02019D0031 — MT — 09.01.2023 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1743 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-15 ta’ Ottubru 2019 (ĠU L 267 21.10.2019, p. 12) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1264 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-8 ta’ Settembru 2020 |
L 297 |
5 |
11.9.2020 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2021/874 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-26 ta’ Mejju 2021 |
L 191 |
43 |
31.5.2021 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2022/310 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-17 ta’ Frar 2022 |
L 46 |
140 |
25.2.2022 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2023/55 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta’ Diċembru 2022 |
L 3 |
16 |
5.1.2023 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1743 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Ottubru 2019
dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (riformulazzjoni) (BĊE/2019/31)
Artikolu 1
Remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi
Artikolu 2
Remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti miżmumin għand il-BĊE
Kontijiet miżmumin mal-BĊE skont id-Deċiżjoni BĊE/2003/14 ( 3 ), id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 ( 4 ), id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 ( 5 ) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 ( 6 ) għandhom jiġu remunerati hekk kif ġej:
jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun żero jew ogħla (pożittiva), b’żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa;
jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun inqas minn żero (negattiva), bir-rata tal-faċilità ta’ depożitu jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa.
Madankollu, meta jkun meħtieġ li d-depożiti jinżammu f’dawk il-kontijiet qabel id-data meta jrid isir ħlas skont ir-regoli legali jew kuntrattwali applikabbli għall-faċilità kkonċernata, dawn id-depożiti għandhom jiġu remunerati matul dan il-perijodu bikri bir-rata ta’ żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), skont liema tkun l-ogħla.
Il-kont iddedikat miżmum mal-BĊE skont l-Artikolu 13(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid ta’ self skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 u għall-operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati ma’ self mogħti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u użati għall-finijiet ta’ holdings prudenzjali ta’ flus kontanti fir-rigward ta’ NextGenerationEU (“NGEU”) u fir-rigward tal-Istrument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja+) għandu jiġi remunerat b’żero fil-mija jew ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), skont liema tkun l-ogħla, ħlief fejn l-ammont aggregat ta’ depożiti miżmuma f’dak il-kont dedikat jaqbeż EUR 20 biljun, f’liema każ l-ammont eċċessiv għandu jiġi remunerat hekk kif ġej:
jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun żero jew ogħla (pożittiva), b’żero fil-mija jew ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa;
jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun inqas minn żero (negattiva), bir-rata tal-faċilità ta’ depożitu jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa.
Artikolu 3
Revoka
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mis-seba’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva tal-2019 li jibda fit-30 ta’ Ottubru 2019.
ANNESS I
Deċiżjoni revokata u l-emenda għaliha
Deċiżjoni BĊE/2014/23 |
ĠU L 168, 7.6.2014, p. 115. |
Deċiżjoni (UE) 2015/509 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/9) |
ĠU L 91, 2.4.2015, p. 1. |
NNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
Deċiżjoni BĊE/2014/23 |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1 |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 1 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 2 |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 6 |
Artikolu 4 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 16-18).
( 3 ) Deċiżjoni BĊE/2003/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Novembru 2003 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta' self li l-Komunità Ewropea kkonkludiet skond il-faċilità ta' assistenza finanzjarja ta' tul medju (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 35).
( 4 ) Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 10, 14.1.2011, p. 7).
( 5 ) Deċiżjoni BĊE/2010/7 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 275, 20.10.2010, p. 10).
( 6 ) Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1).
( 7 ) C(2021) 2502 finali.