02020R0760 — MT — 11.10.2024 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 (ĠU L 185 12.6.2020, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1928 tal-31 ta’ Awwissu 2021 |
L 394 |
1 |
9.11.2021 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/735 tat-30 ta’ Jannar 2023 |
L 96 |
1 |
5.4.2023 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1173 tat-13 ta’ Marzu 2024 |
L 1173 |
1 |
24.4.2024 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2637 tat-30 ta’ Lulju 2024 |
L 2637 |
1 |
4.10.2024 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/760
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet introduttorji
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jissupplimentaw r-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, fir-rigward ta’:
il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà li operatur għandu jissodisfa biex jippreżenta applikazzjoni fi ħdan il-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761;
regoli dwar it-trasferiment ta’ drittijiet bejn l-operaturi;
il-preżentazzjoni u r-rilaxx ta’ garanziji;
il-provvediment, fejn meħtieġ, għal kwalunkwe karatteristika speċifika, rekwiżit jew restrizzjoni partikolari applikabbli għall-kwota tariffarja;
Il-kwoti tariffarji speċifiċi stipulati fl-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 2
Regoli oħra applikabbli
Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ( 2 ), (UE) 2015/2446 ( 3 ) u (UE) 2016/1237 ( 4 ) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 ( 5 ) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
Regoli komuni
Artikolu 3
Kundizzjonijiet u rekwiżiti ta’ eliġibbiltà
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-reġistrazzjoni minn qabel tal-operaturi m’għandhiex tkun meħtieġa meta r-rekwiżit tal-kwantità referenzjali msemmi fil-paragrafu 3 ikun ġie sospiż skont l-Artikolu 9(9).
Artikolu 4
Depożitu ta’ garanzija
Il-ħruġ tal-liċenzji li ġejjin għandu jkun soġġett għad-depożitu ta’ garanzija:
liċenzji tal-importazzjoni;
liċenzji tal-esportazzjoni għall-kwota tal-ġobon miftuħa mill-Istati Uniti tal-Amerika stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.
▼M3 —————
Artikolu 5
Rilaxx u telf tal-garanziji
Artikolu 6
Pubblikazzjoni ta’ ismijiet ta’ operaturi li jkollhom liċenzji għal kwoti tariffarji li għalihom tkun meħtieġa reġistrazzjoni minn qabel tal-operaturi
Artikolu 7
Trasferiment ta’ liċenzji
Meta t-trasferiment tal-liċenzja jkun jikkonċerna kwoti tariffarji li għalihom tkun meħtieġa reġistrazzjoni minn qabel tal-operaturi, iċ-ċessjonarju għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin qabel it-trasferiment tal-liċenzja:
għandu jkun irreġistrat fis-sistema elettronika LORI msemmija fl-Artikolu 13;
għandu jkun ippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza msemmija fl-Artikolu 12 għall-kwoti tariffarji kkonċernati mit-trasferiment tal-liċenzja,
ħlief meta dawn ir-rekwiżiti jiġu sospiżi b’rabta mas-sospensjoni tar-rekwiżit tal-kwantità referenzjali skont l-Artikolu 9(9) ta’ dan ir-Regolament.
L-għoti tal-evidenza jista’ jiġi ssimplifikat meta ċ-ċessjonarju jkun id-detentur titolari ta’ liċenzja tal-importazzjoni oħra valida maħruġa skont dan ir-Regolament, għan-numru tal-ordni tal-kwota tariffarja u għall-perjodu tal-kwota tariffarja kkonċernati. F’tali każ, iċ-ċessjonarju jista’ jitlob lill-awtorità tiegħu li toħroġ il-liċenzji, biex din tippreżenta kopja jew referenza għall-ekwivalenti elettroniku tal-liċenzja lill-awtorità taċ-ċedent li toħroġ il-liċenzji. Tali kopja għandha tikkostitwixxi evidenza suffiċjenti tal-fatt li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 6, irrispettivament minn jekk tkunx stampata jew f’format elettroniku.
Artikolu 8
Prova tal-kummerċ
Il-kwantità minima ta’ prodotti li għandhom jiġu esportati mill-Unjoni jew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni f’kull wieħed miż-żewġ perjodi konsekuttivi ta’ 12-il xahar li jintemmu xahrejn (2) qabel ma tkun tista’ tiġi ppreżentata l-ewwel applikazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja hija stabbilita fl-Annessi II sa XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, għandu japplika dan li ġej:
għall-kwoti tariffarji tat-tewm elenkati fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, is-settur ikkonċernat għandu jkun is-settur tal-frott u l-ħxejjex kif elenkat fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
għall-kwoti tariffarji tal-faqqiegħ elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, is-settur ikkonċernat għandu jkun is-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati kif elenkat fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
B’deroga mill-paragrafu 1, il-prova tal-kummerċ għandha tkopri:
għall-kwoti tariffarji tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761: il-perjodu ta’ 12-il xahar li jintemm xahrejn (2) qabel ma tista’ titressaq l-ewwel applikazzjoni għall-kwota tariffarja;
għall-kwota tal-importazzjoni tal-laħam tal-majjal tal-Kanada, miftuħa bin-numru tal-ordni 09.4282: minbarra l-prodotti mis-settur tal-laħam tal-majjal kif iddefiniti fil-punt (q) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0201, 0202, 0206 10 95 jew 0206 29 91 ;
▼M3 —————
għall-kwota ta’ esportazzjoni ta’ ġobon miftuħa mill-Istati Uniti tal-Amerka, imsemmija fl-Artikoli 58 sa 63 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406, esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika f’mill-inqas waħda mit-tliet snin kalendarji qabel ix-xahar ta’ Settembru li jiġi qabel il-bidu tal-perjodu tal-kwota tariffarja.
▼M3 —————
L-operaturi għandhom jipprovdu l-prova ta’ kummerċ lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji permezz ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
data doganali li turi r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni u li jkun fiha, kif meħtieġ mill-Istat Membru kkonċernat, referenza għall-operatur bħala dikjarant kif imsemmi fl-Artikolu 5(15) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew bħala importatur kif imsemmi fil-Grupp 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u fil-Grupp 3 tat-Titolu II ta’ dak l-Anness;
data doganali li turi r-rilaxx għall-esportazzjoni mill-Unjoni u li jkun fiha, kif meħtieġ mill-Istat Membru kkonċernat, referenza għall-operatur bħala dikjarant kif imsemmi fl-Artikolu 5(15) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew bħala esportatur kif imsemmi fl-Artikolu 1(19) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;
liċenzja użata approvata kif xieraq mill-awtoritajiet doganali li turi r-rilaxx tal-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni mill-Unjoni u li tkun tinkludi referenza għall-operatur bħala detentur titolari tal-liċenzja, jew fil-każ ta’ trasferiment ta’ liċenzja, li jkun fiha referenza għall-operatur bħala ċessjonarju.
Artikolu 9
Kwantità referenzjali
Il-kwantità referenzjali tal-operaturi amalgamati għandha tiġi stabbilita billi jiżdiedu l-kwantitajiet tal-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni minn kull wieħed mill-operaturi involuti f’dik il-fużjoni.
Il-kwantità referenzjali ta’ operatur m’għandhiex taqbeż il-15 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota tariffarja kkonċernata fil-perjodu tal-kwota tariffarja rilevanti.
Meta l-perjodu tal-kwota tariffarja jinqasam f’subperjodi, il-kwantità referenzjali għandha tinqasam bejn is-subperjodi. Is-sehem tal-kwantità totali referenzjali għal subperjodu tal-kwota tariffarja għandu jkun ugwali għas-sehem tal-kwantità totali tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni disponibbli għal dak is-subperjodu.
L-applikazzjonijiet, li ma jikkonformawx mar-regoli stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli mill-awtorità kompetenti li toħroġ il-liċenzji.
▼M1 —————
B’deroga mill-paragrafu 2, il-kwantità referenzjali għandha tiġi kkalkolata billi jiġu akkumulati l-kwantitajiet ta’ prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, li jaqgħu taħt kull wieħed mill-gruppi li ġejjin ta’ żewġ jew tliet kwoti bin-numri tal-ordni stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761:
09.4211, 09.4212 u 09.4290;
09.4214 u 09.4215;
09.4410, 09.4411 u 09.4289.
Artikolu 10
Prova tal-kwantità referenzjali
▼M2 —————
Artikolu 11
Rekwiżit ta’ indipendenza tal-operaturi li japplikaw għal kwoti tariffarji li għalihom tkun meħtieġa r-reġistrazzjoni minn qabel tal-operaturi
L-operaturi jistgħu japplikaw għal kwoti tariffarji li għalihom tkun meħtieġa reġistrazzjoni minn qabel tal-operaturi biss meta:
ma jkunux marbuta ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra li japplikaw għall-istess numru tal-ordni tal-kwota tariffarja; jew
huma marbuta ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra li japplikaw għall-istess numru tal-ordni tal-kwota tariffarja iżda jwettqu regolarment attivitajiet ekonomiċi sostanzjali.
Operatur huwa marbut ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra fil-każijiet li ġejjin:
meta jipposjedi jew jikkontrolla persuna ġuridika oħra; jew
meta jkollu rabtiet familjari ma’ persuna fiżika oħra; jew
meta jkollu relazzjoni kummerċjali importanti ma’ persuna ġuridika jew fiżika oħra.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“jipposjedi persuna ġuridika oħra” tfisser li wieħed ikun fil-pussess ta’ mill-inqas 25 % tad-drittijiet proprjetarji ta’ persuna ġuridika oħra;
“jikkontrolla persuna ġuridika oħra” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
li wieħed ikollu d-dritt li jaħtar jew ineħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ tali persuna ġuridika, grupp jew entità legali;
li wieħed ikun ħatar biss bħala riżultat tal-eżerċitar tad-drittijiet tiegħu tal-vot, il-maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ persuna ġuridika li kellha kariga matul is-sena finanzjarja attwali u dik preċedenti;
li wieħed jikkontrolla waħdu, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ persuna ġuridika, grupp jew entità legali, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik il-persuna ġuridika, grupp jew entità legali;
li wieħed ikollu d-dritt li jeżerċita influwenza dominanti fuq persuna ġuridika, grupp jew entità legali, skont ftehim li jkun daħal fih ma’ dik il-persuna ġuridika, il-grupp jew l-entità legali, jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew fl-artikoli tal-assoċjazzjoni tiegħu, meta l-liġi li tirregola dik il-persuna ġuridika, il-grupp jew l-entità legali tippermetti li jkunu soġġetti għal tali ftehim jew dispożizzjoni;
li wieħed ikollu l-poter li jeżerċita d-dritt li jeżerċita influwenza dominanti msemmija fil-punt (iv), mingħajr ma jkun id-detentur ta’ dak id-dritt;
li wieħed ikollu d-dritt li juża l-assi kollha jew parti minnhom ta’ persuna ġuridika, grupp jew entità legali;
li wieħed jamministra n-negozju ta’ persuna ġuridika, grupp jew entità legali fuq bażi unifikata, filwaqt li jippubblika kontijiet konsolidati;
li jidħol għar-responsabbiltajiet finanzjarji ta’ persuna ġuridika, grupp jew entità legali in solidum jew jiggarantihom;
“għandu rabtiet familjari” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
l-operatur huwa l-konjuġi, ħu, oħt, ġenitur, wild jew in-neputi ta’ operatur ieħor li japplika għall-istess numru tal-ordni tal-kwota tariffarja;
l-operatur huwa l-konjuġi, ħu, oħt, ġenitur, wild jew in-neputi tal-persuna fiżika li tipposjedi jew tikkontrolla operatur ieħor li japplika għall-istess numru tal-ordni tal-kwota tariffarja;
“relazzjoni kummerċjali importanti” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
il-persuna l-oħra tipposjedi b’mod dirett jew indirett mill-anqas 25 % tal-ishma fl-operatur;
l-operatur u l-persuna l-oħra, b’mod dirett jew indirett, jikkontrollaw b’mod konġunt terza persuna;
l-operatur u l-persuna l-oħra huma l-impjegatur u l-impjegat rispettivament;
l-operatur u l-persuna l-oħra huma sħab legalment rikonoxxuti fin-negozju jew huma uffiċjali jew diretturi fl-istess persuna ġuridika;
“attivitajiet ekonomiċi sostanzjali” tfisser azzjonijiet jew attivitajiet li jitwettqu minn persuna bil-għan li jiġu żgurati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni jew il-konsum ta’ oġġetti u servizzi.
Għall-finijiet tal-punt (e), l-attivitajiet li jitwettqu bl-iskop uniku li jiġu applikati l-kwoti tariffarji m’għandhomx jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi sostanzjali.
Meta l-operatur ikun marbut ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra li japplikaw għall-istess numru tal-ordni tal-kwota tariffarja, dan għandu jissodisfa l-obbligi li ġejjin meta jirreġistra fis-sistema elettronika tal-LORI:
għandu jagħti prova li jwettaq regolarment attivitajiet ekonomiċi sostanzjali billi jippreżenta mill-inqas wieħed mid-dokumenti msemmija fit-taqsima “Il-prova tal-operatur ekonomiku ta’ attività ekonomika sostanzjali” tal-Anness II;
għandu jiżvela l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li magħhom huwa marbut billi jimla t-taqsima rilevanti tal-Anness II.
It-tul ta’ żmien tas-sospensjoni ma għandux jaqbeż il-perjodu tal-kwota tariffarja.
Artikolu 12
Dikjarazzjoni ta’ indipendenza
Fid-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tiegħu, l-applikant għandu jagħmel waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, skont is-sitwazzjoni tiegħu:
dikjarazzjoni li l-applikant mhuwiex marbut ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra li japplikaw għall-istess numru ta’ ordni tal-kwota tariffarja;
dikjarazzjoni li l-applikant huwa marbut ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra li japplikaw għall-istess numru tal-ordni tal-kwota tariffarja iżda li jwettaq regolarment attivitajiet ekonomiċi sostanzjali.
Fuq it-talba tal-awtorità kompetenti li toħroġ il-liċenzja, l-applikant għandu jagħmel disponibbli d-dokumenti u l-evidenza kollha meħtieġa għall-verifika tal-informazzjoni prevista fid-dikjarazzjoni ta’ indipendenza.
Artikolu 13
Reġistrazzjoni obbligatorja minn qabel tal-operaturi
L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tirtira r-reġistrazzjoni fil-każijiet li ġejjin:
fuq talba tal-operatur irreġistrat;
meta l-awtorità li toħroġ il-liċenzji ssir konxja li l-operatur rreġistrat m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà biex japplika għal kwoti tariffarji li jirrikjedu reġistrazzjoni obbligatorja għall-operaturi.
It-tul ta’ żmien tas-sospensjoni m’għandux jaqbeż il-perjodu tal-kwota tariffarja.
Artikolu 14
Ilmenti dovuti għal reġistrazzjoni mhux xierqa ta’ operatur
Artikolu 15
Penali
Meta l-awtorità kompetenti li toħroġ il-liċenzji ssib li operatur li japplika għal liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni għal kwota tariffarja jew it-trasferiment tagħha jkun ippreżenta dokument mhux korrett jew ikun ressaq data mhux korretta jew data li ma tkunx aġġornata fil-kuntest tar-reġistrazzjoni fis-sistema elettronika LORI, u meta dak id-dokument ikun essenzjali għall-ħruġ ta’ dik il-liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni, din għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:
tipprojbixxi lill-operatur milli jirrilaxxa għall-moviment liberu fl-Unjoni jew jesporta mill-Unjoni kwalunkwe prodott taħt il-kwota tariffarja għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni kkonċernata għall-perjodu sħiħ tal-kwota tariffarja li matulu tkun saret tali sejba;
teskludi lill-operatur mis-sistema ta’ applikazzjoni għal-liċenzja għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni kkonċernata għal perjodu ta’ kwota tariffarja wara l-perjodu tal-kwota tariffarja li matulu tkun saret tali sejba.
Meta l-awtorità li toħroġ il-liċenzji ssib li operatur li japplika għal liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni għal kwota tariffarja jew għat-trasferiment tagħha jkun ippreżenta b’mod intenzjonat dokument żbaljat jew ma jkunx aġġorna b’mod intenzjonat d-data fir-rekord LORI tiegħu fil-kuntest tar-reġistrazzjoni fis-sistema elettronika LORI, u meta dak id-dokument jew dik id-data jkunu essenzjali għall-ħruġ ta’ dik il-liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni, l-esklużjoni tal-operatur imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tapplika għal żewġ perjodi ta’ kwota tariffarja wara l-perjodu tal-kwota tariffarja li matulu tkun saret tali sejba.
Artikolu 16
Trattament speċjali dwar l-importazzjoni f’pajjiż terz
Kull meta prodotti esportati jibbenefikaw minn trattament speċjali fuq l-importazzjoni f’pajjiż terz, skont l-Artikolu 186(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-esportaturi għandhom jitħallew jitolbu liċenzja tal-esportazzjoni li tiċċertifika li tali kundizzjonijiet għal trattament speċjali fuq l-importazzjoni f’pajjiż terz ġew issodisfati. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom joħorġu tali liċenzja ladarba jkunu sodisfatti, permezz ta’ mezzi li jqisuhom bħala xierqa, li tali kundizzjonijiet ġew issodisfati.
Artikolu 17
Notifiki lill-Kummissjoni
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni għal kull perjodu tal-kwota tariffarja bl-informazzjoni li ġejja permezz tas-sistema ta’ notifika stabbilita bir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185:
il-kwantitajiet koperti minn applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni;
il-kwantitajiet koperti minn liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni maħruġa;
il-kwantitajiet mhux użati koperti minn liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni mhux użati jew parzjalment użati;
il-kwantitajiet allokati lill-operaturi fi ħdan kwota tariffarja li għalihom ma nħarġux liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni;
il-kwantitajiet rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew esportati skont il-liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni maħruġa;
għall-kwoti tariffarji li għalihom hija meħtieġa r-reġistrazzjoni minn qabel tal-operaturi:
l-ismijiet, in-numri EORI u l-indirizzi tal-operaturi li jkunu rċevew liċenzji tal-importazzjoni jew taċ-ċessjonarji ta’ liċenzja tal-importazzjoni;
għal kull operatur, il-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom;
l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fis-sistema elettronika LORI li jkunu ġew ivvalidati u rrifjutati, ir-reġistrazzjonijiet li jkunu ġew irtirati, u l-validazzjonijiet u r-rifjut tal-bidliet fir-reġistru LORI;
għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni amministrati b’dokumenti maħruġa minn pajjiżi terzi, għal kull ċertifikat ta’ awtentiċità, kull ċertifikat ta’ arranġament ta’ monitoraġġ attiv (“IMA 1”), jew kull ċertifikat ta’ eliġibbiltà msemmi fl-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 li jiġi ppreżentat minn xi operatur, in-numru tal-liċenzja korrispondenti maħruġa u l-kwantitajiet koperti.
KAPITOLU III
Kwoti tariffarji speċifiċi f’konformità mal-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 18
Ftuħ tal-kwoti
Artikolu 19
Amministrazzjoni tal-kwoti
Il-Kummissjoni għandha tirriżerva għall-kwoti msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2):
Il-kwantitajiet tal-qamħirrum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1005 90 00 u s-sorgu li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1007 90 00 importat fi Spanja u l-kwantitajiet tal-qamħirrum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1005 90 00 importat fil-Portugall matul kull sena kalendarja;
il-kwantitajiet ta’ residwi tal-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun, il-fdalijiet tal birrerija u d-distillazzjoni u l-iskart u r-residwi mil-lbieba taċ-ċitru msemmija fil paragrafu 1, importati fi Spanja matul kull sena kalendarja;
Artikolu 20
Użu ta’ prodotti importati u sorveljanza
Artikolu 21
Importazzjonijiet mingħajr dazju
L-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:
għandhom jiġu ġestiti skont il-metodu msemmi fl-Artikoli 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
għandhom ikunu koperti minn liċenzji li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti Spanjoli u Portugiżi.
Il-liċenzji msemmija fil-punt (b) għandhom ikunu validi biss fl-Istat Membru li fih ikunu nħarġu.
Artikolu 22
Garanzija fl-applikazzjoni u garanzija tal-prestazzjoni
Artikolu 23
Regoli speċifiċi dwar it-trasferiment tal-liċenzji
B’deroga mill-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji tal-importazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 24
Ir-rilaxx u t-telf tal-garanzija tal-prestazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ sorveljanza adottati skont l-Artikolu 20(2), il-garanzija tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2) għandha tiġi rrilaxxata meta l-importatur jipprovdi prova li:
il-prodott importat ikun ġie pproċessat jew intuża fl-Istat Membru tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera; dik il-prova tista’ tingħata fil-forma ta’ fattura ta’ bejgħ lil proċessur stabbilit fl-Istat Membru tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera;
il-prodott ma setax jiġi importat, ipproċessat jew użat minħabba raġunijiet ta’ force majeure;
il-prodott importat ma jkunx għadu tajjeb għal ebda tip ta’ użu.
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali
Artikolu 25
Tħassir
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2307/98 ( 10 ), (KE) Nru 2535/2001 ( 11 ), (KE) Nru 1342/2003 ( 12 ), (KE) Nru 2305/2003 ( 13 ), (KE) Nru 969/2006 ( 14 ), (KE) Nru 1301/2006 ( 15 ), (KE) Nru 1918/2006 ( 16 ), (KE) Nru 1964/2006 ( 17 ), (KE) Nru 1979/2006 ( 18 ), (KE) Nru 341/2007 ( 19 ), (KE) Nru 533/2007 ( 20 ), (KE) Nru 536/2007 ( 21 ), (KE) Nru 539/2007 ( 22 ), (KE) Nru 616/2007 ( 23 ), (KE) Nru 964/2007 ( 24 ), (KE) Nru 1384/2007 ( 25 ), (KE) Nru 1385/2007 ( 26 ), (KE) Nru 382/2008 ( 27 ), (KE) Nru 412/2008 ( 28 ), (KE) Nru 431/2008 ( 29 ), (KE) Nru 748/2008 ( 30 ), (KE) Nru 1067/2008 ( 31 ), (KE) Nru 1296/2008 ( 32 ), (KE) Nru 442/2009 ( 33 ), (KE) Nru 610/2009 ( 34 ), (KE) Nru 891/2009 ( 35 ), (KE) Nru 1187/2009 ( 36 ) u (UE) Nru 1255/2010 ( 37 ) u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 ( 38 ), (UE) Nru 480/2012 ( 39 ),(UE) Nru 1223/2012 ( 40 ), (UE) Nru 82/2013 ( 41 ), (UE) Nru 593/2013 ( 42 ), (UE) 2015/2076 ( 43 ), (UE) 2015/2077 ( 44 ), (UE) 2015/2078 ( 45 ), (UE) 2015/2079 ( 46 ), (UE) 2015/2081 ( 47 ) u (UE) 2017/1585 ( 48 ) huma mħassra.
Madankollu, dawk ir-Regolamenti u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għandhom ikomplu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni li nħarġu fuq il-bażi tagħhom sal-iskadenza ta’ dawk il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni.
Artikolu 26
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Fl-ewwel żewġ perjodi tal-kwota tariffarja li għalihom japplika dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 27(2), l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji tista’ tistabbilixxi l-kwantità referenzjali msemmija fl-Artikolu 9 f’konformità mar-Regolamenti rilevanti mħassra elenkati fl-Artikolu 25.
Fejn f’wieħed jew fiż-żewġ perjodi tal-kwota tariffarja qabel l-ewwel perjodu tal-kwota tariffarja, li għalih japplika dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 27(2), kwota tariffarja li hija soġġetta għar-rekwiżit tal-kwantità referenzjali msemmi fl-Artikolu 9 ma tkunx intużat għalkollox, l-operaturi jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu l-kwantità referenzjali tagħhom jew f’konformità mal-Artikolu 9(1) inkella billi jużaw l-aħħar żewġ perjodi ta’ kwota tariffarja preċedenti fejn il-kwota tariffarja ntużat kompletament.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Mudell tad-dikjarazzjoni ta’ indipendenza msemmija fl-Artikolu 12
Struzzjonijiet għall-mili tad-dikjarazzjoni
Fil-kaxxa A, imla l-informazzjoni dwar il-kwota tariffarja li għaliha tapplika d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza.
Fil-kaxxa B, immarka l-kaxxa applikabbli.
Fil-kaxxa C, indika l-isem tal-operatur, in-numru EORI, id-data u l-post tal-firma, u inkludi l-firma tal-uffiċjal amministrattiv kompetenti tal-operatur (kap eżekuttiv).
A. Kwota tariffarja kkonċernata
|
Numru tal-ordni tal-kwota tariffarja |
|
|
Kodiċi(jiet) NM |
|
|
Oriġini tal-prodott(i) (1) |
|
|
(1)
Għandha timtela biss jekk l-oriġini tal-merkanzija hija element obbligatorju fl-applikazzjoni għal liċenzja. |
|
B. Indipendenza tal-operatur
L-applikant għan-numru tal-ordni tal-kwota tariffarja elenkat hawn fuq jiddikjara li:
|
1. L-applikant mhuwiex marbut, kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760, ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra li japplikaw għall-istess numru tal-ordni tal-kwota tariffarja. |
il-kaxxa għandha tiġi mmarkata kif xieraq. |
|
2. L-applikant huwa marbut, kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760, ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra li japplikaw għall-istess numru tal-ordni tal-kwota tariffarja. L-applikant iwettaq regolarment attivitajiet ekonomiċi sostanzjali fir-rigward ta’ partijiet terzi skont it-tifsira tal-Artikolu 11(3). L-applikant żvela l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li magħhom huwa marbut fis-sistema elettronika LORI skont l-Artikolu 11(4). |
il-kaxxa għandha tiġi mmarkata kif xieraq. |
C. Id-dettalji tal-operatur
|
Isem |
|
|
Numru EORI |
|
|
Data u post |
|
|
Firma |
|
|
Rwol tal-kumpanija tal-firmatarju |
|
ANNESS II
Informazzjoni li għandha tingħata fir-rigward tar-reġistrazzjoni obbligatorja preċedenti msemmija fl-Artikolu 13
EORI tal-operatur ekonomiku
Identità tal-operatur ekonomiku
|
► |
Isem tal-kumpanija |
|
► |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Isem tat-triq |
|
► |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Numru tat-triq |
|
► |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Kodiċi postali |
|
► |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Belt |
|
► |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Pajjiż |
|
► |
Indirizz tal-Uffiċċju operattiv: Isem tat-triq |
|
► |
Indirizz tal-Uffiċċju operattiv: Numru tat-triq |
|
► |
Indirizz tal-Uffiċċju operattiv: Kodiċi postali |
|
► |
Indirizz tal-Uffiċċju operattiv: Belt |
|
► |
Indirizz tal-Uffiċċju operattiv: Pajjiż |
|
► |
Numru tat-telefown |
|
► |
Indirizz tal-posta elettronika li għandu jintuża għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri |
|
► |
Status ġuridiku |
|
► |
L-attività ekonomika prinċipali tal-operatur |
Prova tal-attività ekonomika sostanzjali tal-operatur ekonomiku
|
► |
Dokument mehmuż ta’ silta mir-reġistru kummerċjali jew dokument ekwivalenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli |
|
► |
Dokument mehmuż tal-aħħar kontijiet annwali vverifikati (jekk applikabbli) |
|
► |
Dokument mehmuż tal-aħħar karta bilanċjali |
|
► |
Dokument mehmuż taċ-ċertifikat tal-VAT |
|
► |
Dokumenti addizzjonali li għandhom jittellgħu wara talbiet għal kjarifika li jaslu mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji |
Dikjarazzjoni ta’ indipendenza skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760
|
■ |
Lista tan-numri tal-ordni tal-kwoti tariffarji u deskrizzjoni qasira |
Jekk jogħġbok agħżel “iva” jekk qed tapplika għall-kwota tariffarja, jew “le” jekk m’intix qed tapplika għall-kwota tariffarja. |
Dikjarazzjoni ta’ indipendenza li għandha tiġi mehmuża: jekk fil-kolonna ta’ qabel inti għażilt “iva” |
|
► |
… |
|
|
Kwantità referenzjali
Jekk jogħġbok iddikjara l-kwantità referenzjali għall-kwoti tariffarji li ġejjin:
|
■ |
Numru tal-ordni tal-kwota tariffarja |
Kwantità ta’ referenza (f’kg) |
Perjodu tat-TRQ li għalih tapplika l-kwantità referenzjali - Bidu tal-perjodu |
Perjodu tat-TRQ li għalih tapplika l-kwantità referenzjali - Tmiem tal-perjodu |
|
► |
|
|
|
|
Persuni tal-kumpanija li għandhom is-setgħa li jintroduċu applikazzjoni għal liċenzja f’isem l-operatur
L-operatur għandu jipprovdi l-lista ta’ persuni tal-kumpanija bis-setgħa li jintroduċu applikazzjoni għal liċenzja f’ismu, għall-kwoti tariffarji elenkati hawn fuq.
|
■ |
Kunjom(ijiet) |
Isem/ismijiet |
Data tat-twelid |
Post tat-twelid |
Dokument tal-ID |
Numru tal-Karta tal-ID/tal-Passaport |
Dokumenti ta’ sostenn għall-għoti tas-setgħa |
|
► |
|
|
|
|
|
|
|
L-istruttura tas-sjieda ta’ operatur ekonomiku
|
■ |
Tip ta’ sjieda (l-operatur jimmarka l-għażla t-tajba) |
|
Jekk is-sid(ien) huwa/huma kumpanija:
|
■ |
Kumpanija EORI (jekk applikabbli) |
Isem tal-kumpanija |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Isem tat-triq |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Numru tat-triq |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Kodiċi postali |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Belt |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Pajjiż |
Numru tat-telefown |
Indirizz tal-posta elettronika |
Rwol fl-operatur (eż. is-sid waħdieni, is-sieħeb, l-azzjonist ewlieni (aktar minn 25 % tal-istokk jew tal-istokk ta’ kontroll)…) |
Reġistru kummerċjali |
|
► |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk is-sid(ien) ikun(u) persuna fiżika:
|
■ |
Kunjom(ijiet) |
Isem/ismijiet |
Data tat-twelid |
Post tat-twelid |
Dokument tal-ID |
Numru tal-Karta tal-ID/tal-Passaport |
Rwol fl-operatur (eż. is-sid waħdieni, is-sieħeb, l-azzjonist ewlieni (aktar minn 25 % tal-istokk jew tal-istokk ta’ kontroll)…) |
|
► |
|
|
|
|
|
|
|
L-operatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar persuni ġuridiċi li japplikaw għall-kwoti tariffarji elenkati hawn fuq, li huma marbuta ma’ dak l-operatur skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760
|
■ |
EORI tal-kumpanija |
Isem tal-kumpanija |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Isem tat-triq |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Numru tat-triq |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Kodiċi postali |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Belt |
Indirizz tal-kwartieri ġenerali: Pajjiż |
Numru tat-telefown |
Indirizz tal-posta elettronika |
Status ġuridiku |
Rabta |
|
► |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-operatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar persuni fiżiċi li japplikaw għall-kwoti tariffarji elenkati hawn fuq, li huma marbuta ma’ dak l-operatur skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760
|
■ |
Kunjom(ijiet) |
Isem/ismijiet |
Data tat-twelid |
Post tat-twelid |
Dokument tal-ID |
Numru tal-Karta tal-ID/tal-Passaport |
Rabta |
|
► |
|
|
|
|
|
|
|
L-istruttura ta’ ġestjoni tal-operatur ekonomiku
Jekk jogħġbok elenka l-persuni li għandhom kariga bħala membru tal-bord tad-diretturi/Uffiċjal Eżekuttiv Prinċipali/Uffiċjal Finanzjarju Ewlieni (jekk applikabbli) jew rwoli analogi fl-istruttura tal-ġestjoni tal-operatur. Jekk jogħġbok kun żgur li d-data fit-tabella ta’ hawn taħt hija konsistenti mal-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti ppreżentati bħala prova ta’ attività ekonomika sostanzjali. Fil-każ li t-tabella ta’ hawn taħt timtela b’informazzjoni skorretta jew mhux kompluta, japplikaw il-penali previsti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760
|
■ |
Kunjom(ijiet) |
Isem/ismijiet) |
Data tat-twelid |
Post tat-twelid |
Dokument tal-ID |
Numru tal-Karta tal-ID/tal-Passaport |
Funzjoni fil-kumpanija |
|
► |
|
|
|
|
|
|
|
Sabiex tipproċedi bl-applikazzjoni tiegħek għar-reġistrazzjoni, għandek taqbel mad-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
(1) L-informazzjoni pprovduta hija korretta, kompluta u aġġornata. Jiena konxju li l-penali pprovduti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 japplikaw fil-każ li l-informazzjoni pprovduta tkun skorretta, mhux kompluta jew mhux aġġornata.
(2) Jien naqbel li l-informazzjoni tkun żvelata lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji tal-Istati Membri.
(3) Jiena nwiegħed li se nippreżenta informazzjoni aġġornata fil-każ ta’ bidliet fl-istruttura tal-entità ġuridika, fil-ħin u skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760.
|
■ |
Jekk jogħġbok ikkonferma li taqbel mat-tliet dikjarazzjonijiet t’hawn fuq: |
|
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Aġenziji tal-Pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta’ garanziji ppreżentati għal tali liċenzji (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44).
( 6 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).
( 7 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
( 8 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).
( 9 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta’ Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).
( 10 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2307/98 tas-26 ta’ Ottubru 1998 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni ta’ ikel tal-klieb u l-qtates li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2309 10 90 li jikkwalifika għal trattament speċjali ta’ importazzjoni fl-Iżvizzera, (ĠU L 288, 27.10.1998, p. 8).
( 11 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).
( 12 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12).
( 13 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).
( 14 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).
( 15 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
( 16 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).
( 17 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladesh, b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 20).
( 18 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 91).
( 19 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta’ Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).
( 20 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).
( 21 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6).
( 22 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19).
( 23 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta’ Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).
( 24 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 tal-14 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, għas-snin tas-suq 2007/2008 u 2008/2009 (ĠU L 213, 15.8.2007, p. 26).
( 25 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40).
( 26 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f’dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).
( 27 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).
( 28 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 7).
( 29 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u prodotti koperti mill-kodiċi NM 02062991 (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3).
( 30 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 02062991 (ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28).
( 31 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).
( 32 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57).
( 33 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13).
( 34 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili (ĠU L 180, 11.7.2009, p. 5).
( 35 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).
( 36 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).
( 37 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro, fis-Serbja (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 1).
( 38 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).
( 39 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NM 10064000 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 19011000 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).
( 40 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1223/2012 tat-18 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li jeċċedi l-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 39).
( 41 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 82/2013 tad-29 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa bla għadam li ġejja mill-Isvizzera (ĠU L 28, 30.1.2013, p. 3).
( 42 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2013 tal-21 ta’ Ġunju 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (ĠU L 170, 22.6.2013, p. 32).
( 43 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2076 tat-18 ta’ Novembru 2015 li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni tal-laħam tal-majjal frisk jew iffriżat li joriġina fl-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 51).
( 44 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2077 tat-18 ta’ Novembru 2015 li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta’ bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 57).
( 45 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 tat-18 ta’ Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 63).
( 46 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2079 tat-18 ta’ Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella frisk jew friżat li joriġina fl-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 71).
( 47 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta’ Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 81).
( 48 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1585 tad-19 ta’ Settembru 2017 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina fil-Kanada u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 442/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 u (UE) Nru 593/2013 (ĠU L 241, 20.9.2017, p. 1).