02014R0529 — MT — 09.07.2015 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 529/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 148 20.5.2014, p. 36)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/942 tal-4 ta' Marzu 2015

  L 154

1

19.6.2015




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 529/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



▼M1

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-approċċi Bbażati fuq il-Klassifikazzjoni Interna, l-Approċċi ta' Kejl Avvanzat u l-Approċċ ta' Mudelli Interni permessi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi l-modalitajiet tan-notifiki ta' dawn il-bidliet u l-estensjonijiet.

▼B

Artikolu 2

Kategoriji tal-estensjonijiet u l-bidliet

▼M1

1.  Il-materjalità tal-bidliet fil-firxa tal-applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi tal-ekwità, jew tal-bidliet fis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi tal-ekwità, għall-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (“bidliet fl-approċċ IRB”), jew il-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-Approċċ ta' Kejl Avvanzat (“estensjonijiet u bidliet fl-AMA”) jew il-materalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-Approċċ ta' Mudelli Interni (“estensjonijiet u bidliet fl-IMA”), tiġi kklassifikata f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

l-estensjonijiet u l-bidliet materjali, li, skont l-Artikoli 143(3), 312(2) u 363(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jeħtieġu permess mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(b) 

estensjonijiet u bidliet oħrajn, li jeħtieġu li jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti.

▼B

2.  L-estensjonijiet u l-bidliet msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ukoll jiġu kklassifikati fi:

(a) 

estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu notifika qabel l-implimentazzjoni tagħhom;

(b) 

estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu notifika wara l-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Il-prinċipji tal-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u tal-bidliet

1.  1. Il-klassifikazzjoni ta' bidliet fl-approċċ IRB jitwettqu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 4 u 5.

Il-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-AMA jitwettqu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 6 u 7.

▼M1

Il-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-IMA jitwettqu f'konformità ma' dan l-Artikolu u l-Artikoli 7a u 7b.

▼B

2.  Fejn l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jikkalkulaw l-impatt kwantitattiv ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, japplikaw il-metodoloġija li ġejja:

(a) 

għall-iskop ta' valutazzjoni tal-impatt kwantitattiva l-istituzzjonijiet jużaw l-aktar dejta riċenti disponibbli;

(b) 

fejn valutazzjoni preċiża tal-impatt kwantitattiv ma tkunx fattibbli, l-istituzzjonijiet minflok iwettqu valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq kampjun rappreżentattiv jew metodoloġiji ta' inferenza affidabbli oħra;

▼M1

(c) 

għal bidliet li ma għandhom l-ebda impatt kwantitattiv dirett, ma jeħtieġ li jiġi kkalkulat l-ebda impatt kwantitattiv kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(c) għall-approċċ IRB jew fl-Artikolu 6(1)(c) għall-AMA jew fl-Artikolu 7a(1)(c) għall-IMA.

▼B

3.  Estensjoni jew bidla materjali waħda ma għandhiex tinqasam f'diversi bidliet jew estensjonijiet ta' anqas materjalità.

4.  F'każ ta' dubju, l-istituzzjonijiet jassenjaw estensjonijiet u bidliet lill-kategorija tal-materjalità bl-ogħla potenzjal.

5.  Fejn l-awtoritajiet kompetenti pprovdew il-permess tagħhom fir-rigward ta' estensjoni jew bidla materjali, l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq l-estensjoni approvata jew il-bidla mid-data speċifikata fil-permess il-ġdid li jissostitwixxi 'l dak ta' qablu. In-nonimplimentazzjoni fid-data speċifikata fil-permess il-ġdid ta' estensjoni jew bidla li għaliha ingħata l-permess mill-awtoritajiet kompetenti, teħtieġ permess ġdid mill-awtoritajiet kompetenti li jrid jiġi applikat mingħajr dewmien bla bżonn.

6.  F'każ ta' dewmien fl-implimentazzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla li għaliha jkun ingħata l-permess mill-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tippreżentalha pjan għal implimentazzjoni f'waqtha tal-estensjoni jew tal-bidla approvata, li hi trid tapplika f'perjodu ta' żmien li jrid jiġi miftiehem mal-awtorità kompetenti.

7.  Fejn estensjoni jew bidla hija kklassifikata bħala waħda li teħtieġ notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti, u fejn, sussegwentement għan-notifika, l-istituzzjonijiet jiddeċiedu li ma jimplimentawx l-estensjoni jew il-bidla, l-istituzzjonijiet jinnotifikaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti b'din id-deċiżjoni.

Artikolu 4

Bidliet materjali lill-approċċ IRB

1.  Bidliet lill-approċċ IRB jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dawn jaqgħu taħt kwalunkwe bidla fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew approċċ ibbażat fuq mudelli interni fir-rigward ta' skoperturi ta' ekwità deskritti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1;

(b) 

dawn jaqgħu taħt kwalunkwe bidla fis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni fir-rigward ta' skoperturi ta' ekwità deskritti fl-Anness I, il-Parti II, it-Taqsima 1;

(c) 

dawn jirriżultaw f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

tnaqqis ta' 1,5 % ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

— 
l-ammonti kumplessiv konsolidati tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE;
— 
l-ammonti kumplessivi tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni fil-każ ta' istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;
(ii) 

tnaqqis ta' 15 % jew aktar tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a) 

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla f'livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew f'livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b) 

fid-denominatur l-ammonti kumplessivi tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla f'livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, f'livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a) 

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla;

(b) 

fid-denominatur, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

Artikolu 5

Bidliet għall-approċċ IRB mhux ikkunsidrati bħala materjali

1.  Bidliet għall-approċċ IRB, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 143(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:

(a) 

bidliet li jissodisfaw kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas xahrejn qabel l-implimentazzjoni tagħhom:

(i) 

bidliet deskritti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 2;

(ii) 

bidliet deskritti fl-Anness I, il-Parti II, it-Taqsima 2;

(iii) 

bidliet li jirriżultaw fi tnaqqis ta' mill-inqas 5 % tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni interna jew mal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

(b) 

il-bidliet l-oħra kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(a)(iii) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a) 

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla;

(b) 

fid-denominatur, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

Artikolu 6

Estensjonijiet materjali u bidliet fl-AMA

1.  Estensjonijiet u bidliet fl-AMA jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jekk jaqgħu taħt kwalunkwe estensjoni deskritta fl-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 1;

(b) 

jekk jaqgħu taħt kwalunkwe bidla deskritta fl-Anness II, il-Parti II, it-Taqsima 1;

(c) 

jekk jirriżultaw f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

fi tnaqqis ta' 10 % jew aktar ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

— 
ir-rekwiżiti kumplessivi ta' fondi proprji konsolidati tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE għar-riskju operazzjonali;
— 
ir-rekwiżiti kumplessivi ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali fil-każ ta' istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;
(ii) 

fi tnaqqis ta' 10 % jew aktar ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

— 
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE;
— 
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali ta' sussidjarja fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess biex tuża l-AMA.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i), u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a) 

fin-numeratur, id-differenza fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali assoċjat mal-ambitu ta' applikazzjoni tal-mudell AMA qabel u wara l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew fil-livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b) 

fid-denominatur, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali qabel l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, fil-livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tirreferi biss għall-impatt tal-estensjoni u l-bidla fl-AMA, u għalhekk il-profil tal-riskju operazzjonali jitqies li se jibqa' kostanti.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii), u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a) 

fin-numeratur, id-differenza fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali assoċjat mal-ambitu tal-applikazzjoni tal-mudell qabel u wara l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE jew fil-livell sussidjarju fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess li tuża l-AMA;

(b) 

fid-denominatur, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali qabel l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, fil-livell sussidjarju fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess li tuża l-AMA.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tirreferi biss għall-impatt tal-estensjoni u l-bidla fl-AMA, u għalhekk il-profil tal-riskju operazzjonali jitqies li se jibqa' kostanti.

Artikolu 7

Estensjonijiet u bidliet fl-AMA li mhumiex ikkunsidrati materjali

Estensjonijiet u bidliet fl-AMA, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 312(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:

(a) 

estensjonijiet u bidliet li jaqgħu taħt l-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 2 u l-Parti II, it-Taqsima 2, jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas xahrejn qabel l-implimentazzjoni tagħhom;

(b) 

l-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali.

▼M1

Artikolu 7a

Estensjonijiet u bidliet materjali fl-IMA

1.  L-estensjonijiet u l-bidliet fl-IMA jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jekk jaqgħu taħt waħda mill-estensjonijiet deskritti fl-Anness III tal-Parti I tat-Taqsima 1;

(b) 

jekk jaqgħu taħt waħda mill-bidliet deskritti fl-Anness III tal-Parti II tat-Taqsima 1;

(c) 

jekk jirriżultaw f'bidla f'valur assolut ta' 1 % jew aktar, ikkalkulat għall-ewwel jum ta' negozju tal-ittestjar tal-impatt tal-estensjoni jew tal-bidla, ta' wieħed min-numri ta' riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 364(1)(a)(i), jew fl-Artikolu 364(1)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(2)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u assoċjat mal-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell tal-IMA rilevanti li għalih jirreferi n-numru tar-riskju, u jirriżulta f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

f'bidla ta' 5 % jew aktar tas-somma totali tan-numri tar-riskju msemmija fl-Artikolu 364(1)(a)(i) u fl-Artikolu 364(1)(b)(i), skalata bil-fatturi ta' multiplikazzjoni (mc) u (ms) rispettivament skont l-Artikolu 366 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 364(2)(b)(i) u l-Artikolu 364(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont il-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament, kif applikabbli, ikkalkulati fil-livell tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, fil-każ ta' istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali u lanqas sussidjarja, fil-livell ta' dik l-istituzzjoni;

(ii) 

f'bidla ta' 10 % jew aktar ta' wieħed min-numri tar-riskju rilevanti jew aktar imsemmija fl-Artikolu 364(1)(a)(i), jew fl-Artikolu 364(1)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(2)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u assoċjata mal-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell tal-IMA rilevanti li għalih jirreferi n-numru tar-riskju.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i), u f'konformità mal-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kull estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala l-ogħla valur assolut matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ta' proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a) 

bħala numeratur, id-differenza bejn is-somma msemmija fil-paragrafu (1)(c)(i) bl-estensjoni jew il-bidla u mingħajrha;

(b) 

bħala denominatur, is-somma msemmija fil-paragrafu (1)(c)(i) mingħajr l-estensjoni jew il-bidla.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii), u f'konformità mal-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kull estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala l-ogħla valur assolut matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ta' proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a) 

bħala numeratur, id-differenza bejn in-numru tar-riskju msemmija fl-Artikolu 364(1)(a)(i), fl-Artikolu 364(1)(b)(i), fl-Artikolu 364(2)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-estensjoni jew il-bidla u mingħajrha;

(b) 

bħala denominatur, in-numru tar-riskju msemmi, rispettivament, fl-Artikolu 364(1)(a)(i), jew fl-Artikolu 364(1)(b)(i), jew fl-Artikolu 364(2)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(3)(a) mingħajr l-estensjoni jew il-bidla;

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i) u (1)(c)(ii) il-proporzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jiġu kkalkulati għal perjodu li t-tul tiegħu huwa l-iqsar bejn dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) li ġejjin:

(a) 

15-il jum konsekuttiv ta' negozju li jibdew mill-ewwel jum ta' negozju tal-ittestjar tal-impatt tal-estensjoni jew tal-bidla;

(b) 

sakemm kalkolu ta' kuljum ta' waħda mill-proporzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jirriżulta f'impatt daqs jew akbar mill-perċentwali msemmija fil-paragrafu (1)(c)(i) jew fil-paragrafu (1)(c)(ii), rispettivament.

Artikolu 7b

Estensjonijiet u bidliet fl-IMA li mhumiex ikkunsidrati bħala materjali

Estensjonijiet u bidliet fl-IMA, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 363(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:

(a) 

estensjonijiet u bidliet li jaqgħu taħt l-Anness III tal-Parti I tat-Taqsima 2 u l-Parti II tat-Taqsima 2 jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti ġimagħtejn qabel l-implimentazzjoni ppjanata tagħhom;

(b) 

l-estensjonijiet u l-bidliet l-oħrajn kollha jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas kull sena.

▼B

Artikolu 8

Dokumentazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet

▼M1

1.  Għall-estensjonijiet u l-bidliet fl-approċċ IRB jew fl-AMA jew fl-IMA kklassifikati bħala li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien mal-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni li ġejja:

(a) 

deskrizzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla, ir-raġuni għaliha u l-għan tagħha;

(b) 

id-data tal-implimentazzjoni;

(c) 

il-kamp ta' applikazzjoni affettwat mill-estensjoni jew mill-bidla fil-mudell, b'karatteristiċi ta' volum;

(d) 

dokument(i) tekniċi u tal-proċess;

(e) 

ir-rapporti tar-rieżami jew il-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjonijiet;

(f) 

konferma li l-estensjoni jew il-bidla ġiet approvata permezz tal-proċessi ta' approvazzjoni tal-istituzzjoni mill-korpi kompetenti u d-data tal-approvazzjoni;

(g) 

fejn applikabbli, l-impatt kwantitattiv tal-bidla jew tal-estensjoni fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, jew fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji, jew fuq in-numri tar-riskju relevanti jew fuq is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u n-numri tar-riskju rilevanti;

(h) 

rekords tan-numri tal-verżjoni attwali u preċedenti tal-istituzzjoni tal-mudelli interni li huma soġġetti għall-approvazzjoni.

▼B

2.  Għal estensjonijiet u bidliet ikklassifikati bħala li jirrikjedu notifika jew qabel jew wara l-implimentazzjoni, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien man-notifika, id-dokumentazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (f) u (g) tal-paragrafu 1.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

BIDLIET GĦALL-APPROĊĊ IBBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAZZJONI INTERNA (IRB)

PARTI I

BIDLIET FIL-FIRXA TA' APPLIKAZZJONI TAS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊI BBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI FIR-RIGWARD TA' SKOPERTURI TAL-EKWITÀ

TAQSIMA 1

Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1. L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni għal:

(a) 

skoperturi f'unità ta' negozju addizzjonali, li huma tal-istess tip ta' prodott jew debitur;

(b) 

skoperturi ta' tip addizzjonali ta' prodott jew debitur sakemm it-tip addizzjonali ta' prodott jew debitur ma jaqax fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni approvata abbażi tal-kriterji kif imsemmi fil-punti (c)(i) u (ii);

(c) 

skoperturi addizzjonali relatati mad-deċiżjoni dwar għoti ta' self ta' parti terza għall-grupp, sakemm l-istituzzjoni tkun tista' tipprova li l-iskoperturi addizzjonali jaqgħu fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni approvata, ibbażata fuq il-kriterji kollha li ġejjin:

(i) 

“ir-rappreżentattività” tad-dejta użata biex jinbena l-mudell biex jiġu assenjati l-iskoperturi fi gradi jew pulijiet fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-iskoperturi addizzjonali tal-istituzzjoni fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' self tkun ittieħdet minn parti terza, skont l-Artikolu 174(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

il-“komparabbiltà” tal-popolazzjoni ta' skoperturi rrappreżentata fid-dejta użata għall-istima, l-istandards tal-għoti ta' self użati meta d-dejta tkun ġiet iġġenerata u karatteristiċi rilevanti oħra ma' dawk tal-iskoperturi addizzjonali fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' self tittieħdet minn parti terza, skont l-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Biex ikunu stabbiliti “r-rappreżentattività” u “l-komparabbiltà” taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel paragrafu l-istituzzjonijiet jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tal-kriterji u l-miżuri użati.

2. L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità, għal waħda minn dawn it-tipi ta' skoperturi:

(a) 

għal metodu Sempliċi tal-ponderazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

għal approċċ PD/LGD skont l-Artikolu 155(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

għad-dispożizzjoni tal-użu parzjali temporanju skont l-Artikolu 495 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

għall-istess tip ta' prodott f'unità ta' negozju addizzjonali;

(e) 

għal tip ta' prodott addizzjonali sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista' tipprova li jaqa' fil-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni eżistenti għall-iskoperturi ta' ekwità.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti

1. It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni jew l-ambitu tal-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni.

2. It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità.

3. L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni li għaliha jista' jintwera li din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 1 ta' dan l-Anness.

4. L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità fejn estensjoni bħal din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 2 ta' dan l-Anness.

PARTI II

BIDLIET FIS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊ IBBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI GĦAL SKOPERTURI TAL-EKWITÀ

TAQSIMA 1

Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1. Bidliet fil-metodoloġija ta' assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet ta' skopertura u sistemi ta' klassifikazzjoni. Dawn jinkludu:

(a) 

bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet differenti ta' skoperturi skont l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjazzjoni ta' debitur jew tranżazzjoni għal sistema ta' klassifikazzjoni skont l-Artikolu 169(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2. Il-bidliet segwenti fl-algoritmi u l-proċeduri użati għal: l-assenazzjoni ta' debituri għal gradi jew pulijiet ta' debituri; għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew pulijiet ta' faċilità; jew għall-kwantifikazzjoni tar-riskju ta' inadempjenza mid-debitur jew telf assoċjat (“bidliet fil-metodoloġija ta' klassifikazzjoni għas-sistemi IRB”):

(a) 

bidliet tal-approċċ tal-immuddellar għall-assenjazzjoni ta' debitur fi gradi jew pulijiet u/jew skoperturi għal gradi jew pulijiet ta' faċilitajiet skont l-Artikolu 171(1) u l-Artikolu 172(1)(a) sa (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

bidliet lill-approċċ tal-istituzzjoni għall-“prinċipju ta' debitur wieħed klassifikazzjoni waħda” skont l-Artikolu 172(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

bidliet fis-suppożizzjonijiet tas-sistema ta' klassifikazzjoni sottostanti l-klassifikazzjonijiet relatati mal-limitu sa fejn bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi tkun mistennija li twassal għal migrazzjoni netta ta' għadd kbir ta' skoperturi, debituri jew faċilitajiet bejn il-gradi jew il-pulijiet tal-mudell, kuntrarju għall-migrazzjoni ta' biss uħud mill-iskoperturi, debituri jew faċilitajiet minħabba l-karatteristiċi individwali tagħhom li l-livelli tal-kejl u s-sinifikat tagħhom huma definiti mill-istituzzjoni;

(d) 

bidliet fil-kriterji ta' klassifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 170(1)(c) u (e) u l-Artikolu 170(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u/jew il-piżijiet, is-sekwenza jew il-ġerarkija tagħhom, jekk tintlaħaq kwalunkwe kundizzjoni minn dawn:

(i) 

jibdlu l-ordni tar-rank msemmi fl-Artikolu 170(1)(c) u (3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod sinifikanti, li l-kejl u l-livell tagħhom se jkunu ġew definiti mill-istituzzjoni;

(ii) 

jibdlu d-distribuzzjoni tad-debituri, tal-faċilitaijiet jew l-iskoperturi fil-gradi u l-pulijiet skont l-Artikolu 170(1)(d) u (f) u l-Artikolu 170(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod sinifikanti, li l-kejl u l-livell tagħhom se jkunu ġew definiti mill-istituzzjoni.

(e) 

l-introduzzjoni jew l-irtirar ta' klassifikazzjoni esterna bħala fattur primarju li jiddetermina assenjazzjoni ta' klassifikazzjoni interna skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

bidla fil-metodoloġija fundamentali għall-istima tal-PDs, l-LGDs inklużi l-aħjar stima ta' telf mistenni, u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikoli 180, 181, u 182 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' marġini ta' konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima skont l-Artikolu 179(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni dan jinkludi wkoll bidliet fil-metodoloġija għall-kontabilità għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku skont l-Artikoli 181(1)(b) u 182(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g) 

l-inklużjoni ta' tipi addizzjonali ta' kollateral fl-istima tal-LGD skont l-Artikolu 181(1)(c) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk it-trattament tagħhom huwa differenti minn proċeduri li diġà ġew approvati.

3. Bidliet fid-definizzjoni ta' adempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

4. Bidliet fil-metodoloġija ta' validazzjoni u/jew proċessi ta' validazzjoni li jwasslu għal bidliet fiil-ġudizzju tal-istituzzjoni dwar il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-istima tal-parametri ta' riskju rilevanti, il-proċessi ta' klassifikazzjoni jew il-prestazzjoni tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 185(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5. Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:

(a) 

bidliet fl-approċċ tal-mudell tal-valur fir-riskju biex jistmaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskji għall-iskoperturi ta' ekwità skont l-Artikolu 155(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

bidliet fil-metodoloġija għall-aġġustament tal-istimi ta' telf potenzjali biex jinkisbu livelli xierqa ta' realiżmu u/jew konservattiviżmu, jew bidliet fil-metodu analitiku biex dejta perjodika b'intervalli iqsar tiġi konvertita għal dejta trimestrali skont l-Artikolu 186(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

bidliet fil-mudell ta' ġbir tatal-motivaturi tar-riskju materjali li jqisu l-profil u l-kumplessità tar-riskju speċifiku, inkluż in-nuqqas ta' linearità tal-portafoll tal-ekwità tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 186(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

bidliet fil-metodoloġija fundamentali l-immappjar ta' pożizzjonijiet individwali ma' indikaturi, indiċi tas-swieq jew fatturi ta' riskju skont l-Artikolu 186(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1. Bidliet fit-trattament ta' riċevibbli mixtrija skont l-Artikolu 153(6) u (7) u l-Artikolu 154(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2. Il-bidliet li ġejjin fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni għas-sistemi IRB:

(a) 

bidliet fil-proċeduri interni u kriterji għall-assenjazzjoni ta' ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi ta' għoti ta' self speċjalizzat skont l-Artikoli 153(5) u 170(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

bidliet mill-użu ta' stimi diretti ta' parametri ta' riskju għal debituri individwali jew skoperturi għall-użu ta' skala ta' klassifikazzjoni diskreta jew viċe versa skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(c) 

bidliet għall-skala ta' klassifikazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mall-għadd jew l-istruttura ta' gradi ta' klassifikazzjoni skont l-Artikolu 170(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 2 ta' dan l-Anness;

(d) 

bidliet fil-kriterji ta' klassifikazzjoni u/jew fil-ponderazzjonijiet jew fl-ġerarikja tagħhom skont l-Artikolu 170(1)(c) u (e) u 170(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(e) 

bidliet lid-definizzjonijiet ta' gradi jew ta' pulijiet jew lill-kriterji skont l-Artikoli 171(1) u 172 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(f) 

bidliet fl-ambitu ta' informazzjoni użata biex id-debituri jiġu assenjati fi gradi jew pulijiet skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-inklużjoni ta' informazzjoni ġdida jew addizzjonali f'mudell ta' stima tal-parametri skont l-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g) 

bidliet fir-regoli u l-proċessi għall-użu tal-prevalenzi applikazzjoni ta' differenzjali skont l-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(h) 

bidla fil-metodoloġija għall-istima tal-PDs, l-LGDs inklużi l-aħjar stima ta' telf mistenni, u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikoli 180, 181, u 182 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża l-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' marġini ta' konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima skont l-Artikolu 179(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà klassifikat bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. Għal-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni dan jinkludi wkoll bidliet fil-metodoloġija biex jitqies tnaqqis fir-ritmu ekonomiku skont l-Artikolu 181(1)(b) u l-Artikolu 182(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(i) 

bidliet fil-mod kif jew fil-punt safejn garanziji kundizzjonali jiġu kkunsidrati fl-istima tal-LGD skont Artikolu 183(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(j) 

inklużjoni tat-tipi addizzjonali ta' kollateral fl-istima tal-LGD skont l-Artikolu 181(1)(c) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Titolu I ta' dan l-Anness;

(k) 

jekk istituzzjoni timmappja l-gradi interni tagħha mall-iskala użata minn ECAI u mbagħad tattribwixxi r-rata ta' inadempjenza osservata fil-gradi tal-organizzazzjoni esterna għall-gradi tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 180(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bidliet tal-metodu tal-immappjar użat għal dan l-iskop, sakemm mhux diġà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

3. Bidliet fil-metodiloġija u/jew fil-proċess ta' validazzoni skont l-Artikoli 185 u 188 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

4. Bidliet fi proċessi. Dawn jinkludu:

(a) 

bidliet fl-unità tal-kontroll tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikolu 190 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-pożizzjoni tagħha fl-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tagħha;

(b) 

bidliet fil-pożizzjoni tal-unità ta' validazzjoni skont l-Artikoli 190(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fl-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tagħha;

(c) 

bidliet fl-ambjent organizzazzjonali jew ta' kontroll intern jew fil-proċessi ewlenin li jkollhom influwenza importanti fuq sistema ta' klassifikazzjoni.

5. Bidliet fid-dejta. Dawn jinkludu:

(a) 

jekk istituzzjoni tibda jew tieqaf milli tuża dejta f'pula miġbura minn fost istituzzjonijiet skont l-Artikolu 179(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

bidla tas-sorsi ta' dejta użata fil-proċess ta' allokazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew puli jew għall-istimi tal-parametri skont l-Artikoli 176(5)(a) u 175(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

bidla fit-tul u l-kompożizzjoni tas-serje taż-żmien użati għall-istima tal-parametri skont l-Artikolu 179(1)(a) li jmur lil hinn mill-inklużjoni annwali tal-aħħar osservazzjonijiet, sakemm mhux diġà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

6. Bidliet fl-użu ta' mudelli, jekk istituzzjoni tibda tuża stimi ta' parametri tar-riskju għal skopijiet ta' operat intern li mhumiex dawk użati għal finijiet regolatorji u, fejn dan qabel ma kienx il-każ, fil-linji stabbiliti skont l-Artikolu 179(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7. Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:

(a) 

bidliet fid-dejta użata biex tirrappreżenta d-distribuzzjonijiet tar-redditu għall-iskoperturi tal-ekwitajiet taħt l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni skont l-Artikolu 186(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

bidliet fl-ambjent organizzazzjonali jew ta' kontroll intern jew fil-proċessi ewlenin li jkollhom influwenza importanti fuq l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità.




ANNESS II

ESTENSJONIJIET U BIDLIET LILL-AMA

PARTI I

TAQSIMA 1

Estensjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1. L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' kejl biex titqies it-tpaċija għat-telf mistenni fi prattiki tal-operat tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 322(2)(a) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.

2. L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali bħal mekkaniżmi ta' assigurazzjoni jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3. Ir-rikonoxximent għall-ewwel darba ta' korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4. L-introduzzjoni għall-ewwel darba tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali fost l-entitajiet differenti tal-grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5. L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew tal-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan tat-tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw għal aktar minn 5 % tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TAQSIMA 2

Estensjonijiet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew fil-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan ta' tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw fir-rigward tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja għaż-żewġ każijiet li ġejjin:

(a) 

iktar minn 1 %;

(b) 

5 % jew inqas.

Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

PARTI II

BIDLIET LILL-AMA

TAQSIMA 1

Bidliet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1. Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operattazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-immaniġġjar tar-riskji għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jnaqqsu l-kapaċità tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskju operazzjonali li tissorvelja u tinforma l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-operat u tal-unitajiet ta' sostenn li huma jikkontrollaw.

2. Bidliet fis-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali jekk jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

dawn ibiddlu l-arkitettura tas-sistema tal-kejl dwar it-taħlita tal-erba' elementi tad-dejta ta' dejta dwar it-telf interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji, l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern, skont l-Artikolu 322(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ibiddlu l-loġika u l-motivaturi tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali bejn l-entitajiet differenti ta' grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3. Bidliet fil-proċeduri relatati ma' dejta interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern fejn huma:

(a) 

jnaqqsu l-livell ta' kontrolli fir-rigward tal-kompletezza u l-kwalità tad-dejta miġbura dwar ir-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 322(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

jibdlu s-sorsi ta' dejta esterni li għandhom jintużaw fis-sistema ta' kejl skont l-Artikolu 322(4) u 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm id-dejta ma tkunx komparabbli u rappreżentattiva għall-profil tar-riskju operazzjonali.

4. Bidlet fil-metodu kumplessiv ta' kif il-kuntratti ta' assigurazzjoni u/jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju jiġu rikonoxxuti fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tal-AMA skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5. It-tnaqqis tal-parti tar-riskju operazzjonali meqjus mill-AMA fl-istituzzjoni jew fi grupp ta' istituzzjonijiet bl-użu tal-AMA skont l-Artikolu 314(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-oqsma li għalihom l-AMA mhux se jkun applikat iżjed jammontaw għal aktar minn 5 % tar-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b) 

it-tnaqqis tal-oqsma koperti taħt l-AMA iwassal għal użu tal-AMA f'parti tal-istituzzjoni li tirrappreżenta persentaġġ aktar baxx kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 314(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Dan il-kalkolu jsir meta l-istituzzjoni tapplika għal din il-bidla u għandu jkun ibbażat fuq ir-rekwiżit kapitali kif ikkalkolat fl-aħħar tas-sena finanzjarja preċedenti.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1. Bidliet fil-mod kif is-sistema għall-kejl tar-riskju operazzjonali hija integrata fil-proċess ta' mmaniġġjar ta' kuljum permezz tal-proċessi u l-politiki tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-bidliet ikollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

huma jbiddlu l-limitu safejn is-sistema ta' kejl tar-riskju operazzjonali tikkontribwixxi għal informazzjoni relevanti fil-maniġment tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-proċessi relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet, inkluża l-approvazzjoni ta' prodotti ġodda, is-sistemi u l-proċessi u d-definizzjoni tat-tolleranza tar-riskju operazzjonali;

(b) 

huma jnaqqsu l-ambitu, il-gruppi tal-benefiċjarji u l-frekwenza tas-sistema ta' rappurtar biex jinformaw lill-partijiet kollha rilevanti tal-istituzzjoni dwar ir-riżultati tas-sistema għall-kejl tar-riskji operazzjonali u d-deċiżjonijiet meħuda b'rispons għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali materjali.

2. Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-maniġment tar-riskju għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

huma jnaqqsu l-livell ġerarkiku tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali jew tal-kap tiegħu;

(b) 

jwasslu għal tnaqqis relevanti tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali;

(c) 

jestendu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali, sakemm ma jkun hemm ebda kunflitt ta' interessi u jiġu previsti riżorsi addizzjonali xierqa għall-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonli;

(d) 

huma jwasslu għal tnaqqis tar-riżorsi disponibbli f'termini ta' baġit u ta' ħaddiema ta' aktar minn 10 %, tal-istituzzjoni jew tal-grupp, mill-għoti tal-aħħar approvazzjoni skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm ir-riżorsi disponibbli f'termini ta' baġit u ta' ħaddiema fl-istituzzjoni jew livell ta' grupp ma tnaqqsux bl-istess proporzjon.

3. Bidliet fil-proċessi ta' validazzjoni u l-analiżi interna skont l-Artikolu 321(e) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk ibiddlu l-loġika u l-metodoloġiji użati għal validazzjoni jew l-analiżi interna tal-qafas tal-AMA.

4. Bidliet fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tar-riskju operazzjonali li jbiddlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-istruttura u l-karatteristiċi tas-sett ta' dejta użat għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital tar-riskju operazzjonali (is-sett ta' dejta ta' kalkolu), inkluż kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) 

id-definizzjoni ta' ammont ta' telf gross li għandu jintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

id-data ta' referenza ta' eventi ta' telf li għandha tintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) 

il-metodu użat biex jiddetermina t-tul tas-serje ta' żmien tad-dejta tat-telf li għandha tintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv) 

il-kriterji għat-telf ta' gruppi kkawżat minn avveniment ta' riskju operazzjonali komuni jew minn avvenimenti relatati fuq perjodu ta' żmien skont l-Artikolu 322(3)(b) u (3)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v) 

l-għadd jew it-tip ta' klassijiet ta' riskju, jew ekwivalenti, li jiġi kkalkulat fuqhom ir-rekwiżit tal-kapital ta' riskju operazzjonali;

(vi) 

il-metodu biex jiġi stabbilit il-limitu massimu għal-livell ta' telf li 'l fuq minnu l-mudell huwa adattat għad-dejta skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vii) 

fejn applikabbli, il-metodu biex jiġi stabbilit il-limitu massimu għad-differenzjar bejn il-korp tad-dejta u d-dejta tat-truf meta stipulati b'metodi differenti skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(viii) 

il-proċessi u l-kriterji għall-ivvalutar tar-relevanza, għall-iskalar jew biex isiru aġġustamenti oħra lid-dejta tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 322(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ix) 

bidla fis-sorsi ta' dejta esterni li jridu jintużaw fis-sistema ta' kejl skont l-Artikolu 322(4) u 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm ma tkunx digà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

(b) 

il-kriterji għall-għażla, l-aġġornament u l-analiżi ta' distribuzzjonijiet użati u l-metodi għall-istima tal-parametri tagħhom skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

il-kriterji u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti d-distribuzzjonijiet tat-telf aggregat u għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju operazzjonali rilevanti bil-livell ta' kunfidenza regolatorju skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

il-metodoloġija għad-determinazzjoni ta' telf mistenni u l-konsiderazzjoni tiegħu fil-prattiki tal-operat interni skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e) 

il-metodoloġija dwar kif il-korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali fl-istimi tar-riskji operazzjonali individwali huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5. Bidliet fl-istandards relatati mad-dejta interna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll intern jekk huma:

(a) 

jbiddlu l-proċessi interni u l-kriterji għall-ġbir ta' dejta interna dwar it-telf skont l-Artikolu 322(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

żieda fil-limitu għall-ġbir ta' dejta interna dwar it-telf skont l-Artikolu 322(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

metodi jew kriterji għall-esklużjoni ta' attivitajiet jew skoperturi mill-ambitu ta' ġbir ta' data interna skont l-Artikolu 322(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b) 

bidla tal-proċessi interni u l-kriterji għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-analiżi tax-xenarji ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

id-determinazzjoni tal-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll interni skont l-Artikolu 322(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6. Bidliet fl-istandards li għandhom x'jaqsmu mal-assigurazzjoni u mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dawn jikkawżaw tibdil rilevanti tal-livell ta' kopertura previst;

(b) 

ibiddlu l-proċessi u l-kriterji għall-kalkolu tat-telf impost fl-ammont tar-rikonoxximent tal-assigurazzjoni, introdotti sabiex jinqabdu l-inċertezza tal-ħlas, id-diskrepanzi fil-kopertura u t-termini residwi u ta' kanċellazzjoni tal-politika, fejn inqas minn sena skont l-Artikolu 323(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7. Bidliet rilevanti fis-sistemi tal-IT użati biex jipproċessaw l-AMA, inkluż il-ġbir tad-dejta u l-amministrazzjoni tagħha, il-proċeduri ta' rappurtar u s-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istandards ġenerali tal-immaniġjar tar-riskji stabbiliti fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, li jnaqqsu l-integrità u d-disponibbiltà tad-dejta jew is-sistemi tal-IT.

▼M1




ANNESS III

Estensjonijiet u bidliet fl-IMA

PARTI I

ESTENSJONIET FL-IMA

Taqsima 1

Estensjonijiet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1. Estensjoni tal-mudell tar-riskju tas-suq għal post addizzjonali f'ġuriżdizzjoni oħra, inkluża l-estensjoni tal-mudell tar-riskju tas-suq għall-pożizzjonijiet ta' unità li tinsab f'żona ta' ħin differenti, jew li għaliha jintużaw uffiċċji tan-negozjar jew sistemi tal-IT differenti.

2. L-integrazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' mudell tal-IMA ta' klassijiet ta' prodotti, li għalihom in-numru tal-valur fir-riskju (VaR), ikkalkolat skont l-Artikolu 364(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jaqbeż il-5 % tan-numru VaR, ikkalkolat skont l-Artikolu 364(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tal-portafoll totali li jifforma l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-mudell tal-IMA qabel l-integrazzjoni.

3. Kwalunkwe estensjoni inversa, bħall-każijiet fejn l-istituzzjonijiet ikollhom l-għan li japplikaw il-metodu standardizzat għall-kategoriji tar-riskju li għalihom jingħataw il-permess biex jintuża mudell intern tar-riskju tas-suq.

Taqsima 2

Estensjonijiet li jirrikjedu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

L-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' mudell tal-IMA ta' klassijiet ta' prodotti li jirrikjedu tekniki ta' mudellar ta' riskju oħrajn minn dawk li jiffurmaw parti mill-permess għall-użu ta' dak il-mudell tal-IMA, bħall-prodotti dipendenti fuq il-perkors, jew il-pożizzjonijiet sottostanti multipli, skont l-Artikolu 367 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

PARTI II

BIDLIET FL-IMA

Taqsima 1

Bidliet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1. Bidliet fil-metodu tal-kalkolu tal-VaR bejn is-simulazzjoni storika, il-metodu parametriku jew il-metodu Monte Carlo.

2. Bidliet fl-iskema aggregata bħal meta s-sempliċi addizzjoni totali ta' numri tar-riskju jiġi sostitwit b'immudellar integrat.

Taqsima 2

Bidliet li jirrikjedu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1. Bidliet fl-elementi fundamentali tal-metodi statistiċi skont l-Artikoli 365, 374 jew 377 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża iżda mhux limitata għal xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

tnaqqis fl-għadd ta' simulazzjonijiet;

(b) 

introduzzjoni jew tneħħija ta' metodi għat-tnaqqis ta' varjanza;

(c) 

bidliet fl-algoritmi sabiex jiġġeneraw numri aleatorji;

(d) 

bidliet fil-metodu statistiku sabiex jiġu stmati l-volatilitajiet jew il-korrelazzjonijiet bejn il-fatturi ta' riskju;

(e) 

bidliet fis-suppożizzjonijiet dwar id-distribuzzjoni konġunta ta' fatturi ta' riskju.

2. Bidliet fit-tul effettiv ta' perjodu ta' osservazzjoni storika, inkluża bidla fi skema ta' ponderazzjoni tas-serje ta' żmien skont l-Artikolu 365(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3. Bidliet fl-approċċ għall-identifikazzjoni tal-perjodu ta' stress sabiex tiġi kkalkulata miżura ta' VaR taħt Stress, skont l-Artikolu 365(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4. Bidliet fid-definizzjoni ta' fatturi ta' riskju tas-suq applikati fil-mudell ta' VaR intern, inkluża l-migrazzjoni għal qafas ta' skontar OIS, ċaqliqa bejn rati ta' żero, rati pari jew rati ta' swap.

5. Il-bidliet f'kif il-varjazzjonijiet tal-fatturi ta' riskju tas-suq huma tradotti f'bidliet tal-valur tal-portafoll, bħal pereżempju bidliet fil-mudelli ta' valwazzjoni tal-istrument — użati sabiex jikkalkulaw is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju jew sabiex jirrivalwaw il-pożizzjonijiet meta jikkalkulaw in-numri ta' riskju -, bidliet minn mudell analitiku tal-ipprezzar għal mudell ibbażat fuq is-simulazzjoni, bidliet bejn approssimazzjoni Taylor u rivalwazzjoni sħiħa, jew bidliet fil-miżuri ta' sensittività applikati, skont l-Artikolu 367 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6. Bidliet fil-metodoloġija għad-definizzjoni tal-indikaturi.

7. Bidliet fil-ġerarkija tas-sorsi ta' klassifikazzjonijiet użati għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ta' pożizzjoni unika fl-IRC.

8. Bidliet fil-metodoloġija rigward ir-rata tat-telf fil-każ ta' inadempjenza (LGD) jew l-orizzonti tal-likwidità għall-IRC jew mudelli ta' negozjar ta' korrelazzjoni skont it-Taqsima 4 jew it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

9. Bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjar ta' skoperti għal klassijiet tal-iskoperturi individwali fl-IRC jew fil-mudelli ta' negozjar ta' korrelazzjoni skont it-Taqsima 4 jew it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

10. Bidliet ta' metodi għall-istima tal-iskopertura jew korrelazzjoni tal-assi għall-IRC jew għall-mudelli ta' negozjar ta' korrelazzjoni skont it-Taqsima 4 jew it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

11. Bidliet fil-metodoloġija għall-kalkolu tal-profitt u tat-telf attwali jew ipotetiku meta jintuża għal skopijiet ta' ttestjar retrospettiv skont l-Artikolu 366(3) u 369(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

12. Bidliet fil-metodoloġija ta' validazzjoni interna skont l-Artikolu 369 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

13. Bidliet strutturali, organizzattivi jew operattivi għall-proċessi ewlenin fil-funzjonijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju jew kontroll tar-riskji, skont l-Artikolu 368(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

bidliet tal-persunal ta' livell għoli;

(b) 

il-qafas li jiffissal-limiti;

(c) 

il-qafas tar-rappurtar;

(d) 

il-metodoloġija tal-ittestjar tal-istress;

(e) 

il-proċess tal-prodott il-ġdid;

(f) 

il-politika għall-bidla tal-mudell intern.

14. Bidliet fl-ambjent tal-IT, inkluż xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

bidliet fis-sistema tal-IT, li jirriżultaw f'emendi fil-proċedura tal-kalkolu tal-mudell intern;

(b) 

l-applikazzjoni tal-mudelli tal-ipprezzar tal-bejjiegħ;

(c) 

l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet ta' ġbir ta' dejta ċentrali.