02019R0472 — MT — 14.08.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2019/472 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 (ĠU L 083 25.3.2019, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1241 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
105 |
25.7.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/472 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Marzu 2019
li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali (“il-pjan”) għall-istokkijiet tal-ħut demersali elenkati hawn taħt, fosthom stokkijiet tal-baħar fond, fl-Ilmijiet tal-Punent, u fejn dawk l-istokkijiet ikunu mifruxin 'il barra mill-Ilmijiet tal-Punent, fl-Ilmijiet tal-madwar tagħhom, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet:
iċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo) fis-subżoni 1, 2, 4, 6–8, 10 u 14 u fit-taqsimiet 3a, 5a, 5b, 9a, u 12b tal-ICES;
il-grenadier imnieħru tond (Coryphaenoides rupestris) fis-subżoni 6 u 7 u fit-taqsima 5b tal-ICES;
l-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus labrax) fit-taqsimiet 4b, 4c, 7a, 7d–h, 8a u 8b tal-ICES;
l-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus labrax) fit-taqsimiet 6a, 7b u 7j tal-ICES;
l-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus labrax) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES;
il-bakkaljaw (Gadus morhua) fit-taqsima 7a tal-ICES;
il-bakkaljaw (Gadus morhua) fit-taqsimiet 7e–k tal-ICES;
il-megrim (Lepidorhombus spp.) fit-taqsimiet 4a u 6a tal-ICES;
il-megrim (Lepidorhombus spp.) fit-taqsima 6b tal-ICES;
il-megrim (Lepidorhombus spp.) fit-taqsimiet 7b–k, 8a, 8b, u 8d tal-ICES;
il-megrim (Lepidorhombus spp.) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES;
il-petriċa kbira (Lophiidae) fit-taqsimiet 7b–k, 8a, 8b, u 8d tal-ICES;
il-petriċa kbira (Lophiidae) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES;
il-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fit-taqsima 6b tal-ICES;
il-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fit-taqsima 7a tal-ICES;
il-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fit-taqsimiet 7b–k tal-ICES;
il-merlangu (Merlangius merlangus) fit-taqsimiet 7b, 7c u 7e–k tal-ICES;
il-merlangu (Merlangius merlangus) fis-subżona 8 u fit-taqsima 9a tal-ICES;
il-merluzz (Merluccius merluccius) fis-subżoni 4, 6 u 7, u fit-taqsimiet 3a, 8a, 8b u 8d tal-ICES;
il-merluzz (Merluccius merluccius) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES;
il-linarda (Molva dypterygia) fis-subżoni 6 u 7 fit-taqsima 5b tal-ICES;
l-iskampu (Nephrops norvegicus) skont l-unitajiet funzjonali fis-subżona 6 u fit-taqsima 5b tal-ICES:
l-iskampu (Nephrops norvegicus) skont l-unitajiet funzjonali fis-subżona 7 tal-ICES:
l-iskampu (Nephrops norvegicus) skont l-unitajiet funzjonali fit-taqsimiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES:
l-iskampu (Nephrops norvegicus) skont l-unitajiet funzjonali fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES, u ż-żona 34.1.1 tas-CECAF:
il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżona 9 tal-ICES;
il-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) fit-taqsima 7d tal-ICES;
il-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) fit-taqsima 7e tal-ICES;
il-pollakkju (Pollachius pollachius) fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES;
il-lingwata komuni (Solea solea) fis-subżoni 5, 12 u 14 u fit-taqsima 6b tal-ICES;
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsima 7d tal-ICES;
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsima 7e tal-ICES;
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsimiet 7f u 7 g tal-ICES;
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsimiet 7h, 7j u 7k tal-ICES;
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsimiet 8a u 8b tal-ICES;
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES.
Meta l-parir xjentifiku, b'mod partikolari dak tal-ICES jew ta' korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, juri bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 18 li jemendaw dan ir-Regolament billi jaġġustaw iż-żoni speċifikati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq biex dawn jiġu jirriflettu l-bidla. Dawn l-aġġustamenti ma għandhomx ikabbru ż-żoni tal-istokkijiet 'il barra mill-Ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni 4 sa 10 tal-ICES, u miż-żoni 34.1.1, 34.1.2, u 34.2.0 tas-CECAF.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ( 1 ) u fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 ( 2 ):
“L-Ilmijiet tal-Punent” tfisser l-Ilmijiet tal-Majjistral (is-subżoni 5 tal-ICES (bl-esklużjoni tad-diviżjoni 5a u biss l-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 5b), 6 u 7 tal-ICES u l-Ilmijiet tal-Lbiċ (is-subżoni tal-ICES 8, 9, u 10 (l-ilmijiet madwar l-Azores), u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF (l-ilmijiet madwar il-Madeira u l-Gżejjer tal-Kanarja));
“il-medda tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li jingħataw fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal- ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li fiha l-livelli kollha tal-mortalità mis-sajd jagħtu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY) fuq żmien twil ibbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u taħt kundizzjonijiet ambjentali medji attwali, mingħajr ma taffettwa b'xi mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni tal-istokk ikkonċernat. Hija dderivata b'tali mod li r-rendiment fit-tul ma jitnaqqasx b'aktar minn 5 % meta mqabbel mal-MSY. Din għandha limitu massimu biex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas mill-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk (Blim) ma tkunx ta' iktar minn 5 %;
“MSY Flower” tfisser l-iżgħar valur fil-medda ta' FMSY;
“MSY Fupper” tfisser l-ogħla valur fil-medda tal-FMSY;
“Il-punt ta' valur tal-FMSY” huwa l-valur tal-mortalità mis-sajd stmat li bbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u taħt kundizzjonijiet ambjentali medji attwali jagħti r-rendiment massimu fuq terminu ta' żmien twil;
“l-aktar medda baxxa tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li fiha l-valuri minn MSY Flower sal-punt ta' valur tal-FMSY;
“l-ogħla medda tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li fiha l-valuri mill-punt ta' valur tal-FMSY sal-MSY Fupper;
“Blim” tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu tista' titnaqqas il-kapaċità riproduttiva;
“MSY Btrigger” tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk, jew, fil-każ tal-iskampu, il-punt ta' referenza tal-abbundanza li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni speċifika u xierqa biex jiġi żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jirripristinaw l-istokkijiet 'il fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu l-MSY fuq terminu ta' żmien twil.
KAPITOLU II
GĦANIJIET
Artikolu 3
Għanijiet
B'mod partikolari, il-pjan għandu jkollu l-għan li:
jiżgura li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fid-deskrittur 3 li jinsab fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE;
jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati deskritturi rilevanti oħra li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE bi proporzjon mal-parti li għandu s-sajd fis-sodisfazzjon tagħhom; kif ukoll
jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/147/KE u l-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva 92/43/KEE, b'mod partikolari biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats vulnerabbli u l-ispeċijiet protetti.
KAPITOLU III
MIRI
Artikolu 4
Miri
Minkejja dak li jinsab fil-paragrafi 3 u 4, l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk jistgħu jiġu ffissati skont l-ogħla medda tal-FMSY disponibbli f'dak iż-żmien għal dak l-istokk, dejjem jekk l-istokk imsemmi fl-Artikolu 1(1) ikun ikbar mill MSY Btrigger:
jekk, abbażi tal-parir jew tal-evidenza xjentifiċi jkun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;
jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, ikun meħtieġ biex tiġi evitata ħsara serja lil stokk ikkawżata mid-dinamika tal-istokkijiet fost speċi waħda jew bejn speċijiet differenti; jew
biex ikun hemm limitazzjoni fil-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd għal mhux inqas minn 20 % minn sena għal sena konsekuttivi.
Artikolu 5
Ġestjoni tal-qabdiet aċċessorji
Artikolu 6
Limitazzjoni tal-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd għal stokk
Kunsill Konsultattiv rilevanti jista' jirrakkomanda lill-Kummissjoni approċċ ta' ġestjoni li jfittex li jillimita l-varjazzjonijiet li jseħħu minn sena għal sena fl-opportunitajiet tas-sajd għal stokk partikolari elenkat fl-Artikolu 1(1).
Il-Kunsill jista' jqis kwalunkwe tali rakkomandazzjoni meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd sakemm dawn l-opportunitajiet tas-sajd jikkonformaw mal-Artikoli 4 u 8.
KAPITOLU IV
SALVAGWARDJI
Artikolu 7
Punti ta' referenza għall-konservazzjoni
Il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni għas-salvagwardja tal-kapaċità riproduttiva kollha tal-istokkijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) li ġejjin għandhom, abbażi tal-pjan, jintalbu b'mod partikolari mingħand l-ICES, jew mingħand korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali:
L-MSY Btrigger għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1);
Il-Blim għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1).
Artikolu 8
Salvagwardji
Il-miżuri ta' rimedju msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jinkludu:
miżuri ta' emerġenza skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
miżuri skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU V
MIŻURI TEKNIĊI
Artikolu 9
Miżuri tekniċi
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-miżuri tekniċi li ġejjin, sa fejn ma jkunux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ):
l-ispeċifikazzjonijiet tal-karatteristiċi tal-irkapti tas-sajd u tar-regoli għall-użu tagħhom biex tiġi żgurata jew tittejjeb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali jew jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq l-ekosistema;
l-ispeċifikazzjonijiet ta' modifiki jew apparat addizzjonali mal-irkapti tas-sajd biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali jew jiġi jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq l-ekosistema;
il-limitazzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti rkapti tas-sajd u fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew perjodi biex jipproteġu l-ħut li jbid, il-ħut li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew il-ħut ta' speċijiet li ma jkunux fil-mira, jew biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; kif ukoll
l-iffissar ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal kull stokk li għalih japplika dan ir-Regolament, biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħut żgħir tal-organiżmi tal-baħar.
KAPITOLU VI
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 10
Opportunitajiet tas-sajd
Artikolu 11
Sajd rikreattiv
Artikolu 12
Limitazzjoni tal-isforz għal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-OBBLIGU TA' ĦATT L-ART
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu ta' ħatt l-art fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Ilmijiet tal-Punent
KAPITOLU VIII
AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET U R-RIŻORSI
Artikolu 14
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-limiti massimi tal-kapaċità
KAPITOLU IX
ĠESTJONI TA' STOKKIJIET TA' INTERESS KOMUNI
Artikolu 15
Prinċipji u objettivi tal-ġestjoni ta' stokkijiet ta' interess komuni għall-Unjoni u pajjiżi terzi
KAPITOLU X
REĠJONALIZZAZZJONI
Artikolu 16
Kooperazzjoni reġjonali
KAPITOLU XI
EVALWAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 17
Evalwazzjoni tal-pjan
Sas-27 ta' Marzu 2024, u wara dan, kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati u l-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u dwar is-sajd li jisfrutta lil dawk l-istokkijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 18
Eżerċizzju tad-delega
KAPITOLU XII
APPOĠĠ MILL-FOND EWROPEW GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD
Artikolu 19
Appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Il-miżuri ta' waqfien temporanju adottati biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
KAPITOLU XIII
EMENDI TAR-REGOLAMENTI (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973
Artikolu 20
Emendi tar-Regolament (UE) 2016/1139
Ir-Regolament (UE) 2016/1139 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 japplikaw. Barra minn hekk japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘stokkijiet pelaġiċi’ tfisser l-istokkijiet elenkati fil-punti (c) sa (h) tal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament u kull kombinazzjoni tagħhom;
‘il-medda tal-FMSY’ tfisser medda ta' valuri li jingħataw fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal- ICES jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li fiha l-livelli kollha tal-mortalità mis-sajd jagħtu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY) fuq żmien twil ibbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u f'kundizzjonijiet ambjentali medji attwali, mingħajr ma taffettwa b'xi mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni tal-istokk ikkonċernat. Hija dderivata b'tali mod li r-rendiment fit-tul ma jitnaqqasx b'aktar minn 5 % meta mqabbel mal-MSY. Din għandha limitu massimu biex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas mill-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk (Blim) ma tkunx ta' iktar minn 5 %;
‘MSY Flower’ tfisser l-iżgħar valur fil-medda tal-FMSY;
‘MSY Fupper’ tfisser l-ogħla valur fil-medda tal-FMSY;
‘il-punt ta' valur tal-FMSY’ huwa l-valur tal-mortalità mis-sajd stmat li bbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u taħt il-kundizzjonijiet ambjentali medji attwali jagħti r-rendiment massimu fuq terminu ta' żmien twil;
‘l-aktar medda baxxa tal-FMSY’ tfisser medda ta' valuri li fiha l-valuri minn MSY Flower sal-punt ta' valur tal-FMSY;
‘l-ogħla medda tal-FMSY’ tfisser medda ta' valuri li fiha l-valuri mill-punt ta' valur tal-FMSY sal-MSY Fupper;
‘Blim’ tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu tista' titnaqqas il-kapaċità riproduttiva;
‘MSY Btrigger’ tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni speċifika u xierqa biex jiġi żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jirripristinaw l-istokkijiet 'il fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu l-MSY fuq terminu ta' żmien twil;
‘L-Istati Membri kkonċernati’ tfisser l-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett, jiġifieri d-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.”;
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 4
Miri
Minkejja dak li jinsab fil-paragrafi 3 u 4, l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk jistgħu jiġu ffissati skont l-ogħla medda tal-FMSY disponibbli f'dak iż-żmien għal dak l-istokk, dejjem jekk l-istokk imsemmi fl-Artikolu 1(1) ikun ikbar mill MSY Btrigger:
jekk, abbażi tal-parir jew tal-evidenza xjentifiċi jkun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;
jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, ikun meħtieġ biex tiġi evitata ħsara serja lil stokk ikkawżata mid-dinamika tal-istokkijiet fost speċi waħda jew bejn speċijiet differenti; jew
biex ikun hemm limitazzjoni fil-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd għal mhux inqas minn 20 % minn sena għal sena konsekuttivi.
Fil-Kapitolu III, l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 4:
“Artikolu 4a
Punti ta' referenza għall-konservazzjoni
Il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni li ġejjin għas-salvagwardja tal-kapaċità riproduttiva kollha tal-istokkijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) għandhom, abbażi tal-pjan, jintalbu mingħand l-ICES jew mingħand korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali:
L-MSY Btrigger għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1);
Il-Blim għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1).”;
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 5
Salvagwardji
Il-miżuri ta' rimedju msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jinkludu:
miżuri ta' emerġenza skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
miżuri skont l-Artikoli 7 u 8 ta' dan ir-Regolament.
Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:
Jitħassru l-Annessi I u II.
Artikolu 21
Emendi tar-Regolament (UE) 2018/973
Ir-Regolament (UE) 2018/973 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:
Dan il-paragrafu għandu japplika sad-data li fiha l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 850/98 ma jibqax japplika.”;
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 11
Dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu ta' ħatt l-art fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana
KAPITOLU XIV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Tħassir
Jitħassru r-Regolamenti li ġejjin:
ir-Regolament (KE) Nru 811/2004;
ir-Regolament (KE) Nru 2166/2005;
ir-Regolament (KE) Nru 388/2006;
ir-Regolament (KE) Nru 509/2007;
ir-Regolament (KE) Nru 1300/2008.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom l-intenzjoni li jirrevokaw l-għoti tas-setgħat għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament meta jadottaw regolament ġdid dwar miżuri tekniċi li jinkludi għoti ta' setgħa li jkopri l-istess miżuri.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).
( *1 ) Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).