02017D2074 — MT — 14.11.2023 — 012.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2074 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295 14.11.2017, p. 60) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 16I |
14 |
22.1.2018 |
||
L 160I |
12 |
25.6.2018 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1656 tas-6 ta' Novembru 2018 |
L 276 |
10 |
7.11.2018 |
|
L 183 |
9 |
9.7.2019 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1596 tas-26 ta' Settembru 2019 |
L 248 |
74 |
27.9.2019 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1893 tal-11 ta’ Novembru 2019 |
L 291 |
42 |
12.11.2019 |
|
L 205I |
6 |
29.6.2020 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1700 tat-12 ta’ Novembru 2020 |
L 381 |
24 |
13.11.2020 |
|
L 60I |
9 |
22.2.2021 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1965 tal-11 ta’ Novembru 2021 |
L 400 |
148 |
12.11.2021 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2201 tal-10 ta’ Novembru 2022 |
L 292 |
61 |
11.11.2022 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2498 tal-10 ta’ Novembru 2023 |
L |
1 |
13.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2074
tat-13 ta' Novembru 2017
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
KAPITOLU I
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI
Artikolu 1
Għandu jkun ipprojbit:
li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għalihom direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;
li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat jew għall-provvista ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela.
Artikolu 2
Il-projbizzjoni fl-Artikolu 1 ma għandhiex tapplika għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel it-13 ta' Novembru 2017 jew għal kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, sakemm dawn ikunu konformi mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK ( 1 ), b'mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tagħha, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jfittxu jwettqu l-kuntratt ikunu nnotifikaw il-kuntratt lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti fi żmien ħames ġranet ta' xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Għandu jkun ipprojbit:
li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' tali tagħmir direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;
li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali tagħmir jew għall-provvista ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;
Artikolu 4
L-Artikoli 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għal:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali jew ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jew tal-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali, jew ta' materjal maħsub għal operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tan-NU jew tal-Unjoni jew ta' organizzazzjonijiet reġjonali jew subreġjonali;
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal użat f'operazzjonijiet tat-tneħħija tal-mini;
il-manutenzjoni ta' tagħmir mhux letali li jista' jintuża mill-forza navali u mill-gwardja tal-kosta tal-Venezwela li jkun maħsub biss għall-protezzjoni tal-fruntiera, l-istabbiltà reġjonali u l-interċettazzjoni ta' narkotiċi;
il-provvista ta' finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir jew materjal imsemmija fil-punti (a), (b) u (c);
il-provvista ta' assistenza teknika relatati mat-tagħmir jew materjal imsemmija fil-punti (a), (b) u (c),
bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 5
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu, fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.
KAPITOLU II
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta':
persuni fiżiċi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela; jew
persuni fiżiċi li l-azzjonijiet, politiki jew attivitajiet tagħhom b'mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela;
kif elenkati fl-Anness I.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa' min-NU jew taħt l-awspiċi tagħha; jew
taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew
taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
KAPITOLU III
IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI
Artikolu 7
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom b'mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela,
kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
neċessarji biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew II u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inkluż pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;
ser jitħallsu f'kont jew jinħarġu minnu ta' missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti huma maħsubin biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 jew 2 ikunu ġew elenkati fl-Anness I jew II, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I jew II; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data meta dawk il-kontijiet ikunu saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3; jew
pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,
dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagament ieħor jibqa' soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1 jew 2.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 8
Artikolu 9
Artikolu 9a
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
ir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija ta’ emendi u għall-emendar tal-Annessi I u II;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija ta’ emendi għall-Annessi I u II.
Artikolu 10
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 11
Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew xi pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jeGw pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I jew II;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.
Artikolu 12
Sabiex l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jkun kemm jista' jkun qawwi, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 13
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-14 ta’ Mejju 2024.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Artikolu 14
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS I
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 6(1) u 7(1)
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Néstor Luis REVEROL TORRES |
Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1964 Sess: raġel |
Ministru għall-Enerġija Elettrika minn Ottubru 2020, Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku minn April 2019. Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016 sa Ottubru 2020. Ġeneral fil-Kap tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana minn Awwissu 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura ta’ priġunieri (politiċi), u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż il-projbizzjoni u r-repressjoni ta’ dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu. |
22.1.2018 |
2. |
Gustavo Enrique GONZÁLEZ LÓPEZ |
Data tat-twelid: 2 ta’ Novembru 1960 Sess: raġel |
Maħtur mill-ġdid Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN) fit-30 ta’ April 2019. Konsulent dwar is-Sigurtà u l-Intelligence tal-President Maduro minn Jannar 2019 u Direttur Ġenerali ta’ SEBIN minn Frar 2014 sa Ottubru 2018. Matul iż-żminijiet li serva bħala direttur ta’ SEBIN, uffiċjali taħt l-awtorità aħħarija tiegħu wettqu atti ta’ detenzjoni arbitrarja, tortura u trattament krudili u inuman, inkluż vjolenza sesswali, fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ El Helicoide. Bħala Direttur Ġenerali ta’ SEBIN, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem inkluż detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, u tortura u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
▼M12 ————— |
||||
4. |
Antonio José BENAVIDES TORRES |
Data tat-twelid: 13 ta’ Ġunju 1961 Sess: raġel |
Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament. Kap tal-Gvern tad-Distrett Kapitali (Distrito Capital) sa Jannar 2018. Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sal-21 ta’ Ġunju 2017. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż li l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana tmexxi fis-sorveljanza ta’ dimostrazzjonijiet ċivili u l-promozzjoni pubblika biex il-qrati militari jkollhom ġuriżdizzjoni fuq il-persuni ċivili, dgħajfu l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
5. |
Maikel José MORENO PÉREZ |
Data tat-twelid: 12 ta' Diċembru 1965 Sess: raġel |
Imħallef tal-Awla tal-Appell Kriminali tal-Qorti Suprema tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Eks President u eks Viċi President tal-Qorti Suprema. F'dawk ir-rwoli, huwa appoġġa u ffaċilita l-azzjonijiet u l-politiki tal-Gvern li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa responsabbli għal azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li użurpaw l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali, inklużi l-ħatra tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) f'Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni tat-tmexxija ta' tliet partiti tal-oppożizzjoni f'Ġunju u Lulju 2020. |
22.1.2018 |
6. |
Tarek William SAAB HALABI |
Data tat-twelid: 10 ta’ Settembru 1963 Post tat-twelid: El Tigre, Stat ta’ Anzoátegui, Venezwela Sess: raġel |
Avukat Ġenerali tal-Venezwela maħtur mill-Assemblea Kostitwenti. F’dan ir-rwol, u fir-rwoli preċedenti bħala Ombudsman u President tal-Kunsill Morali Repubblikan, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela billi pubblikament appoġġa azzjonijiet kontra avversarji tal-gvern tal-Venezwela u l-irtirar ta’ kompetenzi mill-Assemblea Nazzjonali. |
22.1.2018 |
7. |
Diosdado CABELLO RONDÓN |
Data tat-twelid: 15 ta’ April 1963 Sess: raġel |
Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament, eks President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut fid-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, inkluż bl-użu tal-media biex tattakka u thedded pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili u l-għoti ta’ ordnijiet biex jinżammu individwi, inkluż lis-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). |
22.1.2018 |
8. |
Tareck Zaidan EL-AISSAMI MADDAH |
Data tat-twelid: 12 ta’ Novembru 1974 Sess: raġel |
Eks Viċi President tal-Ekonomija u eks Ministru għall-Enerġija Popolari taż-Żejt kif ukoll l-Industrija u l-Produzzjoni Nazzjonali. Bħala l-eks Viċi President tal-Venezwela b’sorveljanza tad-direzzjoni tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN), Tareck El-Aissami huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-organizzazzjoni, inkluż detenzjonijiet arbitrarji, investigazzjonijiet motivati politikament, trattament inuman u degradanti, u tortura. Huwa wkoll responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluża l-projbizzjoni ta’ dimostrazzjonijiet pubbliċi, u t-tmexxija tal-“kmand anti-coup” tal-President Maduro li kellu fil-mira s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
25.6.2018 |
9. |
Sergio José RIVERO MARCANO |
Data tat-twelid: 8 ta’ Novembru 1964 Sess: raġel |
Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani (FANB), Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sas-16 ta’ Jannar 2018. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva, u d-detenzjoni arbitrarja u l-abbuż ta’ membri tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż l-assalt mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana ta’ membri tal-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar l-elezzjonijiet frodulenti għall-Assemblea Kostitwenti li hija illeġittima, dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
25.6.2018 |
10. |
Jesús Rafael SUÁREZ CHOURIO |
Data tat-twelid: 19 ta’ Lulju 1962 Sess: raġel |
President tal-Kumitat tad-Difiża u s-Sigurtà tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament minn Jannar 2021. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati (bejn Lulju 2019 u Settembru 2020). Eks Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela (sa Lulju 2019). Eks Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u eks Kmandant tar-Reġjun ta’ Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Central). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. Kellu fil-mira tiegħu l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta’ qrati militari għall-proċessi ta’ dimostranti ċivili. |
25.6.2018 |
11. |
Iván HERNÁNDEZ DALA |
Data tat-twelid: 18 ta’ Mejju 1966 Sess: raġel |
Maġġur Ġeneral fil-FANB. Direttur Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (DGCIM) minn Jannar 2014 u Kap tal-Gwardja Presidenzjali minn Settembru 2015. Bħala l-Kap tad-DGCIM, Iván Hernández Dala huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, inkluż tortura, l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. |
25.6.2018 |
12. |
Delcy Eloina RODRÍGUEZ GÓMEZ |
Data tat-twelid: 18 ta’ Mejju 1969 Sess: mara |
Viċi President tal-Venezwela, Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Kummerċ. Eks President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u eks membru tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. L-azzjonijiet tagħha fil-Kummissjoni Presidenzjali u mbagħad bħala President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż l-użurpazzjoni tas-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali u l-użu tagħhom direttament kontra l-oppożizzjoni u biex dawn ma jitħallewx jieħdu sehem fil-proċess politiku. |
25.6.2018 |
13. |
Elías José JAUA MILANO |
Data tat-twelid: 16 ta’ Diċembru 1969 Sess: raġel |
Eks Ministru għas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni. Eks President tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz tar-rwol tiegħu ta’ tmexxija fl-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima. |
25.6.2018 |
14. |
Sandra OBLITAS RUZZA |
Data tat-twelid: 7 ta’ Ġunju 1969 Sess: mara |
Ministru għall-Edukazzjoni Universitarja. Eks Rettur tal-Universidad Bolivariana de Venezuela. Eks Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u eks President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Elettorali u Ċivili. Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inkluż bil-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u bil-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
15. |
Freddy Alirio BERNAL ROSALES |
Data tat-twelid: 16 ta' Ġunju 1962 Post tat-twelid: San Cristóbal, Táchira State, Venezuela Sess: raġel |
Gvernatur tal-Istat ta' Táchira minn meta rebaħ l-elezzjonijiet f'Novembru 2021. Eks Kap taċ-Ċentru ta' Kontroll Nazzjonali tal-Kumitat għall-Provvista u l-Produzzjoni Lokali (CLAP) u eks Protettur tal-Istat ta' Táchira. Huwa ukoll Kummissarju Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). Bħala Kap tal-CLAP u Protettur tal-Istat ta' Táchira seta' jamar lill-Forzi Speċjali (FAES) u jinfluwenza l-ħatra ta' mħallfin u prosekuturi. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija permezz tal-manipulazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-programm CLAP fost il-votanti. Barra minn hekk, bħala Kummissarju Ġenerali ta' SEBIN huwa responsabbli għall-attivitajiet ta' SEBIN li jinkludu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħad-detenzjoni arbitrarja. |
25.6.2018 |
16. |
Katherine Nayarith HARRINGTON PADRÓN |
Data tat-twelid: 5 ta’ Diċembru 1971 Sess: mara |
President taċ-Ċirkwit Ġudizzjarju Kriminali taż-Żona Metropolitana ta’ Caracas. Eks Viċi Prosekutur Ġenerali (titolu tradott ukoll bħala Viċi Avukat Ġenerali) minn Lulju 2017 sa Ottubru 2018. Maħtura Viċi Prosekutur Ġenerali mill-Qorti Suprema minflok mill-Assemblea Nazzjonali, bi ksur tal-Kostituzzjoni. Responsabbli li dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi tat bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati u naqset milli tinvestiga allegazzjonijiet ta’ ksur ta’ drittijiet tal-bniedem mir-reġim ta’ Maduro. |
25.6.2018 |
17. |
Socorro Elizabeth HERNÁNDEZ HERNÁNDEZ |
Data tat-twelid: 11 ta’ Marzu 1952 Sess: mara |
Membru (Rettur) tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) sat-12 ta’ Ġunju 2020 u membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali (JNE). Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali b’rabta mal-elezzjoni revokatorja presidenzjali li ġiet ikkanċellata fl-2016, il-posponiment tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2016, u r-rilokazzjoni ta’ postijiet tal-votazzjoni fi żmien qasir qabel l-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2017. |
25.6.2018 |
18. |
Xavier Antonio MORENO REYES |
Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) mill-2009 sa Ġunju 2020. F’dak ir-rwol, Moreno Reyes iffaċilita, illeġittimizza u ta kredibbiltà lid-deċiżjonijiet tas-CNE, peress li s-Segretarju Ġenerali tas-CNE għandu rwol fit-tfassil tal-aġenda u l-formalizzazzjoni tad-deċiżjonijiet. Moreno Reyes baqa’ Segretarju Ġenerali tas-CNE filwaqt li d-demokrazija ddgħajfet serjament u r-rwol indipendenti tas-CNE fil-proċess elettorali ġie kompromess. Għalhekk huwa responsabbli li dgħajjef id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż il-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
19. |
Néstor Neptali BLANCO HURTADO |
Data tat-twelid: 26 ta’ Settembru 1982 Numru tal-identità: V-15222057 Sess: raġel |
Kmandant fiż-żona ta’ counter-intelligence militari Nru 32 fir-reġjun ta’ Los Llanos. Bħala Maġġur fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB), opera flimkien ma’ uffiċjali fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM. |
27.9.2019 |
20. |
Rafael Ramón BLANCO MARRERO |
Data tat-twelid: 28 ta’ Frar 1968 Numru tal-identità: V-6250588 Sess: raġel |
Ġeneral tad-Diviżjoni tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela mill-5 ta’ Lulju 2019. Eks Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament ta’ detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
21. |
Carlos Alberto CALDERÓN CHIRINOS |
Numru tal-identità: V-10352300 Sess: raġel |
Uffiċjal bil-kmand mill-elit tal-Pulizija Nazzjonali tal-Venezwela (PNB/FAES). Eks uffiċjal għoli (imsejjaħ Kummissarju Ġenerali, Direttur ta’ El Helicoide u Direttur ta’ Investigazzjonijiet Strateġiċi) fis-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). Uffiċjali tad-Direttorat għall-Investigazzjonijiet Strateġiċi taħt is-superviżjoni tiegħu wettqu detenzjonijiet illegali, atti ta’ tortura u trattament ħażin ieħor, u vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tas-SEBIN. B’mod partikolari, huwa pparteċipa u huwa responsabbli għal atti ta’ tortura u għat-trattament krudili, inuman u degradanti tad-detenuti f’El Helicoide, ħabs tas-SEBIN. |
27.9.2019 |
22. |
Alexis Enrique ESCALONA MARRERO |
Data tat-twelid: 12 ta' Ottubru 1962 Sess: raġel |
Kap responsabbli għall-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Finanzjament ta' Terroristi (ONDOFT) minn Jannar 2018 sa Mejju 2019. Maġġur Ġeneral Irtirat, eks Viċi Ministru għall-prevenzjoni u s-sigurtà pubblika fil-Ministeru għall-Intern (maħtur fl-2017 mill-President Maduro) u eks Kmandant Nazzjonali tal-Kmand Nazzjonali Kontra l-Estorsjoni u l-Ħtif (Comando Nacional Antiextorsión y Secuestro (CONAS)) (bejn l-2014 u l-2017). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura, l-użu ta' forza eċċessiva u t-trattament ħażin ta' detenuti minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. |
27.9.2019 |
23. |
Rafael Antonio FRANCO QUINTERO |
Data tat-twelid: 14 ta’ Ottubru 1973 Numru tal-identità: V-11311672 Sess: raġel |
Brigadier Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela (FANB). Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Kap tas-Sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Maiquetía minn Awwissu 2019. Direttur tad-Direttorat Speċjali tal-Investigazzjonijiet Kriminali u Kriminalistiċi (DEIPC) u fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) bejn Novembru 2016 u Novembru 2018. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament ta’ detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, b’mod partikolari fiċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-Boleita. Uffiċjali taħt l-awtorità tiegħu kienu wkoll implikati fi vjolenza sesswali kontra d-detenuti. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta Arévalo. |
27.9.2019 |
24. |
Alexander Enrique GRANKO ARTEAGA |
Data tat-twelid: 25 ta’ Marzu 1981 Numru tal-identità: V-14970215 Sess: raġel |
Kap (Direttur) tad-Diviżjoni tal-Affarijiet Speċjali (DAE) tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) mill-2017. Kap tal-Uffiċċju taċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Boleita tad-DGCIM mid-29 ta’ Awwissu 2022. Mill-2017 sal-2022 huwa ordna, issorvelja u pparteċipa direttament f’detenzjonijiet arbitrarji, għajbien sfurzat għal żmien qasir, tortura, inkluż vjolenza sesswali, u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor. Promoss għall-grad ta’ logutenent kurunell tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana fl-1 ta’ Lulju 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, l-użu ta’ forza eċċessiva li kkaġuna mewt u dannu, u l-maltrattament ta’ detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minnu stess u minn uffiċjali taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, u kien ukoll involut direttament f’din ir-repressjoni. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta Arévalo. |
27.9.2019 |
25. |
Hannover Esteban GUERRERO MIJARES |
Data tat-twelid: 14 ta’ Jannar 1971 Sess: raġel |
Viċi Kmandant u Kap tal-Persunal tal-35 Brigata Militari tal-Pulizija mill-2019. Direttur tad-Direttorat Speċjali tal-Investigazzjonijiet Kriminali u Kriminalistiċi (DEIPC) fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) minn Novembru 2018 sa Awwissu 2019. Bħala Direttur tad-DEIPC, huwa ssorvelja l-faċilità tad-DGCIM f’Boleita. Matul dan il-perjodu, twettqu atti ta’ tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor kif ukoll vjolenza sesswali minn uffiċjali tad-DGCIM f’Boleita. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament ta’ detenuti mwettqa minnu u minn membri taħt il-kmand tiegħu, b’mod partikolari f’Boleita. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta Arévalo. |
27.9.2019 |
26. |
José Adelino ORNELAS FERREIRA Psewdonimu: José Adelino Ornella FERREIRA/José Adelino ORNELLAS FERREIRA |
Data tat-twelid: 14 ta’ Diċembru 1964 Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità: V-7087964 Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali tad-Difiża mis-26 ta’ Lulju 2019 u Kap tal-Persunal Ġenerali għall-Kap Kmandant minn Settembru 2020. Eks kmandant tar-Reġjun Strateġiku tad-Difiża Integrali Nazzjonali (REDI Capital), eks Kap tal-Persunal u eks Viċi Kmandant tal-Kmand Operattiv u Strateġiku tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani tal-Venezwela (CEOFANB). F’dawn ir-rwoli huwa appoġġa u ffaċilita azzjonijiet u politiki tal-Gvern tal-Venezwela li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż billi ostakola l-għoti ta’ għajnuna umanitarja u bl-użu ta’ forza eċċessiva minn uffiċjali tal-Forzi Armati Bolivarjani (FANB), u minn forzi subordinati taħt il-kmand tiegħu inkluż r-Reġjun Strateġiku tad-Difiża Integrali (REDI), iż-Żona ta’ Operazzjonijiet tad-Difiża Integrali (ZODI) u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. |
29.6.2020 |
27. |
Gladys DEL VALLE REQUENA |
Data tat-twelid: 9 ta' Novembru 1952 Post tat-twelid: Puerto Santo, Sucre, Venezuela Numru tal-identità: V-4114842 Sess: mara |
Spettur Ġenerali tal-Qrati mis-27 ta' April 2022. Eks membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament u eks membru u t-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta' mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta, hija dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi ffirmat id-digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó. |
29.6.2020 |
28. |
Tania Valentina DÍAZ GONZÁLEZ |
Data tat-twelid: 18 ta’ Ġunju 1963 Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità: V-6432672 Sess: mara |
Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament u eks l-Ewwel Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta’ mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta hi dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi ffirmat id-digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó. |
29.6.2020 |
29. |
Elvis Eduardo HIDROBO AMOROSO |
Data tat-twelid: 4 ta’ Awwissu 1963 Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, Venezuela Numru tal-identità: V-7659695 Sess: raġel |
President tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela mill-24 ta’ Awwissu 2023. Eks Kontrollur Ġenerali (bejn it-23 ta’ Ottubru 2018 u Awwissu 2023), u eks l-Ewwel u t-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bil-projbizzjoni lill-membri tal-oppożizzjoni milli jokkupaw kariga pubblika għal 15-il sena u t-tmexxija tal-ANC mhux rikonoxxuta, l-iffirmar tal-liġi kontra l-mibegħda, li tiġġustifika t-tneħħija ta’ gvernatur tal-oppożizzjoni elett legalment u l-projbizzjoni ta’ Juan Guaidó minn kwalunkwe kariga pubblika. |
29.6.2020 |
30. |
Juan José MENDOZA JOVER |
Data tat-twelid: 11 ta' Marzu 1969 Post tat-twelid: Trujillo, Venezuela Indirizz: Arnoldo Gabaldón, Candelaria, Edo. Trujillo Numru tal-identità: V-9499372 Sess: raġel |
Eks Tieni Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) u eks President tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Frar 2017 – April 2022). L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż permezz ta' għadd ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji f'dawn l-aħħar sentejn li limitaw jew dgħajfu s-setgħat kostituzzjonali tal-korp leġiżlattiv elett demokratikament, l-Assemblea Nazzjonali. |
29.6.2020 |
31. |
Jorge Elieser MÁRQUEZ MONSALVE |
Data tat-twelid: 20 ta’ Frar 1971 Post tat-twelid: Caracas, Venezuela Numru tal-identità: V-8714253 Sess: raġel |
Ministru għall-Uffiċċju tal-Presidenza minn Novembru 2017 u Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Nazzjonali tat-Telekomunikazzjoni(CONATEL) mis-7 ta’ Awwissu 2017. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi llimita serjament id-drittijiet tal-poplu Venezwelan għal-libertà tal-istampa, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni. Huwa uża s-setgħat speċjali tal-CONATEL biex isikket il-kritika u d-dissidenti lejn ir-reġim billi mblokka, iffiltra u ostakola s-siti web tal-Internet, billi rrevoka l-liċenzji eżistenti għall-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni u billi rrifjuta li jingħataw liċenzji ġodda. |
29.6.2020 |
32. |
Farik Karin MORA SALCEDO |
Numru tal-identità: V-8608523 Sess: raġel |
Prosekutur fl-Ewwel Qorti tal-Prim’Istanza Speċjali tal-Venezwela b’uffiċċju fid-Direttorat Ġenerali ta’ Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi taw bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati li rriżultaw fid-detenzjoni arbitrarja ta’ membri tal-Assemblea Nazzjonali u uffiċjali oħra li jopponu r-reġim ta’ Maduro. |
29.6.2020 |
33. |
Dinorah Yoselin BUSTAMANTE PUERTA |
Data tat-twelid: 14 ta’ Jannar 1975 Numru tal-identità: V-10002096 Sess: mara |
Prosekutur fl-Ewwel Qorti tal-Prim’Istanza Speċjali tal-Venezwela, b’uffiċċju fid-Direttorat Ġenerali ta’ Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). L-azzjonijiet tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi taw bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati li rriżultaw fid-detenzjoni arbitrarja ta’ membri tal-Assemblea Nazzjonali u uffiċjali oħra li jopponu r-reġim ta’ Maduro. |
29.6.2020 |
34. |
Luis Eduardo PARRA RIVERO |
Data tat-twelid: 7 ta’ Lulju 1978 Numru tal-identità: V-14211633 Sess: raġel |
Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali elett fl-2015, organizza l-elezzjoni tiegħu bħala President tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblokkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Parra Rivero, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), Parra Rivero ntlaqa’ minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. |
29.6.2020 |
35. |
Franklyn Leonardo DUARTE |
Data tat-twelid: 15 ta’ Mejju 1977 Numru tal-identità: V-3304045 Sess: raġel |
Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament. Eks membru u elett b’mod illeġittimu l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015, huwa organizza l-elezzjoni tiegħu bħala l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblokkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Duarte, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. |
29.6.2020 |
36. |
José Gregorio NORIEGA FIGUEROA |
Data tat-twelid: 21 ta’ Frar 1969 Numru tal-identità: V-8348784 Sess: raġel |
Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament. Ex membru u elett b’mod illeġittimu t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015. Maħtur b’mod illeġittimu bħala direttur tal-bord ad hoc tal-partit politiku Voluntad Popular. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015, huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblokkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Noriega, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. F’Lulju 2020, Noriega, megħjun mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)), ħa f’idejh b’mod illeġittimu t-tmexxija tal-partit politiku Voluntad Popular, u b’hekk kompla jdgħajjef id-demokrazija fil-Venezwela. |
29.6.2020 |
37. |
Remigio CEBALLOS ICHASO |
Data tat-twelid: 1 ta' Mejju 1963 Numru tal-karta tal-identità: V-6557495 Sess: raġel |
Minn Awwissu 2021, Ministru għall-Intern u l-Ġustizzja tal-Venezwela u Viċi President tal-Gvern għas-Sigurtà taċ-Ċittadini. Eks Kmandant tal-Kmand Operazzjonali u Strateġiku tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani tal-Venezwela (Comando Estratégico Operacional Fuerzas Armadas Nacionales Bolivarianas (CEOFANB)), l-ogħla organu fil-Forzi Armati Venezwelani (Ġunju 2017 - Lulju 2021). Is-CEOFANB jikkontrolla l-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani (FANB) u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Is-CEOFANB huwa wkoll responsabbli għall-koordinazzjoni tal-interventi tal-FANB fid-dimostrazzjonijiet. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tas-CEOFANB, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta' forza eċċessiva u t-trattament inuman u degradanti minn uffiċjali tal-FANB u minn forzi subordinati taħt il-kmand tiegħu, inkluż il-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Sorsi varji, inkluż il-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti dwar ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, jattribwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem lill-FANB u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. |
22.2.2021 |
38. |
Omar José PRIETO FERNÁNDEZ |
Data tat-twelid: 25 ta’ Mejju 1969 Numru tal-identità: V-9761075 Sess: raġel |
Eks Gvernatur tal-Istat ta’ Zulia (2017 - 2021). F’din il-pożizzjoni huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istat ta’ Zulia. Huwa ngħata l-ġurament mill-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta, wara li r-rebbieħ leġittimu tal-elezzjoni rrifjuta li jieħu l-ġurament tal-ħatra quddiem l-ANC. Omar José Prieto Fernández ippromwova b’mod attiv l-elezzjonijiet mhux demokratiċi għall-Assemblea Nazzjonali, li saru fis-6 ta’ Diċembru 2020. Barra minn hekk, huwa hedded lil mexxejja tal-oppożizzjoni bi żjarat id-dar fl-Istat ta’ Zulia u ddikjara l-intenzjoni tiegħu li jekk gvern interim immexxi minn Juan Guaidó jieħu l-poter, huwa jiddikjara l-Istat ta’ Zulia bħala indipendenti. Membru attiv tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). |
22.2.2021 |
39. |
José Dionisio BRITO RODRÍGUEZ |
Data tat-twelid: 15 ta’ Jannar 1971 Numru tal-karta tal-identità: V-8263861 Sess: raġel |
Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament u president tal-kummissjoni parlamentari li tinvestiga l-“azzjonijiet imwettqin kontra r-Repubblika” minn membri tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015. Barra minn hekk, José Dionisio Brito Rodríguez assuma b’mod illeġittimu t-tmexxija tal-partit tal-oppożizzjoni Primero Justicia, minħabba deċiżjoni tal-Qorti Suprema ta’ Ġunju 2020. Fl-2019, huwa ġie mkeċċi mill-Primero Justicia minħabba allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Barra minn hekk, bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020 huwa pparteċipa fl-elezzjoni illeġittima ta’ Luis Eduardo Parra Rivero bħala l-President tal-Assemblea Nazzjonali, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblokkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
22.2.2021 |
40. |
José Bernabé GUTIÉRREZ PARRA |
Data tat-twelid: 21 ta’ Diċembru 1952 Numru tal-karta tal-identità: V-1565144 Sess: raġel |
Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament u kap illeġittimu tal-partit tal-oppożizzjoni Acción Democrática. José Bernabé Gutiérrez Parra ħa kontroll illeġittimu tal-partit tal-oppożizzjoni Acción Democrática f’Ġunju tal-2020 permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Suprema. Bi ksur tal-pożizzjoni tal-partit qabel ma ħa l-kontroll, Gutiérrez Parra pparteċipa mal-Acción Democrática fl-elezzjonijiet mhux demokratiċi tal-Assemblea Nazzjonali li saru fis-6 ta’ Diċembru 2020. Gutiérrez Parra biddel il-pożizzjoni tal-partit, uża s-simboli tiegħu u pparteċipa fl-elezzjonijiet u f’avvenimenti pubbliċi bħal dibattiti fuq it-televiżjoni. Gutiérrez Parra ġie mkeċċi mill-partit minn membri leġittimi ta’ Acción Democrática li sejħu l-azzjonijiet tiegħu bħala konfoffa u tradiment. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
22.2.2021 |
41. |
Luis Fernando DAMIANI BUSTILLOS |
Data tat-twelid: 27 ta’ April 1946 Sess: raġel |
Imħallef tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, huwa responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u sentenzi li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta’ tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f’Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f’Mejju 2021. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa appoġġa u ffaċilita d-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv. |
22.2.2021 |
42. |
Lourdes Benicia SUÁREZ ANDERSON |
Data tat-twelid: 7 ta' Marzu 1965 Sess: mara |
Imħallef tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) minn Diċembru 2005 u Viċi President tal-Awla Kostituzzjonali minn April 2022. Eks President tal-Awla Kostituzzjonali u eks l-ewwel Viċi President tal-Qorti Suprema. Bħala membru tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, hija responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f'Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta' tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f'Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f'Mejju 2021. L-azzjonijiet tagħha għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u hi appoġġat u ffaċilitat id-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv. |
22.2.2021 |
43. |
Calixto Antonio ORTEGA RÍOS |
Data tat-twelid: 12 ta’ Ottubru 1950 Sess: raġel |
Imħallef tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, huwa responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u sentenzi li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta’ tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f’Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f’Mejju 2021. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa appoġġa u ffaċilita d-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv. |
22.2.2021 |
44. |
René Alberto DEGRAVES ALMARZA |
Sess: raġel |
Imħallef supplenti tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) minn April 2022. Eks imħallef tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema. Bħala membru tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, huwa kien responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u sentenzi li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f'Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta' tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f'Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f'Mejju 2021. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa appoġġa u ffaċilita d-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv. |
22.2.2021 |
45. |
Arcadio DELGADO ROSALES |
Data tat-twelid: 23 ta' Settembru 1954 Sess: raġel |
Eks imħallef u Viċi President tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, huwa kien responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u sentenzi li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni, inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f'Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta' tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f'Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f'Mejju 2021. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa appoġġa u ffaċilita d-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv. |
22.2.2021 |
46. |
Carmen Auxiliadora ZULETA DE MERCHÁN |
Data tat-twelid: 13 ta' Diċembru 1947 Sess: mara |
Eks Imħallef tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, hija kienet responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f'Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta' tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f'Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f'Mejju 2021. L-azzjonijiet tagħha għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u hi appoġġat u ffaċilitat id-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv. |
22.2.2021 |
47. |
Indira Maira ALFONZO IZAGUIRRE |
Data tat-twelid: 29 ta' April 1968 Post tat-twelid: La Guaira La Guaira State, Venezuela Numru tal-karta tal-identità: V-6978710 Sess: mara |
Eks President tal-Awla Elettorali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Eks President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)), maħtura fit-13 ta' Ġunju 2020. Eks membru tal-Awla Elettorali u l-Awla Plenarja tal-Qorti Suprema, it-Tieni Viċi President tal-Qorti Suprema mill-2015 sal-24 ta' Frar 2017, Viċi President tal-Qorti Suprema mill-24 ta' Frar 2017 sat-12 ta' Ġunju 2020. Bħala membru tal-Awla Elettorali tal-Qorti Suprema, Indira Maira Alfonzo Izaguirre hija responsabbli għall-azzjonijiet meħuda kontra l-Assemblea Nazzjonali li kienet għadha kemm ġiet eletta f'Diċembru 2015, li għamlitha impossibbli għall-Assemblea Nazzjonali li teżerċita l-poter leġiżlattiv tagħha. Barra minn hekk, hija aċċettat il-ħatra tagħha bħala l-president tas-CNE f'Ġunju 2020 mill-Qorti Suprema għalkemm din il-prerogattiva tappartjeni għall-Assemblea Nazzjonali. F'dak ir-rwol hija ħejjiet u ssorveljat l-elezzjonijiet mhux demokratiċi tal-Assemblea Nazzjonali li saru fis-6 ta' Diċembru 2020 u pparteċipat fil-bidla tat-30 ta' Ġunju 2020 għan-normi elettorali għal dawk l-elezzjonijiet, mingħajr ma ħalliet formalment il-Qorti Suprema (permess temporanju biex jiġi integrat is-CNE). Wara t-tiġdid tas-CNE f'Mejju 2021, hija reġgħet lura fil-Qorti Suprema. L-azzjonijiet tagħha għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
22.2.2021 |
48. |
Leonardo Enrique MORALES POLEO |
Sess: raġel |
Eks Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) u President tal-Kummissjoni għall-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament (Awwissu 2020 - Mejju 2021). Leonardo Enrique Morales Poleo nħatar Viċi President tas-CNE u President tal-Kummissjoni tal-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament fis-7 ta' Awwissu 2020 mill-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) għalkemm din il-prerogattiva tappartjeni għall-Assemblea Nazzjonali. Barra minn hekk, eżatt qabel il-ħatra tiegħu huwa serva fil-Partit Progressiv Avvanzat (Avanzada progresista). Bħala membru (rettur) u Viċi President tas-CNE, huwa ħa sehem bis-sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CNE. Huwa appoġġa u ffaċilita s-superviżjoni tal-proċess elettorali li wassal għall-elezzjonijiet mhux demokratiċi tal-Assemblea Nazzjonali fis-6 ta' Diċembru 2020. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk komplew idgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. Leonardo Enrique Morales Poleo aċċetta li jinħatar fis-CNE u baqa' fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President tas-CNE filwaqt li d-demokrazija ddgħajfet serjament fil-Venezwela. |
22.2.2021 |
49. |
Tania D'AMELIO CARDIET |
Data tat-twelid: 5 ta' Diċembru 1971 Post tat-twelid: Italy Nazzjonalità: Venezwelana Numru tal-karta tal-identità: V-11691429 Sess: mara |
Imħallef tal-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) minn April 2022. Eks membru (rettur) tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)), għall-perjodu 2016-2023. Eks-Membru (rettur) tas-CNE għall-perjodu 2010-2016. Tania d'Amelio Cardiet, bħala rettur tas-CNE mill-2010, ikkontribwiet direttament permezz tal-attività tagħha fil-funzjonijiet tagħha għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi ħejjiet l-elezzjonijiet mhux demokratiċi tal-Assemblea Nazzjonali tal-2020, ipparteċipat fil-bidla tat-30 ta' Ġunju 2020 għan-normi elettorali għal dawk l-elezzjonijiet, u pparteċipat fl-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2018. Barra minn hekk, Tania d'Amelio Cardiet aċċettat il-ħatra tagħha tal-2016 fis-CNE mill-Qorti Suprema, għalkemm din il-prerogattiva tappartjeni għall-Assemblea Nazzjonali. |
22.2.2021 |
50. |
José Miguel DOMÍNGUEZ RAMÍREZ |
Data tat-twelid: 17 ta’ Ottubru 1979 Numru tal-karta tal-identità: V-14444352 Sess: raġel |
Direttur tal-Forzi ta’ Azzjoni Speċjali (Fuerzas de Acciones Especiales (FAES)) mis-6 ta’ Mejju 2019. Eks-Kummissarju Ewlieni tal-FAES fl-Istat ta’ Táchira. Barra minn hekk, José Miguel Domínguez Ramírez kien id-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-FAES, li jaqgħu taħt il-Pulizija Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela. Responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela mwettqa mill-uffiċjali tal-FAES taħt l-awtorità tiegħu. L-FAES huma magħrufa għall-qtil extraġudizzjarju u r-rwol vjolenti tagħhom fit-trażżin tad-dissens mill-avversarji politiċi ta’ Maduro, l-oppożizzjoni, u d-dimostranti, u huwa għalhekk li Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet talbet ix-xoljiment tal-FAES. Barra minn hekk, preċedentement, Domínguez Ramírez kien membru tat-tim tas-sigurtà tal-Venezwela li fetaħ in-nar fuq l-istudenti dimostranti mhux armati fit-12 ta’ Frar 2014, li rriżulta fil-mewt ta’ mill-inqas wieħed mill-istudenti, Bassil Da Costa. |
22.2.2021 |
51. |
Carlos Ramón Enrique CARVALLO GUEVARA |
Numru tal-identità: V-10132041 Sess: raġel |
President tal-intrapriża statali Corporación Ecosocialista Ezequiel Zamora (CORPOEZ) minn Marzu 2021. Ġeneral tad-Diviżjoni u Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) mill-21 ta’ Awwissu 2020. Suċċessur tal-Ġeneral Rafael Ramón Blanco Marrero. Preċedentement, Carvallo Guevara serva fid-DGCIM fir-reġjun ta’ Los Andes u okkupa kariga għolja fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela mwettqa minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Fis-sejbiet tal-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela tal-20 ta’ Settembru 2022, id-DGCIM huwa kkaratterizzat bħala istituzzjoni direttament responsabbli għat-twettiq ta’ ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem. |
22.2.2021 |
52. |
Jesús Emilio VÁSQUEZ QUINTERO |
Numru tal-karta tal-identità: V-7422049 Sess: raġel |
President tal-Qorti Marzjali u ċ-Ċirkwit Ġudizzjarju Kriminali Militari mis-17 ta' Settembru 2021. Ġeneral tad-Diviżjoni mill-5 ta' Lulju 2019 u eks Avukat Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari (Diċembru 2017-17 ta' Settembru 2021). Bħala Avukat Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari kien responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari kien marbut ma' prosekuzzjoni ġudizzjarja interna fil-Forzi Armati, u nuqqasijiet li jinvestiga inċidenti, inkluż il-każ tal-mewt tal-Kaptan Acosta fl-2019. Barra minn hekk, il-ġustizzja militari qed tiġi applikata għal persuni ċivili. |
22.2.2021 |
53. |
Carlos Enrique TERÁN HURTADO |
Numru tal-identità: V-8042567 Sess: raġel |
Ġeneral tad-Diviżjoni tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela mill-2022. Direttur tad-Direttorat Speċjali tal-Investigazzjonijiet Kriminali u Kriminalistiċi (DEIPC) fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) minn Awwissu 2019 sa Frar 2021. F’funzjonijiet preċedenti, il-Brigadier Ġeneral Terán Hurtado serva bħala kap tal-pulizija fl-istat ta’ Falcón u kap tad-DGCIM fl-istat ta’ Táchira. Responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż trattament krudili u inuman ta’ detenuti, imwettqa minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Fis-sejbiet dettaljati tal-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, il-Brigadier Ġeneral Terán Hurtado huwa speċifikament indikat bħala wieħed mill-atturi responsabbli, u huwa marbut mal-każ tal-Kaptan de la Sotta. |
22.2.2021 |
54. |
Manuel Eduardo PÉREZ Urdaneta |
Data tat-twelid: 29 ta' Diċembru 1960 jew 26 ta' Mejju 1962 Post tat-twelid: Cagua, State of Aragua Numru tal-karta tal-identità: V-6357038 Numru tal-Passaport: 001234503 (skada fl-2012) Sess: raġel |
Eks Viċi Ministru għall-Intern u l-Ġustizzja. Fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u l-Ġustizzja tal-Venezwela, il-Brigadier Ġeneral Manuel Eduardo Pérez Urdaneta kien jikklassifika bħala wieħed mill-ħames Viċi Ministri. Il-portafoll tiegħu kien jinkludi s-Sigurtà Preventiva u s-Sikurezza Pubblika (Viceministro de prevención y Seguridad Ciudadana). Qabel dan, il-Brigadier Ġeneral Pérez qeda r-rwol ta' Direttur tal-Pulizija Nazzjonali Bolivarjana. F'dak ir-rwol huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta' forza fiżika severa kontra dimostranti paċifiċi, imwettaq minn uffiċjali tal-Pulizija Nazzjonali Bolivarjana taħt l-awtorità tiegħu. |
22.2.2021 |
55. |
Douglas Arnoldo RICO GONZÁLEZ |
Data tat-twelid: 28 ta’ Settembru 1969 Numru tal-karta tal-identità: V-6864238 Sess: raġel |
Direttur tal-Bureau għall-Investigazzjonijiet Xjentifiċi, Kriminali u Forensiċi (Cuerpo de Investigaciones Científicas, Penales y Criminalísticas (CICPC)) mill-5 ta’ Frar 2016. Preċedentement, huwa aġixxa bħala viċi direttur tas-CICPC. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, minn uffiċjali tas-CICPC taħt l-awtorità tiegħu. Ir-rapport tal-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela jikkaratterizza lis-CICPC bħala istituzzjoni li twettaq ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela. Is-CICPC huwa involut ukoll fi qtil extraġudizzjarju, skont ir-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem maħruġ fis-16 ta’ Ġunju 2021. |
22.2.2021. |
ANNESS II
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikolu 7(2)
( 1 ) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
( 2 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).