02015D0693 — MT — 16.02.2021 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/693

tal-24 ta' April 2015

li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-prodotti eżistenti mill-qoton ġenetikament modifikat MON 1445 (MON-Ø1445-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 2766)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 112 30.4.2015, p. 48)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1579 tat-18 ta' Settembru 2019

  L 244

8

24.9.2019

►M2

ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/184 tat-12 ta’ Frar 2021

  L 55

4

16.2.2021




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/693

tal-24 ta' April 2015

li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-prodotti eżistenti mill-qoton ġenetikament modifikat MON 1445 (MON-Ø1445-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 2766)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-oganiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku

Il-qoton ġenetikament modifikat (Gossypium hirsutum L. u Gossypium barbadense L.) MON 1445, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku MON-Ø1445-2, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ġejjin qed tiġġedded għall-finijiet tal-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

(a) 

ikel prodott mill-qoton MON-Ø1445-2;

(b) 

għalf prodott mill-qoton MON-Ø1445-2;

Artikolu 3

It-tikkettar

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar previsti fl-Artikolu 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-“isem tal-organiżmu” huwa “qoton”.

Artikolu 4

Ir-reġistru Komunitarju

It-tagħrif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

▼M2

Artikolu 5

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BV, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Bayer CropScience LP, l-Istati Uniti tal-Amerka.

▼B

Artikolu 6

Il-validità

Din id-Deċiżjoni tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

▼M2

Artikolu 7

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.

▼B




ANNESS

▼M2

(a)    Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem

:

Bayer Agriculture BV

Indirizz

:

Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju

F’isem Bayer CropScience LP, 800 N. Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerka.

▼B

(b)    Id-desinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti

1. 

Ikel prodott mill-qoton MON-Ø1445-2;

2. 

Ikel prodott mill-qoton MON-Ø1445-2.

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-Ø1445-2, kif deskritt fl-applikazzjonijiet, jesprimi l-proteina CP4 EPSPS li jikkonferixxi tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glifosati. Il-ġene nptII, li tagħti reżistenza kanamiċina u neomiċina, u l-ġene aadA, li jikkonferixxi reżistenza spektinomiċina u streptomiċina, kienu użati bħala markaturi selettivi fil-proċess ta' modifikazzjoni ġenetika.

(c)    It-tikkettar

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar previsti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-“isem tal-organiżmu” huwa “qoton”.

(d)    Metodu għad-ditezzjoni

1. 

Metodu f'ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qoton MON-Ø1445-2;

2. 

Ivvalidata fuq DNA ġenomika, estratta miż-żrieragħ mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

3. 

Materjal ta' Referenza: AOCS 0804-B u AOCS 0804-A jistgħu jinkisbu mill-website tal-American Oil Chemists Society: http://www.aocs.org/tech/crm

(e)    L-identifikatur uniku

MON-Ø1445-2

(f)    L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Cartagena dwar il-Bijosigurtà tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Mhux applikabbli.

(g)    Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti

Mhux meħtieġa.

(h)    Pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali

Mhux meħtieġa.

(i)    Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.