02023R0254 — MT — 07.02.2023 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/254 tas-6 ta’ Frar 2023 (ĠU L 035 7.2.2023, p. 4) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/254
tas-6 ta’ Frar 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward ta’ ċerti regoli tekniċi dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 9
Garanzija li għandha tiġi ddepożitata mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni
Meta l-ħruġ ta’ liċenzja jkun soġġett għad-depożitu ta’ garanzija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760, l-applikant għandu jiddepożita l-garanzija mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni fl-ammont stabbilit għal kull kwota tariffarja fl-Annessi II sa XIII ta’ dan ir-Regolament.
Madankollu, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista’ tobbliga lill-operaturi jippreżentaw il-garanzija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 fil-jum tal-applikazzjoni għal-liċenzji, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237.”;
fl-Artikolu 12(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
It-Taqsima 24 tal-liċenzja tal-importazzjoni jew it-Taqsima 22 tal-liċenzja tal-esportazzjoni għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni li “L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 ma għandux japplika” ( *1 ).
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Fi żmien 4 xhur jew 210 ijiem kalendarji rispettivament, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
il-kwantitajiet mhux użati koperti minn liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni maħruġa; u
il-kwantitajiet ta’ prodotti koperti minn liċenzji tal-importazzjoni u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.”;
L-Annessi I, VIII, IX, X, XII u XIV.5 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għall-perjodi tal-applikazzjoni għal-liċenzja li jibdew wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Madanakollu:
l-Artikolu 1(2) il-punti (3)(b)(i) u (ii), u (3)(c)(i) u (ii), u l-punt (6) tal-Anness għandhom japplikaw mill-ewwel jum wara l-perjodu ta’ 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, fejn applikabbli, għall-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni li jiftaħ wara dak il-perjodu;
il-punt (1)(b) u l-punt (5)(b) tal-Anness għandhom japplikaw għall-perjodu tal-kwota tariffarja li jibda f’Lulju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
L-Annessi I, VIII, IX, X, XII u XIV.5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
ir-ringiela li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4264 titħassar;
ir-ringieli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4268 u 09.4269 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
“09.4268 |
Pollam |
Importazzjoni |
L-UE: eżami simultanju |
Iva |
Biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 |
Sa tmiem il-perjodu tal-kwota tariffarja |
Iva |
|
09.4269 |
Pollam |
Importazzjoni |
L-UE: eżami simultanju |
Iva |
Biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 |
Sa tmiem il-perjodu tal-kwota tariffarja |
Iva” |
fl-Anness VIII, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4281, ir-ringiela “Kwantità f’kilogrammi”, hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Kwantità f’kilogrammi |
15 000 000 kg (ekwivalenti tal-piż tal-karkassa) diviżi kif ġej: 25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru” |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4225, ir-ringiela “Prova tal-kummerċ”, hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Prova tal-kummerċ |
Le” |
it-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4226 hija emendata kif ġej:
ir-ringiela “Deskrizzjoni tal-prodott” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Deskrizzjoni tal-prodott (*1) |
Skyr |
|
(*1)
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li għandu biss valur indikattiv, peress li l-iskema preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet NM. Fejn huma msemmija kodiċijiet ex NM, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.”; |
|
ir-ringiela “Kodiċijiet NM” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Kodiċijiet NM |
Ex 0406 10 50 (kodiċi TARIC 0406 10 50 10 )” |
ir-ringiela “Prova tal-kummerċ” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Prova tal-kummerċ |
Le” |
it-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4227 hija emendata kif ġej:
ir-ringiela “Deskrizzjoni tal-prodott” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Deskrizzjoni tal-prodott (*1) |
Ġobnijiet, minbarra “Skyr” tal-kodiċi TARIC 0406 10 50 10 |
|
(*1)
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li għandu biss valur indikattiv, peress li l-iskema preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet NM. Fejn huma msemmija kodiċijiet ex NM, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.”; |
|
ir-ringiela “Kodiċijiet NM” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Kodiċijiet NM |
Ex 0406 minbarra “Skyr” tal-kodiċi TARIC 0406 10 50 10 ” |
ir-ringiela “Prova tal-kummerċ” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Prova tal-kummerċ |
Le” |
fl-Anness X, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4282, ir-ringiela “Kwantità f’kilogrammi”, hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Kwantità f’kilogrammi |
80 548 000 kg (ekwivalenti tal-piż tal-karkassa) diviżi kif ġej: 25 % għal kull subperjodu” |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
it-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4264 titħassar;
it-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4268 u 09.4269 huma emendati b’dan li ġej:
ir-ringiela “Prova tal-kummerċ” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Prova tal-kummerċ |
Iva. Il-prova tal-kummerċ hija meħtieġa biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760. 25 tunnellata” |
ir-ringiela “Kwanità ta’ referenza” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Kwantità ta’ referenza |
Iva” |
ir-ringiela “Operatur irreġistrat fil-bażi ta’ data LORI” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Operatur irreġistrat fil-bażi tad-data LORI |
Iva” |
L-Anness XIV.5 huwa emendat kif ġej:
il-Parti A2 hija emendata kif ġej:
Numru u data tal-fattura“ hija sostitwita bi “3. Xerrej”; fil-kaxxa 3, l-entrata ”3.
( *1 )