02014R0532 — MT — 20.04.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 (ĠU L 148 20.5.2014, p. 54) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/629 tal-4 ta’ Novembru 2020 |
L 132 |
4 |
19.4.2021 |
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2014
tat-13 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li ġejjin li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014:
ir-regoli li jispeċifikaw l-informazzjoni fir-rigward tad-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fi ħdan is-sistema ta' sorveljanza stabbilita mill-awtorità maniġerjali;
ir-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-verifika fir-rigward tar-rekords kontabilistiċi li jridu jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li jridu jsiru fil-livell tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedji u l-benefiċjarji;
l-iskop u l-kontenut tal-awditi tal-operazzjonijiet u l-awditi tal-kontijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet;
ir-regoli dettaljati dwar l-użu tad-dejta miġbura matul l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni;
ir-regoli dettaljati dwar il-kriterji għad-determinazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll, inkluż it-tipi ewlenin ta' dawn in-nuqqasijiet, il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji ta' rati fissi jew estrapolati.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SISTEMI TAL-ĠESTJONI U L-KONTROLL
Artikolu 2
Id-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata
(Artikolu 32(8) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
Artikolu 3
Ir-rekwiżiti minimi fid-dettall għar-rekord għall-verifika
(Artikolu 32(9) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
Ir-rekwiżiti minimi ddettaljati għar-rekord għall-verifika fir-rigward tar-rekords tal-kontabbiltà li għandhom jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li għandhom jinżammu, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla stabbiliti fil-programm operatorju għall-ikel u/jew l-assistenza materjali bażiku (OP I), jew mill-kumitat ta' monitoraġġ għall-OP II;
fir-rigward tal-għotjiet taħt l-Artikolu 25(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li l-ammonti aggregati ċċertifikati lill-Kummissjoni jiġu rikonċiljati mar-rekords kontabilistiċi ddettaljati u d-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji fir-rigward tal-operazzjonijiet kofinanzjati taħt il-programm operazzjonali;
fir-rigward tal-għotjiet taħt l-Artikoli 25(1)(b) u (c), ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li l-ammonti aggregati ċċertifikati lill-Kummissjoni jiġu rikonċiljati mad-dejta ddettaljata relatata mal-produzzjoni jew ir-riżultati u d-dokumenti ta' sostenn miżmuma mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji, inkluż fejn ikun applikabbli dokumenti dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti tabelli standard ta' kostijiet unitarji u s-somom f'daqqa, fir-rigward tal-operazzjonijiet kofinanzjati taħt il-programm operazzjonali;
fir-rigward tal-ispejjeż determinati skont l-Artikoli 25(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-rekord għall-verifika għandu juri u jiġġustifika l-metodu ta' kalkolu, fejn ikun applikabbli, u l-bażi fuq liema ġew deċiżi r-rati fissi, u l-ispejjeż diretti eliġibbli jew l-ispiża ddikjarata taħt kategoriji oħra magħżula għal liema tapplika r-rata fissa;
fir-rigward tal-ispejjeż determinati skont l-Artikolu 26(2)(b),(c), (e) u 26(3) it-tieni parti), tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li jiġu sostanzjati l-ispejjeż diretti eliġibbli jew l-ispiża ddikjarata taħt kategoriji oħra ta' spejjeż li tapplika għalihom ir-rata fissa;
ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li tiġi vverifikata l-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju;
għal kull operazzjoni, kif ikun xieraq, ir-rekord għall-verifika għandu jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan ta' finanzjament, id-dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-għotja, id-dokumenti relatati mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku, ir-rapporti mill-benefiċjarju u r-rapporti dwar l-awditi u l-awditjar imwettaq;
ir-rekord għall-verifika għandu jinkludi informazzjoni dwar il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni mwettaq fuq l-operazzjoni;
ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li tiġi rikonċiljata dejta fir-rigward tal-indikaturi tal-produzzjoni għall-operazzjoni mad-dejta u r-riżultat irrapportat u, fejn ikun xieraq, il-miri għall-programm;
Għall-ispejjeż imsemmija fil-punti (c) u (d), ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li jiġi vverifikat il-metodu ta' kalkolu użat mill-awtorità maniġerjali għall-konformità mal-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.
L-Artikolu 3a
Ir-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-verifika dwar l-appoġġ li jingħata indirettament lil min hu l-aktar fil-bżonn, pereżempju permezz ta’ vawċers, kards, jew strumenti oħra
(l-Artikolu 32(9) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
Minbarra r-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekords għall-verifika stabbiliti fl-Artikolu 3, ir-rekords għall-verifika tal-operazzjonijiet li jipprovdu ikel jew assistenza materjali bażika, jew it-tnejn li huma lill-persuni l-aktar fil-bżonn permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra f’konformità mal-Artikolu 23(4a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 għandhom:
jippermettu li fuq il-bażi tar-rekords kontabilistiċi u d-dokumenti ta’ sostenn miżmumin mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, mill-awtorità maniġerjali, minn korpi intermedji u mill-benefiċjarji, jiġi rikonċiljat l-għadd totali ta’ vawċers, kards, jew strumenti oħra li jkunu nħarġu mal-għadd totali ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra li jkunu twasslu lir-riċeventi aħħarin u ntużaw;
rigward il-kostijiet eliġibbli stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 26(2), jippermettu li l-ammonti aggregati ċċertifikati lill-Kummissjoni jiġu rikonċiljati mal-valur tal-vawċers, tal-kards, jew ta’ strumenti oħra li jkunu ntużaw mir-riċeventi aħħarin;
jinkludu d-dokumenti li jikkonċernaw l-għotja ta’ vawċers, kards, jew strumenti oħra lir-riċeventi aħħarin, id-distribuzzjoni tagħhom lir-riċeventi aħħarin, u l-użu tagħhom.
Għall-użu ta’ kards, vawċers, jew strumenti oħra, ir-rekords għall-verifika għandhom juru li l-vawċers, il-kards jew l-istrumenti l-oħra ntużaw biss biex jinxtraw l-ikel jew l-assistenza materjali bażika, jew it-tnejn li huma.
Meta jingħata l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lil min hu l-aktar fil-bżonn permezz ta’ vawċers, kards, jew strumenti oħra fil-format ta’ fuq il-karta, ir-rekord għall-verifika għandu jinkludi wkoll dawn li ġejjin:
il-miżuri ta’ sigurtà li jevitaw il-falsifikazzjoni, li jwettqu l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji;
miżuri li jissalvagwardaw l-istokk tal-vawċers;
l-identifikazzjoni tal-korpi li jidentifikaw lir-riċeventi aħħarin u tal-korpi li jiddistribwixxu l-vawċers, il-kards jew l-istrumenti l-oħra lir-riċeventi aħħarin;
dokumentazzjoni li turi li l-vawċers, il-kards jew l-istrumenti l-oħra twasslu lir-riċeventi aħħarin.
Artikolu 4
Użu ta' dejta miġbura matul l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni
(Artikolu 34(8) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
Artikolu 5
Awditi tal-operazzjonijiet
(Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
L-awditi tal-operazzjonijiet għandhom jitwettqu abbażi tad-dokumenti ta' sostenn li jikkostitwixxu r-rekords għall-verifika u għandhom jivverifikaw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni, inkluż l-aspetti li ġejjin:
li l-operazzjoni ntgħażlet skont il-kriterji tal-għażla għall-programm operazzjonali, li ma tlestietx fiżikament jew ma ġietx implimentata b'mod sħiħ qabel ma l-benefiċjarju ssottometta l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-programm operazzjonali, ġiet implimentata skont id-deċiżjoni ta' approvazzjoni u ssodisfat kwalunkwe kundizzjoni applikabbli meta sar l-awditjar dwar il-funzjonalità, l-użu u l-objettivi tagħha li għandhom jinkisbu;
li n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni tikkorrispondi għar-rekords kontabilistiċi u li d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa turi rekord għall-verifika xieraq kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;
li għan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita skont l-Artikolu 25(1)(b) u (c), ikunu twasslu l-produzzjoni u r-riżultati li jsostnu l-pagamenti lill-benefiċjarju, id-dejta tal-parteċipanti, fejn ikun applikabbli, jew rekords oħra relatati mal-produzzjoni u r-riżultati huma konsistenti mal-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni u li d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa turi rekord għall-verifika xieraq kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
L-awditi għandhom jivverifikaw ukoll li l-kontribuzzjoni pubblika tkun tħallset lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.
Artikolu 6
Metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet
(Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, metodu ta' kampjunar huwa statistiku meta jiżgura:
għażla b'mod każwali tal-oġġetti fil-kampjun;
l-użu tat-teorija ta' probabbiltà biex jiġu evalwati r-riżultati tal-kampjun, inkluż il-kejl u l-kontroll tar-riskju tal-kampjunar u tal-preċiżjoni ppjanata u milħuqa.
Fejn l-unitajiet magħżula jinkludu numru kbir ta' talbiet għal ħlas jew fatturi sottostanti, l-awtorità tal-awditjar tista' tivverifikahom permezz ta' sottokampjunar, billi tagħżel it-talbiet għall-ħlas sottostanti jew il-fatturi billi tuża l-istess parametri ta' kampjunar użati biex jintgħażlu l-unitajiet tal-kampjun ewlieni.
F'dak il-każ, id-daqsijiet xierqa tal-kampjun għandhom jiġu kkalkolati f'kull unità sabiex jiġu vverifikati u, fi kwalunkwe każ, ma għandhomx ikunu inqas minn 30 talba għall-ħlas sottostanti jew fatturi għal kull unità.
Artikolu 7
Awditi tal-kontijiet
(Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
Għall-fini tal-opinjoni tal-awditjar, sabiex jiġi konkluż li l-kontijiet jagħtu stampa reali u ġusta, l-awtorità tal-awditjar għandha tivverifika li l-elementi kollha meħtieġa mill-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 huma inklużi b'mod korrett fil-kontijiet u jikkorrispondu għar-rekords kontabilistiċi ta' sostenn miżmuma mill-awtoritajiet jew mill-korpi kollha rilevanti u l-benefiċjarji matul ix-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-awtortà tal-awditjar. L-awtorità tal-awditjar b'mod partikolari, abbażi tal-kontijiet li għandhom jiġu pprovduti mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, għandha tivverifika li:
l-ammont totali ta' nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata skont l-Artikolu 49(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 jaqbel man-nefqa u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti inkluża fl-applikazzjonijiet għal ħlas sottomessi lill-Kummissjoni għas-sena tal-kontabbiltà rilevanti u, jekk ikun hemm differenzi, li jkunu ngħataw spjegazzjonijiet xierqa fil-kontijiet għall-ammonti ta' rikonċiljazzjoni;
l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena tal-kontabbiltà, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati fi tmiem is-sena tal-kontabbiltà u l-ammonti irrekuperabbli ppreżentati fil-kontijiet jikkorrispondu għall-ammonti mdaħħla fis-sistemi kontabilistiċi tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u huma bbażati fuq deċiżjonijiet mill-awtorità maniġerjali responsabbli jew l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni;
in-nefqa ġiet eskluża mill-kontijiet skont l-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn ikun applikabbli, u li l-korrezzjonijiet meħtieġa kollha huma riflessi fil-kontijiet għas-sena tal-kontabbiltà kkonċernata;
Il-verifiki msemmija fil-punti (b) u (c) jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjun.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ĠESTJONI FINANZJARJA U L-KORREZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 8
Kriterji biex jiġu stabbiliti nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll
(Artikolu 55(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
Il-valutazzjoni għandha tkopri l-ambjent ta' kontroll intern tal-programm, l-attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll tal-awtoritajiet maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, il-monitiraġġ mill-awtorità maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, u l-attivitajiet ta' kontroll tal-awtorità tal-awditjar u għandha tkun ibbażata fuq il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness II.
Is-sodisfar ta' dawn ir-rekwiżiti ewlenin għandu jiġi vvalutat abbażi tal-kategoriji stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness II.
Artikolu 9
Kriterji biex jiġu applikati rati fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati u kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja
(Artikolu 55(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
Minkejja l-ewwel sottoparagrafu, għandhom jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati, għal programm operazzjonali kollu jew parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika irregolaritajiet sistematiċi f'kampjun rappreżentattiv ta' operazzjonijiet, li jippermettu kwantifikazzjoni aktar eżatta tar-riskju għall-baġit tal-Unjoni. F'dan il-każ, ir-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-kampjun rappreżentattiv għandhom jiġu estrapolati għall-bqija tal-popolazzjoni minn fejn ittieħed il-kampjun għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.
Il-livell ta' korrezzjoni b'rata fissa għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:
l-importanza relattiva tan-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll kollha kemm hi;
il-frekwenza u l-firxa tan-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji;
il-grad ta' riskju ta' telf għall-baġit tal-Unjoni.
Filwaqt li jitqiesu dawn l-elementi, il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn in-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma tant fundamentali, frekwenti jew mifruxin li jirrappreżentaw falliment totali tas-sistema, liema falliment ipoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa kollha kkonċernata, għandha tiġi applikata rata fissa ta' 100 %;
fejn in-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma tant frekwenti u mifruxin li jirrappreżentaw falliment estremament serju fis-sistema, liema falliment ipoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli ħafna min-nefqa kkonċernata, għandha tiġi applikata rata fissa ta' 25 %;
fejn in-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma dovuti għall-fatt li s-sistema mhijiex tiffunzjona b'mod sħiħ jew qiegħda tiffunzjona b'mod tant ħażin jew b'mod tant mhux frekwenti li tpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli mill-infiq ikkonċernat, għandha tiġi applikata rata fissa ta' 10 %;
fejn in-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma dovuti għall-fatt li s-sistema mhijiex tiffunzjona b'mod konsistenti u b'hekk tpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon sinifikanti min-nefqa kkonċernata, għandha tiġi applikata rata fissa ta' 5 %.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2014, fir-rigward tal-informazzjoni dwar id-dejta rreġistrata u maħżuna msemmija fl-Anness I.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista tad-data li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f’forma kompjuterizzata fis-sistema ta’ monitoraġġ (imsemmija fl-Artikolu 2)
Id-data hija meħtieġa għal operazzjonijiet appoġġjati minn OP I u OP II ( 1 ) u għat-tipi kollha ta’ konsenja sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-tieni kolonna.
|
Kampi tad-data |
Indikazzjoni tat-tip ta’ OP jew tip ta’ konsenja li għalih mhijiex meħtieġa data |
|
Data dwar il-benefiċjarju (1) |
|
|
1. Isem jew identifikatur uniku ta’ kull benefiċjarju |
|
|
2. Informazzjoni dwar jekk il-benefiċjarju huwiex korp tad-dritt pubbliku jew korp tad-dritt privat |
|
|
3. Informazzjoni dwar jekk il-VAT fuq in-nefqa imġarrab mill-benefiċjarju huwiex irrekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT |
|
|
4. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-benefiċjarju |
|
|
Data dwar l-operazzjoni |
|
|
5. Isem jew identifikatur uniku tal-operazzjoni |
|
|
6. Deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni |
|
|
7. Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-operazzjoni |
|
|
8. Data tal-bidu kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ |
|
|
9. Data tat-tmiem kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ |
|
|
10. Data effettiva meta l-operazzjoni tkun fiżikament ikkompletata jew implimentata kompletament |
|
|
11. Korp li joħroġ id-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ |
|
|
12. Data tal-ħruġ tad-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ |
|
|
13. Munita tal-operazzjoni |
|
|
14. CCI tal-programm(i) li minnu/hom l-operazzjoni hija appoġġata |
|
|
15. Tip(i) ta’ assistenza materjali indirizzata |
Mhux applikabbli għall-OP II |
|
16. Tip(i) ta’ azzjonijiet appoġġjati |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
17. Kodiċi(jiet) għall-forma tal-finanzjament |
|
|
18. Kodiċi(jiet) għall-lokalizzazzjoni |
|
|
19. Kwantità ta’ ikel mixtri minn korp pubbliku jew organizzazzjoni sieħba, fejn applikabbli |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
|
20. Kwantità ta’ ikel miksub minn korp pubbliku, fejn applikabbli, skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn applikabbli |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
|
21. Kwantità ta’ ikel mogħti lill-organizzazzjonijiet sieħba, fejn applikabbli |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
|
22. Kwantità ta’ ikel konsenjat lir-riċeventi aħħarin, fejn applikabbli |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
|
23. Kwantità ta’ assistenza materjali bażika mixtrija minn korp pubbliku jew organizzazzjoni sieħba, fejn applikabbli |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
|
24. Kwantità ta’ assistenza materjali bażika mogħtija lill-organizzazzjonijiet sieħba, fejn applikabbli |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
|
25. Kwantità ta’ assistenza materjali bażika mogħtija lir-riċeventi aħħarin, fejn applikabbli |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
|
26. Għadd ta’ vawċers jew kards (jew strumenti oħra ta’ konsenja indiretta) maħruġa |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
|
27. Għadd ta’ vawċers jew kards (jew strumenti oħra ta’ konsenja indiretta) ikkonsenjati lir-riċeventi aħħarin |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
|
28. Għadd ta’ vawċers jew kards (jew strumenti oħra ta’ konsenja indiretta) użati mir-riċeventi aħħarin |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
|
29. Ammont totali ta’ nefqa ttoppjat fuq vawċers jew kards (jew strumenti oħra ta’ konsenja indiretta) ikkonsenjati lir-riċeventi aħħarin |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
|
30. Ammont totali ta’ nefqa f’vawċers jew kards (jew strumenti oħra ta’ konsenja indiretta) użati mir-riċeventi aħħarin |
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
|
Data dwar indikaturi |
|
|
31. Titlu tal-indikaturi komuni rilevanti għall-operazzjoni |
|
|
32. Identifikatur għall-indikaturi komuni rilevanti għall-operazzjoni |
|
|
33. Livell ta’ lħuq tal-indikaturi komuni għal kull sena ta’ implimentazzjoni jew fit-tmiem tal-operazzjoni |
|
|
34. Titlu tal-indikaturi speċifiċi għal kull programm rilevanti għall-operazzjoni |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
35. Identifikatur għall-indikaturi speċifiċi għal kull programm rilevanti għall-operazzjoni |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
36. Miri speċifiċi għall-indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għal kull programm |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
37. Livell ta’ lħuq tal-indikaturi tal-output speċifiċi għal programm għal kull sena ta’ implimentazzjoni jew fit-tmiem tal-operazzjoni, |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
38. Unità ta’ kejl għal kull mira ta’ output |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
39. Linja bażi għall-indikaturi tar-riżultati |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
40. Livell ta’ mira għall-indikaturi tar-riżultati |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
41. Unità ta’ kejl għal kull mira u linja bażi tar-riżultati |
Mhux applikabbli għall-OP I |
|
42. Unità ta’ kejl għal kull indikatur tal-output |
|
|
Data finanzjarja dwar kull operazzjoni (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
|
43. Ammont totali tal-kost eliġibbli tal-operazzjoni approvat fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ |
|
|
44. Ammont totali tal-kostijiet eliġibbli li jikkostitwixxu nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 |
|
|
45. Ammont tal-appoġġ pubbliku, kif stipulat fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ |
|
|
Data dwar pretensjonijiet ta’ pagament mill-benefiċjarju (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
|
46. Data tal-irċevuta ta’ kull pretensjoni ta’ pagament mingħand il-benefiċjarju |
|
|
47. Data ta’ kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta’ pretensjoni ta’ pagament |
|
|
48. Ammont ta’ nefqa eliġibbli fi pretensjoni ta’ pagament li tifforma l-bażi għal kull pagament lill-benefiċjarju |
|
|
49. Ammont ta’ nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi man-nefqa eliġibbli li tifforma l-bażi għal kull pagament |
|
|
50. Ammont ta’ kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta’ pretensjoni ta’ pagament |
|
|
51. Id-data tal-bidu tal-verifiki fuq il-post tal-operazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 32(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 |
|
|
52. Data ta’ awditi fuq il-post tal-operazzjoni skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 u l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014 (2) |
|
|
53. Korp li jagħmel l-awditjar jew il-verifika |
|
|
Data dwar in-nefqa fi pretensjoni ta’ pagament minn benefiċjarju bbażata fuq kost reali (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
|
54. Nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita abbażi tal-kostijiet effettivament imġarrba u mħallsa |
|
|
55. Nefqa pubblika kif iddefinit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi għan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi tal-kostijiet effettivament rimborżati u mħallsa |
|
|
56. Tip ta’ kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (forniment ta’ servizzi/forniment ta’ oġġetti) jew id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) |
|
|
57. Ammont tal-kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE |
|
|
58. Nefqa eliġibbli mġarrba u mħallsa abbażi ta’ kuntratt jekk il-kuntratt ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE |
|
|
59. Proċedura tal-akkwist użata jekk l-għoti tal-kuntratt ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE |
|
|
60. Isem jew identifikatur uniku tal-kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/23/UE |
|
|
Data dwar in-nefqa fi pretensjoni ta’ pagament minn benefiċjarju bbażata fuq skali standard ta’ kost unitarju (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
|
61. Ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita abbażi ta’ skali standard ta’ kost unitarju |
|
|
62. Nefqa pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi għan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita abbażi ta’ skali standard ta’ kost unitarju |
|
|
63. Definizzjoni ta’ unità li tintuża għall-finijiet tal-iskala standard ta’ kost unitarju |
|
|
64. Numru ta’ unitajiet konsenjati kif indikat fil-pretensjoni ta’ pagament għal kull element unitarju |
|
|
65. Kost unitarju għal unità waħda, f’kull element unitarju |
|
|
Data dwar in-nefqa fi pretensjoni ta’ pagament minn benefiċjarju bbażata fuq pagamenti f’somma f’daqqa (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
|
66. Ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit abbażi ta’ somom f’daqqa |
|
|
67. Nefqa pubblika kif iddefinit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li tikkorrispondi għan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita abbażi ta’ somom f’daqqa |
|
|
68. Għal kull somma f’daqqa, riżultati tanġibbli (outputs jew riżultati) miftiehma fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ bħala l-bażi għall-iżborż ta’ ħlasijiet ta’ somom f’daqqa |
|
|
69. Għal kull somma f’daqqa, l-ammont maqbul fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ |
|
|
Data dwar in-nefqa fi pretensjoni ta’ pagament mill-benefiċjarju bbażata fuq ir-rati fissi (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
|
70. Ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit abbażi ta’ rata fissa |
|
|
71. Nefqa pubblika kif iddefinit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li tikkorrispondi għan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita abbażi ta’ rata fissa |
|
|
Data dwar irkupri mill-benefiċjarju |
|
|
72. Data ta’ kull deċiżjoni ta’ rkupru |
|
|
73. Ammont ta’ appoġġ pubbliku affettwat minn kull deċiżjoni ta’ rkupru |
|
|
74. Nefqa totali eliġibbli affettwata minn kull deċiżjoni ta’ rkupru |
|
|
75. Data tal-irċevuta ta’ kull ammont imħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta’ rkupru |
|
|
76. Ammont ta’ appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta’ rkupru (mingħajr imgħax jew penali) |
|
|
77. Nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju |
|
|
78. Ammont ta’ appoġġ pubbliku irrekuperabbli wara deċiżjoni ta’ rkupru |
|
|
79. Nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku irrekuperabbli |
|
|
Data dwar talba għall-ħlas lill-Kummissjoni (f’EUR) |
|
|
80. Data tas-sottomissjoni ta’ kull talba għall-ħlas inkluż in-nefqa eliġibbli mill-operazzjoni |
|
|
81. L-ammont totali ta’ nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni inkluża f’kull talba għall-ħlas |
|
|
82. L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-operazzjoni inkluż f’kull talba għall-ħlas |
|
|
Data dwar kontijiet sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 (f’EUR) |
|
|
83. Data tas-sottomissjoni ta’ kull sett ta’ kontijiet inkluża n-nefqa fl-operazzjoni |
|
|
84. Data tas-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom in-nefqa finali tal-operazzjoni hija inkluża wara t-tlestija tal-operazzjoni (fejn in-nefqa totali eliġibbli hija ta’ EUR 1 000 000 jew aktar (l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)) |
|
|
85. Ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli tal-operazzjoni mdaħħal fis-sistemi kontabilistiċi tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet |
|
|
86. Ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li tkun saret fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli rreġistrat fis-sistemi kontabilistiċi tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet |
|
|
87. Ammont totali ta’ pagamenti magħmula lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli rreġistrat fis-sistemi kontabilistiċi tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet |
|
|
88. Nefqa pubblika totali eliġibbli tal-operazzjoni użata matul is-sena kontabilistika inkluża fil-kontijiet |
|
|
89. Nefqa pubblika totali kif iddefinita fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li tikkorrispondi man-nefqa pubblika eliġibbli totali użata matul is-sena kontabilistika inkluża fil-kontijiet |
|
|
90. Nefqa totali pubblika eliġibbli tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena kontabilistika inkluża fil-kontijiet |
|
|
91. Nefqa pubblika totali li tikkorrispondi man-nefqa pubblika eliġibbli totali tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena kontabilistika inkluża fil-kontijiet |
|
|
92. Nefqa pubblika eliġibbli totali tal-operazzjoni li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena kontabilistika inkluża fil-kontijiet |
|
|
93. Nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi man-nefqa pubblika eliġibbli totali li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena kontabilistika inkluża fil-kontijiet |
|
|
94. Ammont totali eliġibbli tan-nefqa pubblika tal-operazzjoni irrekuperabbli fi tmiem is-sena kontabilistika inkluż fil-kontijiet |
|
|
95. Nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont tan-nefqa pubblika irrekuperabbli fi tmiem is-sena kontabilistika inkluża fil-kontijiet |
|
|
(1)
Il-benefiċjarju jinkludi, fejn applikabbli, korpi oħra li jġarrbu nefqa fl-operazzjoni li jiġi ttrattat bħala nefqa imġarrab mill-benefiċjarju.
(2)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 54).
(3)
Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
(4)
Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1). |
|
ANNESS II
Rekwiżiti ewlenin tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward it-tħaddim effettiv tagħhom imsemmija fl-Artikolu 9
Tabella 1
Rekwiżiti ewlenin
|
Rekwiżiti ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll |
Korpi/awtoritajiet ikkonċernati |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
|
1 |
Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor. |
L-awtorità maniġerjali |
Ambjent tal-kontroll intern |
|
2 |
Għażla xierqa tal-operazzjonijiet. |
L-awtorità maniġerjali |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll |
|
3 |
Informazzjoni adegwata għall-benefiċjarji dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-operazzjonijiet magħżula. |
L-awtorità maniġerjali |
|
|
4 |
Verifiki adegwati tal-ġestjoni |
L-awtorità maniġerjali |
|
|
5 |
Sistema effettiva biex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-awditjar jinżammu biex ikun żgurat rekord adegwat għall-awditjar. |
L-awtorità maniġerjali |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ |
|
6 |
Sistema affidabbli għall-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-dejta għall-finijiet ta' monitoraġġ, evalwazzjoni, ġestjoni finanzjarja, verifika u awditjar. |
L-awtorità maniġerjali |
|
|
7 |
L-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri proporzjonati kontra l-frodi |
L-awtorità maniġerjali |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll |
|
8 |
Proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni tal-maniġment u s-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa. |
L-awtorità maniġerjali |
|
|
9 |
Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
Ambjent tal-kontroll intern |
|
10 |
Proċeduri xierqa biex jitfasslu u jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għall-ħlas. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ |
|
11 |
Jinżammu rekords kompjuterizzati xierqa tal-infiq iddikjarat u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll |
|
12 |
Rendikont xieraq u sħiħ ta' ammonti li jistgħu jiġu rkuprati, dawk irkuprati u dawk irtirati. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
|
|
13 |
Proċeduri xierqa għat-tfassil u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
|
|
14 |
Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati biex jiżguraw li kwalunkwe entità oħra li twettaq awditjar skont l-istrateġija ta' awditjar tal-programm ikollha l-indipendenza funzjonali meħtieġa u tqis l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. |
Awtorità tal-verifika |
Ambjent tal-kontroll intern |
|
15 |
Awditi adegwati tas-sistemi. |
Awtorità tal-verifika |
L-attivitajiet ta' kontroll |
|
16 |
Awditi adegwati tal-operazzjonijiet |
Awtorità tal-verifika |
|
|
17 |
Awditi adegwati tal-kontijiet |
Awtorità tal-verifika |
|
|
18 |
Proċeduri adegwati biex tiġi pprovduta opinjoni tal-awditjar kredibbli u biex jitħejja r-rapport annwali tal-kontroll. |
Awtorità tal-verifika |
|
Tabella 2
Klassifikazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll fir-rigward tat-tħaddim effettiv tagħhom
|
Kategorija 1 |
Jaħdem sew. Le, jew hemm bżonn biss ta' xi titjib minuri |
|
Kategorija 2 |
Xogħlijiet. Huwa meħtieġ xi titjib |
|
Kategorija 3 |
Jaħdem parzjalment. Hemm bżonn ta' titjib sostanzjali |
|
Kategorija 4 |
Essenzjalment ma jaħdimx. |
( 1 ) OP I jirreferi għall-programmi operazzjonali għall-ikel u/jew l-assistenza materjali u OP II jirreferi għall-programmi operazzjonali għall-inklużjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn