02020D0721 — MT — 23.10.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/721 tad-19 ta’ Mejju 2020 (ĠU L 171 2.6.2020, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1580 tat-23 ta’ Ottubru 2020 |
L 362 |
15 |
30.10.2020 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/721
tad-19 ta’ Mejju 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea waqt il-75 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u waqt il-102 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għar-regolamenti 2, 14 u 18 u l-appendiċi I u VI tal-Anness VI għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, għall-Partijiet A-1, B, B-1, B-2 sa B-4 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, għall-Partijiet A-1 u B-1 tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sikurezza għall-Vapuri li jużaw Gassijiet jew Karburanti Oħrajn b’Punt ta’ Fjammabbiltà Baxx u għar-riżoluzzjoni A.658(16) dwar l-użu u t-twaħħil ta’ materjali retroriflettivi fuq apparat tas-salvataġġ, u tal-approvazzjoni ta’ ċirkolari MSC-MEPC.5 dwar Mudell ta’ ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isem l-Amministrazzjoni
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali waqt il-75 sessjoni tiegħu, għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni tal-emendi għar-regolamenti 2, 14 u 18 u l-appendiċijiet I u VI tal-Anness VI għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, kif stipulat fl-Anness tad-dokument MEPC 75/3 tal-OMI, u l-approvazzjoni taċ-ċirkolari MSC-MEPC.5 kif stabbilit fl-Anness 8 tad-dokument III 6/15 tal-OMI. Dik il-pożizzjoni tkopri l-emendi u ċ-ċirkolari kkonċernati sal-punt fejn dawk l-emendi u dak iċ-ċirkolari jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni u jistgħu jaffettwaw ir-regoli komuni tal-Unjoni.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni waqt il-102 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għandha tkun li tapprova iċ-ċirkolari MSC-MEPC.5, kif stipulat fl-Anness 8 għad-dokument III 6/15tal-OMI, u li tappoġġa l-adozzjoni tal-emendi:
għall-Partijiet A-1, B, B-1, B-2 sa B-4 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, kif stipulat fl-Anness 1 għad-dokument MSC 102/3 tal-OMI;
għall-Partijiet A-1 u B-1 tal-Kodiċi Internazzjoni tas-Sikurezza għall-Vapuri li jużaw Gassijiet jew Karburanti b’Punt ta’ Fjammabbiltà Baxx, kif stipulat fl-Anness 2 għad-dokument MSC 102/3 tal-OMI;
għar-riżoluzzjoni A.658(16) dwar l-użu u t-twaħħil ta’ materjali retroriflettivi fuq apparat tas-salvataġġ
Artikolu 3
Artikolu 4
L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jagħtu l-kunsens tagħhom li jintrabtu, fl-interessi tal-Unjoni, bl-emendi u ċ-ċirkolari msemmija fl-Artikoli 1 u 2, sa fejn dawk l-emendi u dak iċ-ċirkolari jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.