02018R0659 — MT — 18.05.2020 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
| REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/659 tat-12 ta' April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110 30.4.2018, p. 1) | 
Emendat bi:
| 
 | 
 | Il-Ġurnal Uffiċjali | ||
| Nru | Paġna | Data | ||
| REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1301 tas-27 ta' Settembru 2018 | L 244 | 10 | 28.9.2018 | |
| REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2147 tat-28 ta’ Novembru 2019 | L 325 | 99 | 16.12.2019 | |
| REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/485 tat-2 ta’ April 2020 | L 103 | 10 | 3.4.2020 | |
| REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/581 tas-27 ta’ April 2020 | L 133 | 52 | 28.4.2020 | |
         
      
         
      
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/659
tat-12 ta' April 2018
dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
         
         
      
L-EWWEL TAQSIMA
Is-suġġett, il-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat li jiddaħħlu fl-Unjoni konsenji ta' ekwidi u tas-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom.
Barra minn hekk, dan jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja li tapplika għal dawk il-konsenji.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
         
      
            
         
| (a) Ir-“reġjonalizzazzjoni” | tfisser ir-rikonoxximent uffiċjali ta' parti mit-territorju ta' pajjiż terz bil-limiti ġeografiċi ppreċiżati, fejn tinsab sottopopolazzjoni ta' ekwidi bi stat ta' saħħa distint rigward xi marda speċifika jew mard speċifiku li hu soġġett għas-sorveljanza xierqa u għal miżuri ta' kontroll tal-mard u ta' bijosigurtà; | 
| (b) Id-“dokument ta' identifikazzjoni” | tfisser kwalunkwe dokument li jista' jintuża biex jagħti prova tal-identità ta' annimal ekwin u li jkun fih mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja: (i) biċċa kitba li tiddeskrivi l-annimal u tirreġistra l-marki tiegħu permezz ta' dijagramma ta' figura tal-annimal li fiha jitpinġew il-marki; (ii) referenza għall-marki speċifiċi, għall-karatteristiki jew mezzi oħra ta' identifikazzjoni li joħolqu rabta ċara bejn l-annimal u d-dokument; (iii) l-informazzjoni stabbilita fil-punti 1, 2, 3, u 6 sa 10 tal-Parti A u fil-punti 12 sa 18 tal-Parti B tal-Ewwel Taqsima tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 (1); | 
| (c) Iż-“żiemel reġistrat” | tfisser annimal tal-ispeċi Equus caballus irreġistrat kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE (2), identifikat permezz ta' dokument tal-identifikazzjoni maħruġ minn: (i) l-awtorità tat-tgħammir jew xi awtorità kompetenti oħra tal-pajjiż minn fejn l-annimal joriġina u li tamministra l-istudbook jew ir-reġistru għal dik ir-razza ta' annimal; jew (ii) xi assoċazzjoni jew organizzazzjoni internazzjonali li tamministra ż-żwiemel għal kompetizzjoni jew għal tiġrija; | 
| (d) Id-“dħul” | tfisser l-azzjoni li biha jiġu ttrasportati l-ekwidi jew is-semen, l-ova jew l-embrijuni tagħhom għal ġo wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (3); | 
| (e) It-“tip ta' dħul” | tfisser rispettivament id-dħul temporanju, id-dħul mill-ġdid wara esportazzjoni temporanja, l-importazzjoni u t-tranżitu; | 
| (f) Id-“dħul temporanju” | jfisser l-istatus ta' żiemel reġistrat li joriġina minn pajjiż terz u ddaħħal fit-territorju tal-Unjoni għal perjodu ta' inqas minn 90 jum; | 
| (g) L-“esportazzjoni temporanja” | tfisser il-moviment ta' żiemel reġistrat barra mill-Unjoni għal perjodu ta' inqas minn 90 jum; | 
| (h) Id-“dħul mill-ġdid” | ifisser il-moviment ta' żiemel reġistrat minn pajjiż terz għal ġol-Unjoni wara esportazzjoni temporanja mill-Unjoni; | 
| (i) L-“importazzjonijiet” | tfisser il-moviment ta' konsenja ta' ekwidi jew tas-semen, l-ova jew l-embrijuni tagħhom għal ġol-Unjoni għal perjodu mhux determinat; | 
| (j) It-“tranżitu” | tfisser il-moviment ta' konsenja ta' ekwidi fit-territorju tal-Unjoni permezz tat-triq, tal-ferrovija jew f'mogħdija tal-ilma, minn pajjiż terz lejn pajjiż terz ieħor, jew minn parti tat-territorju ta' pajjiż terz lejn parti oħra tat-territorju tal-istess pajjiż terz; | 
| (k) Il-“post ta' spezzjoni fil-fruntiera” | tfisser kwalunkwe post ta' spezzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2(2)(f) tad-Direttiva 91/496/KEE u fl-Artikolu 2(2)(g) tad-Direttiva 97/78/KE u approvat għall-prodott ikkonċernat skont id-Deċiżjoni 2009/821/KE; | 
| (l) Il-“kategorija tal-ekwidi” | tfisser rispettivament ekwidi reġistrati, ekwidi għall-qatla u ekwidi għat-tagħmmir u l-produzzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/156/KE, u żwiemel reġistrati; | 
| (m) L-“ova” | huma l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi u jinkludu l-ooċiti sekondarji u l-ova; | 
| (n) L-“operatur” | tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li hija soġġetta għal regola waħda jew aktar minn waħda previsti f'dan ir-Regolament, li jkollha fir-responsabbiltà tagħha xi ekwidi jew xi prodotti ġerminali tagħhom; | 
| (o) L-“iżolament” | ifisser is-separazzjoni għal perjodu speċifikat ta' ekwidi minn annimali oħrajn biex tiġi evitata t-trażmissjoni ta' patoġenu jew patoġeni speċifikati permezz ta' kuntatt dirett jew indirett waqt li l-ekwidi jkunu taħt osservazzjoni u, fejn jixraq, jitwettqilhom l-ittestjar u t-trattament taħt is-superviżjoni tal-awtorità veterinarja; | 
| (p) Il-“kwarantina” | hija l-iżolament ta' ekwidi f'bini li jiġi operat skont regoli speċifiċi tal-bijosigurtà taħt il-kontroll tal-awtorità veterinarja; | 
| (q) Il-“kwarantina protetta mill-vetturi” | tfisser il-kwarantina ta' ekwidi li (i) ssir f'post iddedikat li jkun: — protett milli jidħlu fih il-vetturi rilevanti; — inkluż f'sistema ta' sorveljanza tal-vetturi fil-post u f'sistema ta' miżuri li jillimitaw il-preżenza ta' vetturi rilevanti madwar il-post; (ii) jista jinkludi l-eżerċitar tal-annimal li jkun fil-kwarantina taħt superviżjoni uffiċjali waqt il-ħin tal-ġurnata meta l-attività tal-vetturi tkun l-inqas u soġġett li jintużaw l-insettiċidi u sustanzi li jbiegħdu l-insetti, u meta possibbli jitgħatta ġisem l-annimali; | 
| (r) Il-“kwarantina reżistenti għall-vetturi” | tfisser il-kwarantina ta' ekwidi f'binja ssiġillata li tkun: — mgħammra b'ventilazzjoni bi pressjoni pożittiva u b'ventilaturi bil-filtri tal-arja; — hija aċċessibbli biss permezz ta' sistema ta' dħul u ħruġ magħmula minn żewġ bibien wara xulxin (4); — fejn titħaddem sistema ta' sorveljanza tal-vetturi; — fejn jintużaw Proċeduri Operattivi Standard li jinkludu deskrizzjoni tas-sistemi ta' emerġenza u tal-allarm għat-tħaddim tal-kwarantina u għat-trasportazzjoni tal-ekwidi għall-post tat-tagħbija; | 
| (s) It-“TRACES” | tfisser is-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata prevista fid-Deċiżjonijiet 2003/24/KE u 2004/292/KE. | 
| (1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) (ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1). (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f'equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55). (3) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9). (4) https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/animals/docs/ad_control-measures_bt_guidance_vpe_7068_2012.pdf | |
         
         
      
IT-TAQSIMA 2
Il-lista tal-pajjiżi terzi u l-partijiet tagħhom li minnhom jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni l-ekwidi u s-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ekwidi
Artikolu 3
Il-lista tal-pajjiżi terzi u l-partijiet tat-territorji tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat li jiddaħħlu l-ekwidi fl-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' ekwidi mill-pajjiżi terzi jew, meta l-Unjoni tapplika r-reġjonalizzazzjoni, mill-partijiet tat-territorji tal-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni 2 u 4 tat-tabella fl-Anness I skont l-indikazzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness, kif ġej:
id-dħul temporanju taż-żwiemel reġistrati skont kif indikat fil-kolonna 6 tat-tabella stabbilita fl-Anness I, u akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa individwali mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II;
it-tranżitu tal-ekwidi skont kif indikat fil-kolonna 15 tat-tabella stabbilita fl-Anness I, u akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa individwali mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness II;
id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għat-tiġrijiet, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja skont kif indikat fil-kolonna 7 tat-tabella stabbilita fl-Anness I, u akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A jew fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II;
l-importazzjoni taż-żwiemel reġistrati skont kif indikat fil-kolonna 8 tat-tabella stabbilita fl-Anness I, u akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa individwali mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 3 tal-Anness II;
l-importazzjoni ta' konsenja ta' ekwidi għall-qatla skont kif indikat fil-kolonna 9 tat-tabella stabbilita fl-Anness I, u akkumpanjata minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima B tal-Parti 3 tal-Anness II;
l-importazzjoni ta' ekwidi reġistrati u ta' ekwidi għat-tgħammir u għall-produzzjoni, skont kif indikat fil-kolonna 10 tat-tabella stabbilita fl-Anness I, u akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa individwali mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 3 tal-Anness II.
2. L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu għandha tapplika l-miżuri meħtieġa biex tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi jew il-limiti taż-żmien indikati għal dak il-pajjiż fil-kolonna 16 tat-tabella fl-Anness I.
Artikolu 4
Il-pajjiżi terzi u l-partijiet tat-territorji tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' semen tal-ekwidi
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' semen ta' ekwidi mill-pajjiżi terzi jew, fejn l-Unjoni tapplika r-reġjonalizzazzjoni, minn partijiet tat-territorji tal-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni 2 u 4 tat-tabella fl-Anness I, skont kif indikat fil-kolonni 11, 12, u 13 ta' dik it-tabella, u dejjem jekk il-konsenja tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-konsenja tkun intbagħtet minn ċentru għall-ġbir u l-ħażna tas-semen elenkat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE;
il-konsenja tkun akkumpanjata minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness III.
Artikolu 5
Il-pajjiżi terzi u l-partijiet tat-territorji tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ova u ta' embrijuni tal-ekwidi
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' ova u embrijuni ta' ekwidi mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet tat-territorji tal-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni 2 u 4 tat-tabella fl-Anness I, skont kif indikat fil-kolonna 14 ta' dik it-tabella, u dejjem jekk il-konsenja tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-konsenja ntbagħtet minn tim tal-ġbir jew tal-produzzjoni tal-embrijuni elenkat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE;
il-konsenja tkun akkumpanjata minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness III.
         
         
      
IT-TAQSIMA 3
Ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' ekwidi u semen, ova u embrijuni tal-ekwidi
Artikolu 6
Iċ-ċertifikazzjoni
1. Kif previst fl-Artikoli 3, 4 u 5, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jitfasslu u jinħarġu skont:
il-garanziji jew il-kundizzjonijiet supplimentari li japplikaw speċifikati fil-kolonna 16 tal-Anness I;
in-noti ta' spjegazzjoni previsti fil-Parti 4 tal-Anness II u fil-Parti 3 tal-Anness III rispettivament.
2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx jipprekludu l-użu taċ-ċertifikazzjoni elettronika jew sistemi oħrajn li jkun hemm qbil dwarhom kull fejn ikunu ġew stabbiliti proċeduri armonizzati fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 7
Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tas-saħħa
1. L-operatur responsabbli minn konsenja ta' ekwidi jew tas-semen, tal-ova jew tal-embrijuni tal-ekwidi li jkunu maħsuba biex jiddaħħlu fl-Unjoni għandu jiżgura li l-konsenja tintwera f'post tal-ispezzjoni fil-fruntiera approvat li jkun awtorizzat għall-konsenja kkonċernata, mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data li fiha tkun ġiet iċċertifikata fil-pajjiż terz minn fejn tkun intbagħtet.
2. Meta l-ekwidi jinġarru fuq il-baħar, il-perjodu ta' 10 ijiem imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jittawwal biż-żmien tat-trasportazzjoni fuq il-baħar.
         
         
      
IT-TAQSIMA 4
Rekwiżiti tat-trasport għad-dħul tal-ekwidi fl-Unjoni
Artikolu 8
Ir-rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa
1. L-operatur responsabbli minn konsenja ta' ekwidi li tkun maħsuba għad-dħul fl-Unjoni għandu jiżgura li l-ekwidi jinġarru b'konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ekwidi jiġu ttrasportati b'mezz tat-trasport li jkun qiegħed iġorr biss ekwidi maħsuba biex jidħlu fl-Unjoni jew inkella li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa meħtieġ għat-tranżitu;
l-ekwidi jiġu ttrasportati b'mezz tat-trasport li jkun qiegħed iġorr biss ekwidi tal-istess stat ta' saħħa ċċertifikat, ħlief meta jkun awtorizzat mod ieħor fir-rekwiżiti tas-saħħa speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet A u B tal-Parti 1 u fit-Taqsima A tal-Parti 3 tal-Anness II;
l-ekwidi jiġu ttrasportati bit-triq jew bil-ferrovija jew jitmexxew bil-pass biss f'pajjiż terz jew f'parti minn pajjiż terz li jkun awtorizzat/tkun awtorizzata għal mill-inqas tip wieħed ta' dħul ta' mill-inqas kategorija waħda ta' ekwidi.
2. L-operatur responsabbli minn konsenja ta' ekwidi li tkun maħsuba għad-dħul fl-Unjoni għandu jiżgura l-konformità ma' dawn li ġejjin:
il-kaxxi, il-kontejners jew l-istalel mobbli taż-żwiemel u l-mezz tat-trasport jew il-kompartiment fil-mezz tat-trasport li fihom jiġu ttrasportati l-ekwidi, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati qabel ma jitgħabbew l-annimali, b'diżinfettant li jkun awtorizzat uffiċjalment fil-pajjiż minn fejn jintbagħtu l-annimali;
il-mezz tat-trasport li jintuża għat-trasportazzjoni bit-triq jew bil-ferrovija jkun imfassal, mibni u mħaddem b'mod li jevita li joħorġu minnu rawt, awrina u għalf waqt il-vjaġġ maħsub;
għandhom jintużaw miżuri li jipproteġu lill-annimali minn attakki ta' insetti li jkunu vetturi tal-mard fil-każ li jkun hemm okkorrenza ta' xi waħda minn dawn il-mardiet li ġejjin:
tal-marda Afrikana taż-żwiemel jew tal-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela fil-pajjiż terz li minnu ntbagħtu jew għaddew b'tranżitu l-annimali;
ta' marda waħda jew iżjed mill-mard elenkat fl-Artikolu 11(1) li jiġi trażmess mill-vetturi, bl-eċċezzjoni tal-anemija infettiva ekwina jekk l-ekwidi ma jkunux immuni jew imlaqqmin kontra l-patoġenu.
Fil-każ tal-mardiet imsemmijin fil-punt (i), il-protezzjoni mill-vetturi għandha tinkludi miżuri bħall-użu ta' xbieki fuq il-kaxxi, il-kontejners, l-istalel jew l-istalel mobbli, l-użu tal-ventilazzjoni sfurzata u li l-kompartiment tat-trasportazzjoni jinżamm magħluq minbarra waqt it-tagħbija u l-iżbark jew waqt li jkun qed jittieħed ħsieb tal-annimali.
3. L-operatur responsabbli minn konsenja ta' ekwidi maħsubin biex jiddaħħlu fl-Unjoni għandu jiżgura li waqt il-vjaġġ dawk l-ekwidi jiżbarkaw biss f'pajjiż terz jew f'parti mit-territorju ta' pajjiż terz li jkun awtorizzat għad-dħul tal-ekwidi fl-Unjoni, bi qbil mal-Anness I.
Artikolu 9
Ir-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għat-trasport bl-ajru
1. L-operatur responsabbli minn konsenja ta' ekwidi li tkun maħsuba għad-dħul fl-Unjoni permezz tal-ajru għandu jiżgura li:
il-kaxxi, il-kontejners jew l-istalel mobbli u l-ispazju tal-arja fil-kompartiment tat-trasport jitbexxu b'repellent tal-insetti xieraq, u jintuża wkoll insettiċida malli jingħalqu l-bibien tal-ajruplan;
il-kaptan tal-ajruplan jimla u jiffirma d-dikjarazzjoni stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness V.
2. B'deroga mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 8, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba mill-operatur tal-konsenja, jawtorizzaw li jsir trasbord dirett minn inġenju tal-ajru għal ieħor f'pajjiż li mhuwiex elenkat fl-Anness I, dejjem jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
it-trasbord isir fl-istess ajruport fiż-żona tal-istess uffiċċju tad-dwana taħt is-sorveljanza diretta ta' veterinarju uffiċjali jew tal-uffiċjal tad-dwana responsabbli;
waqt it-trasbord, l-ekwidi jkunu protetti mill-attakki ta' insetti vetturi ta' mard li jista' jiġi trażmess lill-ekwidi;
l-ekwidi ma jiġux f'kuntatt ma' ekwidi bi status ta' saħħa differenti minn tagħhom;
jiġu applikati l-miżuri previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għall-inġenju tal-ajru li jkun se jintuża biex jitkompla l-vjaġġ;
fil-Manifest tat-Trasbord imfassal skont il-mudell stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness V, tiġi ċċertifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet li jinsabu fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-punti (a), (b) u (c) f'dan il-paragrafu, mill-veterinarju uffiċjali jew mill-uffiċjal tad-dwana responsabbli.
Artikolu 10
Ir-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għat-trasport bil-baħar
1. L-operatur responsabbli minn konsenja ta' ekwidi li tkun maħsuba għad-dħul fl-Unjoni minn fuq il-baħar għandu jiżgura l-konformità ma' dawn li ġejjin:
il-bastiment ikun skedat biex imur direttament f'port fl-Unjoni, mingħajr ma jidħol f'port ieħor ta' xi pajjiż terz jew f'xi parti mit-territorju ta' pajjiż terz li ma jkunx elenkat fl-Anness I;
il-kaxxi, il-kontejners jew l-istalel u l-ispazju tal-arja fil-kompartiment tat-trasport jitbexxu b'repellent tal-insetti xieraq, u jintuża wkoll insettiċida malli jingħalqu l-bibien tal-kompartiment;
il-kaptan tal-bastiment jimla u jiffirma d-dikjarazzjoni stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness V.
2. B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li jsir trasbord dirett minn bastiment għal ieħor f'pajjiż li mhuwiex elenkat fl-Anness I, dejjem jekk:
it-trasbord isir fl-istess port fiż-żona tal-istess uffiċċju tad-dwana taħt is-sorveljanza diretta ta' veterinarju uffiċjali jew tal-uffiċjal tad-dwana responsabbli;
waqt it-trasbord, l-ekwidi jkunu protetti mill-attakki ta' insetti vetturi ta' mard li jista' jiġi trażmess lill-ekwidi;
l-ekwidi ma jiġux f'kuntatt ma' ekwidi bi status ta' saħħa differenti minn tagħhom;
fil-Manifest tat-Trasbord imfassal skont il-mudell stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness V, tiġi ċċertifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet li jinsabu fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u fil-punti (a), (b) u (c) ta'dan il-paragrafu, mill-veterinarju uffiċjali jew mill-uffiċjal tad-dwana responsabbli.
         
         
      
IT-TAQSIMA 5
Ir-rekwiżiti ġenerali għall-ittestjar u għat-tilqim tal-ekwidi li jkunu maħsubin biex jiddaħħlu fl-Unjoni u ta' ekwidi donaturi li s-semen, l-ova jew l-embrijuni tagħhom ikunu maħsubin għad-dħul fl-Unjoni
Artikolu 11
Ir-rekwiżiti ġenerali għall-ittestjar fil-laboratorju għaċ-ċertifikazzjoni ta' konsenji ta' ekwidi jew tas-semen, l-ova, jew l-embrijuni tagħhom maħsubin biex jiddaħħlu fl-Unjoni
1. L-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu għad-dħul fl-Unjoni l-ekwidi jew is-semen, l-ova jew l-embrijuni tagħhom għandhom jiżguraw li t-testijiet fil-laboratorji previsti fiċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fl-Annessi II u III għall-glanders, għad-durina, għall-anemija infettiva ekwina, għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, għall-enċefalomijelite ekwina tal-Punent u l-enċefalomijelite ekwina tal-Lvant, għall-enċefalite Ġappuniża, għad-Deni tal-Punent tan-Nil, għall-istomatite vexxikulari, għall-arterite virali ekwina, u għall-metrite ekwina kuntaġġuża mill-inqas jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sensittività u ta' speċifiċità stipulati għall-marda kkonċernata fil-Kapitolu rispettiv tat-Taqsima 2.5 tal-aħħar edizzjoni tal-Manwal tat-Testijiet Dijanostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).
2. L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu l-ekwidi maħsubin għad-dħul fl-Unjoni għandha tiżgura li t-testijiet fil-laboratorji għall-marda Afrikana taż-żwiemel li huma previsti fiċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fl-Anness II jitwettqu bi qbil mal-Anness IV tad-Direttiva 2009/156/KE.
3. L-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu għad-dħul fl-Unjoni l-ekwidi jew is-semen, l-ova jew l-embrijuni tal-ekwidi, għandha tiżgura l-konformità ma' dan li ġej:
it-testijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 jitwettqu f'laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu;
fiċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II jew III għall-konsenja kkonċernata, huma mitluba d-dettalji dwar il-kampjunar u dwar ir-riżultati tat-testijiet, ibbażati fuq ir-rapport tal-laboratorju li jkunu disponibli għall-veterinarju uffiċjali li jkun qed jimla ċ-ċertifikat.
Artikolu 12
L-ittestjar mal-wasla fl-Unjoni
1. Meta test li jkun twettaq fl-Istat Membru tad-dħul jew f'ismu, fuq kampjun li jkun ittieħed skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 97/794/KE, ma jikkonfermax ir-riżultat ta' test magħmul fil-laboratorju attestat f'ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-ekwidi jew is-semen, l-ova jew l-embrijuni tal-ekwidi li jaslu fl-Unjoni, kif stipulat fl-Anness II jew III ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tad-dħul għandha tiżgura li t-test jittenna fil-laboratorju ta' referenza nazzjonali maħtur għall-marda kkonċernata, bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
2. Meta l-miżuri previsti fil-paragrafu 1 ma jagħtux riżultat konklużiv dwar il-verifiki tal-konformità li jkunu twettqu skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 97/794/KE, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura li l-kampjun imsemmi f'dak il-paragrafu jiġi ssoġġettat għal testijiet definittivi kif ġej:
għall-marda Afrikana taż-żwiemel, fil-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Marda Afrikana taż-Żwiemel, maħtur skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE ( 2 );
għall-mard imsemmi fl-Artikolu 11(1), fil-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard ekwin minbarra l-marda Afrikana taż-żwiemel, maħtur skont ir-Regolament (KE) Nru 180/2008.
Artikolu 13
L-applikazzjoni tal-vaċċini u r-reġistrazzjoni tat-tilqim
1. L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu l-ekwidi jew is-semen, l-ova jew l-embrijuni tal-ekwidi li jkunu maħsubin għad-dħul fl-Unjoni għandha tiżgura li t-tlaqqim attestat fi kwalunkwe wieħed miċ-ċertifikati stabbiliti fl-Annessi II jew III jitwettaq skont dan li ġej:
it-tlaqqim jitwettaq bi qbil mal-istruzzjonijiet tal-manifatturi jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, skont liema jkunu l-aktar stretti;
it-tlaqqim jitwettaq bl-użu ta' vaċċin liċenzjat li mill-inqas jissodisfa r-rekwiżiti għas-sikurezza, l-isterilità u l-effikaċja stabbiliti għall-vaċċin ikkonċernat fil-Manwal tat-Testijiet Dijanostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).
2. Meta l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tafferma li sejba pożittiva minn laboratorju f'test seroloġiku għall-marda Afrikana taż-żwiemel tkun marbuta ma' tilqima li tkun saret qabel, it-tilqima għandha tiġi ddokumentata, fid-dokument ta' identifikazzjoni li jkun mal-annimal, jekk dan id-dokument ikun disponibbli.
Artikolu 14
Ir-rekwiżiti b'rabta mal-arterite virali ekwina
1. L-ekwidi maskili mhux ikkastrati li jkunu maħsubin għad-dħul fl-Unjoni, minbarra dawk elenkati fil-punt 1 tal-Anness IV, għandhom jiġu ssoġġettati għat-testijiet għall-arterite virali ekwina biex jiġi aċċertat li s-semen tagħhom ikun ħieles mill-arterite virali ekwina.
2. It-tlaqqim kontra l-arterite virali ekwina, inkluż it-testijiet meħtieġa skont il-punt 1(a) tal-Anness IV, għandu jsir taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali.
3. It-tilqim kontra l-arterite virali ekwina jkun validu meta jkun hemm prova ddokumentata li tintbagħat mal-annimal ekwin li dan ikun ġarrab kors ta' tlaqqim primarju li ma jkunx ġie interrott u li jkun twettaq skont wieħed mill-protokolli tat-tlaqqim previsti fil-punt 1(a) tal-Anness IV, u tlaqqim mill-ġdid skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur, u f'kwalunkwe każ b'intervalli bejniethom ta' mhux iżjed minn 12-il xahar.
         
         
      
IT-TAQSIMA 6
L-identifikazzjoni ta' ekwidi li jkunu maħsubin għad-dħul fl-Unjoni
Artikolu 15
L-identifikazzjoni ta' ekwidi li jkunu maħsubin għad-dħul fl-Unjoni
1. L-ekwidi li jkunu ddestinati għad-dħul fl-Unjoni għandhom ikunu identifikati b'mod individwali biex tkun żgurata korrispondenza mingħajr ekwivoku bejn l-annimal u l-istatus tas-saħħa tiegħu.
Dik l-identifikazzjoni għandha:
jew tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262; inkella
mill-inqas tipprovdi l-informazzjoni ddettaljata fil-punti 1, 2, 3, u 6 sa 10 tal-Parti A u fil-punti 12 sa 18 tal-Parti B tal-Ewwel Taqsima tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.
2. L-ekwidi għall-qatla li jkunu se jiġu impurtati fl-Unjoni għandhom ikunu mmarkati individwalment bi transponder elettroniku jew b'ċomba tal-widna li n-numru tagħha għandu jkun irreġistrat fiċ-ċertifikat tas-saħħa li jkun mal-annimali waqt it-trasportazzjoni.
3. Fuq il-qawqab xellugi ta' quddiem, l-ekwidi għall-qatla li jkunu se jiġu impurtati fl-Unjoni għandu jkollhom “S” ċara u li ma titħassarx li tkun saret b'timbru li jaħraq u li fid-daqs ma tkunx iżgħar minn nofs it-tul tal-qawqab, fil-każijiet li ġejjin:
jekk, b'deroga mill-paragrafu 2, ikunu mmarkati individwalment b'metodu differenti li jkun indikat fiċ-ċertifikat tas-saħħa, u f'dan il-każ l-annimali jridu jintbagħtu fil-biċċerija tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 21(a);
jekk ikunu ddestinati biex jintbagħtu fil-biċċerija tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 21(b).
         
         
      
IT-TAQSIMA 7
Rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa u taċ-ċertifikazzjoni tal-annimali għad-dħul ta' konsenji ta' ekwidi fl-Unjoni
Artikolu 16
Il-miżuri li jridu jieħdu l-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw it-traċċabbiltà ta' żiemel reġistrat li jiddaħħal b'mod temporanju
1. Sakemm tkun ġiet stabbilita l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-dħul, l-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandha:
iżżomm kopja taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a);
permezz tat-TRACES tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti jew lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ħruġ, skont liema minn dawn ikun rilevanti, bid-dħul ta' żiemel reġistrat li jkun qed jiddaħħal b'mod temporanju, kif ġej:
lill-awtorità kompetenti fil-post tad-destinazzjoni indikat fil-Kaxxa I.6 tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul (“CVED”) stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 282/2004;
lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ħruġ li jkun indikat fid-dikjarazzjoni li tkun maċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a) minn sid iż-żiemel reġistrat jew minn rappreżentant tiegħu, billi timla l-Kaxxa I.24. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul;
lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-postijiet tar-residenza temporanja indikati fid-dikjarazzjoni li tkun maċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a) minn sid iż-żiemel reġistrat jew minn rappreżentant tiegħu;
tagħti mill-inqas kopja waħda tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul lill-operatur li jkun identifikat bħala l-“Operatur responsabbli mill-Konsenja” fil-Kaxxa I.7. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-paragrafu 1(b).
2. Meta żiemel reġistrat ikun se jintbagħat minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor waqt id-dħul temporanju, l-awtorità kompetenti tal-post minn fejn jintbagħat għandha:
dejjem jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/156/KE, toħroġ ċertifikat tas-saħħa bi qbil mal-Anness III tad-Direttiva 2009/156/KE, jew għal żiemel reġistrat individwali jew għal konsenja ta' żwiemel reġistrati tal-istess oriġini u bl-istess destinazzjoni, u fil-Kaxxa I.6. ta' dak iċ-ċertifikat iddaħħal referenza għaċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a) ta' kull żiemel reġistrat fil-konsenja li jkun iddaħħal temporanjament, u referenza għad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-paragrafu 1(b);
permezz tat-TRACES tinforma lill-awtorità kompetenti fil-post tad-destinazzjoni dwar il-moviment ta' żiemel reġistrat lejn dak l-Istat Membru, u titlob verifika tal-wasla billi timla parti oħra tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul, il-Parti III msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1(b);
tagħti kopja stampata ġdida tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1(b) li jkun fiha l-Parti III miżjuda bi qbil mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu, lill-operatur li jkun identifikat fil-Kaxxa I.7. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul;
tħassar jew tirtira kull kopja stampata tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul li tkun ingħatat lill-operatur bi qbil mal-paragrafu 1(c), jew jekk iż-żiemel ikun diġà nġarr qabel fi Stat Membru ieħor, bi qbil mal-punt (c) ta' dan il-paragrafu.
3. L-awtorità kompetenti fil-post tad-destinazzjoni msemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1(b) u tal-paragrafu 2(b) permezz tat-TRACES għandha tikkonferma l-wasla taż-żiemel reġistrat u tirreġistra l-verifiki li jkunu saru billi timla l-Parti III tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul.
4. Fi tmiem id-dħul temporanju, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (i) jew (iii) tal-paragrafu 1(b) li tiċċertifika ż-żiemel reġistrat li jkun iddaħħal temporanjament lill-pajjiż terz tal-oriġini jew lil pajjiż terz ieħor, għandha:
permezz tat-TRACES tinforma lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ħruġ bil-tluq mill-Unjoni taż-żiemel reġistrat li jkun iddaħħal temporanjament, billi timla l-Parti III miżjuda tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1(b);
tagħti kopja stampata ġdida tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1(b) li jkun fiha l-Parti III miżjuda bi qbil mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu, lill-operatur li jkun identifikat fil-Kaxxa I.7. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul;
jekk il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ħruġ ikun jinsab fi Stat Membru ieħor,
bi qbil mad-Deċiżjoni 93/444/KEE toħroġ ċertifikat skont l-Anness III tad-Direttiva 2009/156/KE, jew għal żiemel reġistrat wieħed inkella għal konsenja ta' żwiemel reġistrati li jkunu ġew mill-istess post u jkollhom l-istess destinazzjoni;
fil-Kaxxa I.6. taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (i), iddaħħal referenza għaċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a) ta' kull żiemel reġistrat fil-konsenja li ddaħħal temporanjament, u referenza għad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1(b).
5. Il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ħruġ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4 għandu jirreġistra t-tmiem tad-dħul temporanju taż-żiemel reġistrat billi jimla l-Parti III tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul.
6. Jekk id-dħul temporanju ta' żiemel reġistrat ma jintemmx, bi qbil mal-paragrafu 5, f'perjodu ta' inqas minn 90 jum wara d-data li fiha jkun inħareġ id-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1(b), tintbagħat twissija awtomatika permezz tat-TRACES lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul u lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin f'dan l-Artikolu, sakemm dawk l-awtoritajiet kompetenti jsiru jafu l-istatus taż-żiemel reġistrat.
Artikolu 17
Ir-responsabbiltajiet tal-operatur għaż-żwiemel reġistrati li jiddaħħlu temporanjament
1. L-operatur responsabbli minn żiemel reġistrat li jiddaħħal temporanjament fl-Unjoni li jkun identifikat fil-Kaxxa I.7 tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b) għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
f'kull ħin matul id-dħul temporanju tiegħu, żiemel reġistrat għandu jkollu miegħu iċ-ċertifikat tas-saħħa oriġinali tiegħu msemmi fl-Artikolu 3(1)(a) u d-dokument veterinarju komuni għad-dħul li jkun inħareġ mill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni;
iż-żiemel reġistrat għandu jibqa' fl-Istat Membru rispettiv u fil-bini msemmi fid-dikjarazzjoni li takkompanja ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a);
meta ż-żiemel reġistrat ikun se jinġarr fi Stat Membru ieħor, għandu jkollu miegħu ċertifikat tas-saħħa bi qbil mal-Anness III tad-Direttiva 2009/156/KE u d-dokument veterinarju komuni għad-dħul immodifikat li jkun ingħata mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 16(2);
kull kopja stampata tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul ta' qabel trid tingħata lill-awtorità kompetenti biex titħassar jew tiġi rtirata;
iż-żiemel reġistrat għandu joħroġ mill-Unjoni minn post ta' spezzjoni fil-fruntiera indikat fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a) mhux aktar tard minn 89 jum wara d-data tad-dħul fl-Unjoni indikata fid-dokument veterinarju komuni għad-dħul korrispondenti.
2. L-operatur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibqa' hu responsabbli mill-moviment taż-żiemel reġistrat matul id-dħul temporanju fl-Unjoni, u b'mod partikolari għandu jinforma:
lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punti (i) u (iii) tal-Artikolu 16(1)(b) dwar kull bidla li tkun se ssir fil-movimenti mniżżlin fid-dikjarazzjoni li takkompanja ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a);
lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ħruġ dwar id-data ta' meta se jinħareġ mill-Unjoni ż-żiemel reġistrat li jkun iddaħħal b'mod temporanju;
lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punti (i) u (iii) tal-Artikolu 16(1)(b) responsabbli mill-impriża, jekk iż-żiemel reġistrat imut jew jintilef jew ikun hemm xi emerġenza, bħal kundizzjoni tas-saħħa li tkun teħtieġ il-kura medika veterinarja li ddum iktar mid-89 jum tad-dħul temporanju.
Artikolu 18
Id-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja ta' żwiemel reġistrati li jkunu ddaħħlu fl-Unjoni b'mod temporanju
1. Iż-żwiemel reġistrati li jiddaħħlu temporanjament fl-Unjoni jistgħu jiġu awtorizzati għad-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja f'pajjiż terz jew f'parti mit-territorju ta' pajjiż terz li jkun awtorizzat għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati biex dawn jieħdu sehem f'tiġrijiet, f'kompetizzjonijiet jew f'avvenimenti kulturali speċifiċi li għalihom huma stabbiliti l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 20(3), dejjem jekk id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni jsir f'perjodu li hu iqsar minn 90 jum wara li jinħareġ id-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b).
2. Biex tippermetti d-dħul mill-ġdid ta' żiemel reġistrat imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punti (i) u (iii) tal-Artikolu 16(1)(b) li toħroġ iċ-ċertifikat għall-esportazzjoni temporanja għandha:
tapplika l-miżuri previsti fil-punti (a), (b), u fejn japplika (c), tal-Artikolu 16(4);
permezz tat-TRACES tinforma l-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul mill-ġdid ippjanat billi timla l-Parti III tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul;
tagħti kopja stampata ġdida tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b) li jkun fiha l-Parti III miżjuda bi qbil mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu, lill-operatur li jkun identifikat fil-Kaxxa I.7. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul;
tħassar jew tirtira kull kopja stampata tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul li jkun ingħata bi qbil mal-Artikolu 16(1)(c), jew jekk iż-żiemel qabel ikun inġarr fi Stat Membru ieħor, bi qbil mal-Artikolu 16(2)(c).
3. Il-post tal-ispezzjoni tal-fruntiera tad-dħul mill-ġdid għandu:
iżomm l-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(c);
permezz tat-TRACES javża li ddaħħal mill-ġdid iż-żiemel reġistrat:
lill-awtorità kompetenti fil-post tad-destinazzjoni indikat fid-dikjarazzjoni li takkumpanja ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 16(1)(a), jew skont il-modifika li tkun saret bi qbil mal-Artikolu 17(2)(a),
lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ħruġ indikat fid-dikjarazzjoni li takkumpanja ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 16(1)(a), jew skont il-modifika li tkun saret bi qbil mal-Artikolu 17(2)(a), billi jimla l-Kaxxa I.24. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (d).
jitlob lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tivverifika, u fejn hemm bżonn, tikkonferma l-wasla taż-żiemel reġistrat billi timla l-Kaxxa I.6 tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (d).
jagħti kopja stampata lill-operatur ta' dokument veterinarju komuni għad-dħul ġdid, li fih ikun mela l-Kaxxa II.1 b'referenza għan-numru tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul li jkun ingħata qabel, bi qbil mal-Artikolu 16(1)(c), jew, jekk iż-żiemel ikun inġarr qabel fi Stat Membru ieħor, bi qbil mal-Artikolu 16(2)(c), u li fih, il-Kaxxa II.14. tkun imtliet qabel id-data ta' limitu sa meta ż-żiemel irid jinħareġ mill-Unjoni, indikata fid-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b);
iħassar jew jirtira kull kopja stampata tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul li jkun ingħata lill-operatur bi qbil mal-Artikolu 16(1)(c), jew jekk iż-żiemel qabel ikun inġarr fi Stat Membru ieħor, bi qbil mal-Artikolu 16(2)(c).
4. Wara d-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja ta' żiemel reġistrat li jkun iddaħħal temporanjament skont il-paragrafu 1, ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 16 japplikaw għall-perjodu ta' inqas minn 90 jum li jkun fadal wara d-data tal-ħruġ tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b).
Artikolu 19
Il-bidla ta' dħul temporanju fi dħul permanenti u l-mewt jew it-telfa ta' żiemel reġistrat
1. Meta l-operatur, identifikat fil-Kaxxa I.7. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b), jippreżenta applikazzjoni biex ibiddel id-dħul temporanju ta' żiemel reġistrat għal dħul permanenti, lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (i) jew (iii) tal-Artikolu 16(1)(b) jew fl-Artikolu 16(2)(b), Stat Membru jista' jawtorizza dik il-bidla dejjem jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
bi qbil mal-Anness I, l-importazzjoni ta' żwiemel reġistrati tkun awtorizzata mill-pajjiż terz jew minn parti mit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat;
l-awtorità kompetenti responsabbli mill-post ta' residenza temporanja jkun ikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
dik l-awtorità kompetenti tkun wettqet b'riżultati sodisfaċenti l-verifiki meħtieġa tal-konformità mar-rekwiżiti tat-testijiet u t-tilqim għall-importazzjoni ta' żwiemel reġistrati mill-pajjiż terz jew minn parti mit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat, li huma stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness II;
dik l-awtorità kompetenti tkun żgurat li ż-żiemel reġistrat baqa' taħt is-sorveljanza ta' veterinarju uffiċjali f'dak l-Istat Membru sakemm ikunu għaddew tliet xhur mid-data tad-dħul tiegħu fl-Unjoni, indikata fid-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b).
2. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, jew post ta' spezzjoni fil-fruntiera li jkun inħatar biex jaqdi dan il-kompitu mill-Istat Membru għandha:
ittemm id-dħul temporanju fi TRACES billi tagħżel “Bidla għal dħul permanenti” fil-Parti III tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul li jkun li jingħata lill-operatur, skont l-Artikolu 16(1)(c), inkella, jekk diġà kien hemm moviment għal Stat Membru ieħor qabel, skont l-Artikolu 16(2)(c), jew, jekk kien hemm dħul mill-ġdid qabel, wara esportazzjoni temporanja, skont l-Artikolu 18(3)(c);
lill-operatur identifikat fil-Kaxxa I.7 tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b), tagħtih kopja stampata ġdida tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (a), jew dokument veterinarju komuni għad-dħul ġdid, li fih ikun immarkat “Għas-suq intern” fil-Kaxxa I.21;
tħassar jew tirtira kull kopja stampata tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul li jkun ingħata lill-operatur bi qbil mal-Artikolu 16(1)(c), jew jekk iż-żiemel ikun inġarr qabel fi Stat Membru ieħor, bi qbil mal-Artikolu 16(2)(c), jew jekk diġà kien hemm dħul mill-ġdid preċedenti wara esportazzjoni temporanja, bi qbil mal-Artikolu 18(3)(c);
iħassru jew jirtiraw l-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(a).
3. Waqt il-perjodu tal-bidla, l-operatur taż-żiemel reġistrat imsemmi fil-Kaxxa I.7. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul maħruġ skont il-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b) jew skont l-Artikolu 18(3)(b) għandu jieħu l-miżuri li ġejjin:
jirranġa li jsiru u jiġu ddokumentati visti regolari minn veterinarju, li jittestja ż-żiemel reġistrat għas-sinjali kliniċi tal-mard infettiv possibbli;
iżomm ir-rekords tal-movimenti taż-żiemel reġistrat u tal-movimenti tal-ekwidi 'l ġewwa lejn l-impriża fejn qed jinżamm iż-żiemel, jew 'il barra minnha;
ilesti l-proċeduri tad-dwana kollha li hemm imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262;
jagħmel applikazzjoni għall-ħruġ ta' dokument tal-identifikazzjoni jew biex jiġi addattat dokument tal-identifikazzjoni eżistenti, bi qbil mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262.
4. Fil-każ li jmut jew jintilef żiemel reġistrat li jkun iddaħħal temporanjament fl-Unjoni, jekk ikun meħtieġ mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorità kompetenti tal-post fejn ikun miet jew intilef iż-żiemel, b'kollaborazzjoni fil-qrib ma' post ta' spezzjoni fil-fruntiera, għandha:
ittemm id-dħul temporanju fit-TRACES billi timmarka “Mewt/Telf” fil-Parti III tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 16(1)(b) jew fl-Artikolu 18(3)(b);
tħassar jew tirtira kull kopja stampata tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul li jkun ingħata lill-operatur bi qbil mal-Artikolu 16(1)(c), jew jekk iż-żiemel ikun inġarr qabel fi Stat Membru ieħor, bi qbil mal-Artikolu 16(2)(c), inkella, jekk ikun sar dħul mill-ġdid wara esportazzjoni temporanja, bi qbil mal-Artikolu 18(3)(c).
Artikolu 20
Kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara esportazzjoni temporanja biex jieħdu sehem f'tiġrijiet, f'kompetizzjonijiet u f'avvenimenti kulturali
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
iż-żiemel reġistrat ma damx aktar minn 30 jum barra l-Unjoni, sakemm ma jkunx previst speċifikament fil-paragrafu 3;
iż-żiemel reġistrat la kien residenti u lanqas għadda fuq l-art ta' ebda pajjiż terz jew ta' parti mit-territorju ta' pajjiż terz li mhuwiex assenjat fl-istess grupp sanitarju bħall-pajjiż terz jew bħall-parti mit-territorju tal-pajjiż terz fejn ġie ffirmat mill-veterinarju uffiċjali ċ-ċertifikat tas-saħħa bi qbil mat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II;
iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-esportazzjoni temporanja ffirmat mill-veterinarju uffiċjali fl-Istat Membru tal-oriġini, jew kopja awtorizzata tiegħu, jiġu ppreżentati jekk jintalbu mill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni.
2. L-awtorità kompetenti li tiċċertifika żiemel reġistrat għall-esportazzjoni temporanja f'pajjiż terz għandha tiżgura li bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE, sal-punt tal-ħruġ fi Stat Membru ieħor, iż-żiemel reġistrat ikollu miegħu ċertifikat tas-saħħa bi qbil mal-Anness III tad-Direttiva 2009/156/KE.
3. Id-dħul mill-ġdid wara esportazzjoni temporanja li ddum iktar minn 30 jum ta' żwiemel reġistrati li jieħdu sehem f'tiġrijiet, f'kompetizzjonijiet jew f'avvenimenti kulturali speċifiċi huwa soġġett għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jinsabu fil-mudell korrispondenti taċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II għall-avveniment rilevanti.
4. L-operatur identifikat fil-Kaxxa I.7. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul li jkun responsabbli mill-konsenja għandu jiżgura li matul l-esportazzjoni temporanja ż-żiemel reġistrat la kien residenti u lanqas għadda fuq l-art ta' ebda pajjiż terz jew ta' parti mit-territorju ta' pajjiż terz li mhuwiex assenjat fl-istess grupp sanitarju bħall-pajjiż terz jew bħall-parti mit-territorju tal-pajjiż terz fejn ġie ffirmat mill-veterinarju uffiċjali ċ-ċertifikat tas-saħħa bi qbil mat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II.
Artikolu 21
Kundizzjonijiet tas-saħħa speċifiċi għall-importazzjonijiet ta' ekwidi maħsubin għall-qatla
L-operatur ta' konsenja ta' ekwidi għall-qatla, identifikat fil-Kaxxa I.7. tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fl-Artikolu 16(1)(b), għandu jiżgura li wara li jitwettqu l-verifiki fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni, l-annimali:
jew jitwasslu direttament, mingħajr dewmien u mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma' ekwidi bi status ta' saħħa differenti, fil-biċċerija tad-destinazzjoni, fejn għandhom jinqatlu fl-ewwel 72 siegħa wara l-wasla tagħhom fil-biċċerija, jew
jgħaddu minn suq jew ċentru tar-raggruppar approvat wieħed imsemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/156/KE indikat fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3(1)(e) ta' dan ir-Regolament, minn hemm iridu jittieħdu direttament, skont ir-regoli nazzjonali li jiżguraw it-traċċabbiltà, fil-biċċerija biex jinqatlu kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jkunu daħlu fl-Unjoni, mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma' ekwidi bi status ta' saħħa differenti minn tagħhom.
         
         
      
IT-TAQSIMA 8
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' ekwidi u tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' ekwidi akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa mfasslin skont il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa li japplikaw qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament speċifikata fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 24.
Artikolu 23
Tħassir
Tħassru d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 94/699/KE, 95/329/KE, 2003/13/KE, 2004/177/KE, 2004/211/KE, 2010/57/UE u 2010/471/UE.
Kull referenza għal dawk id-Deċiżjonijiet għandha tinftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament.
Artikolu 24
Id-dħul fis-seħħ u l-applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Ottubru 2018.
Madankollu, l-Artikolu 16(1)(b)(iii), l-Artikolu 16(2)(b), (c) u (d), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 16(4)(a) u (b), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 17(1)(d) u l-Artikolu 19(2)(a) għandhom japplikaw mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
         
      
         
      
ANNESS I
         
      
            
         
LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI U PARTIJIET MIT-TERRITORJU TAL-PAJJIŻI TERZI (1) LI MINNHOM HUWA AWTORIZZAT ID-DĦUL FL-UNJONI TA’ KONSENJI TA’ EKWIDI U TAS-SEMEN, L-OVA U L-EMBRIJUNI TAL-EKWIDI
| Kodiċi ISO | Pajjiż terz | Il-kodiċi tal-parti mit-territorju tal-pajjiż terz | Deskrizzjoni tal-parti mit-territorju tal-pajjiż terz | Grupp Sanitarju | Dħul Temporanju | Dħul mill-ġdid | Importazzjonijiet | Importazzjonijiet | Tranżitu | Kundizzjonijiet speċifiċi | |||||
| ŻR | ŻR | ŻR | EQ | ER + ETP | SEMEN | O/E | Ekwidi | 
 | |||||||
| ŻR | ER | ETP | 
 | 
 | 
 | ||||||||||
| 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 
| AE | L-Emirati Għarab Magħquda | AE-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | X | X | 
 | 
| AR | L-Arġentina | AR-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X | 
 | 
| AU | L-Awstralja | AU-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X | 
 | 
| BA | Bożnija-Ħerżegovina | BA-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| BB | Barbados | BB-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| BH | Il-Bahrain | BH-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| BM | Bermuda | BM-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| BO | Il-Bolivja | BO-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| BR | Il-Brażil | BR-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| BR-1 | L-Istati ta’: Paraná u Rio de Janeiro | D | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | ||
| BY | Il-Belarussja | BY-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| CA | Il-Kanada | CA-0 | Il-pajjiż kollu | C | X | X | X | X | X | X | X | X | — | X | 
 | 
| CH | L-Iżvizzerà (2) | CH-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X | 
 | 
| CL | Iċ-Ċilì | CL-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| CN | Iċ-Ċina | CN-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| CN-1 | Iż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fil-Belt ta’ Conghua, fil-Muniċipalità ta’ Guangzhou, fil-Provinċja ta’ Guangdong li tinkludi l-Passaġġ ta’ Bijosigurtà għall-Awtostrada mill-ajruport u lejh fi Guangzhou u f’Hong Kong (ara l-Kaxxa 1 għad-dettalji) | G | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | ||
| CN-2 | Il-post fejn se jsir il-Global Champions Tour fil-parkeġġ tal-Expo 2010 Nru 15 u l-passaġġ għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Shanghai Pudong fil-parti tat-Tramuntana ta’ Pudong New Area u l-parti tal-Lvant tad-Distrett ta’ Minhang taż-żona metropolitana ta’ Shanghai (ara l-Kaxxa 1 għad-dettalji) | G | — | X | — | — | — | — | — | — | — | — | Jekk ikunu ċċertifikati skont il-Kapitolu 1 tat-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II biss | ||
| CR | Il-Costa Rica | CR-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| CR-1 | Iż-żona Metropolitana ta’ San José | D | — | X | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | ||
| CU | Kuba | CU-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| DZ | L-Alġerija | DZ-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| EG | L-Eġittu | EG-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| EG-1 | Iż-Żona Ħielsa mill-Mard Ekwin stabbilita fl-Isptar Veterinarju tal-Forzi Armati Eġizzjani fi Triq El Nasr, faċċata tal-Klabb Al Ahly fil-Kajr, u l-passaġġ tal-awtostrada sal-Ajruport Internazzjonali tal-Kajr (ara l-Kaxxa 2 għad-dettalji) | E | X | — | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | ||
| FK | Il-Gżejjer Falkland | FK-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | — | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| GL | Greenland | GL-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| HK | Hong Kong | HK-0 | Il-pajjiż kollu | G | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| IL | Iżrael (3) | IL-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | X | X | — | —- | X | 
 | 
| IS | L-Iżlanda(4) | IS-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | X | X | X | X | X | —- | X | 
 | 
| JM | Il-Ġamajka | JM-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| JO | Il-Ġordan | JO-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| JP | Il-Ġappun | JP-0 | Il-pajjiż kollu | G | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| KG | Il-Kirgiżistan | KG-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| KG-1 | Ir-reġjun ta’ Issyk-Kul | B | — | — | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | ||
| KR | Ir-Repubblika tal-Korea | KR-0 | Il-pajjiż kollu | G | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| KW | Il-Kuwajt | KW-0 | Il-pajjiż kollu | E | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| LB | Il-Libanu | LB-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| MA | Il-Marokk | MA-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | X | X | X | — | X | 
 | 
| ME | Il-Montenegro | ME-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| MK | Il-Maċedonja ta’ Fuq | MK-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| MO | Il-Macao | MO-0 | Il-pajjiż kollu | G | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| MY | Il-Malasja | MY-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| MY-1 | Il-Peniżola | G | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | ||
| MU | Mauritius | MU-0 | Il-pajjiż kollu | E | — | — | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| MX | il-Messiku | MX-0 | Il-pajjiż kollu | C | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| MX-1 | Iż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku | C | — | X | — | — | — | — | — | — | — | — | Jekk ikunu ċċertifikati skont il-Kapitolu 1 tat-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II biss | ||
| MX-2 | Il-pajjiż kollu minbarra l-Istati ta’ Chiapas, Oaxaca, Tabasco, Campeche, Yucatan, Quintana Roo, Veracruz u Tamaulipas | C | X | X | X | — | X | — | — | — | — | — | 
 | ||
| NZ | New Zealand | NZ-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| OM | L-Oman | OM-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| PE | Il-Perù | PE-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| PE-1 | Ir-reġjun ta’ Lima | D | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | ||
| PM | Saint Pierre u Miquelon | PM-0 | Il-pajjiż kollu | A | — | — | X | — | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| PY | Il-Paragwaj | PY-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| QA | Il-Qatar | QA-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | X | 
 | 
| RS | Is-Serbja (5) | RS-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| RU | ir-Russja | RU-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| RU-1 | Il-provinċji ta’ Kaliningrad, Arkhangelsk, Vologda, Murmansk, Leningrad, Novgorod, Pskov, Briansk, Vladimir, Ivanovo, Tver, Kaluga, Kostroma, Moskva, Orjol, Riasan, Smolensk, Tula, Jaroslavl, Nijninovgorod, Kirov, Belgorod, Voronesh, Kursk, Lipezk, Tambov, Astrahan, Volgograd, Penza, Saratov, Uljanovsk, Rostov, Orenburg, Perm u Kurgan | B | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | ||
| RU-2 | Ir-reġjuni ta’ Stavropol u Krasnodar | B | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | ||
| RU-3 | Ir-Repubbliki ta’ Karelia, Marij-El, Mordovia, Chuvachia, Kalmykia, Tatarstan, Dagestan, Kabardino-Balkaria, Severnaya Osetia, Ingushetia u Karachaevo-Cherkesia | B | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | ||
| SA | L-Arabja Sawdija | SA-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| SA-1 | Il-pajjiż kollu minbarra l-SA-2 | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | X | 
 | ||
| SA-2 | Iż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza fil-provinċji ta’ Jizan, Asir u Najran, kif deskritt fil-Kaxxa 3 | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | ||
| Grupp Sanitarju | Singapore | SG-0 | Il-pajjiż kollu | G | X | X | X | — | — | — | — | — | — | X | 
 | 
| TH | it-Tajlandja | TH-0 | Il-pajjiż kollu | G | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| TN | It-Tuneżija | TN-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | — | — | — | — | X | 
 | 
| TR | it-Turkija | TR-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| TR-1 | Il-provinċji ta’ Ankara, Edirne, Istanbul, Izmir, Kirklareli u Tekirdag | E | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | ||
| UA | l-Ukrajna | UA-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | — | X | 
 | 
| US | L-Istati Uniti tal-Amerka | US-0 | Il-pajjiż kollu | C | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X | 
 | 
| UY | L-Urugwaj | UY-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | X | X | X | X | X | — | X | 
 | 
| ZA | L-Afrika t’Isfel | ZA-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | 
 | 
| ZA-1 | Iż-żona metropolitana ta’ Cape Town (ara l-Kaxxa 4 għad-dettalji) | F | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/698/KE | ||
| (1) Fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni uffiċjali bi qbil mal-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 2009/156/KE. (2) Mingħajr preġudizzju għal ċerti rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni u tal-kontroll previsti fid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1). (3) Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li ilhom taħt l-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent. (4) Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni previsti fl-Artikolu 17 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3). (5) (5)Kif hemm iddefinit fl-Artikolu 135 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p.16). | |||||||||||||||
DIDASKALIJA TAL-ANNESS I:
         
      
            
         
| Annimal/Prodott | Kategoriji/kundizzjonijiet | 
| ŻR | Żwiemel reġistrati kif iddefinit fl-Artikolu 2(c) ta' dan ir-Regolament. | 
| EQ | Ekwidi għall-Qatla kif iddefinit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2009/156/KE. | 
| ER | Ekwidi Reġistrati kif iddefinit fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2009/156/KE. | 
| ETP | Ekwidi għat-Tgħammir u l-Produzzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2009/156/KE. | 
| SEMEN | Semen tal-ispeċi ekwina miġbur bi qbil mal-Artikolu 17(2)(b)(ii) tad-Direttiva 92/65/KEE. | 
| O/E | Ova/Embrijuni tal-ispeċi ekwina miġbura jew prodotti bi qbil mal-Artikolu 17(2)(b)(ii) tad-Direttiva 92/65/KEE. | 
         
      
            
         
| Kolonni | Informazzjoni/Deskrizzjoni tal-komodità | Iċ-Ċertifikat tas-Saħħa Meħtieġ | 
| 1-4 | Deskrizzjoni tat-territorju | Ma japplikax | 
| 5 | Il-Grupp Sanitarju | Ma japplikax | 
| 6 | Id-dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati | It-Taqsima A tal-Parti 1 tal-ANNESS II | 
| 7 | Id-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara esportazzjoni temporanja biex jieħdu sehem f'tiġrijiet, f'kompetizzjonijiet u f'avvenimenti kulturali | It-Taqsima A tal-Parti 2 tal-ANNESS II Il-Kapitolu 1 fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-ANNESS II Il-Kapitolu 2 fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-ANNESS II | 
| 8 | L-importazzjoni ta' żwiemel reġistrati | It-Taqsima A tal-Parti 3 tal-ANNESS II | 
| 9 | L-importazzjoni ta' ekwidi għall-qatla | It-Taqsima B tal-Parti 3 tal-ANNESS II | 
| 10 | L-importazzjoni ta' ekwidi reġistrati jew ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni | It-Taqsima A tal-Parti 3 tal-ANNESS II | 
| 11 | L-importazzjoni ta' semen li jinġabar minn żwiemel reġistrati | It-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima C tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima D tal-Parti 1 tal-Anness III | 
| 12 | L-importazzjoni ta' semen li jinġabar minn ekwidi reġistrati | It-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima C tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima D tal-Parti 1 tal-Anness III | 
| 13 | L-importazzjoni ta' semen li jinġabar minn ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni | It-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima C tal-Parti 1 tal-Anness III It-Taqsima D tal-Parti 1 tal-Anness III | 
| 14 | L-importazzjoni ta' ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina | It-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness III It-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness III | 
| 15 | Ekwidi fi tranżitu | It-Taqsima B tal-Parti 1 tal-ANNESS II | 
| 16 | Referenza għal kundizzjonijiet speċifiċi jew għal garanziji addizzjonali | Ma japplikax | 
Kaxxi
| X | Dħul awtorizzat | 
| — | Dħul mhux awtorizzat | 
Il-Gruppi Sanitarji
         
      
            
         
| Il-Grupp Sanitarju | Garanziji tas-saħħa tal-annimali speċifiċi meħtieġa għad-dħul tal-ekwidi fl-Unjoni | 
| A | l-anemija infettiva ekwina, l-arterite virali ekwina | 
| B | l-anemija infettiva ekwina, l-arterite virali ekwina, il-glanders, id-durina | 
| C | l-anemija infettiva ekwina, l-arterite virali ekwina, l-enċefalomijelite ekwina tal-Lvant u tal-Punent, l-istomatite vexxikulari | 
| D | l-anemija infettiva ekwina, l-arterite virali ekwina, il-glanders, id-durina, l-enċefalomijelite ekwina tal-Lvant u tal-Punent, l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, l-istomatite vexxikulari | 
| E | l-anemija infettiva ekwina, l-arterite virali ekwina, il-glanders, id-durina, il-marda Afrikana taż-żwiemel | 
| F | l-anemija infettiva ekwina, id-durina, il-marda Afrikana taż-żwiemel | 
| G | l-anemija infettiva ekwina, l-arterite virali ekwina, il-glanders, id-durina, l-enċefalite Ġappuniża | 
         
      
            
         
| IL-KAXXA 1 | |||
| CN | Iċ-Ċina | CN-1. | Iż-żona speċifika ħielsa mill-mard ekwin fil-Provinċja ta' Guangdong bid-delimitazzjoni li ġejja: Iż-żona ċentrali: is-sit ekwestru fil-Villaġġ ta' Reshui, Lingkou tal-Belt ta' Conghua u ż-żona tal-madwar li qiegħda f'radjus ta' ħames kilometri kkontrollata mill-post ta' kontroll tat-triq fl-Awtostrada Statali 105; Iż-żona ta' sorveljanza: id-diviżjonijiet amministrattivi kollha fil-Belt ta' Conghua madwar iż-żona ċentrali li jkopru erja ta' 2 009 kilometru2;Iż-żona ta' protezzjoni: il-fruntieri ta' barra tad-diviżjonijiet amministrattivi kontigwi li ġejjin li jdawru ż-żona ta' sorveljanza: — id-Distrett ta' Baiyun, id-Distrett ta' Luogang tal-Belt Conghua, — id-Distrett ta' Huadu tal-Belt Guangzhou, — il-Belt Zengcheng, — id-diviżjonijiet amministrattivi fid-Distrett ta' Qingcheng tal-Belt Qingyuan, — il-Kontea ta' Fogang, — il-Kontea ta' Xinfeng, — il-Kontea ta' Longmen Il-passaġġ bijosikur tal-awtostrada: Kwarantina ta' qabel id-dħul: il-faċilitajiet ta' kwarantina fiż-żona protetta magħżula mill-awtorità kompetenti għall-preparazzjoni ta' ekwidi minn partijiet oħra taċ-Ċina għad-dħul fiż-żona ħielsa mill-mard. | 
| CN | Iċ-Ċina | CN-2 | Id-delimitazzjoni taż-żona fiż-żona metropolitana ta' Shanghai: Il-fruntiera tal-Punent: Ix-xmara Huangpu mill-estwarju tagħha fit-Tramuntana sa fejn tinqasam fi tnejn ix-xmara Dazhi, Il-fruntiera tan-Nofsinhar: minn fejn tinqasam ix-xmara Huangpu sal-estwarju tax-xmara Dazhi fil-Lvant, Il-fruntieri tat-Tramuntana u tal-Lvant: il-linja tal-kosta. | 
         
      
            
         
| IL-KAXXA 2 | |||
| EG | L-Eġittu | EG-1 | Iż-Żona Ħielsa mill-Mard Ekwin (EDFZ) li hija daqs madwar 0,1 kilometri kwadri, stabbilita madwar l-Isptar Veterinarju tal-Forzi Armati Eġizzjani fi Triq El-Nasr, faċċata tal-Klabb Al Ahly, fil-periferija tal-Lvant tal-Kajr, (lokalizzata fil-pożizzjoni 30°04′19,6″N 31°21′16,5″E) u l-passaġġ ta' 10 kilometri fit-Triq El-Nasr u Triq l-Ajruport sal-Ajruport Internazzjonali tal-Kajr. (a) Id-delineazzjoni tal-fruntieri tal-EDFZ: Mill-intersezzjoni ta' Triq El-Nasr ma' Triq El-Shaheed Ibrahim El-Shaikh (fil-pożizzjoni 30°04′13,6″N 31°21′04,3″E) tul Triq El-Shaheed Ibrahim El-Shaikh għal madwar 500 m lejn it-Tramuntana sal-ewwel intersezzjoni mal-Passaġġ Ġewwa l-Forzi Armati, iddur fuq il-lemin u ssegwi l-Passaġġ għal madwar 100 m lejn il-Lvant, iddur mill-ġdid fuq il-lemin u ssegwi l-Passaġġ għal 150 m lejn in-Nofsinhar, iddur fuq ix-xellug u ssegwi l-Passaġġ għal 300 m lejn il-Lvant, iddur fuq il-lemin u ssegwi l-Passaġġ għal 100 m lejn in-Nofsinhar sa Triq El-Nasr, iddur fuq il-lemin u ssegwi Triq El-Nasr għal 300 m lejn il-Lbiċ sakemm tiġi faċċata tal-intersezzjoni ta' Triq El-Nasr ma' Triq Hassan Ma'moon, iddur fuq il-lemin u ssegwi l-Passaġġ għal 100 m lejn it-Tramuntana, iddur fuq ix-xellug u ssegwi l-Passaġġ għal 120 m lejn il-Punent, iddur fuq ix-xellug u ssegwi l-Passaġġ għal 200 m lejn in-Nofsinhar, iddur fuq il-lemin u ssegwi Triq El-Nasr għal 100 m lejn il-Punent sal-intersezzjoni ta' Triq El-Nasr ma' Triq El-Shaheed Ibrahim El-Shaikh. (b) Id-delineazzjoni tal-fruntiera taż-żona tal-kwarantina ta' qabel l-esportazzjoni fl-EDFZ: Mill-punt faċċata tal-intersezzjoni ta' Triq El-Nasr ma' Triq Hassan Ma'moon, issegwi l-Passaġġ għal 100 m lejn it-Tramuntana, iddur fuq il-lemin u ssegwi l-Passaġġ għal 250 m lejn il-Lvant, iddur fuq il-lemin u ssegwi l-Passaġġ għal 50 m lejn in-Nofsinhar sat-Triq El-Nasr, iddur fuq il-lemin u ssegwi Triq El-Nasr għal 300 m lejn il-Lbiċ sakemm tasal faċċata tal-intersezzjoni ta' Triq El-Nasr ma' Triq Hassan Ma'moon. | 
         
      
            
         
| IL-KAXXA 3 | |||
| SA | L-Arabja Sawdija | SA-1 | Stazzjonijiet tal-Kwarantina Approvati: 1. L-Ajruport ta' Riyadh 2. Il-Korsa tat-Tiġrijiet Re Abdulaziz (Janadrijah) | 
| 
 | 
 | SA-2. | Id-delimitazzjoni taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont il-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/156/KE: 1. Il-Provinċja ta' Jizan — Iż-żona ta' protezzjoni: il-provinċja kollha, minbarra l-parti fit-Tramuntana tal-post tal-kontroll tat-triq f'Ash Shuqaiq fit-triq Nru 5 u fit-Tramuntana tat-triq Nru 10; — Iż-żona ta' sorveljanza: il-parti tal-provinċja fit-Tramuntana tal-post tal-kontroll tat-triq f'Ash Shuqaiq fi triq Nru 5, ikkontrollata mill-post tal-kontroll tat-triq f'Al Qahmah, u fit-Tramuntana tat-triq Nru 10. 2. Il-Provinċja ta' Asir — Iż-żona ta' protezzjoni: il-parti tal-provinċja ddelinjata fit-Tramuntana tagħha mit-triq Nru 10, bejn Ad Darb, Abha u Khamis-Mushayt, minbarra l-klabbs ekwestri fil-bażijiet militari u tal-ajru, u l-parti tal-provinċja ddelinjata fit-Tramuntana mit-triq Nru 15 li twassal minn Khamis-Mushayt, u tgħaddi minn Jarash, minn Al Utfah u minn Dhahran Al Janoub, sal-fruntiera mal-provinċja ta' Najran, u l-parti tal-provinċja ddelinjata fin-naħa tat-Tramuntana mit-triq li tgħaddi minn Al Fayd u twassal minn Al Utfah sa Badr Al Janoub (fil-provinċja ta' Najran); — Iż-żona ta' sorveljanza: il-klabbs ekwestri fil-bażijiet militari u tal-ajru, il-parti tal-provinċja bejn it-tarf taż-żona ta' protezzjoni u t-triq Nru 209 bejn Ash-Shuqaiq u l-post tal-kontroll tat-triq Muhayil fit-triq Nru 211, il-parti tal-provinċja bejn il-post tal-kontroll fit-triq Nru 10 fin-Nofsinhar ta'Abha, il-belt ta' Abha u l-post tal-kontroll tat-triq Ballasmer, 65 kilometru bogħod minn Abha fit-triq Nru 15 li twassal fid-direzzjoni tat-Tramuntana, il-parti tal-provinċja bejn Khamis-Mushayt u l-post tal-kontroll tat-triq li jinsab 90 kilometru minn Abha fit-triq Nru 255 lejn Samakh, u l-post tal-kontroll tat-triq f'Yarah, 90 kilometru minn Abha fit-triq Nru 10 li twassal għal Riyadh, u l-parti tal-provinċja fin-Nofsinhar ta' linja virtwali bejn il-post tal-kontroll tat-triq f'Yarah, fit-triq Nru 10 u Khashm-Ghurab fit-triq Nru 177 sal-fruntiera tal-provinċja ta' Najran. 3. Il-Provinċja ta' Najran — Iż-żona ta' protezzjoni: il-parti tal-provinċja ddelinjata mit-triq li tagħti minn Al Utfah (fil-provinċja ta' Asir) sa Badr Al Janoub u għal As Sebt, u minn As Sebt tul Wadi Habunah sal-intersezzjoni mat-triq Nru 177 bejn Najran u Riyadh fit-Tramuntana u minn din l-intersezzjoni, iddelinjata mit-triq Nru 177 lejn in-Nofsinhar sal-intersezzjoni mat-triq Nru 15 bejn Najran u Sharourah, u l-parti tal-provinċja fin-Nofsinhar tat-triq Nru 15 bejn Najran u Sharourah u l-fruntiera mal-Jemen. — Iż-żona ta' sorveljanza: il-parti tal-provinċja fin-Nofsinhar tal-linja bejn il-post tal-kontroll tat-triq f'Yarah fit-triq Nru 10 u Khashm-Ghurab fit-triq Nru 177 mill-fruntiera tal-provinċja ta' Najran sal-post tal-kontroll tat-triq f'Khashm-Ghurab, 80 kilometru minn Najran, u fil-Punent tat-triq Nru 175 li twassal sa Sharourah. | 
         
      
            
         
| IL-KAXXA 4 | |||
| ZA | L-Afrika t'Isfel | ZA-1 | Stazzjonijiet tal-Kwarantina Approvati: 1. L-Istazzjon tal-Kwarantina Kenilworth Id-delimitazzjoni taż-żona Metropolitana ta' Cape Town (ZA-1): Il-fruntieratat-Tramuntana: Blaauwberg Road (M14); Il-fruntiera tal-Lvant: Koeberg Road (M14), Plattekloof Road (M14), l-awtostrada N7 Highway, l-awtostrada N1 u l-awtostrada M5, Il-fruntiera tan-Nofsinhar: Ottery Road, Prince George's Drive, Wetton Road, Riverstone Road, Tennant Road, Newlands Drive, Paradise Road, Union Drive, Rhodes Drive sal-Istazzjon tal-Forestrija Newslands u taqsam l-Echo Gorge ta' Table Mountain sa Camps Bay; Il-fruntiera tal-Punent: Il-linja tal-kosta minn Camps Bay sa Blaauwberg Road. | 
         
      
         
      
ANNESS II
MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA U MUDELLI TAD-DIKJARAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA' EKWIDI ĦAJJIN
PARTI 1
Dħul temporanju u tranżitu
It-taqsima A
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati fl-Unjoni għal perjodu ta’ inqas minn 90 jum
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
It-taqsima B
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu ta’ ekwidi ħajjin minn ġol-Unjoni minn pajjiż terz jew minn parti mit-territorju ta’ pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor jew għal parti oħra mit-territorju tal-istess pajjiż terz
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
PARTI 2
Dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja
It-taqsima A
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' żwiemel irreġistrati għat-tiġrijiet, għall-kompetizzjonijiet, u għall-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja ta' mhux aktar minn 30 jum
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
It-taqsima B
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni li japplikaw għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' żwiemel reġistrati li jkunu ġew esportati temporanjament biex jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet jew f'tiġrijiet speċifiċi
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni li japplikaw għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati għall-kompetizzjonijiet wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum biex jipparteċipaw f’avvenimenti ekwestri organizzati taħt il-patroċinju tal-Fédération Equestre Internationale (FEI)
(Avveniment ta’ ttestjar bi tħejija għal-Logħob Olimpiku, għal-Logħob Olimpiku Paraolimpijadu, tal-Kompetizzjoni Ekwestri Dinjija/il-Kampjonat Dinji, tal-Kompetizzjoni Ekwestri Asjatika, tal-Kompetizzjonijiet Ekwestri Amerikani (fosthom il-Kompetizzjoni Pan Amerikana, il-Kompetizzjoni tal-Amerka t’Isfel, il-Kompetizzjoni tal-Amerka Ċentrali, u l-Kompetizzjoni tal-Karibew), l-Endurance World Cup fl-Emirati Għarab Magħquda, l-LG Global Champions Tour, l- International Show Jumping League tal-Emirati Għarab Magħquda)
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni li japplikaw għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrijijiet wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum biex jipparteċipaw f'avvenimenti tat-tiġrija organizzati fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerka, f'Hong Kong, fil-Ġappun, f'Singapore fl-Emirati Arab Magħquda jew fil-Qatar
(Laqgħat tal-International Group/Grade, il-Japan Cup, il-Melbourne Cup, id-Dubai Racing World-Cup, il-Hong Kong International Races)
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
PARTI 3
Importazzjonijiet
It-taqsima A
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għall-importazzjoni individwali fl-Unjoni ta’ żiemel reġistrat, annimal ekwin reġistrat, jew annimal ekwin għat-tgħammir u l-produzzjoni
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
It-taqsima B
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ konsenja ta’ ekwidi domestiċi għall-qatla
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
PARTI 4
Noti ta' spjegazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni
          
      
         
      
         
      
ANNESS III
MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA' SEMEN, OVA U EMBRIJUNI TAL-EKWIDI
PARTI 1
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' semen
Taqsima A
MUDELL 1 – Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal importazzjonijiet ta' konsenji tas-semen tal-ekwidi miġbura bi qbil mad-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta' Settembru 2014 u mibgħuta minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
Taqsima B
MUDELL 2 – Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' konsenji ta' stokkijiet tas-semen tal-ekwidi miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u qabel l-1 ta' Ottubru 2014 u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-post tal-oriġini tas-semen
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
          
      
Taqsima C
MUDELL 3 - Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' konsenji ta' stokkijiet tas-semen tal-ekwidi miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE qabel l-1 ta' Settembru 2010 li ntbagħtu wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-post tal-oriġini tas-semen
          
      
          
      
          
      
          
      
Sezzjoni D
MUDELL 4 - Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni ta' konsenji tas-semen tal-ekwidi miġbura, ipproċessati u maħżuna bi qbil mad-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta' Settembru 2014, u ta' konsenji ta' stokkijiet ta' semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna bi qbil mad-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u qabel l-1 ta' Ottubru 2014 jew qabel l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn ċentru tal-ħżin tas-semen approvat
          
      
          
      
          
      
PARTI 2
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' ova u embrijuni
Taqsima A
MUDELL 1 - Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni ta' konsenji ta' ova u embrijuni tal-ekwidi miġbura jew prodotti bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara t-30 ta' Settembru 2014 u mibgħuta minn tim approvat għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni tal-post tal-oriġini tal-ova jew tal-embrijuni
          
      
Taqsima B
MUDELL 2 - Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' konsenji ta' stokkijiet ta' ova u embrijuni tal-ekwidi miġbura, ipproċessati u maħżuna bi qbil mad-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u qabel l-1 ta' Ottubru 2014 u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn tim approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta' embrijuni fil-post tal-oriġini tal-ova jew tal-embrijuni
          
      
PARTI 3
Noti ta' spjegazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni
          
      
         
      
         
      
ANNESS IV
IL-KATEGORIJI TAL-EKWIDI MASKILI LI JAPPLIKAW GĦALIHOM IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-ARTERITE VIRALI EKWINA SKONT L-ARTIKOLU 15(b)(ii) TAD-DIRETTIVA 2009/156/KE
1. Ir-rekwiżit marbut mal-arterite virali ekwina stabbilit fl-Artikolu 15(b)(ii) tad-Direttiva 2009/156/KE għandu japplika għall-ekwidi maskili mhux ikkastrati, minbarra:
l-ekwidi li jkunu tlaqqmu kontra l-arterite virali ekwina taħt sorveljanza uffiċjali b'vaċċin li jkun approvat mill-awtorità kompetenti bi qbil ma' wieħed mill-protokolli li ġejjin:
l-ekwidi għandhom jitlaqqmu waqt perjodu ta' iżolament ta' mill-inqas 28 jum wara li jkunu ġew ittestjati b'test ta' seronewtralizzazzjoni għall-arterite virali ekwina li jkun twettaq b'dilwizzjoni tas-serum bi proporzjon ta' 1 f'kull 4 fuq kampjun tad-demm li jkun ittieħed mhux iżjed minn 7 ijiem wara li jkun beda l-perjodu tal-iżolament u li jkun ta riżultat negattiv, jew b'test ta' iżolament virali li jkun sar fuq alikwota tas-semen kollu li jkun inġabar mhux iżjed minn 7 ijiem wara li jkun beda l-perjodu tal-iżolament u li jkun ta riżultat negattiv, u nżammu separati minn ekwidi oħrajn għal 21 jum wara t-tilqim;
[l-ekwidi għandhom jitlaqqmu fl-età ta' bejn 180 jum u 270 jum, wara li jkunu ġew issoġġettati għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina li jkun sar b'dilwizzjoni tas-serum ta' 1 f'kull 4, b'riżultat negattiv, jew li jkun sar b'titri stabbli jew li kienu qed jitnaqqsu, fuq żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas 14-il jum bejniethom. L-ekwidi għandhom jinżammu separati minn ekwidi oħrajn sa 21 jum wara t-tilqim.
l-ekwidi ta' età ta' inqas minn 180 jum;
l-ekwidi għall-qtil li jintbagħtu direttament f'biċċerija.
2. It-test għandu jitwettaq u jiġi ċċertifikat, u r-riżultat u t-tilqima għandhom jiġu ċċertifikati taħt is-sorveljanza ta' veterinarju uffiċjali. It-tilqim għandu jittenna b'intervalli regolari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
In-numri tal-lott tal-vaċċin approvat, id-dettalji tat-tilqim u tat-tilqim mill-ġdid, u r-riżultati tat-testijiet seroloġiċi jew ta' identifikazzjoni tal-aġent għandhom jiġu ddokumentati, meta jkun disponibbli, fid-dokument ta' identifikazzjoni (il-passaport), u jkunu disponibbli għall-iskop taċ-ċertifikazzjoni.
3. It-tgħammir b'test kif deskritt fil-punt 4(a) tal-Artikolu 12.9.2. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali huwa meqjus li hu ekwivalenti għat-test ta' iżolament virali msemmi fil-punt 1(a)(i) biex jagħti provi li ma hemmx arterite virali ekwina fis-semen.
         
      
         
      
ANNESS V
MUDELLI TAD-DIKJARAZZJONIJIET
PARTI 1
Dikjarazzjoni tal-Kaptan tal-ajruplan
          
      
PARTI 2
Dikjarazzjoni tal-Kaptan tal-bastiment
          
      
PARTI 3
Mudell tal-Manifest tat-Trasbord
          
      
         
      
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta' kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19).