; li wieħed jadatta għar-riskji tat-traffiku, inkluża l-imġiba perikoluża jew distratta waqt is-sewqan (l-użu ta' apparat elettroniku, l-ikel, ix-xorb, eċċ.); li wieħed jinduna b'sitwazzjonijiet perikolużi u jadatta għalihom, u li wieħed ikun kapaċi jikkontrolla t-tensjoni li tirriżulta minn dawn is-sitwazzjonijiet, b'mod partikolari b'rabta mad-daqs u l-piż tal-vetturi u l-vulnerabbiltà tal-utenti stradali, bħall-persuni mexjin, iċ-ċiklisti u s-sewwieqa tal-muturi;

li wieħed jidentifika s-sitwazzjonijiet perikolużi possibbli u jinterpreta sew kif dawn is-sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi jistgħu jirriżultaw f'sitwazzjonijiet fejn wieħed ma jkunx jista' jevita ħabta u jagħżel u jimplimenta azzjonijiet li jżidu l-marġni tas-sikurezza sa tali punt li ħabta xorta waħda tista' tiġi evitata fil-każ li jkun hemm okkorrenza tal-perikli potenzjali.

▼B

Liċenzji C, C+E, C1, C1+E

▼M5

1.4.

Objettiv: kapaċità li l-vettura titgħabba skont ir-regoli tas-sikurezza u l-użu korrett tal-vettura:

forzi li jaffettwaw lill-vetturi mexjin, użu ta' rapporti tal-gearbox skont it-tagħbija tal-vettura u l-għamla tat-triq, użu ta' sistemi ta' trażmissjoni awtomatika, kalkolu tat-tagħbija li jista' jinġarr minn vettura jew grupp ta' vetturi, kalkolu tal-volum totali, distribuzzjoni tat-tagħbija, konsegwenzi ta' tagħbija żejda fuq il-fus, stabbiltà tal-vettura u ċentru tal-gravità, tipi ta' imballaġġ u paletti;

kategoriji ewlenin ta' merkanzija li jeħtieġu jkunu stivati, u metodi ta' rbit bil-klamp u stivar, użu ta' ċineg għall-istivar, kontroll ta' tagħmir ta' stivar, użu ta' tagħmir ta' tqandil, tqegħid u tneħħija ta' inċirajjet.

▼B

Liċenzji D, D+E, D1, D1+E

▼M5

1.5.

Objettiv: kapaċità li jkunu assigurati l-kumdità u s-sigurtà tal-passiġġieri:

adattament tal-movimenti trasversali u lonġitudinali, tqassim tat-triq, pożizzjoni fit-triq, użu bil-mod tal-brejks, id-dinamika tal-isporġenti, l-użu ta' infrastrutturi speċifiċi (żoni pubbliċi, linji tat-triq riżervati), kontroll ta' konflitt bejn sigurtà fis-sewqan u funzjonijiet oħra tas-sewwieq, interazzjoni mal-passiġġieri, speċifiċitajiet ta' ċerti gruppi ta' passiġġieri (persuni b'diżabbiltà, tfal).

1.6.

Objettiv: kapaċità li l-vettura titgħabba skont ir-regoli tas-sikurezza u l-użu korrett tal-vettura:

forzi li jaffettwaw lill-vetturi mexjin, użu ta' rapporti tal-gearbox skont it-tagħbija tal-vettura u l-għamla tat-triq, użu ta' sistemi tat-trażmissjoni awtomatika, kalkolu tat-tagħbija li tista' ġġorr vettura jew grupp ta' vetturi, distribuzzjoni tat-tagħbija, konsegwenzi ta' tagħbija żejda fuq il-fus, stabbiltà tal-vettura u ċentru ta' gravità.

▼B

2.   Applikazzjoni tar-regolamenti

Il-liċenzji kollha

▼M5

2.1.

Objettiv: għarfien tal-ambjent soċjali tat-trasport stradali u r-regoli li jirregolawh:

perijodi massimi ta' xogħol speċifiċi għall-industrija tat-trasport; prinċipji, applikazzjoni u konsegwenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 ( 7 ) u (UE) Nru 165/2014 ( 8 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; penali għan-nuqqas ta' użu, użu skorrett u tbagħbis tat-takografu; tagħrif dwar l-ambjent soċjali tat-trasport stradali: drittijiet u dmirijiet tas-sewwieqa fir-rigward tal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku.

▼B

Liċenzji C, C+E, C1, C1+E

▼M5

2.2.

Objettiv: għarfien tar-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' merkanzija:

liċenzji għal operazzjonijiet ta' trasport, dokumenti li jridu jinġarru fil-vettura, projbizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti toroq, tariffi għall-użu tat-toroq, obbligi taħt kuntratti standard għall-ġarr ta' merkanzija, tfassil ta' abbozzi ta' dokumenti li jikkostitwixxu l-kuntratt ta' trasport, permessi ta' trasport internazzjonali, obbligi taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għall-Ġarr Internazzjonali ta' Merkanzija bit-Triq, abbozz tan-nota ta' kunsinna internazzjonali, qsim ta' fruntieri, kummissjonarji ta' trasport, dokumenti partikolari li jakkumpanjaw il-merkanzija.

▼B

Liċenzji D, D+E, D1, D1+E

2.3.

Għan: li jkunu magħrufa r-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' passiggieri:

ġarr ta' gruppi partikulari ta' passiggieri, tagħmir ta' sigurtà fuq karozzi tal-linja, ċinturini ta' sigurtá, tagħbija tal-vettura.

3.   Saħħa, sigurtà tat-triq u ta' l-ambjent, servizz u loġistika

Il-liċenzji kollha

3.1.

Għan: biex sewwieqa jifhmu r-riskji tat-triq u l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:

tipi ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur tat-trasport, statistika ta' aċċidenti tat-triq, trakkijiet/coaches li jkollhom x'jaqsmu, konsegwenzi umani, materjali u finanzjarji.

3.2.

Għan: ħila biex ma jkunx hemm kriminalità u traffikar ta' immigranti illegali:

informazzjoni ġenerali, implikazzjonijiet għas-sewwieqa, miżuri ta' prevenzjoni, lista ta' verifiki, liġislazzjoni dwar ir-responsabbiltà ta' l-operatur tat-trasport.

3.3.

Għan: ħila biex ma jitħallewx li jkun hemm riskji fiżiċi:

prinċipji ergonomiċi; movimenti u qagħdiet li joħolqu riskju, forma fiżika, eżerċizzji ta' mmaniġġjar, protezzjoni personali.

3.4.

Għan: li jkun hemm tagħrif dwar l-importanza ta' kapaċità fiżika u mentali:

prinċipji ta' dieta tajba u bilanċjata, effetti ta' l-alkoħol, drogi jew kull sustanza oħra li tista' taffettwa l-imġieba, sintomi, kawżi u effetti ta' għejja u tensjoni, funzjoni ewlenija taċ-ċiklu bażiku xogħol/serħan.

3.5.

Għan: ħila li tivvaluta sitwazzjonijiet ta' emerġenza:

mġieba f'sitwazzjoni ta' emerġenza: eżami tas-sitwazzjoni, kumplikazzjonijiet ta' aċċident evitati, sejħa ghal għajnuna, għajnuna lill-midrubin u l-għoti ta' l-ewwel għajnuna, reazzjoni f'każ ta' ħruq, evakwazzjoni ta' nies minn karrozza/passiggieri minn karrozza tal-linja, sigurtà tal-passiggieri kollha assigurata, reazzjoni f'każ ta' aggressjoni; prinċipji bażiċi biex jitfassal abbozz ta' rapport ta' aċċident.

3.6.

Għan: ħila ta' mġieba li tgħin iġġib “il quddiem il-fama tal-kumpanija:”

mġieba tas-sewwieq u fama tal-kumpanija: l-importanza għall-kumpanija tal-livell ta' servizz mogħti mis-sewwieq, il-funzjonijiet tas-sewwieq, nies li s-sewwieq ikollu x'jaqsam magħhom, manutenzjoni ta' vetturi, organizzazzjoni tax-xogħol, effetti kummerċjai u finanzjarji ta' tilwima.

Liċenzji C, C + E, C1, C1 + E

▼M5

3.7.

Objettiv: għarfien tal-ambjent ekonomiku tat-trasport stradali tal-merkanzija u l-organizzazzjoni tas-suq:

trasport stradali b'rabta ma' metodi oħra ta' trasport (kompetizzjoni, spedituri), attivitajiet differenti ta' trasport stradali (trasport għall-kiri jew bi ħlas, f'isem il-persuna, attivitajiet ta' trasport awżiljari), organizzazzjoni tat-tipi ewlenin ta' kumpannija tat-trasport u attivitajiet ta' trasport awżiljari, speċjalizzazzjonijiet differenti ta' trasport (bawżer, temperatura kkontrollata, merkanzija perikoluża, trasport ta' annimali, eċċ.), tibdil fl-industrija (diversifikazzjoni ta' servizzi mogħtija, trasport stradali u ferrovjarju kkombinat, sottokuntrattar, eċċ.).

▼B

Liċenzji D, D + E, D1, D1 + E

▼M5

3.8.

Objettiv: għarfien tal-ambjent ekonomiku tal-ġarr ta' passiġġieri bit-triq u l-organizzazzjoni tas-suq:

ġarr ta' passiġġieri bit-triq b'rabta ma' metodi oħra ta' trasport ta' passiġġieri (ferrovija, karozza privata), attivitajiet differenti li jinvolvu ġarr ta' passiġġieri bit-triq, sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà, qsim ta' fruntieri (trasport internazzjonali), organizzazzjoni tat-tipi ewlenin ta' kumpanniji għall-ġarr ta' passiġġieri bit-triq.

▼B

Sezzjoni 2:   Kwalifika inizjali obbligatorja msemmija fl-Artiklu 3(1) (a)

▼M5

2.1.   Opzjoni li tikkombina kemm l-attendenza għall-kors kif ukoll eżami

Il-kwalifika inizjali trid tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha fil-lista tat-taqsima 1. Id-durata ta' din il-kwalifika inizjali trid tkun ta' 280 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ irid isuq għal mill-anqas 20 siegħa individwalment f'vettura tal-kategorija kkonċernata li tissodisfa mill-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-testijiet kif stabbilit fid-Direttiva 2006/126/KE.

Waqt li jkun qed isuq individwalment, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ irid ikun akkumpanjat minn għalliem, impjegat minn ċentru tat-taħriġ approvat. Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ jista' jsuq għal massimu ta' tmien sigħat mill-20 siegħa li jsuq individwalment fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-aqwa kwalità sabiex ikun ivvalutat it-taħriġ fis-sewqan razzjonali bbażat fuq regolamenti tas-sikurezza, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-vettura f'kundizzjonijiet differenti tat-triq u l-mod ta' kif dawn jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti, il-ħin tal-jum jew tal-lejl, u l-kapaċità li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li parti mit-taħriġ tingħata miċ-ċentru tat-taħriġ approvat permezz tal-għodod tal-ICT, bħat-tagħlim elettroniku, filwaqt li jiżguraw li jinżammu l-kwalità għolja u l-effikaċja tat-taħriġ, u billi jagħżlu s-suġġetti fejn l-għodod tal-ICT ikunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effikaċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi ta' kontroll xierqa. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu taħriġ speċifiku meħtieġ skont leġislazzjoni tal-Unjoni oħra bħala parti mit-taħriġ. Dan jinkludi, iżda mhux ristrett għal, taħriġ meħtieġ skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża, taħriġ dwar sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) u taħriġ dwar it-trasport tal-annimali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 ( 11 ).

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(5) it-tul tal-kwalifika inizjali jrid ikun ta' 70 siegħa, inklużi ħames sigħat ta' sewqan mis-sewwieq individwali.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jagħmlu eżami bil-miktub jew orali lis-sewwieq. L-eżami jrid jinkludi mill-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-għanijiet li jidhru fil-lista tas-suġġetti fit-taqsima 1.

▼B

2.2.   Għażla b'eżami magħha

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jorganizzaw l-eżamijiet imsemmija hawn fuq dwar teorija u prattika biex jivverifikaw jekk is-sewwieq li qed jitħarreġ ikunx laħaq il-livell ta' tagħrif mieħtieġ skond is-sezzjoni 1 għas-suġġetti u l-għanijiet li jidhru fil-lista hemmhekk.

(a) L-eżami dwar teorija u prattika għandu jikkonsisti mill-anqas f'żewġ taqsimiet:

(i) domandi, inklużi domandi b'għażliet diversi, domandi li jeħtieġu risposta diretta, jew taħlita tat-tnejn;

(ii) analiżi ta' każi speċifiċi.

L-eżami tat-teorija għandu jieħu mhux iktar minn erba' siegħat.

(b) l-eżami tal-prattika għandu jikun f'żewġ taqsimiet:

(i) eżami ta' sewqan maħsub biex jivverifika taħriġ razzjonali imsejjes fuq regolamenti tas-sigurtà. L-eżami għandu jsir, meta possibbli, f'toroq lil hinn minn żoni urbani, f'toroq li jippermettu sewqan veloċi u f'awtostradi (jew simili), u fuq kull xorta ta' toroq ewlenin urbani li jippreżentaw kull xorta ta' diffikultajiet li sewwieq aktarx jiltaqa' magħhom. Ikun aħjar jekk l-eżami jsir f'kondizzjonijiet ta' konċentrazzjoni ta' traffiku differenti. Il-ħin ta' sewqan fit-triq għandu jintuża bl-aħjar mod biex il-kandidat ikun eżaminat fiż-żoni kollha tat-traffiku li aktarx ikun fihom. L-eżami m'għandux jieħu inqas minn 90 minuta;

(ii) eżami prattiku li jkopri mill-anqas il-punti 1.4, 1.5, 1.6, 3.2, 3.3 u 3.5.

L-eżami m'għandux jieħu inqas minn 30 minuta.

▼M5

Il-vettura użata għall-eżami prattiku trid tissodisfa mill-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-test stabbiliti fid-Direttiva 2006/126/KE.

▼B

L-eżami tal-prattiku jista' jkun supplimentat b''tielet eżami li jsir fuq art speċjali jew fuq simulatur ta' l-aħjar kwalità biex ikun verifikat it-taħriġ ta' sewqan razzjonali imsejjes fuq regolamenti ta' sigurtà, b'mod partikulari rigward l-immaniġjar tal-vettura f'kondizzjonijiet differenti tat-triq u kif dawn jinbidlu skond kondizzjonijiet atmosferiċi differenti u l-ħin tal-jum jew tal-lejl.

M'hemmx stabbiliit kemm għandu jieħu ħin dan l-eżami fakultattiv. Jekk is-sewwieq jagħmel dan l-eżami, il-ħin li jieħu jista' jitnaqqas mid-90 minuta ta' l-eżami tas-sewqan imsemmi fil-(i), iżda l-ħin imnaqqas m'għandux ikun aktar minn 30 minuta.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 5(5), l-eżami tat-teorija għandu jkun limitat għas-suġġetti, li jissemmew fis-sezzjoni 1, li jkunu rilevanti għall-vetturi li għalihom tapplika l-kwalifika inizjali ġdida. Iżda dawn is-sewwieqa għandhom jagħmlu l-eżami kollu tal-prattika.

▼M5

Taqsima 3:   Kwalifika inizjali aċċellerata prevista fl-Artikolu 3(2)

Il-kwalifika inizjali aċċellerata trid tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha li jidhru fil-lista fit-taqsima 1. Id-durata tagħha trid tkun ta' 140 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ irid isuq għal mill-anqas 10 sigħat individwalment f'vettura tal-kategorija kkonċernata li tissodisfa mill-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-test stabbilit fid-Direttiva 2006/126/KE.

Waqt li jkun qed isuq individwalment, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ irid ikun akkumpanjat minn għalliem, impjegat minn ċentru tat-taħriġ approvat. Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ jista' jsuq għal massimu ta' erba' sigħat mill-10 sigħat ta' sewqan individwali fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-aqwa kwalità sabiex ikun ivvalutat it-taħriġ f'sewqan razzjonali bbażat fuq regolamenti tas-sikurezza, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-vettura f'kundizzjonijiet differenti tat-triq u l-mod kif dawk il-kundizzjonijiet tat-triq jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti, il-ħin tal-jum jew tal-lejl, u l-kapaċità li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil.

Id-dispożizzjonijiet tar-raba' paragrafu tal-punt 2.1 għandhom japplikaw ukoll għall-kwalifika inizjali aċċellerata.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(5), it-tul tal-kwalifika inizjali aċċellerata jrid ikun ta' 35 siegħa, inklużi sagħtejn u nofs ta' sewqan individwali.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jagħmlu eżami bil-miktub jew orali lis-sewwieq. L-eżami jrid jinkludi mill-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-għanijiet li jidhru fil-lista tas-suġġetti fit-taqsima 1.

Taqsima 4:   Taħriġ perjodiku obbligatorju previst fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1)

Ċentru approvat tat-taħriġ irid jorganizza korsijiet ta' taħriġ perjodiku obbligatorji. Id-durata tagħhom trid tkun ta' 35 siegħa kull ħames snin, mogħtija f'perijodi ta' mill-anqas seba' sigħat, li jistgħu jinqasmu fuq mhux inqas minn jumejn konsekuttivi. Kull meta jintuża t-tagħlim elettroniku, iċ-ċentru tat-taħriġ approvat għandu jiżgura li tinżamm il-kwalità xierqa tat-taħriġ, inkluż billi jagħżel is-suġġetti fejn l-għodod tal-ICT jistgħu jintużaw bl-aktar mod effikaċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi ta' kontroll xierqa. Id-durata massima tat-taħriġ permezz tat-tagħlim elettroniku ma għandhiex taqbeż 12-il siegħa. Tal-inqas wieħed mill-perijodi tal-kors tat-taħriġ għandu jkopri suġġett marbut mas-sikurezza stradali. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi għall-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mis-sewwieq u l-iżviluppi legali u teknoloġiċi rilevanti u għandu, kemm jista' jkun, iqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas-sewwieq. Fuq medda ta' 35 siegħa għandha tiġi koperta firxa ta' suġġetti differenti, inkluż taħriġ ripetut fejn jintwera li s-sewwieq ikun jeħtieġ taħriġ korrettiv speċifiku.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw jgħoddu t-tlestija tat-taħriġ speċifiku meħtieġ minn leġislazzjoni oħra tal-Unjoni għal massimu ta' wieħed mill-perijodi stipulati ta' seba' sigħat. Dan jinkludi, iżda mhux ristrett għal, taħriġ meħtieġ skont id-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża, taħriġ dwar it-trasport tal-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2005, u, għall-ġarr tal-passiġġieri, taħriġ fis-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 181/2011. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-taħriġ speċifiku mitmum kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/68/KE għat-trasport ta' merkanzija perikoluża jgħodd għal tnejn mill-perijodi ta' seba' sigħat, dment li dan ikun l-uniku taħriġ ieħor meqjus fit-taħriġ perjodiku.

▼B

Sezzjoni 5:   Approvazzjoni tal-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku

5.1.

Iċ-ċentri ta' taħriġ li jieħdu sehem fil-kwalifika inizjali u fit-taħriġ perjodiku għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. L-approvazzjoni tista' tingħata biss wara li ssir applikazzjoni bil-miktub. Ma' l-applikazzjoni għandu jkun hemm dokumenti li jinkludu:

5.1.1. kwalifika adegwata u programm ta' taħriġ li jispeċifika s-suġġetti mgħallma u li jistabbilixxi l-pjan propost ta' implimentazzjoni u l-metodi ta' tagħlim;

5.1.2. il-kwalifiki u l-oqsma ta' attività ta' l-għalliema;

5.1.3. informazzjoni dwar il-post fejn isiru l-korsijiet, materjal għat-tagħlim, ir-riżorsi disponibbli għal xogħol prattiku, u l-flotta ta' vetturi wżati;

5.1.4. il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu fil-parteċipazzjoni tal-korsijiet (numru ta' parteċipanti).

5.2.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti approvazzjoni bil-miktub soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1. it-taħriġ għandu jingħata skond id-dokumenti li jintbagħtu ma' l-applikazzjoni;

5.2.2. l-awtorità kompetenti għandha tkun tista' tibgħat persuni awtorizzati biex jassistu fil-korsijiet ta' taħriġ taċ-ċentri approvati, u għandha tkun tista' ssegwi mill-qrib dawn iċ-ċentri, fir-rigward tar-riżorsi wżati u t-tmexxija tajba tal-korsijiet ta' taħriġ u l-eżamijiet;

5.2.3. l-approvazzjoni tista' titneħħa jew tkun sospiża jekk il-kondizzjonijiet ta' approvazzjoni ma jibqgħux jitħarsu.

Iċ-ċentru approvat għandu jiggarantixxi li l-għalliema jkunu jafu sewwa bl-aħħar regolamenti u l-kondizzjonijiet ta' taħriġ. Bħala parti minn proċedura speċifika ta' għażla, l-għalliema għandu jkollhom dokumentazzjoni li turi li jafu kemm is-suġġetti kif ukoll il-metodi tat-tagħlim. Rigward il-parti prattika tat-taħriġ, l-għalliema għandu jkollhom dokumentazzjoni ta' esperjenza bħala sewwieqa professjonali jew esperjenza ta' sewqan simili, bħal dik ta' għalliema tas-sewqan ta' vetturi kbar.

Il-programm ta' tagħlim għandu jkun jaqbel ma' l-approvazzjoni u għandu jkopri s-suġġetti li jidhru fil-lista f'sezzjoni 1.




ANNESS II

▼M5

ARRANĠAMENTI GĦALL-MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA GĦAL KARD TA' KWALIFIKA TAS-SEWQAN

▼B

1.

Il-karatteristiċi fiżiċi tal-karta għandhom ikunu skond l-istandards 7810 u 7816-1 ta' l-ISO.

Il-metodi għall-verifika tal-karatteristiċi fiżiċi tal-karta biex ikun sgurat li huma konsistenti ma' lis-standards internazzjonali għandhom ikunu skond lis-standard 10373 ta' l-ISO.

2.

Il-karta għandha żewġ naħat:

Naħa 1 ikollha fiha:

(a) it-titolu 'karta ta' kwalifika ta' sewwieq' stampata b'ittri kbar fil-lingwa/lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li joħroġ il-karta;

(b) l-isem ta' l-Istat Membru li joħroġ il-karta (mhux obbigatorja);

(ċ) il-marka li tiddistingwi l-Istat Membru li joħroġ il-karta, stampata bħala negattiva f'rettangolu ikħal u mdawwrha minn 12-il stilla safra; il-marki li jiddistingwu huma kif ġej:

B

:

il-Belġju

▼M2

BG

:

Il-Bulgarija

▼B

CZ

:

ir-Repubblika Ċeka

DK

:

id-Danimarka

D

:

il-Ġermanja

EST

:

l-Estonja

GR

:

il-Greċja

E

:

Spanja

F

:

Franza

▼M4

HR

:

Kroazja

▼B

IRL

:

l-Irlanda

I

:

l-Italja

CY

:

Ċipru

LV

:

il-Latvja

LT

:

il-Litwanja

L

:

il-Lussemburgu

H

:

l-Ungerija

M

:

Malta

NL

:

l-Olanda

A

:

l-Awstrija

PL

:

il-Polonja

P

:

il-Portugall

▼M2

RO

:

Ir-Rumanija

▼B

SLO

:

is-Slovenja

SK

:

is-Slovakkja

FIN

:

il-Finlandja

S

:

l-Isvezja

UK

:

ir-Renju Unit'

(d) informazzjoni speċifika tal-karta, numerata kif ġej:

1. kunjom tat-titulari;

2. isem tat-titulari;

3. data u post tat-twelid tat-titulari;

4.

 

(a) data tal-ħruġ;

(b) data ta' skadenza;

(ċ) l-isem ta' l-awtorità li toħroġ il-karta (jista' jkun stampat fuq naħa 2);

(d) numru differenti min-numru tal-liċenzja tas-sewqan għal finijiet amministrattivi (mhux obbligatorja);

5.

 

(a) numru tal-liċenzja tas-sewqan;

(b) numru tas-serje;

6. ritratt tat-titulari;

7. firma tat-titulari;

8. post ta' residenza jew indirizz postali tat-titulari (mhux obbligatorja)

▼M5

9. il-kategoriji ta' vetturi li għalihom is-sewwieq jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku;

▼B

(e)  ►M5  it-titolu “Mudell tal-Unjoni Ewropea” fil-lingwa jew lingwi tal-Istat Membru li joħroġ il-kard u l-intestatura “kard ta' kwalifika tas-sewqan” fil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Unjoni, stampati bil-blu biex jiffurmaw l-isfond tal-kard: ◄

tarjeta de cualificación del conductor

▼M2

карта за квалификация на водача

▼B

Osvědčení profesní způsobilosti řidiče

chaufføruddannelsesbevis

Fahrerqualifizierungsnachweis

juhi ametipädevuse kaart

δελτίο επιμόρφωσης οδηγού

driver qualification card

carte de qualification de conducteur

cárta cáilíochta tiomána

▼M4

kvalifikacijska kartica vozača

▼B

carta di qualificazione del conducente

vadītāja kvalifikācijas apliecība

vairuotojo kvalifikacinė kortelė

gépjárművezetői képesítési igazolvány

karta ta' kwalifikazzjoni tas-sewwieq

kwalificatiekaart bestuurder

karta kwalifikacji kierowcy

carta de qualificação do motorista

▼M2

Cartela de pregătire profesională a conducătorului auto

▼B

preukaz o kvalifikácii vodiča

kartica o usposobljenosti voznika

kuljettajan ammattipätevyyskortti

yrkeskompetensbevis för förare

(f) kuluri ta' referenza:

 blu: Pantone Reflex blue,

 isfar: Pantone yellow;

Naħa 2 ikollha fiha:

(a)

 

►M5  9. il-kategoriji ta' vetturi li għalihom is-sewwieq jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku;

10. il-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95”, previst fl-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE; ◄

11. spazju riservat fejn l-Istat Membru li joħroġ il-karta jista' jdaħħal dettalji amministrattivi essenzjali jew dettalji relatati mas-sigurtà fit-triq (mhux obbligatorja). Jekk id-dettalji jkollhom x'jaqsmu ma' titolu li jidher f'dan l-Anness, dawn id-dettalji għandhom jiġu wara numru ta' titolu korrispondenti;

(b) tifsir tad-dettalji numerati li jidhru fuq in-naħat 1 u 2 tal-karta (mill-anqas it-titoli 1, 2, 3, 4(a), 4(b), 4(ċ), 5(a), 5(b) u 10).

▼M4

Jekk xi Stat Membru jixtieq jifformula dawk l-entrati f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-karta billi juża waħda minn dawn il-lingwi msemmija, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan l-Anness.

▼B

3.

Sigurtà, inkluża l-protezzjoni ta' data

L-għan tad-diversi dettalji li jiffurmaw il-karta hu li jkunu eliminati kull falsifikazzjoni u tbagħbis u li jinkixef kull attentati biex isir dan.

L-Istat Membru għandu jisgura li l-livell ta' sigurtà tal-karta jkun jixbaħ għall-inqas il-livell ta' sigurtà tal-liċenzja tas-sewqan.

4.

Dispożizzjonijiet Partikulari

Wara li jikkonsultaw mal-Kummissjoni, Stati Membri jistgħu jżidu kuluri jew marki, bħal bar code, simboli nazzjonali u elementi ta' sigurtà, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

B'konnessjoni mar-rikonixximent reċiproku tal-karti, il-bar code tista ma tinkludix informazzjoni ħlief dik li diġa tidher fuq il-karta ta' kwalifika tas-sewwieq jew li hi essenzjali għall-proċess tal-ħruġ tal-karta.

▼M5

5.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Il-kards ta' kwalifika tas-sewqan maħruġa qabel it-23 ta' Mejju 2020 għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

▼M5

MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA GĦAL KARD TA' KWALIFIKA TAS-SEWQAN

image

►(1) M5  

▼M5




ANNESS III

TABELLA TA' KORRISPONDENZA GĦAR-REFERENZI GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA' LIĊENZJI TAS-SEWQAN



Referenza f'din id-Direttiva

Referenza fid-Direttiva 2006/126/KE

C + E

CE

C1 + E

C1E

D + E

DE

D1 + E

D1E.



( 1 ) Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).

( 2 ►C1  Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta' April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta' operatur ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u operatur ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta' trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1); Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/76/KE (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17). ◄

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

( 5 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 6 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

( 9 ) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' merkanzija perikoluża (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).