02022D1982 — MT — 01.06.2025 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1982 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta’ Ottubru 2022 (ĠU L 272 20.10.2022, p. 29) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI (UE) 2023/2795 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-4 ta’ Diċembru 2023 |
L 2795 |
1 |
14.12.2023 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2025/874 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-24 ta’ April 2025 |
L 874 |
1 |
12.5.2025 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1982 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Ottubru 2022
dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet li jikkooperaw, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 (BĊE/2022/34)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“awtorità kompetenti” tfisser jew awtorità nazzjonali kompetenti jew il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);
“awtorità nazzjonali kompetenti” (ANK) tfisser awtorità nazzjonali kompetenti kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tinkludi wkoll, fir-rigward tal-kompiti superviżorji assenjati lilhom, il-banek ċentrali nazzjonali li ġew assenjati ċerti kompiti superviżorji skont il-liġi nazzjonali u li mhumiex maħtura bħala ANK;
“awtorità kompetenti parteċipanti” tfisser awtorità kompetenti li tuża s-servizzi tas-SEBĊ għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, sabiex twettaq il-kompiti tagħha fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
“awtorità li tikkopera” tfisser awtorità pubblika, minbarra bank ċentrali fi ħdan is-SEBĊ jew awtorità kompetenti, li magħha s-SEBĊ jew il-MSU jikkooperaw fit-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
“servizzi tas-SEBĊ” tfisser waħda jew aktar mill-applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi, bażijiet tad-data u servizzi elenkati fl-Anness I;
“bank ċentrali li jipprovdi” tfisser bank ċentrali li jiżviluppa, imexxi u jżomm servizz tas-SEBĊ;
“Kumitat tal-Proprjetarju tas-Sistema” tfisser Kumitat tas-SEBĊ li jmexxi servizz tas-SEBĊ.
Artikolu 2
L-użu tas-servizzi tas-SEBĊ mill-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 3
L-użu tas-servizzi tas-SEBĊ mill-awtoritajiet li jikkooperaw
Artikolu 4
Arranġamenti finanzjarji
Artikolu 5
Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2013/1
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/1 hija emendata kif ġej:
fl-Artikolu 1, qegħdin jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:
‘awtorità kompetenti’ tfisser jew awtorità nazzjonali kompetenti jew il-BĊE;
‘awtorità nazzjonali kompetenti’ (ANK) tfisser awtorità nazzjonali kompetenti kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( *1 ) u, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tinkludi wkoll, fir-rigward tal-kompiti superviżorji assenjati lilhom, il-banek ċentrali nazzjonali li ġew assenjati ċerti kompiti superviżorji skont il-liġi nazzjonali u li mhumiex maħtura bħala ANK;
‘awtorità li tikkopera’ tfisser awtorità pubblika, minbarra bank ċentrali fi ħdan is-SEBĊ jew awtorità kompetenti, li magħha s-SEBĊ jew il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) jikkoopera fit-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
‘awtorità kompetenti parteċipanti’ tfisser awtorità kompetenti li tuża s-servizzi tas-SEBĊ għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, sabiex twettaq il-kompiti tagħha fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:
“Artikolu 9a
L-użu tas-servizzi tas-SEBĊ-PKI mill-awtoritajiet li jikkooperaw
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 14
Arranġamenti finanzjarji
Banek ċentrali li jipparteċipaw u awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-iżvilupp u l-operat tas-servizzi tas-SEBĊ-PKI skont qafas ta’ rimborż definit, li huwa bbażat fuq skema tal-allokazzjoni tal-kost, kif speċifikat aktar fil-pakketti finanzjarji tas-SEBĊ-PKI skont ir-regoli applikabbli għar-rimborż. L-awtoritajiet li jikkooperaw għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż skont qafas speċifiku ta’ rimborż.”.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS I
Servizzi tas-SEBĊ li għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet li jikkooperaw
ANNESS II
Rekwiżiti għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti tas-servizzi tas-SEBĊ
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti u jassumu r-responsabbiltajiet li jikkorrispondu mar-rwol tagħhom fis-servizz tas-SEBĊ rilevanti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw is-sistemi interni u l-interfaċċi tagħhom biex joperaw mingħajr xkiel mas-servizz tas-SEBĊ.
L-awtoritajiet kompetenti se jkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara mġarrba bħala riżultat ta’ kwalunkwe azzjoni deliberata jew negliġenti u/jew ommissjoni fit-twettiq tal-obbligi tagħhom. Il-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà stabbiliti fil-Ftehim tal-Livell 2 — Livell 3 se japplikaw kif xieraq.
L-awtoritajiet kompetenti se jerfgħu l-oneru tal-prova li juru li ma kisrux id-dmir tagħhom ta’ diliġenza raġonevoli fit-twettiq tal-obbligi tagħhom, inkluż fl-operat tal-faċilitajiet tekniċi.
L-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar minn awtorità kompetenti lil partijiet terzi se jkunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ dik l-awtorità kompetenti.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissottokuntrattaw biss lil parti terza kompiti li għandhom jew jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness sal-punt li jkunu kisbu l-kunsens espliċitu, minn qabel u bil-miktub (jew kunsens preżunt kif previst fil-paragrafu (6)) tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew tal-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ. Ma jkun meħtieġ l-ebda kunsens bħal dan jekk il-parti terza tkun affiljata konġunta tal-awtorità kompetenti rilevanti u jekk id-drittijiet u l-obbligi ta’ dik l-awtorità kompetenti jibqgħu materjalment l-istess.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu avviż raġonevoli minn qabel ta’ kwalunkwe esternalizzazzjoni, delega jew sottokuntrattar ippjanat kif imsemmi fil-paragrafu 5 u għandhom jipprovdu dettalji tar-rekwiżiti li huma proposti li japplikaw għal tali esternalizzazzjoni, delega jew sottokuntrattar.
Il-Kumitat tas-SEBĊ kompetenti għandu jwieġeb għal kwalunkwe talba għal kunsens skont il-paragrafu 5 fi żmien xahrejn minn meta jiġi nnotifikat bl-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar ippjanat. Kwalunkwe rifjut għall-għoti ta’ kunsens għandu jkun akkumpanjat bir-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi l-ebda tweġiba fi żmien l-iskadenza ta’ xahrejn, hija tista’ tinnotifika mill-ġdid lill-Kumitat tas-SEBĊ kompetenti bit-talba tagħha. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew il-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ, ikollhom xahar ieħor li fih jirrispondu għat-tieni notifika. Jekk ma jkun hemm tweġiba f’dak il-perjodu ta’ żmien, l-awtorità kompetenti titqies li tkun irċeviet il-kunsens biex tipproċedi bl-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kunfidenzjali kull informazzjoni u għarfien sensittiv, sigriet jew kunfidenzjali (kemm jekk tali informazzjoni tkun ta’ natura kummerċjali, finanzjarja, regolatorja, teknika jew ta’ natura oħra) li tkun mmarkata bħala tali u li tappartjeni għall-bank ċentrali li jipprovdi u/jew lil banek ċentrali oħra tas-SEBĊ/Eurosistema, u ma jistgħux jiżvelaw tali informazzjoni lil xi parti terza mingħajr il-kunsens espliċitu, minn qabel u bil-miktub tal-bank/banek ċentrali kkonċernat/i.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni jew l-għarfien imsemmi fil-paragrafu 7 għall-persunal tekniku rilevanti tagħhom, u tali aċċess jista’ jiġi eżerċitat biss f’każijiet ta’ ħtieġa operattiva ċara.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali informazzjoni kunfidenzjali jew għarfien minn persuni għajr il-persunal tekniku rilevanti.
Fil-każ li l-użu tas-servizz tas-SEBĊ jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
L-aċċess għad-data personali jista’ jingħata biss lil dawk li jkollhom bżonn li jkunu jafu sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-servizz rilevanti tas-SEBĊ.
( *1 ) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).”;