02016D1918 — MT — 21.12.2020 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1918 tat-28 ta' Ottubru 2016 rigward ċerti miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni mal-marda tat-tnewwin kroniku (notifikata bid-dokument C(2016) 6815) (ĠU L 296 1.11.2016, p. 21) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2181 tal-21 ta' Novembru 2017 |
L 307 |
58 |
23.11.2017 |
|
|
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2167 tas-17 ta’ Diċembru 2020 |
L 431 |
70 |
21.12.2020 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1918
tat-28 ta' Ottubru 2016
rigward ċerti miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni mal-marda tat-tnewwin kroniku
(notifikata bid-dokument C(2016) 6815)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ċervidi ħajjin” tfisser annimali ħajjin tal-familja Cervidae;
“renni ħajjin” tfisser annimali ħajjin tal-ġeneru Rangifer.
Artikolu 2
B'deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi dawn il-movimenti ta' ċervidi ħajjin:
movimenti ta' renni ħajjin għal ragħa staġjonali min-Norveġja lejn iż-żoni fl-Iżvezja elenkati fl-Anness, jew lura lejn iż-żoni fl-Isvezja elenkati fl-Anness wara ragħa staġjonali fin-Norveġja, dment li l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal dan il-moviment;
movimenti ta' renni ħajjin għal ragħa staġjonali min-Norveġja lejn iż-żoni fil-Finlandja elenkati fl-Anness;
movimenti ta' renni ħajjin mill-Finlandja li kienu jirgħu fin-Norveġja fiż-żona li tinsab bejn il-fruntiera Norveġiża-Finlandiża u s-sies għar-renni bejn dawn iż-żewġ Stati u jirritornaw lura lejn il-Finlandja;
movimenti ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja lejn l-Iżvezja jew il-Finlandja għall-qatla diretta, dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal dan il-moviment;
movimenti ta' renni ħajjin min-Norveġja lejn iż-żoni fl-Iżvezja elenkati fl-Anness għal avvenimenti sportivi jew kulturali, jew wara li jkunu ħadu sehem f'avvenimenti sportivi jew kulturali, dment li l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub għall-moviment ta' dawn il-konsenji;
tranżitu ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja lejn l-Iżvezja jew il-Finlandja u destinati għan-Norveġja, dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' tranżitu tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel.
Artikolu 3
Artikolu 3a
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- ►M2 31 ta’ Diċembru 2022 ◄ .
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
1. Iż-żoni tal-Iżvezja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (e), fl-Artikolu 3(1), (2) u (4) u fl-Artikolu 3a(3)
2. Iż-żoni tal-Finlandja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b), fl-Artikolu 3(1), (3) u (4) u fl-Artikolu 3a(3)