02009R0079 — MT — 26.07.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 79/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 035 4.2.2009, p. 32)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

241

25.7.2019




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 79/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti tal-idroġenu u sistemi tal-idroġenu. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti għall-istallazzjoni ta’ tali komponenti u sistemi.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

1. vetturi li jaħdmu bl-idroġenu tal-kategoriji M u N, kif definiti fit-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, inkluż il-protezzjoni mill-impatt u s-sikurezza elettrika ta’ tali vetturi;

2. komponenti tal-idroġenu ddisinjati għal vetturi motorizzati tal-kategoriji M u N, kif elenkati fl-Anness I;

3. sistemi tal-idroġenu ddisinjati għal vetturi motorizzati tal-kategoriji M u N, inkluż forom ġodda għall-ħżin jew l-użu tal-idroġenu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura motorizzata li tuża l-idroġenu bħala fjuwil għall-propulsjoni tal-vettura;

(b) “sistema ta’ propulsjoni” tfisser il-magna tal-kombustjoni interna jew is-sistema taċ-ċelluli tal-fjuwil li jintużaw għall-propulsjoni tal-vettura;

(c) “komponent tal-idroġenu” tfisser il-kontenitur tal-idroġenu u l-partijiet l-oħra kollha tal-vettura li taħdem bl-idrogenu li jkunu f’kuntatt dirett mal-idroġenu jew li jiffurmaw parti minn sistema tal-idroġenu;

(d) “sistema tal-idroġenu” tfisser assemblaġġ ta’ komponenti tal-idroġenu u parts ta’ konnessjoni imqegħda fuq vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, minbarra s-sistemi ta’ propulsjoni jew l-unitajiet awżiljarji ta’ enerġija;

(e) “Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli” (MAWP — Maximum Allowable Working Pressure) tfisser il-pressjoni massima li komponent ikun iddisinjat biex jiġi sottomess għaliha u li hija l-bażi għad-determinazzjoni tas-saħħa tal-komponent ikkonċernat;

(f) “Pressjoni Operattiva Nominali” (NWP — Nominal Working Pressure) tfisser, fir-rigward ta’ kontenituri, il-pressjoni stabbli f’temperatura uniformi ta’ 288 K (15 °C) għal kontenitur mimli, jew fir-rigward ta’ komponenti oħrajn, il-livell tal-pressjoni li komponent tipikament jopera fih;

(g) “tank intern” tfisser il-parti tal-kontenitur tal-idroġenu iddisinjat biex juża l-idroġenu likwidu li fih l-idroġenu krijoġeniku.

2.  Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, is-“sistemi tal-idroġenu” għandhom jinkludu, inter alia, dawn li ġejjin:

(a) sistemi ta’ monitoraġġ tal-użu u kontroll;

(b) sistemi ta’ interface tal-vettura;

(c) sistemi tal-fluss eċċessiv;

(d) sistemai għall-protezzjoni mill-pressjoni żejda;

(e) sistemi għall-individwazzjoni ta’ ħsara fl-apparat għall-iskambju tas-sħana.

Artikolu 4

Obbligi tal-manifatturi

1.  Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi kollha ġodda li jaħdmu bl-idroġenu, mibjugħa, reġistrati jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità u l-komponenti tal-idroġenu jew is-sistemi tal-idroġenu kollha, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità jkollhom approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

2.  Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, il-manifatturi għandhom jgħammru lill-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu bil-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu u li jkunu istallati skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

3.  Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u s-sistemi, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

4.  Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni informazzjoni xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u l-kundizzjonijiet tat-test.

5.  Il-manifatturi għandhom jagħtu informazzjoni għar-raġunijiet ta’ spezzjoni tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu matul il-ħajja operattiva tal-vettura.

Artikolu 5

Rekwiżiti ġenerali għall-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li:

(a) il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jiffunzjonaw korrettement u b’mod sikur u li jifilħu b’mod affidabbli, il-kundizzjonijiet operattivi elettriċi, mekkaniċi, termali u kimiċi mingħajr ma jnixxu jew jiddeformaw viżibbilment;

(b) is-sistemi tal-idroġenu jkun protetti kontra l-pressjoni żejda;

(c) il-materjali użati f’dawk il-parts tal-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu li għandhom ikunu f’kuntatt dirett mal-idroġenu, ikunu kompatibbli mal-idroġenu;

(d) il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jkunu jifilħu b’mod affidabbli t-temperaturi u l-pressjonijiet mistennija matul it-tul mistenni tal-ħajja tagħhom;

(e) il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jkunu jifilħu b’mod affidabbli firxa ta’ temperaturi operattivi stabbiliti fil-miżuri implimentattivi;

(f) il-komponenti tal-idroġenu jkunu mmarkati skond il-miżuri implimentattivi;

(g) il-komponenti tal-idroġenu bi fluss direzzjonali jkollhom id-direzzjoni indikata b’mod ċar;

(h) il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jkunu ddisinjati b’ tali mod li jkunu jistgħu jiġu istallati skond ir-rekwiżiti tal-Anness VI.

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-kontenituri tal-idroġenu disinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu

Il-kontenituri tal-idroġenu disinjat biex jużaw l-idroġenu likwidu għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 7

Rekwiżiti għall-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu

1.  Il-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri disinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness III fir-rigward tat-tip tagħhom.

2.  L-apparat għar-rilaxx tal-pressjoni għandu jiġi disinjat b’tali mod li jiżgura li l-pressjoni fit-tank intern jewkwalunkwe komponent ieħor tal-idroġenu ma tkunx iktar minn valur permissibbli. Il-valuri għandhom jiġu stabbiliti fi proporzjoni mal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP — Maximum Allowable Working Pressure) tas-sistema tal-idroġenu. Għandu jkun hemm sistema ta’ sikurezza għall-apparati tal-iskambju tas-sħana għall-individwazzjoni tal-falliment tagħhom.

Artikolu 8

Rekwiżiti għall-kontenituri tal-idroġenu disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

1.  Il-kontenituri tal-idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jiġu kklassifikati skond il-punt 1 tal-Anness IV.

2.  Il-kontenituri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri tal-ittestjar stipulati fl-Anness IV fir-rigward tat-tip tagħhom.

3.  Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi tal-materjal u t-tolleranziprinċipali kollha uzati fid-disinn tal-kontenitur, inkluż ir-riżultati tat-testijiet li għalihom il-materjal jkun ġie suġġettat.

Artikolu 9

Rekwiżiti għall-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

Il-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness V fir-rigward tat-tip tagħhom.

Artikolu 10

Rekwiżiti ġenerali għall-istallazzjoni ta’ komponenti u sistemi tal-idroġenu

Il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu għandhom jiġu istallati skond ir-rekwiżiti tal-Anness VI.

Artikolu 11

Skeda għall-applikazzjoni

1.  B’effett mill-24 ta’ Frar 2011, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu:

(a) approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu; u

(b) approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ komponenti jew sistemi, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

2.  B’effett mill-24 ta’ Frar 2012, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom:

(a) abbażi ta’ raġunijiet relatati mal-propulsjoni bl-idroġenu iqisu li ċ-ċertifikati ta’ konformità għall-vetturi ġodda ma għadhomx validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu; u

(b) jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ tipi ta’ komponenti jew sistemi tal-idroġenu ġodda, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, u suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skond l-Artikolu 12(1), jekk manifattur hekk jitlob, l-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx:

(a) abbażi ta’ raġunijiet relatati mal-propulsjoni bl-idroġenu, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tipi ġodda ta’ vetturi, jew approvazzjoni tat-tip KE għal tipi ġodda ta’ komponenti jew sistemi tal-idroġenu, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu; jew

(b) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda, jew il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew sistemi tal-idroġenu ġodda, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

▼M1

Artikolu 12

Setgħat delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress tekniku billi jiġu stabbiliti:

(a) regoli dettaljati għall-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Annessi II sa V;

(b) regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti għall-installazzjoni tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu stabbiliti fl-Anness VI;

(c) regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti għall-funzjonament sikur u affidabbli tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu stabbiliti fl-Artikolu 5;

(d) l-ispeċifikazzjonijiet għar-rekwiżiti li jirrigwardjaw kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

(i) l-użu ta’ idroġenu pur jew ta’ taħlita ta’ idroġenu u gass naturali/bijometanu;

(ii) forom ġodda ta’ ħażna jew użu tal-idroġenu;

(iii) il-protezzjoni tal-vetturi mill-impatti fir-rigward tal-integrità tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu;

(iv) ir-rekwiżiti tas-sikurezza ta’ sistema integrata, li jkopru mill-anqas l-individwazzjoni ta’ tnixxija u r-rekwiżiti li jirrigwardjaw il-gass mitiganti;

(v) l-iżolament elettriku u s-sikurezza elettrika;

(e) dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu u ta’ komponenti u sistemi tal-idroġenu;

(f) regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifatturi għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5);

(g) regoli dettaljati għall-ittikkettar jew mezzi oħrajn ta’ identifikazzjoni ċara u rapida tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu msemmija fil-punt 16 tal-Anness VI; u

(h) miżuri oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 12a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 14

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skond l-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Penali għal nuqqas ta’ konformità

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri implimentattivi tiegħu u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sal-24 ta’ Awwissu 2010, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet, u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.  It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għal penali għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal recall;

(b) l-iffalsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-konformità fl-użu;

(c) iż-żamma ta’ data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal recall jew għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;

(d) rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni;

(e) l-użu ta’ apparat manipulattiv.

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mil-24 ta’ Frar 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11(3) u tal-Artikolu 12, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u tal-Artikolu 11(2), li għandu japplika mid-data stabbilita fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ komponenti tal-idroġenu li għandhom jiġu mogħtija l-approvazzjoni tat-tip

Fejn mqegħda fuq vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, il-komponenti tal-idroġenu li ġejjin għandhom jiġu mogħtija l-approvazzjoni tat-tip:

(a) komponenti disinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu:

(1) kontenitur;

(2) valv b’għeluq awtomatiku;

(3) Check-valve jew non-return valve (jekk użat bħala tagħmir għas-sikurezza);

(4) linja flessibbli tal-fjuwil (jekk ‘il fuq mill-ewwel valv b’għeluq awtomatiku jew tagħmir ieħor għas-sikurezza);

(5) apparat għall-iskambju tas-sħana;

(6) valv manwali jew awtomatiku;

(7) regolatur tal-pressjoni;

(8) valv għar-rilaxx tal-pressjoni;

(9) is-senser tal-pressjoni, tat-temperatura u tal-fluss (jekk ikun tagħmir ta’ sikurezza);

(10) konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-fjuwil;

(11) sensers għall-individwazzjoni ta’ nixxija ta’ idroġenu.

(b) komponenti disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) bi pressjoni operattiva nominali li tkun ogħla minn 3,0 MPa:

(1) kontenitur;

(2) valv b’għeluq awtomatiku;

(3) assemblaġġ tal-kontenitur;

(4) fittings;

(5) linja flessibbli tal-fjuwil;

(6) apparat għall-iskambju tas-sħana;

(7) filtru tal-idroġenu;

(8) valv manwali jew awtomatiku;

(9) non-return valve;

(10) regolatur tal-pressjoni;

(11) apparat għar-rilaxx tal-pressjoni;

(12) valv għar-rilaxx tal-pressjoni;

(13) konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-fjuwil;

(14) konnettur għas-sistem tal-ħżin li jista’ jitneħħa;

(15) sensers tal-pressjoni, tat-temperatura, tal-idroġenu jew tal-fluss (jekk jintużaw bħala apparat tas-sikurezza);

(16) sensers għall-individwazzjoni ta’ nixxija ta’ idroġenu.




ANNESS II

Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-kontenituri tal-idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu likwidu



It-tip ta’ test

Test tal-fqigħ

Test tan-nar

Test tal-livell massimu ta’ mili

It-test tal-pressjoni

It-test tan-nixxija

Il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-kontenituri tal-idroġenu disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat għandhom jinkludu:

(a) Test tal-fqigħ: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu ma tiġrilux ħsara qabel jinqabeż livell speċifikat ta’ pressjoni għolja, il-pressjoni tal-fqigħ (fattur ta’ sikurezza mmultiplikat bil-MAWP). Sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip, il-valur tal-pressjoni tal-fqigħ reali waqt it-test għandha tkun ogħla mill-pressjoni minima tal-fqigħ rikjesta.

(b) Test tan-nar: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur bis-sistema ta’ protezzjoni min-nar tiegħu ma jinfaqax meta jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet speċifikati ta’ nar.

(c) Test tal-livell massimu ta’ mili: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li s-sistema li ma tħallix li l-kontenitur jimtela’ żżejjed taħdem sewwa u li l-livell tal-idroġenu waqt il-proċedura tal-mili qatt ma jikkawża l-ftuħ tat-tagħmir tar-rilaxx tal-pressjoni.

(d) It-test tal-pressjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jista’ jiflaħ livell speċifikat ta’ pressjoni għolja. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sa valur speċifikat għal ħin speċifikat. Wara t-test, il-kontenitur ma għandux juri sinjali ta’ deformazzjoni permanenti jew nixxijat viżibbli.

(e) It-test tan-nixxija: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu ma jurix sinjali ta’ nixxijat f’kundizzjonijiet speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sal-pressjoni operattiva nominali tiegħu. Ma għandux juri evidenza ta’ nixxijat mix-xquq, pori jew difetti oħra simili.




ANNESS III

Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati għall-użu tal-idroġenu likwidu



 

IT-TIP TA’ TEST

KOMPONENT TAL-IDROĠENU

It-test tal-pressjoni

Test tan-nixxijat esterni

Testijiet tar-reżistenza

Test operattiv

Test tar-reżistenza għall-korrużjoni

It-test tar-reżistenza għas-sħana niexfa

Tixjiħ bl-ożonu

Test taċ-ċiklu tat-temperaturi

Test taċ-ċiklu tal-pressjoni

Test tal-kompatibilità mal-idroġenu

Test tan-nixxijat tas-sit

Apparat għar-rilaxx tal-pressjoni

image

image

 

image

image

 

 

image

 

image

 

Valvi

image

image

image

 

image

image

image

image

 

image

image

Tagħmir għall-iskambju tas-sħana:

image

image

 

 

image

image

image

image

 

image

 

Konnessjoniet jew reċipjenti għat-teħid tal-fjuwil

image

image

image

 

image

image

image

image

 

image

image

Regolaturi tal-pressjoni

image

image

image

 

image

image

image

image

 

image

image

Sensers

image

image

 

 

image

image

image

image

 

image

 

Linji flessibbli tal-fjuwil

image

image

 

 

image

image

image

image

image

image

 

Soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-idroġenu, il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati għall-użu ta’ idroġenu likwidu għandhom jinkludu:

(a) It-test tal-pressjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu jifilħu pressjoni li tkun ogħla mill-pressjoni operattiva tal-komponent. Komponent tal-idroġenu ma għandux juri evidenza viżibbli ta’ nixxijat, deformazzjoni, ksur jew xquq meta l-pressjoni tiżdied sa ċerta rata.

(b) Test tan-nixxijat esterni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu ma jurux sinjali ta’ nixxijat esterni. Il-komponenti tal- idroġenu m’għandhomx juru sinjali ta’ porożità.

(c) Testijiet ta’ reżistenza: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi joperaw b’mod affidabbli u kontinwu. It-test jikkonsisti fit-twettiq ta’ għadd speċifiku ta’ ċikli ta’ ttestjar għall-komponent tal-idroġenu f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ temperaturi u pressjoni. Ciklu ta’ ttestjar ifisser l-operat normali (jiġifieri jinfetaħ u jingħalaq darba) tal-komponent tal-idroġenu.

(d) It-Test operattiv: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi joperaw b’mod affidabbli.

(e) Test tar-reżistenza għall-korrużjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu l-korrużjoni. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jitpoġġew f’kuntatt ma’ sustanzi kimiċi speċifikati.

(f) It-test tar-reżistenza għas-sħana niexfa: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti mhux metalliċi tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu t-temperaturi għolja. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu esposti għat-temperatura operattiva massima.

(g) Test ta’ tixjiħ bl-ożonu: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti mhux metalliċi tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu t-tixjiħ ikkawżat mill-ożonu. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti għandhom jiġu esposti għal arja b’konċentrazzjoni għolja tal-ożonu.

(h) Test taċ-ċiklu tat-temperaturi: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu varjazzjonijiet kbar fit-temperatura. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu sottomessi għal ċiklu ta’ temperaturi għal ammont ta’ ħin speċifikat mit-temperatura operattiva minima sat-temperatura operattiva massima.

(i) Test taċ-ċiklu tal-pressjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu varjazzjonijiet kbar ta’ pressjoni. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu sottomessi għal bidla fil-pressjoni atmosferika sal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) u li mbagħad lura għall-livell tal-pressjoni atmosferika f’perjodu qasir ta’ ħin.

(j) Test tal-kompatibilità mal-idroġenu: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti metalliċi tal-idroġenu (jiġifieri ċ-ċilindri u l-valvi) ma jsirux fraġli b’kuntatt mal-idroġenu. Għal komponenti tal-idroġenu li jkunu soġġetti għal ċikli frekwenti ta’ piżijiet, il-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal reħja lokali u l-bidu u t-tferrix ta’ xquq fl-istruttura għandhom jiġu evitati.

(k) Test għan-nixxijat tas-sit: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu ma jkollhomx nixxijat waqt li jkunu istallati fis-sistema tal-idroġenu.




ANNESS IV

Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-kontenituri tal-idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass)



It-tip ta’ test

Applikabbli għat-Tip ta’ Kontenitur

1

2

3

4

Test tal-fqigħ

image

image

image

image

Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura tal-Ambjent

image

image

image

image

Test tar-Rendiment LBB

image

image

image

image

Test tan-Nar

image

image

image

image

Test tal-Penetrazzjoni

image

image

image

image

Test tal-Esponiment Kimiku

 

image

image

image

Test tat-Tolleranza għal Difetti fil-Materjali Komposti

 

image

image

image

Test tal-Qsim bi Stress Aċċellerat

 

image

image

image

Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura Estrema

 

image

image

image

Test tal-Ħsara mill-Impatti

 

 

image

image

It-test tan-Nixxijat

 

 

 

image

Testijiet tal-Permeazzjoni

 

 

 

image

It-Test Boss Torque

 

 

 

image

It-Test taċ-Ċiklu tal-Gass tal-Idroġenu

 

 

 

image

1.

Klassifikazzjoni ta’ kontenituri ta’ idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass):

Tip 1

Kontenitur metalliku mingħajr saldaturi

Tip 2

Kontenitur miksi biċ-ċrieki b’kisja interna metallika mingħajr saldaturi

Tip 3

Kontenitur miksi kompletament b’kisja interna metallika mingħajr saldaturi jew iwweldjata

Tip 4

Kontenitur miksi kompletament b’kisja interna mhux metallika.

2.

Il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ kontenituri ta’ idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jinkludu:

(a) Test tal-fqigħ: l-iskop tat-test huwa li jipprovdi l-valur tal-pressjoni li fija l-kontenitur jinfaqa’. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sa valur speċifikat, li għandha tkun ogħla mill-pressjoni operattiva nominali tal-kontenitur. Il-pressjoni tar-reżistenza għall-fqigħ tal-kontenitur għandha tisboq pressjoni speċifikata. Il-pressjoni tar-reżistenza għall-fqigħ tal-kontenitur għandha tiġi dokumentata u tinżamm mill-manifattur matul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

(b) Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura tal-Ambjent: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti varjazzjonijiet kbar ta’ pressjoni. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi sottomess għal ċikli tal-pressjoni sakemm ikun hemm ħsara jew inkella sakemm jintlaħaq għadd speċifikat ta’ ċikli billi l-pressjoni tiżdied u titnaqqas sa valur speċifiku. Il-kontenituri ma għandhomx jiġrilhom il-ħsara qabel ma jintlaħaq għadd speċifikat ta’ ċikli. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara, għandhom jiġu dokumentati. Il-manifattur għandu jżomm ir-riżultat tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

(c) It-test tar-rendiment tan-nixxija qabel il-qsim (LBB — leak before break): l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jibda jnixxi qabel jinqasam. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi sottomess għal ċikli tal-pressjoni billi l-pressjoni tiżdied u titnaqqas sa valur speċifikat. Il-kontenituri ttestjati għandhom jew ifallu minħabba n-nixxija jew inkella jisbqu għadd speċifikat ta’ ċikli ta’ ttestjar mingħajr ma jġarrbu ħsara. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara għandhom jiġu dokumentati.

(d) Test tan-nar: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur bis-sistema ta’ protezzjoni min-nar tiegħu ma jinfaqax meta jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet speċifikati ta’ nar. Il-kontenitur, bi pressjoni operattiva għandu jerħi biss mill-apparat għar-rilaxx tal-pressjoni u ma għandux jinqasam.

(e) It-Test tal-Penetrazzjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ma jinqasamx meta jiġi ppenetrat minn bulit. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur komplut bil-kisja protettiva tiegħu għandhom jiġu sottomessi għal pressjoni u ppenetrati minn bulit. Il-kontenitur ma għandux jinqasam.

(f) It-Test tal-Esponiment Kimiku: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur jista’ jiflaħ esponiment għas-sustanzi kimiċi speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal bosta soluzzjonijiet kimiċi. Il-pressjoni tal-kontenitur għandha tiżdied sa valur speċifikat u għandu jsir test tar-reżistenza għall-fqigħ. Il-kontenitur għandu jikseb pressjoni speċifika tar-reżistenza għall-fqigħ, li għandha tiġi ddokumentata.

(g) Test tat-Tolleranza għal Difetti fil-Materjal Kompost: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti esponiment għal pressjoni għolja. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, fissuri ta’ ġeometrija speċifikata għandhom jinqatgħu fil-ġenb tal-kontenitur u mbagħad għandhom isirulu għadd speċifiku ta’ ċikli ta’ pressjonijiet. Il-kontenitur ma għandux inixxi jew jinqasam għal għadd ta’ ċikli, iżda jista’ jfalli billi jnixxi matul iċ-ċikli ta’ ttestjar li jkun fadal. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara għandhom jiġu dokumentati.

(h) It-Test tal-Qsim bi Stress Aċċellerat: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti esponiment għal pressjoni għolja u temperaturi għolja fil-limitu tal-firxa operattiva permissibbli għal perjodu estiż ta’ żmien. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal ħin speċifikat għal kundizzjonijiet speċifikati ta’ pressjoni u temperatura, u sussegwentement isirlu test tar-reżistenza għall-fqigħ kif imsemmi fil-punt a). Il-kontenitur għandu jikseb pressjoni speċifikata tar-reżistenza għall-fqigħ.

(i) It-Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura Estrema: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jista’ jiflaħ varjazzjonijiet fil-pressjoni f’kundizzjonijiet differenti ta’ temperatura. Sabiex dan ikun jista’ jsir, il-kontenitur, mingħajr kisi protettiv, għandu jkollu ċiklu ta’ testijiet idrostatiċi billi jiġi soġġett għal kundizzjonijiet ambjentali estremi u sussengwentement jiġi soġġett għal test ta’ fqigħ u test tan-nixxija kif imsemmi taħt il-punti a) u k). Meta jsirilhom ċ-ciklu ta’ testijiet, il-kontenituri m’għandhomx juru evidenza ta’ qsim, nixxijat jew tħallil tal-fibri. Il-kontenituri m’għandhomx jinfaqgħu’ fi pressjoni speċifikata.

(j) It-Test tal-Ħsara mill-Impatti: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jibqa’ operattiv wara li jiġi sottomess għall-impatti mekkaniċi speċifikati. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi soġġett għat-test tal-waqgħa u mbagħad għandhom isirulu għadd speċifiku ta’ ċikli ta’ pressjonijiet. Il-kontenitur ma għandux inixxi jew jinqasam għal għadd speċifikat ta’ ċikli, iżda jista’ jfalli billi jnixxi matul iċ-ċikli ta’ ttestjar li jkun fadal.

(k) It-test tan-nixxija: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu ma jurix sinjali ta’ nixxijat f’kundizzjonijiet speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sal-pressjoni operattiva nominali tiegħu. Ma għandux juri evidenza ta’ nixxijat mix-xquq, pori jew difetti oħra simili.

(l) It-Testijiet tal-Permeazzjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu ma jkunx permeabbli iktar min-rata speċifikata. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jkollu pressjoni bil-gass tal-idroġenu sal-pressjoni operattiva nominali u mbagħad jiġi mmonitorjat għall-permeazzjoni f’kamra magħluqa għal ħin speċifikat f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ temperatura.

(m) It-Test Boss Torque: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti t-torque speċifikat. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal torque minn direzzjonijiet differenti. Imbagħad għandhom isiru t-test tal-fqigħ u t-test tan-nixxija kif imsemmi taħt il-punti a) u k). Il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija. It-torque applikat, in-nixxija u l-pressjoni ta’ reżistenza għall-fqigħ għandhom jiġu ddokumentati.

(n) It-Test taċ-Ċiklu tal-Gass tal-Idroġenu: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti varjazzjonijiet kbar ta’ pressjoni meta jintuża l-gass tal-idroġenu. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi soġġett għal ċikli ta’ pressjoni bl-użu tal-gass tal-idroġenu u għal test tan-nixxija kif imsemmi fil-punt k) hawn fuq. Id-deterjorazzjoni, bħax-xquq tar-reħja jew id-disċarġ elettrostatiku tal-kontenitur għandhom jiġu spezzjonati. Il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija. Il-kontenitur ma għandux ikollu deterjoramenti, bħax-xquq tar-reħja jew id-disċarġ elettrostatiku.




ANNESS V

Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass)



 

IT-TIP TA’ TEST

KOMPONENT TAL-IDROĠENU

Testijiet fuq il-materjali

Test tar-reżistenza għall-korrużjoni

Testijiet tar-reżistenza

Test taċ-ċiklu tal-pressjoni

Test tan-nixxijat interni

Test tan-nixxijat esterni

Apparat għar-rilaxx tal-pressjoni;

image

image

image

image

image

image

Valvi awtomatiċi

image

image

image

image

image

image

Valvi manwali

image

image

image

image

image

image

Non-return valve;

image

image

image

image

image

image

Valvi għar-rilaxx tal-pressjoni;

image

image

image

image

image

image

Tagħmir għall-iskambju tas-sħana:

image

image

 

image

 

image

Konnessjonijiet jew reċipjenti għat-teħid tal-fjuwil

image

image

image

image

image

image

Regolaturi tal-pressjoni

image

image

image

image

image

image

Sensers għas-sistemi tal-idroġenu

image

image

image

image

 

image

Linji flessibbli tal-fjuwil

image

image

image

image

 

image

Fittings

image

image

image

image

 

image

Filtri tal-idroġenu;

image

image

 

image

 

image

Konnetturi li jistgħu jitneħħew għas-sistemi tal-ħżin

image

image

image

image

 

image

Soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi għal kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-idroġenu, il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jinkludu:

1.

Testijiet tal-materjali:

1.1. It-test tal-kompatibilità mal-idroġenu stipulat fil-punt (j) tal-Anness III.

1.2. It-test tat-tixjiħ: L-iskop tat-test huwa li jiċċekkja jekk il-materjal mhux metalliku użat f’komponent tal-idroġenu jkunx kapaċi jiflaħ it-tixjiħ. Mhux permessi xquq viżibbli tal-kampjuni ttestjati.

1.3. It-Test tal-kompatibilità mal-ożonu: L-iskop tat-test huwa li jiċċekkja jekk il-materjal elastomer ta’ komponent tal-idroġenu jkunx kompatibbli mal-esponiment għall-ożonu. Mhux permessi xquq viżibbli tal-kampjuni ttestjati.

2.

It-test tar-reżistenza għall-korrużjoni stipulat fil-punt (e) tal-Anness III.

3.

It-test tar-reżistenza stipulat fil-punt (c) tal-Anness III.

4.

It-test taċ-ċiklu ta’ pressjoni stipulata fil-punt (i) tal-Anness III. Il-komponenti tal-idroġenu ma għandhomx juru sinjali viżibbli ta’ deformazzjoni jew estrużjoni u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tan-nixxija interna u esterna.

5.

It-test tan-nixxijat interni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti speċifikati tal-idroġenu jkunu ħielsa min-nixxijat interni. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu soġġetti għal pressjoni f’kundizzjonijiet differenti ta’ temperatura u jiġu osservati għan-nixxijat. Il-komponenti tal-idroġenu ma għandhomx ikollhom bżieżaq u ma għandhomx inixxu internament f’rata ogħla minn numru speċifikat.

6.

It-test tan-nixxijat esterni stabbilit fil-punt (b) tal-Anness III.




ANNESS VI

Rekwiżiti għall-istallazzjoni ta’ komponenti u sistemi tal-idroġenu

1.

Is-sistema tal-idroġenu għandha tiġi istallata b’tali mod li tkun protetta mill-ħsara.

Għandha tkun iżolata mill-għejun tas-sħana fil-vettura.

2.

Il-kontenitur tal-idroġenu jista’ jitneħħa biss biex jinbidel b’kontenitur tal-idroġenu ieħor biex jimtlela l-fjuwil mill-ġdid jew għall-manutenzjoni.

Fil-każ ta’magna tal-kombustjoni interna, il-kontenitur għandu jiġi istallat fil-kompartiment tal-magna tal-vettura.

Għandu jiġi protett b’mod adegwat kontra kull tip ta’ korrużjoni.

3.

Għandhom jittieħdu miżuri li jipprevjenu l-għoti ta’ fjuwil b’ieħor lill-vetturi u għall-prevenzjoni tan-nixxijat tal-idroġenu waqt il-mili mill-ġdid tal-fjuwil u biex ikun żgurat li t-tneħħija ta’ sistema ta’ ħżin tal-idroġenu li tista’ titneħħa ssir b’mod sikur.

4.

Għandu jiġi żgurat li l-konnessjoni jew ir-reċipjent għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil titwaħħal kif suppost u għandha tiġi protetta mill-ħmieġ u l-ilma. Il-konnessjoni jew ir-reċipjent għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil għandhom ikunu integrati b’valv non-return jew b’valv bl-istess funzjoni. Jekk il-konnessjoni għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil ma tkunx imwaħħla direttament mal-kontenitur, il-linja għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil għandha tkun mgħammra b’valv non-return jew b’valv bl-istess funzjoni, li jkun imwaħħal direttament fuq il-kontenitur jew ġo fih.

5.

Il-kontenitur tal-idroġenu għandu jiġi armat u jitwaħħal sabiex l-aċċellerazzjonijiet speċifikati jkunu jistgħu jiġu assorbiti mingħajr ma ssir ħsara lil-parts tas-sikurezza meta l-kontenituri tal-idroġenu jkunu mimlija.

6.

Il-linji tal-fjuwil għall-provvista tal-idroġenu għandhom jitwaħħlu b’valv b’għeluq awtomatiku mwaħħal direttament fuq il-kontenitur jew ġo fih. Il-valv għandu jingħalaq jekk tħaddim ħażin tas-sistema tal-idroġenu ikun jirrikjedi hekk jew jekk ikun hemm kwalunkwe eventwalità oħra li tirriżulta f’nixxijat tal-idroġenu. Meta s-sistema tal-propulsjoni tintefa’, il-provvista tal-fjuwil mill-kontenitur għas-sistema tal-propulsjoni għandha tintefa’ u tibqa’ magħluqa sakemm ikun meħtieġ li s-sistema titħaddem.

7.

F’każ ta’ inċident, l-valv b’għeluq awtomatiku mwaħħal direttament fuq il-kontenitur jew ġo fih għandu jwaqqaf il-fluss tal-gass mill-kontenitur.

8.

Il-komponenti tal-idroġenu, inkluż kwalunkwe materjal protettiv li jagħmel parti minn dawn il-komponenti, ma għandhomx jisporġu ‘l barra mill-perimetru tal-vettura jew tal-istruttura ta’ protezzjoni. Dan ma għandux japplika jekk komponent tal-idroġenu jkun protett adegwatament u ebda parti tiegħu ma tkun tinsab barra minn din l-istruttura ta’ protezzjoni.

9.

Is-sistema tal-idroġenu għandha tiġi istallata sabiex titħares mill-ħsara, safejn dan ikun pratikabbli b’mod raġonevoli, bħal ħsara minħabba komponenti tal-vettura li jiċċaqalqu, impatti, żrar jew minħabba t-tagħbien jew il-ħatt ta’ vettura jew iċ-ċaqliq ta’ piżijiet.

10.

Il-komponenti tal-idroġenu ma għandhomx ikunu jinsabu qrib il-pajp tal-egżost ta’ magna tal-kombustjoni interna jew sors ieħor tas-sħana, sakemm dawn il-komponenti ma jkunux protetti b’mod adegwat mis-sħana.

11.

Is-sistema tal-ventilazzjoni jew tat-tisħin tal-kompartiment tal-passiġġieri u postijiet fejn jista’ jkun hemm nixxijat jew akkumulazzjoni tal-idroġenu għandhom jiġu ddisinjati sabiex l-idroġenu ma jinġibidx għal ġol-vettura.

12.

Fil-każ ta’ inċident, għandu jiġi żgurat li safejn ikun prattikabbli b’mod raġonevoli, l-apparat tar-rilaxx tal-pressjoni u s-sistema assoċjata ta’ ventijiet tkun kapaċi tibqa’ taħdem. Is-sistema ta’ ventijiet tal-apparat tar-rilaxx tal-pressjoni għandhom jitħarsu b’mod adegwat mill-ħmieġ u l-ilma.

13.

Il-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura għandu jkun separat mis-sistemi tal-idroġenu sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-idroġenu. Għandu jiġi żgurat li kwalunkwe fjuwil li jkun qed inixxi mill-kontenitur jew l-aċċessorji tiegħu ma joħroġx għal ġol-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura.

14.

Il-komponenti tal-idroġenu li jistgħu jnixxu l-idroġenu għal ġol-kompartiment tal-passiġġieri jew ġol-but jew kompartiment ieħor li ma jkunx ivventilat għandhom jiġi magħluqa ġo kompartiment li mhux permeabbli għall-gass jew b’soluzzjoni ekwivalwenti oħra kif speċifikat fil-miżuri implimentattivi.

15.

L-apparat li jaħdem bl-elettriku u li jkun fih l-idroġenu għandu jkun iżolat b’tali mod li ebda kurrent ma jgħaddi mill-partijiet li jkun fihom l-idroġenu, għall-prevenzjoni ta’ sparks elettriċi fil-każ ta’ qsim.

Il-komponenti metalliċi tas-sistema tal-idroġenu għandu jkollhom kontinwità elettrika mal-earth tal-vettura.

16.

Għandhom jintużaw tikketti jew mezzi oħra ta’ identifikazzjoni biex jindikaw lis-servizzi ta’ salvataġġ li l-vettura taħdem bl-idroġenu u li jkun qed jiġi użat idroġenu likwidu jew ikkumpressat (gass).




ANNESS VII

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

Fil-Parti I tal-Anness IV, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:



Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali

Applikabbilità

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) Nru 79/2009

L 35, 2.4.2009., p. 32

X

X

X

X

X

X”

 

 

 

 

2.

Fl-Appendiċi għall-Parti I tal-Anness IV, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:



 

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali

M1

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

L 35, 2.4.2009., p. 32

X”

3.

Fl-Appendiċi tal-Anness VI, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:



 

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Kif emendat bi

Applikabbli għal Varjanti

“62.

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009”

 

 

4.

Fl-Appendiċi tal--Anness XI, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:



Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1 ≤ 2 500 (1) kg

M1 > 2 500 (1) kg

M2

M3

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

Q

G + Q

G + Q

G + Q”

5.

Fl-Appendiċi 2 tal-Anness XI, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:



Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

A

A

A

A

A

A”

 

 

 

 

6.

Fl-Appendiċi 3 tal-Anness XI, għandha tiżdied mat-tabella l-linja l-ġdida li ġejja:



Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

X”

7.

Fl-Appendiċi 4 tal-Anness XI, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:



Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

Q

Q

Q

Q

Q”

 

 

 

 

8.

Fl-Appendiċi 5 tal-Anness XI, għandha tiżdied mat-tabella l-linja l-ġdida li ġejja:



Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Krejnijiet mobbli tal-kategorija N3

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

X”



( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.