02022R0869 — MT — 28.04.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2022/869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2022 (ĠU L 152 3.6.2022, p. 45) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1041 tat-28 ta’ Novembru 2023 |
L 1041 |
1 |
8.4.2024 |
|
REGOLAMENT (UE) 2022/869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Mejju 2022
dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett, objettivi u kamp ta’ applikazzjoni
B’mod partikolari, dan ir-Regolament:
jipprevedi l-identifikazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku stabbiliti skont l-Artikolu 3 (lista tal-Unjoni);
jiffaċilita l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni billi jissimplifika, jikkoordina aktar mill-qrib u jaċċellera l-proċessi għall-għoti ta’ permessi, u billi jtejjeb it-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika;
jipprovdi regoli għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u inċentivi marbuta mar-riskju għal proġetti fuq il-lista tal-Unjoni;
jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet fir-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2018/1999, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u fid-Direttivi 2009/73/KE, (UE) 2018/2001 ( 1 ) u (UE) 2019/944, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“infrastruttura tal-enerġija” tfisser kwalunkwe tagħmir fiżiku jew faċilità li taqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li tinsab fl-Unjoni, jew li tgħaqqad l-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar;
“konġestjoni tal-infrastruttura tal-enerġija” tfisser limitazzjoni ta’ flussi fiżiċi f’sistema tal-enerġija minħabba kapaċità ta’ trażmissjoni insuffiċjenti, li tinkludi fost l-oħrajn l-assenza ta’ infrastruttura;
“deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew minn awtoritajiet ta’ Stat Membru, li ma jinkludux qrati jew tribunali, li jiddetermina jekk promotur ta’ proġett ikunx awtorizzat jew le jibni l-infrastruttura tal-enerġija sabiex iwettaq proġett ta’ interess komuni jew proġett ta’ interess reċiproku billi jkollu l-possibbiltà li jibda, jew jakkwista u jibda, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meħtieġa (fażi “lest għall-bini”) mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell amministrattiv;
“proġett” tfisser linja waħda jew diversi linji, pipelines, faċilitajiet, tagħmir jew installazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija mniżżla fl-Anness II;
“proġett ta’ interess komuni” tfisser proġett meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija mniżżla fl-Anness I u li jkun fil-lista tal-Unjoni;
“proġett ta’ interess reċiproku” tfisser proġett promoss mill-Unjoni f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi skont ittri ta’ appoġġ mill-gvernijiet tal-pajjiżi affettwati direttament jew ftehimiet mhux vinkolanti oħra, li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji tal-infrasturttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt 1(a) jew (f), fil-punt 3(a), fil-punt 5(a) jew (c) tal-Anness II, li jikkontribwixxi għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u għall-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika għall-2050 u li jkun fil-lista tal-Unjoni;
“proġetti li jikkompetu” tfisser proġetti li jindirizzaw għalkollox jew parzjalment l-istess diskrepanza fl-infrastruttura jew ħtieġa ta’ infrastruttura reġjonali li jkunu ġew identifikati;
“promotur ta’ proġett” tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:
operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni (TSO), operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni (DSO) jew operatur jew investitur ieħor li jiżviluppa proġett fil-lista tal-Unjoni;
f’każ li jkun hemm aktar minn wieħed min tali TSO, DSO, operatur jew investitur ieħor, jew kwalunkwe grupp magħmul minn dawn, l-entità b’personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, li tkun intgħażlet b’arranġament kuntrattwali bejniethom u li jkollha l-kapaċità li twettaq l-obbligi legali u li terfa’ r-responsabbiltà finanzjarja għan-nom tal-partijiet fl-arranġament kuntrattwali.
“grilja intelliġenti tal-elettriku” tfisser network tal-elettriku, inkluż fuq il-gżejjer li mhumiex interkonnessi jew li mhumiex konnessi biżżejjed man-networks tal-enerġija trans-Ewropej, li jippermetti l-integrazzjoni kosteffiċjenti u l-kontroll attiv tal-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha konnessi miegħu, inklużi l-ġeneraturi, il-konsumaturi u l-prosumaturi, sabiex tiġi żgurata sistema tal-enerġija ekonomikament effiċjenti u sostenibbli b’telf baxx u livell għoli ta’ integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli, ta’ sigurtà tal-provvista u ta’ sikurezza, u li fih l-operatur tal-grilja jkun jista’ jimmonitorja b’mod diġitali l-azzjonijiet tal-utenti konnessi miegħu, u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-komunikazzjoni ma’ operaturi tal-grilja relatati, ma’ ġeneraturi, ma’ faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, u ma’ konsumaturi jew ma’ prosumaturi, bl-għan li l-elettriku jiġi trażmess u distribwit b’mod sostenibbli, kosteffiċjenti u sigur;
“grilja intelliġenti tal-gass” tfisser network tal-gass li jagħmel użu minn soluzzjonijiet diġitali u innovattivi sabiex jintegra b’mod kosteffiċjenti pluralità ta’ sorsi tal-gass b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli f’konformità mal-ħtiġijiet tal-konsumaturi u mar-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-gass sabiex titnaqqas il-marka tal-karbonju tal-konsum tal-gass relatat, ikun jista’ jiżdied is-sehem tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u jinħolqu rabtiet ma’ vetturi u ma’ setturi oħra tal-enerġija, inkluż it-titjib fiżiku relatat jekk huma indispensabbli għall-funzjonament tat-tagħmir u tal-installazzjonijiet biex jiġu integrati l-gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli;
“awtorità kkonċernata” tfisser awtorità li, skont id-dritt nazzjonali, tkun kompetenti sabiex toħroġ permessi u awtorizzazzjonijiet diversi relatati mal-ippjanar, mad-disinn u mal-kostruzzjoni ta’ assi immobbli, li jinkludu l-infrastruttura tal-enerġija;
“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE jew awtorità regolatorja fil-livell nazzjonali ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
“awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti” tfisser l-awtorità regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri li jospitaw il-proġetti u fl-Istati Membri li għalihom il-proġett jipprovdi impatt pożittiv sinifikanti;
“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u l-użu ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp, l-adattament għal skop ġdid u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u l-varar ta’ proġett;
“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa sabiex titħejja l-implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, tal-fattibbiltà, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, inkluż software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ tas-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;
“ikkummissjonar” tfisser il-proċess li bih proġett jibda jitħaddem ladarba jkun inbena;
“assi ddedikati għall-idroġenu” tfisser infrastruttura lesta biex takkomoda l-idroġenu pur mingħajr aktar xogħlijiet ta’ adattament, inklużi networks ta’ pipelines jew faċilitajiet ta’ ħżin li jkunu għadhom kif inbnew ġodda, ġew adattati għal skop ġdid minn assi tal-gass naturali, jew it-tnejn li huma;
“adattament għal skop ġdid” tfisser it-titjib jew il-modifika ta’ natura teknika tal-infrastruttura eżistenti tal-gass naturali sabiex jiġi żgurat li hija ddedikata għall-użu tal-idroġenu pur;
“adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser proċess li jiżgura li r-reżiljenza għall-impatti negattivi potenzjali tat-tibdil fil-klima tal-infrastruttura tal-enerġija tinkiseb permezz ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskju tat-tibdil fil-klima, inkluż permezz ta’ miżuri ta’ adattament rilevanti.
KAPITOLU II
Proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku
Artikolu 3
Lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku
Meta Grupp ifassal il-lista reġjonali tiegħu:
kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom; meta Stat Membru ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu, huwa għandu jippreżenta r-raġunijiet sostanzjati tiegħu għal dan lill-Grupp ikkonċernat;
għandu jqis il-pariri tal-Kummissjoni bl-għan li fil-lista tal-Unjoni jkun hemm numru totali ta’ proġetti li jkun maniġġabbli.
Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, fuq il-bażi tal-listi reġjonali adottati mill-korpi deċiżjonali tal-gruppi stabbiliti skont il-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat li jistabbilixxi l-ewwel lista tal-Unjoni skont dan ir-Regolament sat-30 ta’ Novembru 2023.
Jekk att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma jkunx jista’ jidħol fis-seħħ minħabba oġġezzjoni espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 20(6), il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Gruppi sabiex titfassal listi reġjonali ġodda filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat ġdid li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli.
Meta tkun qed tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni billi tgħaqqad il-listi reġjonali msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis kif xieraq id-deliberazzjonijiet tal-Gruppi:
tiżgura li jiġu inklużi biss il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 4;
tiżgura konsistenza transreġjonali, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija kif imsemmi fil-punt (14) tat-Taqsima 2 tal-Anness III;
tqis l-opinjonijiet tal-Istati Membri msemmija fil-punt (10) tat-Taqsima 2 tal-Anness III;
timmira li tiżgura numru totali maniġġabbli ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni.
Artikolu 4
Kriterji għall-valutazzjoni tal-proġetti mill-Gruppi
Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali li ġejjin:
il-proġett ikun meħtieġ għal mill-inqas wieħed mill-kurituri u mill-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I;
il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rilevanti fil-paragrafu 3, jisbqu l-kostijiet tiegħu, inkluż fit-tul;
il-proġett jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
jinvolvi tal-inqas żewġ Stati Membri billi jaqsam direttament jew indirettament, permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz, il-fruntiera ta’ żewġ Stati Membri jew aktar;
ikun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, jew internament jew lil hinn mill-kosta, inkluż fuq gżejjer, u jkollu impatt transfruntier sinifikanti kif stipulat fil-punt (1) tal-Anness IV.
Proġett ta’ interess reċiproku għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali li ġejjin:
il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1), u dawk tal-pajjiż terz, b’mod partikolari billi ma jxekkilx il-kapaċità tal-pajjiż terz milli jelimina gradwalment l-assi li jiġġeneraw il-karburant fossili għall-konsum domestiku tiegħu, u għas-sostenibbiltà, inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja u permezz tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u siti ta’ ħżin ewlenin;
il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett fil-livell tal-Unjoni, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rispettivi fil-paragrafu 3, jisbqu l-kostijiet tiegħu fi ħdan l-Unjoni, inkluż fit-tul;
il-proġett ikun jinsab fit-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u fit-territorju ta’ mill-inqas pajjiż terz wieħed u jkollu impatt transfruntier sinifikanti kif stabbilit fil-punt (2) tal-Anness IV;
għall-parti li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-proġett ikun konformi mad-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944 meta jkun jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti fil-punti (1) u (3) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
hemm livell għoli ta’ konverġenza tal-qafas ta’ politika tal-pajjiż jew pajjiżi terzi involuti u huma murija mekkaniżmi ta’ infurzar legali li jappoġġaw l-objettivi tal-politika tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jiżguraw:
suq intern tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb;
is-sigurtà tal-provvisti, fuq il-bażi, inter alia, ta’ sorsi diversi, tal-kooperazzjoni u tas-solidarjetà;
sistema tal-enerġija, inkluż il-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, li timxi lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, b’mod partikolari, l-evitar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
il-pajjiż jew il-pajjiżi terzi involuti isostnu l-istatus ta’ prijorità tal-proġett, kif stipulat fl-Artikolu 7, u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw ma’ skeda ta’ żmien simili għall-implimentazzjoni aċċellerata u għal miżuri oħra ta’ appoġġ ta’ politika u regolatorju kif japplika għal proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni.
Fir-rigward ta’ proġetti għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (5)(c) tal-Anness II, il-proġett għandu jkun meħtieġ biex jippermetti t-trasport u l-ħżin transfruntiera tad-diossidu tal-karbonju u l-pajjiż terz fejn ikun jinsab il-proġett għandu jkollu qafas legali adegwat ibbażat fuq mekkaniżmi ta’ infurzar effettivi murija biex jiġi żgurat li standards u salvagwardji japplikaw għall-proġett, u hekk tiġi prevenuta kwalunkwe tnixxija tad-dijossidu tal-karbonju, u li jikkonċernaw il-klima, is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi fir-rigward tas-sikurezza u l-effettività tal-ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju, li huma mill-inqas fl-istess livell bħal dawk previsti mil-liġi tal-Unjoni.
Il-kriterji speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għal proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu f’kategoriji speċifiċi tal-infrastruttura tal-enerġija:
għall-proġetti tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ħżin tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, it-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u siti ta’ ħżin ewlenin, u biex jitnaqqas it-tnaqqis tal-enerġija, fejn applikabbli, u jikkontribwixxi għal tal-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
l-integrazzjoni tas-suq, inkluż permezz tat-tneħħija tal-iżolament tal-enerġija ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u t-tnaqqis tal-konġestjonijiet tal-infrastruttura tal-enerġija; il-kompetizzjoni, l-interoperabbiltà u l-flessibbiltà tas-sistema;
is-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz tal-interoperabbiltà, tal-flessibbiltà tas-sistema, taċ-ċibersigurtà, tal-konnessjonijiet xierqa u tal-operat sikur u affidabbli tas-sistema;
għal proġetti tal-grilji intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, u jikkontribwixxi għal tal-inqas tnejn mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
is-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz tal-effiċjenza u tal-interoperabbiltà tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-operat ta’ kuljum tan-network, l-evitar tal-konġestjoni, u l-integrazzjoni u l-involviment tal-utenti tan-network;
l-integrazzjoni tas-suq, inkluż permezz tal-operat effiċjenti tas-sistema u l-użu tal-interkonnetturi;
is-sigurtà tan-network, il-flessibbiltà u l-kwalità tal-provvista, inkluż permezz ta’ użu ogħla tal-innovazzjoni fl-ibbilanċjar, fis-swieq tal-flessibbiltà, fiċ-ċibersigurtà, fil-monitoraġġ, fil-kontroll tas-sistema u fil-korrezzjoni tal-iżbalji.
l-integrazzjoni intelliġenti tas-settur, jew fis-sistema tal-enerġija permezz tal-kollegament ta’ vetturi tal-enerġija u setturi tal-enerġija differenti, jew b’mod usa’, billi jiffavorixxi sinerġiji u koordinazzjoni bejn is-setturi tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni;
għall-proġetti tat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà billi jnaqqas l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-installazzjonijiet industrijali konnessi u jikkontribwixxi għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:
l-evitar tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju filwaqt li tinżamm is-sigurtà tal-provvista;
iż-żieda fir-reżiljenza u s-sigurtà tat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju;
l-użu effiċjenti tar-riżorsi, billi jiġu konnessi diversi sorsi u siti tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju permezz ta’ infrastruttura komuni u billi jiġu mminimizzati l-piż u r-riskji ambjentali;
għall-proġetti tal-idroġenu li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass serra, tissaħħaħ l-adozzjoni tal-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, b’enfasi fuq l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli b’mod partikolari f’applikazzjonijiet tal-użu aħħari, bħas-setturi diffiċli sabiex jitrażżnu, li fihom mhumiex fattibbli soluzzjonijiet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u tiġi sostnuta l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli varjabbli billi jiġu offruti soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà, ta’ ħżin, jew it-tnejn li huma, u l-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
l-integrazzjoni tas-suq, inkluż permezz tal-konnessjoni ta’ networks eżistenti jew emerġenti tal-idroġenu tal-Istati Membri, jew b’xi mod ieħor jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ network għall-Unjoni kollha għat-trasport u għall-ħżin tal-idroġenu, u jiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi konnessi;
is-sigurtà tal-provvista u l-flessibbiltà, inkluż permezz ta’ konnessjonijiet xierqa u l-iffaċilitar tal-operat sikur u affidabbli tas-sistema;
il-kompetizzjoni, inkluż billi jkun permess l-aċċess għal diversi sorsi ta’ provvista u utenti tan-network fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja;
għall-elettrolizzaturi li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (4) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:
is-sostenibbiltà, inkluż permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib tal-użu tal-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju b’mod partikolari minn sorsi rinnovabbli, kif ukoll fjuwils sintetiċi minn dawk l-oriġini;
is-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz ta’ kontribuzzjoni għall-operat sigur, effiċjenti u affidabbli tas-sistema, jew billi jiġu offruti soluzzjonijiet ta’ ħżin, ta’ flessibbiltà, jew it-tnejn li huma, bħal servizzi ta’ rispons fin-naħa tad-domanda u servizzi ta’ bbilanċjar;
il-faċilitazzjoni ta’ servizzi ta’ flessibbiltà bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin permezz tal-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ rabtiet ma’ vetturi u setturi oħra tal-enerġija;
għal proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (2) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà billi jiżgura l-integrazzjoni ta’ pluralità ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli, inkluż fejn dawn jiġu minn sorsi lokali, bħal bijometan jew idroġenu rinnovabbli, fis-sistemi tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-ħżin tal-gass sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u dak il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas waħda mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
is-sigurtà tan-network u l-kwalità tal-provvista billi jittejbu l-effiċjenza u l-interoperabbiltà tas-sistemi tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-ħżin tal-gass fl-operat tan-network ta’ kuljum billi, fost l-oħrajn, jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mill-injezzjoni ta’ gassijiet ta’ diversi kwalitajiet;
il-funzjonament tas-suq u s-servizzi għall-klijenti;
l-iffaċilitar tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ rabtiet ma’ operaturi u ma’ setturi oħra tal-enerġija u l-abilitazzjoni tar-rispons tad-domanda.
Meta jivvaluta l-proġetti, sabiex jiġi żgurat approċċ ta’ valutazzjoni konsistenti fost il-Gruppi, kull Grupp għandu jqis kif xieraq:
l-urġenza u l-kontribuzzjoni ta’ kull proġett propost sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista;
il-komplementarjetà ta’ kull proġett propost ma’ proġetti proposti oħra, inklużi proġetti li jikkompetu jew li potenzjalment jikkompetu;
sinerġiji possibbli mal-kurituri u mal-oqsma prijoritarji identifikati taħt networks trans-Ewropej għat-trasport u t-telekomunikazzjonijiet;
għall-proġetti proposti li, f’dak iż-żmien tal-valutazzjoni, ikunu proġetti fil-lista tal-Unjoni, il-progress tal-implimentazzjoni tagħhom u l-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ rapportar u ta’ trasparenza.
Fir-rigward ta’ proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku u ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(e) u fil-punt (2) tal-Anness II, għandha ssir klassifikazzjoni għal dawk il-proġetti li jaffettwaw l-istess żewġ Stati Membri, u għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lin-numru ta’ utenti affettwati mill-proġett, lill-konsum annwali tal-enerġija u lis-sehem tal-ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawk l-utenti.
Artikolu 5
Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni
Il-promoturi tal-proġetti għandhom ifasslu pjan ta’ implimentazzjoni għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni, inkluż skeda ta’ żmien għal kull wieħed u waħda minn dawn li ġejjin:
l-istudji dwar il-fattibbiltà u t-tfassil inkluż dak li għandu x’jaqsam mal-adattament għat-tibdil fil-klima u mal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;
l-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata;
il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar;
il-proċess għall-għoti tal-permessi msemmi fl-Artikolu 10(6), il-punt (b).
Dak ir-rapport għandu jinkludi dettalji dwar:
il-progress miksub fl-iżvilupp, fil-kostruzzjoni u fl-ikkummissjonar tal-proġett, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-proċedura ta’ konsultazzjoni kif ukoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, bil-prinċipju li l-proġett “ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti” lill-ambjent, u l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meħuda;
fejn ikun rilevanti, dewmien meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u diffikultajiet oħra misjuba;
fejn ikun rilevanti, pjan rivedut bl-għan li jingħeleb id-dewmien.
F’każijiet debitament ġustifikati, l-Aġenzija tista’ titlob informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha stabbiliti f’dan il-paragrafu.
Meta l-ikkummissjonar ta’ proġett fil-lista tal-Unjoni jiddewwem meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, u mhux għal raġunijiet prevalenti li jaqgħu barra mill-kontroll tal-promotur tal-proġett, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:
sa fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 22(7), il-punt (a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2009/73/KE u fl-Artikolu 51(7), il-punt (a), (b) jew (c) tad-Direttiva (UE) 2019/944 jkunu applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali rispettiv, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-investiment isir;
jekk il-miżuri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont il-punt (a) ma jkunux applikabbli, il-promotur tal-proġett, fi żmien 24 xahar mid-data tal-ikkummissjonar stabbilita fil-pjan ta’ implimentazzjoni, għandu jagħżel parti terza sabiex tiffinanzja jew tibni l-proġett kollu jew parti minnu.
jekk parti terza ma tintgħażilx f’konformità mal-punt (b), l-Istat Membru jew, meta l-Istat Membru jkun ipprovda hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-punt (b), taħtar parti terza sabiex tiffinanzja jew tibni l-proġett li l-promotur tal-proġett għandu jaċċetta;
meta d-dewmien meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta’ implimentazzjoni jaqbeż is-26 xahar, il-Kummissjoni, soġġetta għall-qbil u bil-kooperazzjoni sħiħa tal-Istati Membri kkonċernati, tista’ tvara sejħa għal proposti miftuħa għal kwalunkwe parti terza li kapaċi ssir promotur ta’ proġett sabiex tibni l-proġett f’konformità ma’ skeda ta’ żmien miftiehma;
meta jiġu applikati miżuri msemmija fil-punt (c) jew (d), l-operatur tas-sistema li fiż-żona tiegħu jinsab l-investiment għandu jipprovdi lill-operaturi jew lill-investituri implimentaturi jew lill-parti terza l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitwettaq l-investiment, għandu jgħaqqad l-assi l-ġodda man-network tat-trażmissjoni jew, fejn applikabbli, in-network tad-distribuzzjoni u b’mod ġenerali għandu jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-investiment u l-operat u l-manutenzjoni siguri, affidabbli u effiċjenti tal-proġett fil-lista tal-Unjoni.
Madankollu, proġett li ma jkunx għadu fil-lista tal-Unjoni iżda li għalih ikun ġie aċċettat fajl ta’ applikazzjoni sabiex jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti għandu jżomm id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III, ħlief meta l-proġett ikun tneħħa mil-lista tal-Unjoni għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Koordinaturi Ewropej
Il-koordinatur Ewropew għandu:
jippromwovi l-proġetti, li għalihom ikun inħatar koordinatur Ewropew u d-djalogu transfruntier bejn il-promoturi tal-proġetti u l-partijiet ikkonċernati interessati kollha;
jassisti l-partijiet kollha kif inhu meħtieġ fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati interessati, fid-diskussjoni dwar rotot alternattivi, fejn xieraq, u fil-ksib tal-permessi meħtieġa għall-proġetti;
meta jkun xieraq, jagħti pariri lill-promoturi tal-proġett dwar il-finanzjament tal-proġett;
jiżgura li jingħata l-appoġġ u d-direzzjoni strateġika xierqa mill-Istati Membri kkonċernati għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti;
kull sena, u, meta jkun xieraq, mat-twettiq tal-mandat tiegħu, jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġetti u dwar kwalunkwe diffikultà u ostaklu li x’aktarx idewmu b’mod sinifikanti d-data tal-ikkummissjonar tal-proġetti.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport tal-koordinatur Ewropew imsemmi fil-punt (e) lill-Parlament Ewropew u lill-Gruppi kkonċernati.
KAPITOLU III
Għoti ta’ permessi u parteċipazzjoni pubblika
Artikolu 7
Status ta’ prijorità tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni
Dan il-paragrafu ma japplikax għal proġetti li jikkompetu jew għal proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.
Meta l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun meħtieġa f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE, il-Kummissjoni u l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni fir-rigward tal-interess pubbliku prevalenti ta’ proġett tittieħed fi ħdan il-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.
Dan il-paragrafu ma japplikax għall-proġetti li jikkompetu jew għall-proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.
Artikoli 8
Organizzazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi
Ir-responsabbiltajiet tal-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 jew il-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu ddelegati lil awtorità oħra, jew imwettqa minn din, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni jew għal kull kategorija partikolari ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, dment li:
l-awtorità nazzjonali kompetenti tinnotifika lill-Kummissjoni b’dik id-delega u l-informazzjoni fiha tiġi ppubblikata jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-promotur tal-proġett fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7);
awtorità waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni, u tkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett partikolari fil-lista tal-Unjoni, u tikkoordina s-sottomissjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni rilevanti kollha.
L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ żżomm ir-responsabbiltà li tistabbilixxi l-limiti taż-żmien, mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali u, sal-punt li ma jikkontradixxihomx, dak nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiffaċilita l-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2) u f’konformità ma’ waħda mill-iskemi li ġejjin:
skema integrata:
id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti u għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi. Meta awtoritajiet oħra jkunu kkonċernati mill-proġett, huma jistgħu, f’konformitá mad-dritt nazzjonali, jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala input għall-proċedura, li għandha titqies mill-awtorità nazzjonali kompetenti;
skema koordinata:
id-deċiżjoni komprensiva tinkludi diversi deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti maħruġa minn diversi awtoritajiet ikkonċernati, li għandhom jiġu kkoordinati mill-awtorità nazzjonali kompetenti. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tistabbilixxi grupp ta’ ħidma li fih l-awtoritajiet ikkonċernati kollha jkunu rrappreżentati sabiex titfassal skeda għall-proċess għall-għoti ta’ permessi f’konformità mal-Artikolu 10(6), il-punt (b), u sabiex tiġi mmonitorjata u kkoordinata l-implimentazzjoni tagħha. L-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, għandha, fejn applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2), tistabbilixxi fuq bażi ta’ kull każ għalih limitu taż-żmien raġonevoli li fih għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni individwali f’isem awtorità nazzjonali oħra kkonċernata, fejn id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tingħatax fi żmien il-limitu taż-żmien u fejn id-dewmien ma jistax jiġi ġġustifikat b’mod adegwat; jew, fejn previst taħt id-dritt nazzjonali, u sal-punt li dan ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tikkunsidra li awtorità nazzjonali kkonċernata oħra tkun tat l-approvazzjoni jew ir-rifjut tagħha għall-proġett meta d-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tingħatax fi ħdan il-limitu taż-żmien. Fejn ipprovdut skont il-liġi nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tinjora deċiżjoni individwali ta’ awtorità nazzjonali oħra kkonċernata jekk tqis li d-deċiżjoni mhijiex sostanzjata biżżejjed fir-rigward tal-evidenza bażi ppreżentata mill-awtorità nazzjonali kkonċernata; hija u tagħmel dan, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti rilevanti taħt id-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali jiġu rispettati u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha;
skema kollaborattiva:
id-deċiżjoni komprensiva għandha tiġi kkoordinata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. L-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, għandha, fejn applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2), tistabbilixxi fuq bażi ta’ kull każ għalih limitu taż-żmien raġonevoli li fih għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. Għandha timmonitorja l-konformità mal-limiti taż-żmien mill-awtoritajiet ikkonċernati.
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskemi b’mod li, skont il-liġi nazzjonali, jikkontribwixxi għall-ħruġ l-aktar effiċjenti u f’waqtu tad-deċiżjoni komprensiva.
Il-kompetenza tal-awtoritajiet ikkonċernati tista’ jew tiġi inkorporata fil-kompetenza tal-awtorità nazzjonali kompetenti maħtura f’konformità mal-paragrafu 1 jew inkella l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jżommu, sa ċertu punt, il-kompetenza indipendenti tagħhom f’konformità mal-iskema rispettiva għall-għoti ta’ permessi magħżula mill-Istat Membru f’konformità ma’ dan il-paragrafu sabiex jiffaċilitaw il-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva u jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti kif xieraq.
Meta awtorità kkonċernata ma tkunx qed tistenna li tagħti deċiżjoni individwali fil-limitu taż-żmien stabbilit, dik l-awtorità għandha minnufih tinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti, u tipprovdi raġunijiet għad-dewmien. Sussegwentement, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi limitu taż- żmien ieħor li fih għandha tinħareġ dik id-deċiżjoni individwali, f’konformità mal-limiti taż-żmien ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).
L-Istati Membri għandhom jagħżlu minn fost it-tliet skemi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu sabiex jiffaċilitaw u jikkoordinaw il-proċeduri tagħhom u għandhom jimplimentaw l-iskema li hi l-aktar effettiva għalihom fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali fil-proċessi tagħhom għall-ippjanar u għall-għoti ta’ permessi. Meta Stat Membru jagħżel l-iskema kollaborattiva, għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tiegħu.
Artikolu 9
Trasparenza u parteċipazzjoni pubblika
Meta l-promotur ta’ proġett ikollu l-intenzjoni li jagħmel tibdiliet sinifikanti f’kunċett approvat għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku, huwa għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti b’dan. F’dak il-każ l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ titlob modifiki.
Il-promotur ta’ proġett għandu jħejji rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-attivitajiet relatati mal-parteċipazzjoni pubblika qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni, inklużi dawk l-attivitajiet li jkunu seħħew qabel il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi.
Il-promotur ta’ proġett għandu jissottometti r-rapporti msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi flimkien mal-fajl tal-applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tqis kif xieraq ir-riżultati ta’ dawn ir-rapporti.
Il-promoturi tal-proġetti għandhom jippubblikaw ukoll informazzjoni rilevanti b’mezzi oħra ta’ informazzjoni xierqa aċċessibbli għall-pubbliku.
Artikolu 10
Durata u implimentazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi
Il-proċess għall-għoti ta’ permessi għandu jikkonsisti f’żewġ proċeduri:
il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu bejn il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-aċċettazzjoni min-naħa tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess, li għandha sseħħ fi żmien perjodu indikattiv ta’ 24 xahar; and
il-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi, li tkopri l-perjodu mid-data tal-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess sat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva, ma għandhiex taqbeż it-18-il xahar.
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi li tkun iqsar minn 18-il xahar.
Madankollu, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tqis li waħda mill-proċeduri jew it-tnejn li huma ma jkunux se jitlestew fi żmien il-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, hija tista’ testendi wieħed minn dawk il-limiti taż-żmien jew it-tnejn li huma, qabel l-iskadenza tagħhom u fuq bażi ta’ kull każ għalih. L-awtorità nazzjonali kompetenti ma għandhiex testendi d-durata kkombinata taż-żewġ proċeduri għal aktar minn disa’ xhur ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.
Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti testendi l-limiti taż-żmien, hija għandha tinforma lill-Grupp ikkonċernat u tippreżentalu l-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu għall-konklużjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi bl-anqas dewmien possibbli. Il-Grupp jista’ jitlob li l-awtorità nazzjonali kompetenti tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub f’dak ir-rigward u r-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tirrikonoxxi jew, jekk tqis li l-proġett ma jkunx matur biżżejjed sabiex jidħol fil-proċess għall-għoti ta’ permessi, tirrifjuta n-notifika, bil-miktub, inkluż f’isem awtoritajiet ikkonċernati oħra. Fil-każ ta’ rifjut, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, inkluż f’isem awtoritajiet ikkonċernati oħra. Id-data tal-firma tal-konferma tan-notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi. Fejn ikunu kkonċernati żewġ Stati Membri jew aktar, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċess għall-għoti ta’ permessi jiġi aċċellerat f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għal kull kategorija ta’ proġetti ta’ interess komuni. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadattaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u għall-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess, sabiex jagħmluhom idonei għal proġetti li minħabba n-natura tagħhom, id-dimensjoni tagħhom jew in-nuqqas ta’ rekwiżit ta’ valutazzjoni ambjentali taħt id-dritt nazzjonali, jistgħu jkunu jeħtieġu anqas awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet sabiex jilħqu l-fażi lesti għall-bini. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 6 ta’ dan l-Artikolu mhijiex meħtieġa għall-proġetti msemmija f’dan is-subparagrafu.
Fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-estensjoni msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, għandha titnaqqas għal sitt xhur, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, inkluż għall-proċedura msemmija f’dan il-paragrafu.
Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tkun magħmula mill-istadji li ġejjin:
Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 6 xhur min-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiddetermina, fuq il-bażi tal-lista ta’ kontroll imsemmija fil-punt (1)(e) tal-Anness VI, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, u fejn xieraq fuq il-bażi ta’ proposta mill-promotur tal-proġett, l-ambitu tar-rapporti u tad-dokumenti u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mill-promotur tal-proġett, bħala parti mill-fajl tal-applikazzjoni, sabiex japplika għad-deċiżjoni komprensiva;
l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tfassal, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra u b’kont meħud tar-riżultati tal-attivitajiet imwettqa skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, skeda dettaljata għall-proċess għall-għoti ta’ permessi skont il-linji gwida stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness VI;
mal-wasla tal-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, fejn meħtieġ, f’isimha stess jew f’isem awtoritajiet konċernati oħra, titlob lill-promotur ta’ proġett jissottometti l-informazzjoni nieqsa relatata mal-elementi mitluba msemmija fil-punt (a).
Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tinkludi t-tħejjija ta’ kwalunkwe rapport ambjentali mill-promoturi tal-proġett, kif ikun meħtieġ, inkluża d-dokumentazzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima.
Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-applikazzjoni bil-miktub għall-eżami jew fuq pjattaformi diġitali, u tibda l-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b). It-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru, iżda biss meta jkunu ġġustifikati minn ċirkostanzi ġodda.
Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għal kwalunkwe waħda mill-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe limitu taż-żmien iqsar stabbilit mill-Istati Membri.
KAPITOLU IV
Ippjanar transsettorjali tal-infrastruttura
Artikolu 11
Analiżi kost-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha
Il-metodoloġiji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitfasslu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V, ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet komuni li jippermettu tqabbil bejn il-proġetti, u jkunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 kif ukoll mar-regoli u l-indikaturi stabbiliti fl-Anness IV.
Il-metodoloġiji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu applikati għat-tħejjija ta’ kull pjan sussegwenti ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha u li jkun żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku jew skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
Sal-24 ta’ April 2023, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jippubblikaw u jissottomettu lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbozzi tal-metodoloġiji tas-settur uniku konsistenti rispettivi tagħhom wara li jkunu ġabru l-input mill-partijiet ikkonċernati rilevanti matul il-proċess ta’ konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.
Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tal-abbozz preliminari tal-metodoloġiji skont l-ewwel subparagrafu, kwalunkwe parti kkonċernata msemmija f’dak is-subparagrafu tista’ tissottometti rakkomandazzjoni.
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jippreżenta opinjoni dwar l-abbozzi tal-metodoloġiji.
Fejn applikabbli, l-Istati Membri, u l-partijiet ikkonċernati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jissottomettu u jagħmlu pubblikament disponibbli r-rakkomandazzjonijiet tagħhom, u l-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima għandu jissottometti u jagħmel pubblikament disponibbli l-opinjoni tiegħu lill-Aġenzija u, kif applikabbli, lill-ENTSO tal-Elettriku jew lill-ENTSO tal-Gass.
Il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun miftuħ, f’waqtu u trasparenti. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom iħejju u jagħmlu pubblikament disponibbli rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni.
L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jipprovdu raġunijiet, meta ma jkunux qiesu, jew biss parzjalment, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri jew mill-partijiet ikkonċernati, kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali, jew l-opinjoni tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima.
L-Aġenzija għandha tippubblika l-ewwel indikaturi għall-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti fil-punti (1), (2) u (3) tal-Anness II sal-24 ta’ April 2023, sal-punt li d-data tkun disponibbli biex jiġu kkalkulati indikaturi robusti u valuri ta’ referenza. Dawk il-valuri ta’ referenza jistgħu jintużaw mill-ENTSO tal-Elettriku u mill-ENTSO tal-Gass għall-analiżijiet kost-benefiċċji mwettqa għal pjanijiet sussegwenti ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha.
L-Aġenzija għandha tippubblika l-ewwel indikaturi għall-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (4) u (5) tal-Anness II, sal-24 ta’ April 2025.
Artikolu 12
Xenarji għall-Pjanijiet ta’ Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Network
Il-linji gwida għandhom jistabbilixxu kriterji għal żvilupp trasparenti, mhux diskriminatorju u robust ta’ xenarji filwaqt li jitqiesu l-aħjar prattiki fil-qasam tal-ippjanar tal-valutazzjoni tal-infrastrutturi u tal-iżvilupp tan-network. Il-linji gwida għandu jkollhom l-għan ukoll li jiżguraw li x-xenarji sottostanti tal-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass ikunu konformi bis-sħiħ mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u għandhom iqisu l-aħħar xenarji disponibbli tal-Kummissjoni, kif ukoll, meta rilevanti, il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima.
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi input dwar kif tiġi żgurata l-konformità tax-xenarji għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050. L-Aġenzija għandha tqis b’mod dovut dak l-input fil-linji gwida ta’ qafas imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-Aġenzija għandha tipprovdi raġunijiet fejn ma tkunx qieset, jew tkun qieset biss parzjalment, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istati Membri, tal-partijiet ikkonċernati u tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima.
Ix-xenarji konġunti għandhom jinkludu wkoll perspettiva fit-tul sal-2050 u jinkludu passi intermedjarji kif xieraq.
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi opinjoni dwar ir-rapport tax-xenarji konġunti.
Fl-istess limitu taż-żmien, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi opinjoni dwar il-kompatibbiltà tax-xenarji mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050.
L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jipprovdu raġunijiet li jispjegaw kif kwalunkwe talba għal emendi mill-Kummissjoni tkun ġiet indirizzata.
F’każ li l-Kummissjoni ma tapprovax ir-rapport tax-xenarji konġunt, hija għandha tipprovdi opinjoni motivata lill-ENTSO tal-Elettriku u lill-ENTSO tal-Gass.
Artikolu 13
Identifikazzjoni tan-Nuqqasijiet fl-Infrastruttura
Meta jivvalutaw in-nuqqasijiet fl-infrastruttura, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jibbażaw l-analiżi tagħhom fuq ix-xenarji stabbiliti skont l-Artikolu 12, jimplimentaw il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u jikkunsidraw bi prijorità l-alternattivi rilevanti kollha għall-infrastruttura l-ġdida. Meta jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet infrastrutturali ġodda, il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastrutturi għandha tqis il-kostijiet rilevanti kollha, inkluż it-tisħiħ tan-network.
Huma għandhom, b’mod partikolari, jiffokaw fuq dawk in-nuqqasijiet fl-infrastruttura li potenzjalment jaffettwaw l-ilħuq tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050.
Qabel ma jippubblikaw ir-rapporti rispettivi tagħhom l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom iwettqu proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-entità tal-UE għad-DSO, l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, it-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-partijiet ikkonċernati tal-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-Aġenzija u r-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha li jkunu parti mill-kurituri prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija rilevanti stabbiliti fl-Anness I
KAPITOLU V
Grilji lil hinn mill-kosta għall-integrazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
Artikolu 14
Ippjanar tal-grilja lil hinn mill-kosta
Dak il-ftehim mhux vinkolanti għandu jsir bil-miktub fir-rigward ta’ kull baċir tal-baħar marbut mat-territorju tal-Istati Membri u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiżviluppaw proġetti fil-baħar territorjali u ż-żona ekonomika esklużiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għall-ħidma fil-Gruppi.
Fl-iżvilupp tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta ta’ livell għoli fl-iskeda ta’ żmien prevista fil-paragrafu 1, l-ENTSO tal-Elettriku għandu jikkunsidra l-ftehimiet mhux vinkolanti msemmija fil-paragrafu 1 għall-iżvilupp tax-xenarji tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha.
Il-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta għandhom jipprovdu prospettiva ta’ livell għoli dwar il-potenzjal tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta u l-ħtiġijiet li jirriżultaw tal-grilja lil hinn mill-kosta, inklużi l-ħtiġijiet potenzjali għal interkonnetturi, proġetti ibridi, konnessjonijiet radjali, rinforzi, u infrastruttura tal-idroġenu.
Artikolu 15
Kondiviżjoni transfruntiera tal-kostijiet tal-grilji lil hinn mill-baħar għall-enerġija rinnovabbli
KAPITOLU VI
Qafas regolatorju
Artikolu 16
Iffaċilitar ta’ investimenti b’impatt transfruntiera
Il-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) u l-punt (2) tal-Anness II, jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu meta tal-inqas promotur ta’ proġett wieħed jitlob l-applikazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.
Meta proġett ikollu diversi promoturi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom mingħajr dewmien jitolbu lill-promoturi tal-proġett kollha sabiex jissottomettu t-talba ta’ investiment b’mod konġunt f’konformità mal-paragrafu 4.
Hekk kif proġett ta’ interess komuni bħal dan ikun laħaq maturità suffiċjenti, u jkun stmat li jkun lest sabiex jibda l-fażi tal-kostruzzjoni fis-36 xahar li jkun imiss, il-promoturi tal-proġett, wara li jkunu kkonsultaw lit-TSOs mill-Istati Membri li jirċievu impatt pożittiv nett sinifikanti minnu, għandhom jissottomettu talba għal investiment. Dik it-talba għal investiment għandha tinkludi talba għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti kollha kkonċernati, flimkien ma’ dawn li ġejjin:
analiżi aġġornata tal-kost-benefiċċji li tkun speċifika għall-proġett u li tkun konsistenti mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 u li tqis il-benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom ikun jinsab il-proġett filwaqt li jiġu kkunsidrati tal-inqas ix-xenarji konġunti stabbiliti għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network imsemmi fl-Artikolu 12. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawk għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe xenarju addizzjonali u biex tiġi żgurata l-konformità tiegħu ma’ dan il-paragrafu;
pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett, inkluża s-soluzzjoni ta’ finanzjament magħżula, u, għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (3) tal-Anness II, ir-riżultati tal-ittestjar tas-suq;
meta l-promoturi tal-proġetti jaqblu, proposta ssostanzjata għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet.
Meta proġett ikun promoss minn diversi promoturi tiegħu, dawn għandhom jissottomettu t-talba ta’ investiment tagħhom b’mod konġunt.
Malli jirċievu kopja ta’ kull talba għal investiment, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jibagħtuha mingħajr dewmien lill-Aġenzija għal finijiet ta’ informazzjoni.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u l-Aġenzija għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Meta jallokaw il-kostijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu dawn li ġejjin, bħala effettivi jew stmati:
il-kirjiet ta’ konġestjoni jew imposti oħra;
dħul miksub mill-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi ta’ sistemi ta’ intertrażmissjoni stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943.
L-allokazzjoni tal-kostijiet b’mod transfruntier għandha tqis il-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi żgurat qafas ta’ finanzjament stabbli għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni filwaqt li tiġi mminimizzata l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju.
Meta jallokaw il-kostijiet b’mod transfruntier, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, wara konsultazzjoni mat-TSOs ikkonċernati, għandhom ifittxu ftehim reċiproku bbażat fuq l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, iżda mhux limitat għaliha. Il-valutazzjoni tagħhom għandha tqis ix-xenarji rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 12 u xenarji oħra għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network, filwaqt li dan jippermetti analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-politika tal-enerġija tal-Unjoni ta’ dekarbonizzazzjoni, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12.
Meta proġett ta’ interess komuni jtaffi l-esternalitajiet negattivi, bħal flussi ċirkolari, u dak il-proġett ta’ interess komuni jiġi implimentat fl-Istat Membru fl-oriġini tal-esternalità negattiva, tali mitigazzjoni ma għandhiex titqies bħala benefiċċju transfruntier u, għalhekk, ma għandhiex tikkostitwixxi bażi għall-allokazzjoni tal-kostijiet lit-TSO tal-Istati Membri affettwati minn dawk l-esternalitajiet negattivi.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tal-allokazzjoni tal-kostijiet lill-Aġenzija mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni. B’mod partikolari, id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tistabbilixxi raġunijiet dettaljati għall-allokazzjoni tal-kostijiet fost l-Istati Membri, inklużi li ġejjin:
evalwazzjoni tal-impatt identifikat fuq kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż dak li jikkonċerna it-tariffi tan-network;
evalwazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju msemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b);
esternalitajiet pożittivi reġjonali jew madwar l-Unjoni kollha, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni, li l-proġett jiġġenera;
ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-promoturi tal-proġett ikkonċernat.
Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata.
F’dak il-każ jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, id-deċiżjoni dwar it-talba għall-investiment, inkluża l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 5, għandha tittieħed mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data ta’ riferiment lill-Aġenzija.
Qabel ma tieħu deċiżjoni bħal din, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u lill-promoturi tal-proġetti. Il-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta tintalab aktar informazzjoni mill-Aġenzija. Dak il-perjodu addizzjonali għandu jibda fil-jum ta’ wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta.
Il-valutazzjoni tal-Aġenzija għandha tqis ix-xenarji rilevanti kollha stabbiliti skont l-Artikolu 12 u xenarji oħra għall-ippjanar għall-iżvilupp tan-network, biex b’hekk tkun tista’ ssir analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-miri tal-Unjoni tal-politika tal-enerġija tad-dekarbonizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12.
L-Aġenzija, fid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba għall-investiment, inkluża l-allokazzjoni tal-kostijiet transfruntiera, għandha tħalli d-determinazzjoni tal-mod kif il-kostijiet ta’ investiment jiġu inklużi fit-tariffi f’konformità mal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet prevista, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fil-mument tal-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’konformità mad-dritt nazzjonali.
Id-deċiżjoni dwar it-talba għall-investiment li tinkludi l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata. L-Artikolu 25(3) u l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2019/942 għandhom japplikaw.
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċevew eżenzjoni:
mill-Artikoli 32, 33 u 34 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE, skont l-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva;
mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943;
mir-regoli dwar is-separazzjoni jew l-aċċess għal partijiet terzi, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 66 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
Artikolu 17
Inċentivi regolatorji
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-proġett ta’ interess komuni jkun irċieva eżenzjoni:
mill-Artikoli 32, 33 u 34 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE, skont l-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva;
mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943;
skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE;
skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.
Id-deċiżjoni li jingħataw l-inċentivi għandha tqis in-natura speċifika tar-riskju mġarrab u tista’ tagħti inċentivi li jkopru, fost l-oħrajn, waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
ir-regoli għal investiment antiċipatorju;
ir-regoli għar-rikonoxximent tal-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti qabel l-ikkummissjonar tal-proġett;
ir-regoli għall-provvista ta’ dħul addizzjonali fuq il-kapital investit għall-proġett;
kwalunkwe miżura oħra meqjusa neċessarja u xierqa.
Sal-24 ta’ Ġunju 2023, filwaqt li tqis kif xieraq l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba u tagħmel rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 rigward dawn it-tnejn li ġejjin:
l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta’ parametraġġ referenzjarju tal-aħjar prattika mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;
metodoloġija komuni sabiex jiġu evalwati r-riskji ogħla mġarrba tal-investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija.
KAPITOLU VII
Finanzjament
Artikolu 18
Eliġibbiltà tal-proġetti għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1153
Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 24 u fil-punt (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II u fil-punt (3) tal-Anness II, għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
l-analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett imfassla skont l-Artikolu 16(4), il-punt (a), tipprovdi evidenza li tikkonċerna l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni;
il-proġett ikun irċieva deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16 jew, fir-rigward ta’ proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, meta ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u, għalhekk, ma jirċivux deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet, il-proġett ikollu l-għan li jipprovdi servizzi b’mod transfruntier, iġib l-innovazzjoni teknoloġika u jiżgura s-sikurezza tal-operat transfruntier tal-grilja;
il-proġett ma jistax jiġi ffinanzjat mis-suq jew permezz tal-qafas regolatorju f’konformità mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u valutazzjonijiet oħra, b’mod partikolari dawk imwettqa minn investituri, kredituri potenzjali jew l-awtorità regolatorja nazzjonali, b’kont meħud ta’ kwalunkwe deċiżjoni dwar inċentivi u r-raġunijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 17(2) meta tiġi vvalutata l-ħtieġa tal-proġett għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni.
Il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/1153. Fir-rigward tal-għotjiet għal xogħlijiet, il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni dment li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u meta l-proġett jikkontribwixxi għall-miri klimatiċi u enerġentiċi ġenerali tal-Unjoni.
Artikolu 19
Gwida għall-kriterji tal-għoti tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni
Il-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament u l-parametri stabbiliti fl-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-fini li jiġu stabbiliti l-kriterji tal-għoti għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-Regolament (UE) 2021/1153. Għall-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-provvista, il-kompetizzjoni u s-sostenibbiltà.
KAPITOLU VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 20
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 21
Rapporti u evalwazzjoni
Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni:
tal-progress miksub għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u, fejn rilevanti, id-dewmien fl-implimentazzjoni u diffikultajiet oħra ffaċċjati;
il-fondi impenjati u żborżati mill-Unjoni għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, imqabbla mal-valur totali ta’ proġetti ffinanzjati fil-lista tal-Unjoni
il-progress miksub f’termini ta’ integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inklużi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, u ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra permezz tal-ippjanar, tal-iżvilupp, tal-kostruzzjoni u tal-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni;
għas-setturi tal-elettriku u tal-gassijiet rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluż l-idroġenu, l-evoluzzjoni tal-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll l-għadd ta’ avvenimenti ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi tan-networks, il-kawżi tagħhom u l-kost ekonomiku relatat;
il-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari:
id-durata totali medja u massima tal-proċess għall-għoti ta’ permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, inkluża d-durata ta’ kull stadju tal-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, meta mqabbla mat-twaqqit previst mill-objettivi intermedji ewlenin inizjali msemmija fl-Artikolu 10(6);
il-livell ta’ oppożizzjoni li jiffaċċjaw il-proġetti fil-lista tal-Unjoni, b’mod partikolari l-għadd ta’ oġġezzjonijiet bil-miktub matul il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika u l-għadd ta’ azzjonijiet ta’ rikors legali;
l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati;
l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-mitigazzjoni tal-impatti ambjentali, inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima, waqt il-proċessi tal-għoti tal-permessi u l-implimentazzjoni tal-proġetti;
l-effikaċja tal-iskemi previsti fl-Artikolu 8(3) rigward il-konformità mal-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 10(1) u (2);
it-trattament regolatorju, b’mod partikolari:
l-għadd ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu ngħataw deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16;
l-għadd u t-tip ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċivew inċentivi speċifiċi skont l-Artikolu 17;
l-effettività ta’ dan ir-Regolament fil-kontribuzzjoni għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050.
Artikolu 22
Rieżami
Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament, abbażi tar-riżultati tar-rappurtar u l-evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2021/1153.
Artikolu 23
Informazzjoni u reklamar
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm pjattaforma ta’ trasparenza faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-Internet. Il-pjattaforma għandha tiġi aġġornata b’mod regolari b’informazzjoni mir-rapporti msemmija fl-Artikolu 5(4) u bis-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7). Il-pjattaforma għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
informazzjoni ġenerali u aġġornata, inkluża informazzjoni ġeografika, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni;
il-pjan ta’ implimentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(1) għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni, ippreżentat b’mod li jippermetti l-valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni fi kwalunkwe mument;
il-benefiċċji ewlenin mistennija u l-kontribut għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1) u l-kostijiet tal-proġetti ħlief għal kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva;
il-lista tal-Unjoni;
il-fondi allokati u żborżati mill-Unjoni għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni.
il-links għall-manwal nazzjonali tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9;
l-istudji eżistenti dwar il-baċiri tal-baħar u l-pjanijiet għal kull kuritur prijoritarju tal-grilja lil hinn mill-kosta, mingħajr ma jinkisru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Artikolu 24
Deroga għall-interkonnessjonijiet għal Ċipru u Malta
Fil-każ ta’ Ċipru u Malta, li mhumiex interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass, għandha tapplika deroga mill-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 16(4), il-punt (a), u l-Annessi I, II u III, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(2). Interkonnessjoni waħda għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha żżomm l-istatus tagħha ta’ proġett ta’ interess komuni skont dan ir-Regolament bid-drittijiet u l-obbligi rilevanti kollha, fejn dik l-interkonnessjoni:
qiegħda tiġi żviluppata jew ippjanata fit-23 ta’ Ġunju 2022.
tkun ingħatat l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013; u
tkun meħtieġa biex tiġi żgurata interkonnessjoni permanenti ta’ dawk l-Istati Membri man-network trans-Ewropew tal-gass.
Dawn il-proġetti għandhom jiżguraw il-kapaċità ta’ aċċess fil-futur għal swieq ġodda tal-enerġija, inkluż l-idroġenu.
Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment dik il-valutazzjoni u dak il-kalkolu, kif ukoll l-implimentazzjoni f’waqtha tal-proġett.
Artikolu 25
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 715/2009
Fl-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 26
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/942
Fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/942, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:
twettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, fl-Artikoli 11(3), fl-Artikoli 11(6) sa (9), fl-Artikoli 12, 13 u 17 u fit-Taqsima 2, il-punt (12), tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2022/869tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).
tieħu deċiżjonijiet dwar talbiet ta’ investiment, inkluża l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2022/869.
Artikolu 27
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/943
Fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) 2019/943, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 28
Emenda għad-Direttiva 2009/73/KE
Fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/73/KE, jiżdied il-punt li ġej:
iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3, l-Artikolu 5(7) u l-Artikoli 14 sa 17 tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ).
Artikolu 29
Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/944
Fl-Artikolu 59(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, jiżdied il-punt li ġej:
iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5(7) u l-Artikoli 14 sa 17 tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ).
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-għoti, il-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Il-Kapitolu III ma għandux japplika għal proġetti ta’ interess komuni li jkunu daħlu fil-proċess għall-għoti ta’ permessi u li għalihom promotur ta’ proġett ikun ippreżenta fajl tal-applikazzjoni qabel is-16 ta’ Novembru 2013.
Artikolu 31
Il-perjodu tranżitorju
Artikolu 32
Tħassir
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
KURITURI U OQSMA PRIJORITARJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA
(kif imsemmi fl-Artikolu 1(1))
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kurituri u l-oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropej li ġejjin:
1. KURITURI PRIJORITARJI TAL-ELETTRIKU
(1) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (NSI West Electricity): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri tar-reġjun u maż-żona tal-Mediterran, inkluża l-peniżola Iberika, b’mod partikolari biex jiġi integrat l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jissaħħu l-infrastrutturi tal-grilji interni biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun u biex jintemm l-iżolament tal-Irlanda, u biex jiġu żgurati l-estensjonijiet meħtieġa fuq l-art tal-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli u t-tisħiħ meħtieġ tal-grilja domestika biex tiġi żgurata grilja ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbli u biex l-elettriku ġġenerat lil hinn mill-kosta jiġi fornut lil Stati Membri li m’għandhomx kosta.
L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall.
(2) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (NSI East Electricity): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex jikkompletaw is-suq intern, biex jintegraw il-ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli biex jintemm l-iżolament ta’ Ċipru, u biex jiġu żgurati l-estensjonijiet meħtieġa fuq l-art tal-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli u t-tisħiħ meħtieġ tal-grilja domestika biex tiġi żgurata grilja ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbli u biex l-elettriku ġġenerat fil-baħar jiġi fornut lil Stati Membri li m’għandhomx kosta.
L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja.
(3) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP Electricity): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri u linji interni fir-reġjun Baltiku, biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq filwaqt li jiġi integrat is-sehem dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun.
L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
2. KURITURI PRIJORITARJI TAL-GRILJA LIL HINN MILL-KOSTA
(4) Il-grilji lil hinn mill-kosta fil-Baħar tat-Tramuntana (NSOG): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż, il-Baħar Ċeltiku, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Iżvezja.
(5) Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ sistema ta’ grilja integrata lil hinn mill-kosta, inkluż, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(6) Il-grilji lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar u tal-Punent (SW offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Mediterran, inkluż fil-Golf ta’ Cadiz u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: Il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Malta u l-Portugall.
(7) Il-grilji lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar u tal-Lvant (SE offshore): l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Mediterran, fil-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: Il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, ir-Rumanija u s-Slovenja.
(8) Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Atlantiku: l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta u l-interkonnetturi relatati fl-ilmijiet tat-Tramuntana tal-Oċean Atlantiku għat-trasport tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin u għaż-żieda tal-iskambju tal-elettriku transfruntier.
L-Istati Membri kkonċernati: l-Irlanda, Spanja, Franza u l-Portugall.
3. KURITURI PRIJORITARJI GĦALL-IDROĠENU U L-ELETTROLIZZATURI
(9) Interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Punent tal-Ewropa (HI West): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall.
(10) Interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (HI East): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.
(11) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-idroġenu (BEMIP Hydrogen): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
4. OQSMA TEMATIĊI PRIJORITARJI
(12) L-użu ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti fl-Unjoni li jintegraw b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha għan-network tal-elettriku, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew distribwiti u r-rispons għad-domanda mill-konsumaturi, il-ħżin tal-enerġija, il-vetturi elettriċi u sorsi oħra ta’ flessibbiltà u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
L-Istati Membri kkonċernati: kollha.
(13) Network transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju: l-iżvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi tal-viċinat tal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju maqbud mill-installazzjonijiet industrijali bil-ħsieb ta’ ħżin ġeoloġiku permanenti, kif ukoll għall-utilizzazzjoni tad-diossidu tal-karbonju għal gassijiet kombustibbli sintetiċi li jwassal għan-newtralizzazzjoni permanenti tad-diossidu tal-karbonju.
L-Istati Membri kkonċernati: kollha.
(14) Grilji intelliġenti tal-gass: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti tal-gass madwar l-Unjoni għall-integrazzjoni b’mod effiċjenti ta’ pluralità ta’ sorsi ta’ gass b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli fin-network tal-gass, l-appoġġ għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi u diġitali għall-ġestjoni tan-network u l-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija u r-rispons għad-domanda, inkluż l-aġġornamenti fiżiċi relatati jekk huma indispensabbli għall-funzjonament tat-tagħmir u installazzjonijiet għall-integrazzjoni ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: kollha.
ANNESS II
KATEGORIJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA
Il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li għandhom jiġu żviluppati sabiex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija stipulati fl-Anness I għandhom ikunu dawn li ġejjin:
fir-rigward tal-elettriku:
il-fili għat-trażmissjoni ta’ vultaġġ għoli u għoli ħafna ’l fuq mill-art li jaqsmu fruntiera jew fi ħdan territorju ta’ Stat Membru inkluż iż-żona ekonomika esklużiva, jekk ikunu ġew iddisinjati għal vultaġġ ta’ 220 kV jew iżjed, u kejbils għat-trażmissjoni taħt l-art u taħt il-baħar, jekk ikunu ġew iddisinjati għal vultaġġ ta’ 150 kV jew iżjed. Għall-Istati Membri u s-sistemi żgħar iżolati b’sistema ta’ trażmissjoni globali b’vultaġġ aktar baxx, dawn il-limiti ta’ vultaġġ huma ugwali għall-ogħla livell ta’ vultaġġ fis-sistemi tal-elettriku rispettivi tagħhom;
kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni li taqa’ taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (a) li tippermetti t-trażmissjoni tal-elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta mis-siti ta’ ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta (infrastruttura tal-enerġija għall-elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta);
il-faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, f’forma individwali jew aggregata, użati għall-ħżin tal-enerġija fuq bażi permanenti jew temporanja f’infrastruttura jew siti ġeoloġiċi taħt l-art jew fuq l-art, sakemm dawn ikunu konnessi direttament ma’ linji għat-trażmissjoni u linji għad-distribuzzjoni b’vultaġġ għoli mfassla għal vultaġġ ta’ 110 kV jew iżjed. Għall-Istati Membri u s-sistemi żgħar iżolati b’sistema ta’ trażmissjoni globali b’vultaġġ aktar baxx, dawk il-limiti ta’ vultaġġ huma ugwali għall-ogħla livell ta’ vultaġġ fis-sistemi tal-elettriku rispettivi tagħhom;
kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistemi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) joperaw b’sikurezza, sigurtà u effiċjenza, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, monitoraġġ u kontroll fil-livelli kollha tal-vultaġġ u fis-substazzjonijiet kollha;
grilji intelliġenti tal-elettriku: kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni, sistemi diġitali u komponenti li jintegraw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), permezz ta’ pjattaformi diġitali operazzjonali, is-sistemi ta’ kontroll u t-teknoloġiji tas-sensuri kemm fil-livell tat-trażmissjoni kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni ta’ vultaġġ medju u għoli, li jimmiraw li jiżguraw network tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku aktar effiċjenti u intelliġenti, kapaċità akbar li jiġu integrati forom ġodda ta’ ġenerazzjoni, ħżin u konsum tal-enerġija u faċilitazzjoni ta’ mudelli kummerċjali u strutturi tas-suq ġodda, inkluż investimenti fil-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer biex jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni;
kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni li jaqgħu taħt kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (a) li jkollhom funzjonalità doppja: interkonnessjoni u sistema ta’ konnessjoni ta’ grilja lil hinn mill-kosta mis-siti ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli lil hinn mill-kosta lejn żewġ Stati Membri jew aktar u lejn pajjiżi terzi li jipparteċipaw fi proġetti fil-lista tal-Unjoni, inkluż l-estensjoni fuq l-art ta’ dan it-tagħmir sal-ewwel substazzjon fis-sistema ta’ trażmissjoni fuq l-art, kif ukoll kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni lil hinn mill-kosta li huma essenzjali għal operazzjoni sikura, sigura u effiċjenti, inklużi sistemi ta’ protezzjoni, monitoraġġ u kontroll, u s-substazzjonijiet meħtieġa jekk jiżguraw ukoll l-interoperabbiltà tat-teknoloġija, fost l-oħrajn il-kompatibbiltà tal-interfaċċja bejn diversi teknoloġiji (grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli);
dwar grilji intelliġenti tal-gass: kwalunkwe wieħed mit-tagħmir jew installazzjonijiet li ġejjin li jkollhom l-għan li jippermettu u jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta’ diversità ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ karbonju u partikolarment rinnovabbli, inkluż il-bijometan jew l-idroġenu, fin-network tal-gass: is-sistemi diġitali u l-komponenti li jintegraw l-ICT, is-sistemi ta’ kontroll u t-teknoloġiji tas-sensuri biex jippermettu l-monitoraġġ, il-kejl, il-kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni interattivi u intelliġenti tal-produzzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-konsum tal-gass fi ħdan network tal-gass. Barra minn hekk, proġetti bħal dawn jistgħu jinkludu wkoll tagħmir li jippermetti l-flussi fid-direzzjoni opposta mil-livell tad-distribuzzjoni għal-livell tat-trażmissjoni, inkluż l-aġġornamenti fiżiċi relatati jekk indispensabbli għall-funzjonament tat-tagħmir u l-installazzjonijiet għall-integrazzjoni ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli;
dwar l-idroġenu:
pipelines għat-trasport, prinċipalment bi pressjoni għolja, tal-idroġenu, inkluża l-infrastruttura tal-gass naturali adattata għal skop ġdid, li jagħtu aċċess lil utenti multipli tan-network fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja;
faċilitajiet ta’ ħżin li huma konnessi mal-pajpijiet tal-idroġenu bi pressa għolja msemmijin fil-punt (a);
faċilitajiet ta’ riċeviment, ħżin u tibdil mill-ġdid f’gass jew dekompressjoni għal idroġenu likwifikat jew idroġenu integrat f’sustanzi kimiċi oħra bil-għan li l-idroġenu, fejn applikabbli, jiġi injettat fil-grilja;
kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema tal-idroġenu topera b’sikurezza, sigurtà u effiċjenza jew biex jippermettu kapaċità bidirezzjonali, inklużi l-istazzjonijiet ta’ kompressjoni;
kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni li tippermetti l-użu tal-idroġenu jew tal-fjuwils derivati mill-idroġenu fis-settur tat-trasport fi ħdan in-network ewlieni TEN-T identifikati f’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).
Kwalunkwe mill-assi elenkati fil-punti (a) sa (d) jistgħu jkunu mibnija ġodda jew adattati għal skopijiet ġodda minn gass naturali għal idroġenu, jew kombinament tat-tnejn;
fir-rigward tal-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi:
elettrolizzaturi li:
għandhom kapaċità ta’ mill-inqas 50 MW, ipprovduta minn elettrolizzatur wieħed jew minn sett ta’ elettrolizzaturi li jiffurmaw proġett wieħed, ikkoordinat;
il-produzzjoni tikkonforma mar-rekwiżit ta’ ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 70 % fir-rigward ta’ komparatur ta’ fjuwils fossili ta’ 94 g CO2eq/MJ kif stipulat fl-Artikolu 25(2) u l-Anness V għad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkulat bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 28(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew, inkella, bl-użu tal-ISO 14067 jew l-ISO 14064-1. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jridu jinkludu emissjonijiet indiretti. L-iffrankar kwantifikat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi vverifikat skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, fejn applikabbli, jew minn parti terza indipendenti, u
ikollhom funzjoni relatata man-network, b’mod partikolari bil-ħsieb ta’ flessibbiltà ġenerali tas-sistema u effiċjenza ġenerali tas-sistema tan-networks tal-elettriku u tal-idroġenu;
tagħmir relatat, inkluż konnessjoni tal-pipelines man-network;
fir-rigward tad-diossidu tal-karbonju:
pipelines dedikati, minbarra network ta’ pipelines upstream, użati għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju minn iżjed minn sors wieħed, bil-għan tal-ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju skont id-Direttiva 2009/31/KE;
faċilitajiet fissi għal-likwefazzjoni, ħżin bafer u konvertituri tad-diossidu tal-karbonju fid-dawl tat-trasport ulterjuri tiegħu permezz ta’ pipelines u f’modi ta’ trasport dedikati bħal vapur, ċattra, trakk, u ferrovija;
mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe projbizzjoni tal-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju fi Stat Membru, il-faċilitajiet tas-superfiċje u tal-injezzjoni assoċjati mal-infrastruttura f’formazzjoni ġeoloġika li tintuża, f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE, għall-ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju, fejn dawn ma jinvolvux l-użu tad-diossidu tal-karbonju għall-irkupru mtejjeb tal-idrokarburi u huma meħtieġa biex jippermettu t-trasport u l-ħżin transfruntier tad-diossidu tal-karbonju;
kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema inkwistjoni topera b’mod xieraq, b’sigurtà u b’effiċjenza, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, monitoraġġ u kontroll.
ANNESS III
LISTI REĠJONALI TA’ PROĠETTI
1. REGOLI GĦALL-GRUPPI
(1) Fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija li taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, it-TSOs, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-entità tad-DSO tal-UE u jew l-ENTSO tal-Elettriku jew l-ENTSO tal-Gass.
Għall-kategoriji l-oħra tal-infrastruttura tal-enerġija, kull Grupp għandu jkun magħmul mill-Kummissjoni u minn rappreżentanti tal-Istati Membri, il-promoturi tal-proġetti kkonċernati minn kull prijorità rilevanti stipulata fl-Anness I.
(2) Skont in-numru ta’ proġetti kandidati għal-lista tal-Unjoni, in-nuqqasijiet fl-infrastruttura reġjonali u l-iżviluppi tas-suq, il-Gruppi u l-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi jistgħu jinqasmu, jingħaqdu jew jiltaqgħu f’konfigurazzjonijiet differenti, kif meħtieġ, biex jiddiskutu kwistjonijiet komuni għall-Gruppi kollha jew li jappartjenu biss għal reġjuni partikolari. Kwistjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu kwistjonijiet rilevanti għall-konsistenza bejn ir-reġjuni jew l-għadd ta’ proġetti proposti inklużi fl-abbozzi tal-listi reġjonali f’riskju li ma jkunux jistgħu jiġu ġestiti.
(3) Kull Grupp għandu jorganizza l-ħidma tiegħu f’konformità mal-isforzi għall-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/943, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 61 tad-Direttiva (UE) 2019/944, u l-istrutturi eżistenti oħra ta’ kooperazzjoni reġjonali.
(4) Kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma rilevanti ta’ infrastruttura tal-enerġija ta’ prijorità indikati fl-Anness I, il-promoturi ta’ proġett li potenzjalment jista’ jkun eliġibbli għall-għażla bħala proġett ta’ interess komuni kif ukoll rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-awtoritajiet regolatorji, tas-soċjetà ċivili u tat-TSOs minn pajjiżi terzi. Id-deċiżjoni li jiġu mistiedna rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi għandha tittieħed b’approvazzjoni.
(5) Għall-kurituri prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I, kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq, rappreżentanti tal-Istati Membri mingħajr kosta, tal-awtoritajiet kompetenti, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tat-TSOs.
(6) Kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż rappreżentanti minn pajjiżi terzi, u, meta jitqies xieraq, direttament lill-partijiet ikkonċernati, inkluż lill-produtturi, lid-DSOs, lill-fornituri, lill-konsumaturi, lill-popolazzjonijiet lokali u lill-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent biex jesprimu l-għarfien espert speċifiku tagħhom. Kull Grupp għandu jorganizza smigħ jew konsultazzjonijiet meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
(7) Fir-rigward tal-laqgħat tal-Gruppi, il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq pjattaforma aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati, ir-regoli interni, lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet membri, informazzjoni aġġornata regolarment dwar il-progress tal-ħidma, l-aġendi tal-laqgħat, kif ukoll il-minuti tal-laqgħat, fejn disponibbli. Id-deliberazzjonijiet tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi u l-klassifikazzjoni tal-proġetti skont l-Artikolu 4(5) għandhom ikunu kunfidenzjali. Id-deċiżjonijiet kollha dwar il-funzjonament u l-ħidma tal-gruppi reġjonali għandhom jittieħdu b’approvazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
(8) Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jagħmlu ħilithom biex ikun hemm konsistenza bejn il-Gruppi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw, meta jkun rilevanti, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ħidma kollha li tirrappreżenta interess interreġjonali bejn il-Gruppi kkonċernati.
(9) Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija fil-Gruppi m’għandhiex tipperikola t-twettiq tal-objettivi u d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) 2019/942, l-Artikoli 40 u 41 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikoli 58, 59 u 60 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
2. PROĊESS BIEX JIĠU STABBILITI LISTI REĠJONALI
(1) Il-promoturi ta’ proġett li jkun potenzjalment eliġibbli biex jintgħażel bħala proġett fil-lista tal-Unjoni li jixtiequ jiksbu dak l-istatus għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-għażla bħala proġett fil-lista tal-Unjoni lill-Grupp li jinkludi:
valutazzjoni tal-proġetti tagħhom fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness I;
indikazzjoni tal-kategorija tal-proġett rilevanti kif stabbilit fl-Anness II;
analiżi dwar l-issodisfar tal-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4;
fir-rigward tal-proġetti li jkunu laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità, analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett konsistenti mal-metodoloġiji mfassla skont l-Artikolu 11;
għal proġetti ta’ interess reċiproku, l-ittri ta’ appoġġ mill-gvernijiet tal-pajjiżi affettwati direttament fejn jesprimu l-appoġġ tagħhom għall-proġett jew ftehimiet oħra mhux vinkolanti;
kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proġett.
(2) Id-destinatarji kollha għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
(3) Il-proġetti proposti għat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku għall-Unjoni kollha, żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/943. Il-proġetti proposti għat-trażmissjoni tal-elettriku ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stipulati fil-punt (1)(b) u (f) tal-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jirriżultaw mill-iżvilupp tan-network u t-tisħiħ tal-grilji integrati lil hinn mill-kosta msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament u jkunu konsistenti magħhom.
(4) Mill-1 ta’ Jannar 2024, il-proġetti proposti għall-idroġenu ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness II għal dan ir-Regolament huma proġetti li huma parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-gass għall-Komunità kollha, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
(5) Sat-30 ta’ Ġunju 2022 u, sussegwentement, għal kull pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom joħorġu linji gwida aġġornati għall-inklużjoni ta’ proġetti fil-pjan rispettiv tagħhom ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, kif imsemmi fil-punti (3) u (4), sabiex jiġu żgurati t-trattament indaqs u t-trasparenza tal-proċess. Għall-proġetti kollha fil-lista tal-Unjoni fis-seħħ dak iż-żmien, il-linji gwida għandhom jistabbilixxu proċess simplifikat għall-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dokumentazzjoni u d-data diġà sottomessa matul il-proċessi preċedenti tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha dejjem jekk id-dokumentazzjoni i d-data diġà ppreżentata jibqgħu validi.
L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-abbozzi ta’ linji gwida rispettivi tagħhom għall-inklużjoni ta’ proġetti fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u jqisu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida finali.
(6) Il-proġetti proposti għat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (5) tal-Anness II għandhom jiġu ppreżentati bħala parti minn pjan, żviluppat minn tal-inqas żewġ Stati Membri, għall-iżvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport u l-ħżin transfruntiera tad-diossidu tal-karbonju, li għandu jiġi ppreżentat mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-entitajiet maħtura minn dawk l-Istati Membri lill-Kummissjoni.
(7) L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Gruppi dwar kif japplikaw il-linji gwida biex jevalwaw l-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha.
(8) Għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, meta jkun hemm bżonn, l-Aġenzija għandhom, kull fejn ikun possibbli fil-kuntest tal-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 61 tad-Direttiva (UE) 2019/944, jivverifikaw li l-kriterji u l-metodoloġija ta’ analiżi kost-benefiċċji ikunu qegħdin jiġu applikati b’mod konsistenti u jevalwaw ir-rilevanza transfruntiera tagħhom. Huma għandhom jippreżentaw l-evalwazzjoni tagħhom lill-Grupp. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kriterji u l-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u l-Anness IV jiġu applikati b’mod armonizzat biex tiġi żgurata l-konsistenza fost il-gruppi reġjonali.
(9) Għall-proġetti kollha mhux koperti fil-punt (8) ta’ dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-potenzjal għal estensjoni futura biex jiġu inklużi Stati Membri addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Grupp. Għall-proġetti li japplikaw għall-istatus ta’ proġett ta’ interess reċiproku, ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiġu mistiedna għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni.
(10) Kull Stat Membru li proġett propost ma jkollux x’jaqsam mat-territorju tiegħu imma li jista’ jkollu impatt pożittiv nett potenzjali jew effett sinifikanti potenzjali fuqu, bħal fuq l-ambjent jew fuq l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija fit-territorju tiegħu, jista’ jippreżenta opinjoni lill-Grupp fejn jispeċifika t-tħassib tiegħu.
(11) Il-Grupp għandu jeżamina, fuq talba ta’ Stat Membru tal-Grupp, ir-raġunijiet motivati ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 3(3) talli ma jkunx approva proġett relatat mat-territorju tiegħu.
(12) Il-Grupp għandu jikkunsidra jekk il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” huwiex applikat fir-rigward tal-istabbiliment tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura reġjonali u fir-rigward ta’ kull wieħed mill-proġetti kandidati. Il-Grupp għandu, b’mod partikolari, jikkunsidra soluzzjonijiet bħall-ġestjoni mil-lat tad-domanda, soluzzjonijiet ta’ arranġament tas-suq, implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali, u r-rinnovazzjoni tal-bini bħala soluzzjonijiet ta’ prijorità fejn jitqiesu aktar kosteffiċjenti fuq perspettiva tas-sistema kollha mill-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ġdida mil-lat tal-provvista.
(13) Il-Grupp għandu jiltaqa’ biex jeżamina u jikklassifika l-proġetti proposti abbażi ta’ valutazzjoni trasparenti tal-proġetti u billi juża l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4, waqt li jqis l-evalwazzjoni tar-regolaturi, jew l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proġetti li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
(14) L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-proġetti proposti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mfassla mill-Gruppi, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (10) ta’ din it-Taqsima, għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija sitt xhur qabel id-data ta’ adozzjoni tal-lista tal-Unjoni. L-abbozzi tal-listi reġjonali u l-opinjonijiet akkumpanjanti għandhom jiġu evalwati mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċevihom. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni dwar l-abbozzi tal-listi reġjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji u tal-analiżi kost-benefiċċji bejn reġjun u ieħor. L-opinjoni tal-Aġenzija għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2019/942.
(15) Fi żmien xahar mid-data meta jirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija, il-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull Grupp għandu jadotta l-lista reġjonali finali tiegħu ta’ proġetti proposti, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(3), abbażi tal-proposta tal-Gruppi u waqt li jqis l-opinjoni tal-Aġenzija u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sottomessi f’konformità mal-punt (8), jew il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għall-proġetti li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali proposti f’konformità mal-punt (9), u l-parir mill-Kummissjoni bil-għan li jiġi żgurat għadd totali maniġġabbli ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, speċjalment fuq il-fruntieri relatati ma’ proġetti li jkunu qed jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Il-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi għandhom jissottomettu l-listi reġjonali finali lill-Kummissjoni, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (10).
(16) Meta, abbażi tal-abbozzi ta’ listi reġjonali, u wara li tkun qieset l-opinjoni tal-Aġenzija, l-għadd totali ta’ proġetti proposti fuq il-lista tal-Unjoni jkun jaqbeż għadd maniġġabbli, il-Kummissjoni għandha tagħti parir lil kull Grupp ikkonċernat biex dawk il-proġetti li jkunu ġew ikklassifikati fl-iżjed pożizzjonijiet baxxi mill-Grupp ikkonċernat skont il-klassifika stabbilita skont l-Artikolu 4(5) ma jiġux inklużi fil-lista reġjonali.
ANNESS IV
REGOLI U INDIKATURI LI JIKKONĊERNAW IL-KRITERJI TAL-PROĠETTI
(1) Proġett ta’ interess komuni b’impatt transfruntier sinifikanti għandu jkun proġett fit-territorju ta’ Stat Membru u għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
fir-rigward tat-trażmissjoni tal-elettriku, il-proġett iżid il-kapaċità ta’ trasferiment tal-grilja, jew il-kapaċità disponibbli għall-flussi kummerċjali, fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ Stat Membru jew diversi Stati Membri oħra, bl-effett li tiżdied il-kapaċità ta’ trasferiment transfruntier tal-grilja fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ Stat Membru jew diversi Stati Membri oħra, b’mill-inqas 500 Megawatt (MW) meta mqabbla mas-sitwazzjoni jekk ma jiġix ikkummissjonat il-proġett, jew il-proġett inaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija tas-sistemi mhux interkonnessi fi Stat Membru wieħed jew aktar u jżid il-kapaċità tat-trasferiment transfruntier tal-grilja fil-fruntiera bejn żewġ Stati Membri b’tal-inqas 200 MW;
fir-rigward tal-ħżin tal-elettriku, il-proġett jipprovdi kapaċità installata ta’ mill-inqas 225 MW u jkollu kapaċità ta’ ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali netta tal-elettriku ta’ mill-inqas 250 GW-h fis-sena;
fir-rigward ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku, il-proġett ikun iddisinjat għal tagħmir u installazzjonijiet ta’ vultaġġ għoli u vultaġġ medju, u jinvolvu TSOs, TSOs u DSOs jew DSOs minn tal-inqas żewġ Stati Membri. Il-proġett jista’ jinvolvi biss DSOs dment li jkunu minn tal-inqas żewġ Stati Membri u dment li tiġi żgurata l-interoperabbiltà. Il-proġett għandu jissodisfa tal-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin: jinvolvi mill-inqas 50 000 utent, ġeneratur, konsumatur jew prosumatur tal-elettriku, jaqdi żona ta’ konsum ta’ mill-inqas 300GW-h fis-sena, mill-inqas 20 % tal-konsum tal-elettriku marbut mal-proġett joriġina minn diversi riżorsi rinnovabbli, jew inaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija ta’ sistemi mhux interkonnessi fi Stat Membru wieħed jew aktar. Il-proġett ma għandux għalfejn jinvolvi fruntiera komuni fiżika. Għal proġetti relatati ma’ sistemi iżolati żgħar kif definiti fil-punt (42) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944, inklużi gżejjer, dawk il-livelli ta’ vultaġġ għandhom ikunu ugwali għall-ogħla livell ta’ vultaġġ fis-sistema tal-elettriku rilevanti;
għat-trażmissjoni tal-idroġenu, il-proġett jippermetti t-trażmissjoni tal-idroġenu bejn il-fruntieri tal-Istati Membri kkonċernati, jew iżid il-kapaċità transfruntiera eżistenti għat-trasport tal-idroġenu fi fruntiera bejn żewġ Stati Membri b’mill-inqas 10 % meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-ikkummissjonar tal-proġett, u l-proġett juri b’mod suffiċjenti li huwa parti essenzjali ta’ network tal-idroġenu transfruntier ippjanat u jipprovdi biżżejjed provi tal-pjanijiet eżistenti u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien u mal-operaturi tan-network jew, għal proġetti li jnaqqsu l-iżolament fil-qasam tal-enerġija tas-sistemi mhux interkonnessi fi Stat Membru wieħed jew aktar, il-proġett ikollu l-għan li jforni, direttament jew indirettament, mill-inqas żewġ Stati Membri;
għall-ħżin tal-idroġenu jew għall-faċilitajiet ta’ riċeviment tal-idroġenu msemmija fil-punt (3) tal-Anness II, il-proġett ikollu l-għan li jforni direttament jew indirettament mill-inqas żewġ Stati Membri;
għall-elettrolizzaturi, il-proġett jipprovdi kapaċità installata ta’ mill-inqas 50 MW ipprovduta minn elettrolizzatur wieħed jew minn sett ta’ elettrolizzaturi li jiffurmaw proġett uniku, ikkoordinat u dan ikun ta’ benefiċċju, direttament jew indirettament, għal tal-inqas żewġ Stati Membri u, b’mod speċifiku, fir-rigward tal-proġetti fuq gżejjer u sistemi tal-gżejjer, jappoġġa soluzzjonijiet innovattivi u soluzzjonijiet oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni;
għal grilji intelliġenti tal-gass, proġett jinvolvi TSOs, TSOs u DSOs, jew DSOs minn tal-inqas żewġ Stati Membri. DSOs jistgħu jiġu involuti, iżda biss bl-appoġġ tat-TSOs ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri, li huma assoċjati mill-qrib mal-proġett u jiżguraw l-interoperabbiltà;
għat-trażmissjoni ta’ elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-proġett huwa mfassal biex jittrasferixxi l-elettriku minn siti ta’ ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta b’kapaċità ta’ mill-inqas 500 MW u jippermetti t-trażmissjoni tal-elettriku fi grilja fuq l-art ta’ Stat Membru speċifiku, filwaqt li jiżdied il-volum ta’ elettriku rinnovabbli disponibbli fis-suq intern. Il-proġett għandu jiġi żviluppat fiż-żoni b’penetrazzjoni baxxa ta’ elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta u għandu juri impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050 u għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija u l-integrazzjoni tas-suq filwaqt li ma jfixkilx il-kapaċitajiet u l-flussi transfruntiera;
għal proġetti tad-diossidu tal-karbonju, il-proġett jintuża biex jittrasporta u, fejn applikabbli, jaħżen id-diossidu tal-karbonju antropoġeniku li joriġina minn tal-inqas żewġ Stati Membri.
(2) Proġett ta’ interess reċiproku b’impatt transfruntier sinifikanti għandu jkun proġett u għandu jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:
għal proġetti ta’ interess reċiproku fil-kategorija stabbilita fil-punt (1)(a) u (f) tal-Anness II, il-proġett iżid il-kapaċità tat-trasferiment tal-grilja, jew il-kapaċità disponibbli għall-flussi kummerċjali, fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar u jġib benefiċċji sinifikanti, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), skont il-kriterji speċifiċi elenkati fl-Artikolu 4(3), fil-livell tal-Unjoni. Il-kalkolu tal-benefiċċji għall-Istati Membri għandu jitwettaq u jiġi ppubblikat mill-ENTSO tal-Elettriku fil-qafas tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha;
għal proġetti ta’ interess reċiproku fil-kategorija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, il-proġett tal-idroġenu jippermetti t-trażmissjoni tal-idroġenu tul il-fruntiera ta’ Stat Membru ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar u jġib benefiċċji sinifikanti, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), skont il-kriterji speċifiċi elenkati fl-Artikolu 4(3), fil-livell tal-Unjoni. Il-kalkolu tal-benefiċċji għall-Istati Membri għandu jitwettaq u jiġi ppubblikat mill-ENTSO tal-Gass fil-qafas tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha;
għal proġetti ta’ interess reċiproku fil-kategorija stabbilita fil-punt (5) tal-Anness II, il-proġett jista’ jintuża għat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju antropoġeniku minn tal-inqas żewġ Stati Membri u pajjiż terz.
(3) Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(a), (b), (c) (d) u (f) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
it-trażmissjoni tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lejn iċ-ċentri ta’ konsum u s-siti ta’ ħżin ewlenin, imkejla f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku għall-Unjoni kollha, b’mod partikolari billi:
fir-rigward tat-trażmissjoni tal-elettriku, billi jiġi stmat l-ammont tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli (skont it-teknoloġija, f’MW), li jkun konness u trażmess minħabba l-proġett, meta mqabbel mal-ammont tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni totali ppjanata minn dawk it-tipi ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru kkonċernat fl-2030 skont il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima sottomessi mill-Istati Membri f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999;
fir-rigward tal-ħżin tal-enerġija, billi tiġi mqabbla l-kapaċità ġdida pprovduta mill-proġett mal-kapaċità totali eżistenti għall-istess teknoloġija ta’ ħżin fiż-żona ta’ analiżi kif stipulata fl-Anness V;
l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni u l-flessibbiltà tas-sistema mkejla f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-Unjoni kollha għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku, b’mod partikolari billi:
jiġu kkalkolati, fir-rigward ta’ proġetti transfruntiera, inkluż il-proġetti ta’ investiment mill-ġdid, l-impatt fuq il-kapaċità tal-grilja li tittrasferixxi fluss tal-elettriku fiż-żewġ direzzjonijiet, imkejjel f’termini tal-ammont ta’ enerġija (f’MW), u l-kontribut tagħhom sabiex tintlaħaq il-mira interkonnettiva minima ta’ 15 %, u fir-rigward tal-proġetti b’impatt transfruntier sinifikanti, l-impatt fuq il-kapaċità ta’ trasferiment tal-grilja fil-fruntieri bejn l-Istati Membri rilevanti, bejn l-Istati Membri rilevanti u pajjiżi terzi jew fi ħdan l-Istati Membri rilevanti u fuq l-ibbilanċjar tad-domanda mal-provvista u l-operazzjonijiet tan-network fl-Istati Membri rilevanti;
jiġi vvalutat l-impatt, għaż-żona ta’ analiżi kif stipulata fl-Anness V, f’termini tal-kostijiet għall-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni fis-sistema kollha tal-enerġija u l-evoluzzjoni u l-konverġenza fil-prezzijiet tas-suq ipprovduti minn proġett f’diversi xenarji ta’ ppjanar, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-varjazzjonijiet indotti fuq l-ordni ta’ mertu;
is-sigurtà tal-provvista, l-interoperabbiltà u l-operazzjoni tas-sistemi b’sigurtà mkejla f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku għall-Unjoni kollha, speċjalment billi jiġi vvalutat l-impatt tal-proġett fuq it-telf tal-aspettattiva tat-tagħbija għaż-żona ta’ analiżi kif stipulata fl-Anness V f’termini ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni għal sett ta’ perjodi ta’ tagħbija tipika, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bidliet mistennija fl-avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima u l-impatt tagħhom fuq ir-reżiljenza tal-infrastruttura. Fejn ikun applikabbli, għandu jitkejjel l-impatt tal-proġett fuq il-kontroll indipendenti u affidabbli tal-operazzjoni u s-servizzi tas-sistemi.
(4) Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
il-livell ta’ sostenibbiltà, imkejjel billi jiġi vvalutat il-limitu tal-kapaċità tal-grilji li jikkonnettjaw u jittrasportaw l-enerġija rinnovabbli varjabbli;
is-sigurtà tal-provvista, imkejla bil-valutazzjoni tal-livell ta’ telf fin-networks ta’ distribuzzjoni jew ta’ trażmissjoni, jew fit-tnejn li huma, tal-perċentwal tal-użu (jiġifieri t-tagħbija medja) tal-komponenti tan-network tal-elettriku, id-disponibbiltà tal-komponenti tan-network (relatati mal-manutenzjoni ppjanata u mhux ippjanata) u l-impatt tiegħu fuq il-prestazzjonijiet tan-network, u fuq it-tul u l-frekwenza tal-interruzzjonijiet, inkluż l-interruzzjonijiet relatati mal-klima;
l-integrazzjoni tas-suq, imkejla billi tiġi vvalutata l-adozzjoni innovattiva fl-operat tas-sistema, it-tnaqqis tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija u l-interkonnessjoni, kif ukoll il-livell ta’ integrazzjoni ta’ setturi oħra u l-iffaċilitar ta’ mudelli ta’ negozju u strutturi tas-suq ġodda;
is-sigurtà tan-network, il-flessibbiltà u l-kwalità tal-provvista, imkejla billi jiġi vvalutat l-approċċ innovattiv għall-flessibbiltà tas-sistema, iċ-ċibersigurtà, l-operabbiltà effiċjenti bejn il-livell tat-TSO u d-DSO, il-kapaċità li jiġu inklużi r-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, l-użu kosteffettiv tal-għodod diġitali u l-ICT għal finijiet ta’ monitoraġġ u kontroll, l-istabbiltà tas-sistema tal-elettriku u l-prestazzjoni tal-kwalità tal-vultaġġ.
(5) Fir-rigward tal-idroġenu li jaqa’ fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
is-sostenibbiltà mkejla bħala l-kontribut ta’ proġett għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’diversi applikazzjonijiet tal-użu finali f’setturi diffiċli biex jitrażżnu, bħall-industrija jew it-trasport; il-flessibbiltà u l-għażliet ta’ ħżin staġjonali għall-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli; jew l-integrazzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju bil-ħsieb li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq u jiġi promoss l-idroġenu rinnovabbli;
l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-suq, imkejla billi jiġi kkalkulat il-valur addizzjonali tal-proġett għall-integrazzjoni tal-oqsma tas-suq u l-konverġenza tal-prezzijiet għall-flessibbiltà kumplessiva tas-sistema;
is-sigurtà tal-provvista u l-flessibbiltà mkejla billi jiġi kkalkulat il-valur addizzjonali tal-proġett għar-reżiljenza, id-diversità u l-flessibbiltà tal-provvista tal-idroġenu;
il-kompetizzjoni, imkejla bil-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-proġett għad-diversifikazzjoni tal-provvista, inkluż l-iffaċilitar tal-aċċess għal sorsi indiġeni tal-provvista tal-idroġenu.
(6) Fir-rigward tal-proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
il-livell ta’ sostenibbiltà mkejjel billi jiġi vvalutat is-sehem ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju integrati fin-network tal-gass, l-iffrankar relatat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għad-dekarbonizzazzjoni totali tas-sistema u d-detezzjoni adegwata ta’ tnixxija;
il-kwalità u s-sigurtà tal-provvista mkejla billi jiġi vvalutat il-proporzjon tal-provvista tal-gass disponibbli b’mod affidabbli mad-domanda massima, is-sehem tal-importazzjonijiet sostitwiti b’gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju, l-istabbiltà tal-operazzjoni tas-sistema tal-elettriku, it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-interruzzjonijiet għal kull konsumatur;
l-abilitazzjoni ta’ servizzi ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin permezz tal-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ konnessjonijiet ma’ vetturi u setturi oħra tal-enerġija, imkejla billi jiġi vvalutat l-iffrankar tal-kostijiet li jkun jista’ jsir f’setturi u sistemi tal-enerġija konnessi, bħas-sistema tas-sħana u l-enerġija, it-trasport u l-industrija.
(7) Fir-rigward tal-proġetti tal-elettrolizzaturi li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (4) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
is-sostenibbiltà mkejla billi jiġi vvalutat is-sehem tal-idroġenu rinnovabbli, jew tal-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, partikolarment minn sorsi rinnovabbli li jissodisfa l-kriterji definiti fil-punt (4)(a)(ii) tal-Anness II integrat fin-network jew billi jiġi stmat l-ammont ta’ użu ta’ fjuwils sintetiċi b’dawn l-oriġini u l-iffrankar relatat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;
is-sigurtà tal-provvista mkejla billi tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni tagħha għas-sikurezza, l-istabbiltà u l-effiċjenza tal-operazzjoni tan-network, inkluż permezz tal-valutazzjoni tat-tnaqqis evitat tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli;
l-abilitazzjoni ta’ servizzi ta’ flessibbiltà bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin permezz tal-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ rabtiet ma’ vetturi u setturi oħra tal-enerġija, imkejla billi jiġi vvalutat l-iffrankar tal-kostijiet li jkun jista’ jsir f’setturi u sistemi tal-enerġija konnessi, bħan-networks tal-gass, tal-idroġenu, tal-enerġija u tas-sħana, is-setturi tat-trasport u l-industrija.
(8) Fir-rigward tal-infrastrutturi tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
is-sostenibbiltà, imkejla billi jiġi vvalutat it-tnaqqis totali mistenni ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett u n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi alternattivi bħal, pereżempju, l-effiċjenza fl-enerġija, l-elettrifikazzjoni li tintegra s-sorsi rinnovabbli, biex jinkiseb l-istess livell ta’ tnaqqis ta’ gassijiet serra daqs l-ammont ta’ diossidu tal-karbonju li għandu jinqabad f’installazzjonijiet industrijali konnessi bi spiża komparabbli u skont skeda ta’ żmien komparabbli filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-enerġija meħtieġa għall-qbid, it-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, kif applikabbli, filwaqt li titqies l-infrastruttura inkluż, fejn applikabbli, użi potenzjali futuri oħra;
ir-reżiljenza u s-sigurtà, imkejla billi tiġi vvalutata s-sigurtà tal-infrastruttura;
il-mitigazzjoni tal-piż u r-riskju ambjentali permezz tan-newtralizzazzjoni permanenti tad-diossidu tal-karbonju.
ANNESS V
ANALIŻI KOST-BENEFIĊĊJI TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA KOLLHA
Il-metodoloġiji għall-analiżijiet dwar il-kost-benefiċċji żviluppati mill-ENTSO tal-Elettriku u mill-ENTSO tal-Gass għandhom ikunu konsistenti b’mod reċiproku, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali. Il-metodoloġiji għal analiżi armonizzata u trasparenti tal-kost-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha għal proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom ikunu uniformi għall-kategoriji kollha tal-infrastruttura, sakemm ma jkunux ġustifikati diverġenzi speċifiċi. Dawn għandhom jindirizzaw il-kostijiet fis-sens usa’, inkluż l-esternalitajiet, fid-dawl tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
iż-żona ta’ analiżi ta’ proġett individwali għandha tkopri l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha li l-proġett ikun ser jinbena fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri kollha li jkunu ġirien diretti u l-Istati Membri l-oħra kollha li fihom il-proġett għandu impatt sinifikanti. Għal dan il-għan, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkooperaw mal-operaturi tas-sistema rilevanti kollha fil-pajjiżi terzi rilevanti. Fil-każ ta’ proġetti li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkooperaw mal-promotur tal-proġett, inkluż meta ma jkunx operatur tas-sistema;
kull analiżi tal-kost-benefiċċji għandha tinkludi analiżijiet ta’ sensittività dwar is-sett ta’ data ta’ input, inkluż il-kostijiet tal-ġenerazzjoni u tal-gassijiet serra kif ukoll l-iżvilupp mistenni tad-domanda u l-provvista, inkluż fir-rigward tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u inkluż il-flessibbiltà tat-tnejn, u d-disponibbiltà tal-ħżin, id-data meta jkunu ġew ikkummissjonati diversi proġetti differenti fl-istess żona ta’ analiżi, l-impatti klimatiċi u parametri rilevanti oħra;
għandhom jiddefinixxu l-analiżi li għandha titwettaq, abbażi tas-sett ta’ data ta’ input rilevanti, billi tiddetermina l-impatt għal kull proġett jekk isir u jekk ma jsirx u għandhom jinkludu l-interdipendenzi rilevanti mal-proġetti l-oħra;
għandhom jagħtu gwida għall-iżvilupp u l-użu tal-immudellar tan-network tal-enerġija u tas-suq meħtieġ għall-analiżi tal-kost-benefiċċji. L-immudellar għandu jippermetti valutazzjoni sħiħa tal-benefiċċji ekonomiċi, inkluż l-integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-provvista u l-kompetizzjoni, kif ukoll it-tneħħija tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija, l-impatti soċjali, ambjentali u klimatiċi, inkluż l-impatti transsettorjali. Il-metodoloġija għandha tkun kompletament trasparenti inkluż id-dettalji dwar għaliex, xiex u kif jiġu kkalkulati kull wieħed u waħda mill-benefiċċji u l-kostijiet;
għandhom jinkludu spjegazzjoni dwar kif huwa implimentat il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” fil-passi kollha tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha;
għandhom jispjegaw li l-iżvilupp u l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli mhux ser jiġu mfixkla mill-proġett;
għandhom jiżguraw li jiġu identifikati l-Istati Membri li l-proġett ikollu impatt nett pożittiv fuqhom, il-benefiċjarji, l-Istati Membri li l-proġett ikollu impatt nett negattiv fuqhom, u dawk li jġarrbu l-kostijiet, li jistgħu jkunu Stati Membri li mhumiex dawk li fit-territorju tagħhom tinbena l-infrastruttura;
għandhom iqisu, mill-inqas, in-nefqa kapitali, il-kostijiet tan-nefqa operattiva u n-nefqa tal-manutenzjoni kif ukoll il-kostijiet ikkawżati għas-sistema relatata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett kollu kemm hu bħall-kostijiet tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart, inkluż kostijiet esterni. Il-metodoloġiji għandhom jagħtu gwida fuq ir-rati ta’ skont, it-tul teknikutal-ħajja u l-valur residwu li għandhom jintużaw għall-kalkoli tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet. Barra minn hekk, għandhom jinkludu metodoloġija obbligatorja biex jiġi kkalkulat il-proporzjon kostijiet-benefiċċji u l-valur preżenti nett, kif ukoll differenzjazzjoni tal-benefiċċji f’konformità mal-livell ta’ affidabbiltà tal-metodi ta’ stima tagħhom. Il-metodi biex jiġu kkalkulati l-impatti klimatiċi u ambjentali tal-proġetti u l-kontribut għall-miri tal-enerġija tal-Unjoni, bħall-miri tal-penetrazzjonijiet tal-enerġiji rinnovabbli, tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-interkonnessjoni għandhom jitqiesu wkoll;
għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meħuda għal kull proġett jiġu vvalutati u jirriflettu l-kost tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li l-valutazzjoni tkun robusta u konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ma’ soluzzjonijiet oħra li ma jeħtiġux infrastrutturi ġodda.
ANNESS VI
LINJI GWIDA DWAR IT-TRASPARENZA U L-PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU
(1) Il-manwal tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9(1) għandu mill-inqas jinkludi:
l-ispeċifikazzjoni tal-liġijiet rilevanti li fuqhom ikunu bbażati d-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet għad-diversi tipi ta’ proġetti ta’ interess komuni rilevanti, inkluża l-liġi ambjentali;
il-lista ta’ deċiżjonijiet u opinjonijiet rilevanti li għandhom jinkisbu;
l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti, l-awtoritajiet l-oħra kkonċernati u l-partijiet ikkonċernati ewlenin interessati;
il-fluss tax-xogħol, b’deskrizzjoni ta’ kull stadju fil-proċess, inklużi skeda taż-żmien indikattiva u ħarsa ġenerali fil-qosor lejn il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għad-diversi tipi ta’ proġetti rilevanti ta’ interess komuni;
informazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, l-istruttura u l-livell ta’ dettall tad-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi flimkien mal-applikazzjoni għal deċiżjonijiet, inkluża lista ta’ verifika;
l-istadji u l-mezzi biex il-pubbliku ġenerali jipparteċipa fil-proċess;
il-mod li bih l-awtorità kompetenti, l-awtoritajiet l-oħra kkonċernati u l-promotur ta’ proġett għandhom juru li l-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni pubblika ġew ikkunsidrati, pereżempju billi juru x’bidliet saru fil-post u d-disinn tal-proġett jew billi jipprovdu raġunijiet għaliex dawn l-opinjonijiet ma ġewx ikkunsidrati;
kemm jista’ jkun possibbli, it-traduzzjonijiet tal-kontenut tiegħu fil-lingwi kollha tal-Istati Membri ġirien għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien rilevanti.
(2) L-iskeda dettaljata msemmija fil-punt (b), tal-Artikolu 10(6) għandha tispeċifika tal-inqas dan li ġej:
id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu;
l-awtoritajiet, il-partijiet interessati, u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;
l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom;
it-tragwardi ewlenin li għandhom jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li għandha tittieħed;
ir-riżorsi ppjanati mill-awtoritajiet u l-ħtiġijiet possibbli għal riżorsi addizzjonali.
(3) Mingħajr ebda preġudizzju għar-rekwiżiti tal-konsultazzjonijiet pubbliċi skont il-liġi ambjentali, biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess għall-għoti ta’ permessi u biex jiġu żgurati minn qabel it-tagħrif u d-djalogu mal-pubbliku, għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin:
il-partijiet ikkonċernati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti, is-sidien ta’ artijiet u ċ-ċittadini li jgħixu fl-inħawi tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri, b’mod inklużiv, meta jkun għadu jista’ jitqies it-tħassib potenzjali tal-pubbliku u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġa b’mod attiv l-attivitajiet imwettqa mill-promotur tal-proġett;
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika għall-proġetti ta’ interess komuni jinġabru flimkien fejn ikun possibbli, inklużi konsultazzjonijiet pubbliċi li diġà huma meħtieġa skont il-liġi nazzjonali. Kull konsultazzjoni pubblika għandha tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-istadju partikolari tal-proċedura, u suġġett partikolari wieħed rilevanti għal dak l-istadju partikolari tal-proċedura m’għandux jiġi indirizzat f’iżjed minn konsultazzjoni pubblika waħda; madankollu, tista’ ssir konsultazzjoni pubblika waħda f’aktar minn post ġeografiku wieħed. Is-suġġetti indirizzati minn konsultazzjoni pubblika għandhom ikunu indikati b’mod ċar fin-notifika tal-konsultazzjoni pubblika;
il-kummenti u l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli biss mill-bidu tal-konsultazzjoni pubblika sad-data tal-iskadenza;
il-promoturi tal-proġett għandhom jiżguraw li l-konsultazzjonijiet isiru matul perjodu li jippermetti parteċipazzjoni pubblika miftuħa u inklużiva.
(4) Il-kunċett ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku għandu mill-inqas jinkludi informazzjoni dwar:
il-partijiet interessati kkonċernati u indirizzati;
il-miżuri previsti, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali għall-postijiet u d-dati proposti għal-laqgħat iddedikati;
l-iskeda taż-żmien;
ir-riżorsi umani allokati għal diversi kompiti.
(5) Fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika li għandha titwettaq qabel is-sottomissjoni tal-fajl ta’ applikazzjoni, il-partijiet rilevanti għandhom mill-inqas:
jippubblikaw, f’forma elettronika u, fejn rilevanti, stampata, fuljett ta’ informazzjoni ta’ mhux iżjed minn 15-il paġna, li jagħti ħarsa ġenerali, b’mod ċar u konċiż, lejn id-deskrizzjoni, l-iskop u l-iskeda taż-żmien preliminari tal-passi tal-iżvilupp tal-proġett, il-pjan ta’ żvilupp tal-grilja nazzjonali, ir-rotot alternattivi kkunsidrati, it-tipi u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, inklużi dawk ta’ natura transfruntiera jew transkonfinali, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli, b’tali fuljett ta’ informazzjoni li jiġi ppubblikat qabel ma tibda l-konsultazzjoni u li jiġu elenkati l-indirizzi tal-Internet tal-proġett ta’ interess komuni msemmi fl-Artikolu 9(7), tal-pjattaforma għat-trasparenza msemmija fl-Artikolu 23 u l-manwal tal-proċeduri msemmi fil-punt (1) ta’ dan l-Anness;
jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-konsultazzjoni fuq is-sit web tal-proġett ta’ interess komuni msemmi fl-Artikolu 9(7), fuq it-tabelli tal-avviżi tal-uffiċċji tal-amministrazzjonijiet lokali, u, tal-inqas, f’sors jew, jekk applikabbli, f’żewġ sorsi tal-midja lokali;
jistiednu, bil-miktub jew elettronikament, lill-partijiet ikkonċernati milquta, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjoni u l-gruppi rilevanti għal laqgħat iddedikati, li fihom għandu jiġi diskuss it-tħassib.
(6) Is-sit web tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 9(7) għandu jippubblika tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
id-data meta s-sit web tal-proġett ġie aġġornat l-aħħar;
it-traduzzjonijiet tal-kontenut tiegħu fil-lingwi kollha tal-Istati Membri li jikkonċerna l-proġett jew li fuqhom il-proġett għandu impatt transfruntier sinifikanti f’konformità mal-punt (1) tal-Anness IV;
il-fuljett ta’ tagħrif imsemmi fil-punt (5) aġġornat bl-aħħar data dwar il-proġett;
sommarju mhux tekniku li jiġi aġġornat regolarment, li jirrifletti l-istatus attwali tal-proġett, inkluża l-informazzjoni ġeografika, u jindika b’mod ċar, fil-każ ta’ aġġornamenti, il-bidliet fil-verżjonijiet preċedenti;
il-pjan ta’ implimentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(1) aġġornat bl-aħħar data dwar il-proġett;
il-fondi allokati u żborżati mill-Unjoni għall-proġett;
l-ippjanar tal-proġett u tal-konsultazzjoni pubblika, b’indikazzjoni ċara tad-dati u l-postijiet tal-konsultazzjonijiet u s-smigħ pubbliċi u t-temi previsti rilevanti għal dak is-smigħ;
id-dettalji ta’ kuntatt bil-għan li jinkisbu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali;
id-dettalji ta’ kuntatt fejn jistgħu jiġu trażmessi kummenti u oġġezzjonijiet waqt il-konsultazzjonijiet pubbliċi.
ANNESS VII
IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI U PROĠETTI TA’ INTERESS REĊIPROKU (“LISTA TAL-UNJONI”),
imsemmija fl-Artikolu 3(4)
A. Prinċipji applikati fit-tfassil tal-lista tal-Unjoni
(1) Raggruppamenti ta’ PCIs u PMIs
Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom, u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Huma stabbiliti t-tipi li ġejjin ta’ raggruppamenti ta’ PCIs/PMI:
Il-PCIs/PMIs kollha huma soġġetti għad-drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2022/869.
(2) Trattament tas-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-kompressuri
Is-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala partijiet ta’ PCIs/PMIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni jew ħdejn il-pipelines, skont il-każ. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni jew mill-pipelines, skont il-każ. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/869.
(3) Partijiet mhux eliġibbli tal-PCIs/PMIs
Xi PCIs/PMIs jinkludu investiment mhux eliġibbli jew aktar minn wieħed fil-kompożizzjoni tagħhom. Dawn l-investimenti, elenkati hawn taħt, ma għandhomx jitqiesu bħala parti mil-lista tal-Unjoni.
(4) Proġetti li biddlu n-numru tal-PCI tagħhom meta mqabbel mal-lista preċedenti tal-Unjoni
Il-proġetti li huma parti mil-lista preċedenti tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 imħassar ibiddlu n-numru tal-PCI tagħhom minħabba l-għoti ta’ ordni ġdida jew minħabba kurituri ta’ prijorità miżjuda ġodda fir-Regolament (UE) 2022/869. Dan huwa relatat ma’ xi proġetti li huma parti mill-kategoriji li ġejjin: l-elettriku, il-grilji tal-elettriku intelliġenti u n-networks tas-CO2. F’dan il-każ, jissemma n-numru tal-PCI preċedenti, għal finijiet ta’ informazzjoni biss, taħt l-isem tal-proġett.
B. Lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku
(1) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (NSI West Electricity)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
1.1 |
L-interkonnessjoni Portugall – Spanja bejn Beariz – Fontefría (ES), Fontefria (ES) – Ponte de Lima (PT) u Ponte de Lima – Vila Nova de Famalicão (PT), inklużi substazzjonijiet f’Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT) (Nru 2.17 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.2 |
L-interkonnessjoni bejn Gatica (ES) u Cubnezais (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Biscay Gulf”] (Nru 2.7 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.3 |
L-interkonnessjoni bejn La Martyre (FR) u l-Great Island jew Knockraha (IE) [fil-preżent magħrufa bħala l-“Iterkonnettur Ċeltiku”] (Nru 1.6 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.4 |
Ir-raggruppament ta’ linji interni fil-Ġermanja, inklużi l-PCIs li ġejjin: 1.4.1 Linja interna minn Emden-East sa Osterath biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja lejn ir-Rheinland [fil-preżent magħrufa bħala “A-Nord”] (Nru 2.31.1 fil-ħames lista ta’ PCIs) 1.4.2 Linja interna minn Heide/West sa Polsum biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja lejn iż-Żona tar-Ruhr [fil-preżent magħrufa bħala “Korridor B”] (Nru 2.31.2 fil-ħames lista ta’ PCIs) 1.4.3 Linja interna minn Wilhelmshaven sa Uentrop biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja lejn iż-Żona tar-Ruhr [fil-preżent magħrufa bħala “Korridor B”] (Nru 2.31.3 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.5 |
Linja interna fil-Ġermanja bejn Brunsbüttel/Wilster u Großgartach/Grafenrheinfeld biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [fil-preżent magħrufa bħala “Suedlink”] (Nru 2.10 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.6 |
Linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntieri tal-Punent [fil-preżent magħrufa bħala “Ultranet”] (Nru 2.9 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.7 |
1.7.1 L-interkonnessjoni bejn Navarra (ES) u Landes (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Pyrenean crossing 1”] (Nru 2.27.2 fil-ħames lista ta’ PCIs) 1.7.2 L-interkonnessjoni bejn ir-reġjun ta’ Aragón (ES) u Marsillon (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Pyrenean crossing 2”] (Nru 2.27.1 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.8 |
L-interkonnessjoni bejn Lonny (FR) u Gramme (BE) (Nru 2.32 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.9 |
Il-linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet u Lillo-Liefkenshoek (BE), u bejn Liefkenshoek u Mercator, inkluż substazzjoni f’Lillo (BE) [fil-preżent magħrufin bħala “BRABO II + III”] (Nru 2.23 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.10 |
L-interkonnessjoni bejn l-Italja kontinentali — Korsika (FR) u Sardinja (IT) [fil-preżent magħrufa bħala “SACOI 3”] (Nru 2.4 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.11 |
Il-Proġett ta’ Estensjoni tal-Ħżin ta’ Kaunertal (AT) (Nru 2.18 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.12 |
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata u bil-Purifikazzjoni tal-ilma NAVALEO (ES) (Nru 2.28.2 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.13 |
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata ta’ Silvermines (IE) (Nru 2.29 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.14 |
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata RIEDL (DE) (Nru 2.30 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.15 |
Il-Ħżin tal-Enerġija Idrawlika Riversibbli Ppumpjata LOS GUAJARES (ES) |
|
1.16 |
Il-Ħżin tal-Enerġija bl-Arja Kkompressata tal-Idroġenu taċ-Ċentru tal-Idroġenu Ekoloġiku tad-Danimarka (DK) (Nru 1.21 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.17 |
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata WSK PULS (DE) |
|
1.18 |
Il-Ħżin tal-Enerġija Idrawlika Riversibbli Ppumpjata AGUYO II (ES) |
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
1.19 |
L-interkonnessjoni bejn in-nodu ta’ Sqallija (IT) u t-Tuneżija (TN) [fil-preżent magħrufa bħala “ELMED”] (Nru 2.33 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
1.20 |
L-interkonnessjoni bejn iż-żona ta’ Zeebrugge (BE) u Kemsley, Kent (UK) [fil-preżent magħrufa bħala “Cronos”] |
|
1.21 |
L-interkonnessjoni bejn iż-żoni ta’ Emden (DE) u Corringham, Essex (UK) [fil-preżent magħrufa bħala “Tarchon”] |
(2) L-interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (NSI East Electricity)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
2.1 |
Ir-raggruppament tal-Awstrija – Ġermanja, inklużi l-PCIs li ġejjin: 2.1.1 L-interkonnessjoni bejn Isar/Altheim/Ottenhofen (DE) — St.Peter (AT) (Nru 3.1.1 fil-ħames lista ta’ PCIs) 2.1.2 Linja interna bejn St. Peter u Tauern (AT) (Nru 3.1.2 fil-ħames lista ta’ PCIs) 2.1.3 Linja interna bejn Westtirol — Zell/Ziller (AT) (Nru 3.1.4 fil-ħames lista ta’ PCIs) 2.1.4 L-interkonnettur bejn Pleinting (DE) – St.Peter (AT) |
|
2.2 |
Linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isar [fil-preżent magħrufa bħala “SuedOstLink”] (Nru.3.12 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
2.3 |
Ir-raggruppament ta’ linji interni fiċ-Ċekja, inkluż dan li ġej: 2.3.1 Linja interna bejn Vernerov u Vitkoz (Nru 3.11.1 fil-ħames lista ta’ PCIs) 2.3.2 Linja interna bejn Prestice u Kocor (Nru 3.11.3 fil-ħames lista ta’ PCIs) 2.3.3 Linja interna bejn Kocin u Mirovka (Nru 3.11.4 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
2.4 |
L-interkonnettur bejn Würmlach (AT) — Somplago (IT) (Nru 3.4 fir-raba’ lista ta’ PCIs) |
|
2.5 |
Ir-raggruppament Ungerija – Rumanija inklużi l-PCIs li ġejjin: 2.5.1 L-interkonnettur bejn Józsa (HU) u Oradea (RO) 2.5.2 Linja interna bejn Urechesti (RO) u Targu Jiu (RO) 2.5.3 Linja interna bejn Targu Jiu (RO) u Paroseni (RO) 2.5.4 Linja interna bejn Paroseni (RO) u Baru Mare (RO) 2.5.5 Linja interna bejn Baru Mare (RO) u Hasdat (RO) |
|
2.6 |
Ir-raggruppament ta’ Iżrael – Ċipru – Greċja fil-preżent magħruf bħala “EuroAsia Interconnector”, inkluż il-PCIs li ġejjin: 2.6.1 L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY) (Nru 3.10.1 fil-ħames lista ta’ PCIs) 2.6.2 L-interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL) (Nru 3.10.2 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
2.7 |
L-interkonnettur bejn Otrokovice (CZ) — Ladce (SK) |
|
2.8 |
L-interkonnettur bejn Lienz (AT) — ir-reġjun tal-Veneto (IT) (Nru 3.2.1 fit-tieni lista ta’ PCIs) |
|
2.9 |
Il-ħżin tal-enerġija idrawlika ppumpjata bl-ilma f’Amfilochia (EL) (Nru 3.24 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
2.10 |
Is-Sistema ta’ Hżin tal-Enerġija tal-Batteriji ta’ Ptolemaida (EL) |
|
2.11 |
Modernizzazzjoni tal-Hżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata f’Čierny Vesh (SK) [fil-preżent magħrufa bħala “SE Integrator”] |
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
2.12 |
L-interkonnettur bejn Subotica (RS) u Sándorfalva (HU) |
|
2.13 |
L-interkonnessjoni bejn Wadi El Natroon (EG) u Mesogeia/St Stefanos (EL) [fil-preżent magħrufa bħala “GREGY Interconnector”] |
(3) Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP Electricity)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
3.1 |
Il-linja interna bejn Stanisławów u Ostrołęka (PL) (Nru 4.5.2 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
3.2 |
Il-ħżin tal-enerġija idrawlika ppumpjata bl-ilma fl-Estonja (Nru 4.6 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
3.3 |
L-integrazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-networks Ewropej, inkluż il-PCIs li ġejjin: 3.3.1 L-interkonnessjoni bejn Tsirguliina (EE) u Valmiera (LV) (Nru 4.8.3 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.2 Linja interna bejn Viru u Tsirguliina (EE) (Nru 4.8.4 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.3 Linja interna bejn Paide u Sindi (EE) (Nru 4.8.7 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.4 Linja interna bejn Vilnius u Neris (LT) (Nru 4.8.8 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.5 Aktar aspetti ta’ infrastruttura relatati mal-implimentazzjoni tas-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-Istati Baltiċi man-network Ewropew kontinentali (Nru 4.8.9 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.6 Interkonnessjoni bejn il-Litwanja u l-Polonja [fil-preżent magħrufa bħala “Harmony Link”] (Nru 4.8.10 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.7 Is-substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Mūša (LT) (Nru 4.8.13 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.8 Linja interna bejn Bitenai u KHAE (LT) (Nru 4.8.14 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.9 Is-substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Darbėnai (LT) (Nru 4.8.15 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.10 Linja interna bejn Darbenai u Bitenai (LT) (Nru 4.8.16 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.11 Linja interna bejn Dunowo u Żydowo Kierzkowo (PL) (Nru 4.8.18 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.12 Linja interna bejn Piła Krzewina u Żydowo Kierzkowo (PL) (Nru 4.8.19 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.13 Linja interna bejn Morzyczyn-Dunowo-Słupsk-Żarnowiec (PL) (Nru 4.8.21 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.14 Linja interna bejn Żarnowiec-Gdańsk/Gdańsk Przyjaźń-Gdańsk Błonia (PL) (Nru 4.8.22 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.3.15 Kondensaturi tas-sinkronizzazzjoni, li jipprovdu inerzja, stabbiltà tal-vultaġġ, stabbiltà tal-frekwenza u enerġija f’ċirkwit kort fil-Litwanja, fil-Latvja u fl-Estonja (Nru.4.8.23 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
3.4 |
It-tielet interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Iżvezja [fil-preżent magħrufa bħala “Aurora line”], inklużi l-PCIs li ġejjin: 3.4.1 Interkonnessjoni bejn it-Tramuntana tal-Finlandja u t-Tramuntana tal-Iżvezja (Nru 4.10.1 fil-ħames lista ta’ PCIs) 3.4.2 Linja interna bejn Keminmaa u Pyhänselkä (FI) (Nru 4.10.2 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
3.5 |
Ir-raba’ interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Iżvezja [fil-preżent magħrufa bħala “Aurora line 2”] |
|
3.6 |
Interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Estonja [fil-preżent magħrufa bħala “Estlink 3”] |
(4) Il-grilji offshore fil-Baħar tat-Tramuntana (NSOG)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
4.1 |
Ċentru wieħed jew aktar fil-Baħar tat-Tramuntana b’interkonnetturi ma’ pajjiżi ġirien tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Danimarka, in-Netherlands u l-Ġermanja) [fil-preżent magħruf bħala “North Sea Wind Power Hub”] (Nru 1.19 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
4.2 |
L-interkonnettur ibridu offshore bejn il-Belġju u d-Danimarka [fil-preżent magħruf bħala “Triton Link”] |
|
4.3 |
Substazzjon u konnessjoni ta’ vultaġġ għoli offshore ma’ Menuel (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Offshore Wind connection Centre Manche 1”] |
|
4.4 |
Substazzjon u konnessjoni ta’ vultaġġ għoli offshore ma’ Tourbe (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Offshore Wind connection Centre Manche 2”] |
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
4.5 |
Interkonnettur b’diversi użi bejn il-Grilja Modulari Offshore 2 (BE) u Leisten (UK) [fil-preżent magħruf bħala “Nautilus”] (Nru 1.15 fir-raba’ lista ta’ PCIs) |
|
4.6 |
L-interkonnessjoni HVDC li sservi diversi għanijiet bejn il-Gran Brittanja u n-Netherlands [fil-preżent magħrufa bħala “LionLink”] |
(5) Il-grilji offshore tal-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija (BEMIP offshore)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
5.1 |
L-interkonnettur ibridu offshore fil-Latvja u fl-Estonja [fil-preżent magħruf bħala “Elwind”] |
|
5.2 |
L-interkonnettur Ibridu Offshore tal-Gżira tal-Enerġija Bornholm (BEI) bejn id-Danimarka u l-Ġermanja |
(6) Grilji offshore fin-Nofsinhar u l-Punent (SW offshore)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
6.1 |
Konnessjoni Eolika Offshore Occitanie (FR) |
|
6.2 |
Konnessjoni Eolika Offshore PACA (FR) |
(7) Grilji offshore fin-Nofsinhar u l-Lvant (SE offshore)
Ma ġie mressaq l-ebda proġett għal dan il-kuritur.
(8) Grilji offshore fl-Atlantiku
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
8.1 |
Konnessjoni Eolika Offshore tan-Nofsinhar tal-Bretanja (FR) |
|
8.2 |
Konnessjoni Eeolika Offshore fin-Nofsinhar tal-Atlantiku (FR) |
(9) Interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Punent tal-Ewropa (HI West)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
9.1 |
Il-Kuritur Portugall – Spanja – Franza – Ġermanja: 9.1.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Portugall 9.1.2 L-interkonnettur tal-idroġenu Portugall – Spanja 9.1.3 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Spanja 9.1.4 L-interkonnettur tal-Idroġenu Spanja – Franza [fil-preżent magħruf bħala BarMar] 9.1.5 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Franza konnessa mal-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala HyFen] 9.1.6 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja konnessa ma’ Franza [fil-preżent magħrufa bħala H2Hercules South] |
|
9.2 |
Il-widien tal-idroġenu transfruntieri bejn Franza u l-Ġermanja: 9.2.1 Il-wied tal-idroġenu fil-Ġermanja mal-fruntiera Franċiża [fil-preżent magħruf bħala RHYn] 9.2.2 Il-wied tal-idroġenu fi Franza mal-fruntiera Ġermaniża [fil-preżent magħruf bħala Mosahyc] |
|
9.3 |
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Franza sal-fruntiera tal-Belġju [fil-preżent magħrufa bħala l-kuritur tal-H2 Franko-Belġjan] |
|
9.4 |
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala H2ercules West] |
|
9.5 |
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Belġju [fil-preżent magħrufa bħala Belgian Hydrogen Backbone] |
|
9.6 |
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fin-Netherlands [fil-preżent magħrufa bħala National Hydrogen Backbone] |
|
9.7 |
L-interkonnetturi tal-idroġenu National Hydrogen Backbone (NL) – Ġermanja: 9.7.1 L-interkonnettur tal-idroġenu min-network ċentrali tat-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Lvant sa Oude (NL) — H2ercules North (DE) 9.7.2 L-interkonnettur tal-idroġenu min-network ċentrali tat-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Lvant sa Vlieghuis (NL) – Vlieghuis – Ochtrup (DE) 9.7.3 L-interkonnettur tal-idroġenu min-Netherlands għall-Ġermanja (fil-preżent magħruf bħala Delta Rhine Corridor H2) |
|
9.8 |
Il-pipeline tal-idroġenu offshore tal-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala AquaDuctus] |
|
9.9 |
L-interkonnettur tal-idroġenu Danimarka – Ġermanja: 9.9.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala HyperLink III] 9.9.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fid-Danimarka [fil-preżent magħrufa bħala DK Hydrogen Pipeline West] |
|
9.10 |
Il-faċilitajiet ta’ akkoljenza tal-ammonijaka fil-Belġju: 9.10.1 Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka ta’ Antwerp 9.10.2 Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka ta’ Amplifhy Antwerp 9.10.3 Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka tal-iżvilupp ta’ Zeebrugge New Molecules |
|
9.11 |
Il-faċilitajiet ta’ akkoljenza tal-ammonijaka fil-Ġermanja: 9.11.1 It-terminal tal-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka Brunsbüttel 9.11.2 Il-faċilità tal-akkoljenza tal-ammonijaka Wilhelmshaven (BP) 9.11.3 Il-faċilità tal-akkoljenza tal-ammonijaka Wilhelmshaven (Uniper) |
|
9.12 |
Il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fin-Netherlands: 9.12.1 Il-faċilità ta’ akkoljenza ta’ Rotterdam LH2 9.12.2 Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka Amplifhy Rotterdam 9.12.3 Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka ACE Rotterdam |
|
9.13 |
Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka Dunkerque (FR) |
|
9.14 |
L-elettrolizzatur H2Sines.RDAM (PT) |
|
9.15 |
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fi Spanja: 9.15.1 L-elettrolizzatur tan-network tal-idroġenu ta’ Tarragona 9.15.2 L-elettrolizzatur fuq skala kbira ta’ Bilbao 9.15.3 L-elettrolizzatur fuq skala kbira ta’ Cartagena 9.15.4 L-elettrolizzatur Valle andaluz del hidrógeno verde 9.15.5 L-elettrolizzatur tal-wied tal-Asturias H2 |
|
9.16 |
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fi Franza: 9.16.1 L-elettrolizzatur CarlHYng 9.16.2 L-elettrolizzatur Emil’Hy 9.16.3 L-elettrolizzatur HyGreen 9.16.4 L-elettrolizzatur H2 V Valenciennes 9.16.5 L-elettrolizzatur H2Thionville |
|
9.17 |
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fin-Netherlands: 9.17.1 L-elettrolizzatur Encolyser 9.17.2 L-elettrolizzatur ta’ H2-Fifty 9.17.3 L-elettrolizzatur SeaH2Land |
|
9.18 |
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fil-Ġermanja: 9.18.1 L-elettrolizzatur GreenWilhelmshaven 9.18.2 L-elettrolizzatur CHC Wilhelmshaven |
|
9.19 |
L-elettrolizzatur Jytske Banke (DK) |
|
9.20 |
Il-Ħżin tal-Idroġenu Daniża (DK) |
|
9.21 |
Il-Ħżin tal-H2 ta’ Hystock Opslag (NL) |
|
9.22 |
Il-Ħżin tal-idroġenu fil-Ġermanja: 9.22.1 Il-ħżin tal-idroġenu Salthy Harsefeld 9.22.2 Il-ħżin tal-H2 Gronau-Epe |
|
9.23 |
Il-ħżin GeoH2 (FR) |
|
9.24 |
Il-ħżin tal-idroġenu fi Spanja: 9.24.1 Il-ħżin tal-H2 North – 1 9.24.2 Il-ħżin tal-H2 North – 2 |
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
9.25 |
Il-pipeline tal-idroġenu offshore Norveġja – Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala CHE Pipeline] |
(10) L-interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (HI East)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
10.1 |
Il-kuritur tal-idroġenu Italja – Awstrija – Ġermanja: 10.1.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Italja [fil-preżent magħrufa bħala Italian H2 Backbone] 10.1.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Awstrija [fil-preżent magħrufa bħala H2 Readiness of the TAG pipeline system] 10.1.3 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Awstrija [fil-preżent magħrufa bħala H2 Backbone WAG and Penta West] 10.1.4 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala HyPipe Bavaria – The Hydrogen Hub |
|
10.2 |
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn iċ-Ċekja u l-Ġermanja: 10.2.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fiċ-Ċekja lejn il-Ġermanja 10.2.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala FLOW East — Making Hydrogen Happen] |
|
10.3 |
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Greċja u l-Bulgarija: 10.3.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Greċja lejn il-fruntiera Bulgara 10.3.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Bulgarija lejn il-fruntiera tal-Greċja |
|
10.4 |
Il-kuritur ġeneriku li għandu l-għan li jittrażmetti l-idroġenu mill-Ukrajna lejn is-Slovakkja, iċ-Ċekja, l-Awstrija u l-Ġermanja |
(11) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-idroġenu (BEMIP Hydrogen)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
11.1 |
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn l-Iżvezja u l-Finlandja [fil-preżent magħruf bħala r-Rotta Nordika tal-Idroġenu – il-Bajja tal-Botnja] |
|
11.2 |
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Finlandja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala l-Kuritur Nordiku-Baltiku tal-Idroġenu] |
|
11.3 |
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn l-Iżvezja, il-Finlandja u l-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala l-Kollettur tal-Idroġenu tal-Baħar Baltiku] |
(12) Il-Qasam Tematiku ta’ Prijorità Implimentazzjoni tal-grilji intelliġenti
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fil-qasam tematiku:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
12.1 |
ACON — Again COnnected Networks (CZ, SK), biex titrawwem l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku Ċeki u Slovakki billi tittejjeb l-effiċjenza tan-networks ta’ distribuzzjoni (Nru 10.4 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
12.2 |
CARMEN (BG, RO), biex jissaħħu l-kooperazzjoni transfruntiera TSO-TSO u l-kondiviżjoni tad-data, tittejjeb il-kooperazzjoni bejn TSO-DSO, isir investiment fl-espansjoni tal-grilja u tiżdied il-kapaċità għall-integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli ġodda u jittejbu l-istabbiltà, is-sigurtà u l-flessibbiltà tal-grilja (Nru 10.10 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
12.3 |
Danube InGrid (HU, SK), biex jiġu integrati b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha tas-suq konnessi man-networks tal-elettriku fl-Ungerija u fis-Slovakkja (Nru 10.7 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
12.4 |
Gabreta Smart Grids (CZ, DE), biex tiżdied il-kapaċità tal-hosting tal-grilja, ikunu possibbli l-monitoraġġ u kontroll mill-bogħod tal-grilji tal-MV u jittejbu l-osservabbiltà tal-grilja u l-ippjanar tan-network (Nru 10.11 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
12.5 |
GreenSwitch (AT, HR, SI), biex tiżdied il-kapaċità ta’ hosting għal sorsi rinnovabbli distribwiti u l-integrazzjoni effiċjenti ta’ tagħbijiet ġodda, tittejjeb l-osservabbiltà tan-network ta’ distribuzzjoni u tiżdied il-kapaċità transfruntiera (Nru 10.12 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
(13) Il-Qasam Tematiku ta’ Prijorità Network transfruntier tad-diossidu tal-karbonju
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fil-qasam tematiku:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
13.1 |
CO2 TransPorts se jistabbilixxi infrastruttura li tiffaċilita l-ġbir, it-trasport u l-ħżin fuq skala kbira tas-CO2 miż-żoni tal-port ta’ Rotterdam, ta’ Antwerp u tal-Baħar tat-Tramuntana (Nru 12.3 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
13.2 |
Aramis – proġett transfruntier tat-trasport u l-ħażna tas-CO2, it-teħid mill-emittenti fiż-żona interna tal-port ta’ Rotterdam, it-trasport tal-pajpijiet lejn il-ħżin fuq il-blata kontinentali Netherlandiża (Nru 12.7 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
13.3 |
ECO2CEE – proġett transfruntier ta’ trasport u ħażna tas-CO2 b’aċċess miftuħ b’siti ta’ ħżin previsti fid-Danimarka, fin-Norveġja, fin-Netherlands u fir-Renju Unit (estensjoni ta’ Nru 12.9 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
13.4 |
Bifrost – proġett ta’ trasport u ħżin b’ħażna offshore fid-DK minn emittenti mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mill-Polonja |
|
13.5 |
Callisto – l-iżvilupp ta’ ċentri multimodali tas-CO2 fil-Mediterran li jaħżnu l-emissjonijiet tas-CO2 minn Franza u mill-Italja |
|
13.6 |
Il-Konsorzju Baltiku CCS – it-trasport transfruntier tas-CO2 permezz tal-ferrovija bejn il-Latvja u l-Litwanja b’terminal tal-LCO2 multimodali bbażat f’Klaipeda |
|
13.7 |
Il-Kuritur Delta Rhine – proġett għat-trasport tas-CO2 permezz ta’ pipelines minn emittenti fiż-żona tar-Ruhr fil-Ġermanja u fiż-żona ta’ Rotterdam fin-Netherlands għall-ħżin offshore lil hinn mill-kosta Netherlandiża |
|
13.8 |
EU2NSEA – network transfruntier tas-CO2 żviluppat bejn il-Belġju, il-Ġermanja u n-Norveġja biex jiġbor ukoll is-CO2 minn DK, FR, LV, NL, PL u SE, bil-ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża |
|
13.9 |
GT CCS Croatia – il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura tat-trasport bil-pipelines fil-Kroazja u fl-Ungerija, bi ħżin taħt l-art fl-HR |
|
13.10 |
Norne – infrastruttura tat-trasport fid-Danimarka bi ħżin onshore u possibbilment offshore, b’emittenti primarjament mid-DK, SE, BE u UK jittrasportaw lejn id-DK permezz tal-bastimenti |
|
13.11 |
Prinos – ħżin offshore fil-bir ta’ Prinos għall-emissjonijiet mill-EL, permezz ta’ pipeline, u mill-BG, HR, CY, EL, IT u SI permezz tal-bastimenti |
|
13.12 |
Pycasso – it-trasport u l-ħżin tas-CO2 fis-sit tal-ħażna onshore fil-Lbiċ ta’ FR, emittenti industrijali minn FR u ES |
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fil-qasam tematiku:
|
Nru |
Definizzjoni |
|
13.13 |
Northern Lights – proġett ta’ konnessjoni transfruntiera tas-CO2 bejn diversi inizjattivi Ewropej għall-qbid (fost l-oħrajn il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, l-Iżvezja), trasport permezz tal-bastimenti lejn il-ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża (Nru 12.4 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
13.14 |
Nautilus CCS – Emissjonijiet miż-żoni ta’ Le Havre, Dunkirk, Duisburg u Rogaland li għandhom jinqabdu u jiġu ttrasportati permezz tal-bastimenti lejn diversi bjar fil-Baħar tat-Tramuntana (estensjoni tan-Nru 12.8 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
(14) Qasam Tematiku ta’ Prijorità ta’ Grilji intelliġenti tal-gass
L-ebda proġett ippreżentat ma nstab eliġibbli għal din il-kategorija.
(15) Proġetti li jżommu l-istatus tagħhom ta’ proġett ta’ interess komuni (deroga tal-Artikolu 24)
|
Nru |
Definizzjoni |
|
15.1 |
Il-konnessjoni ta’ Malta man-network Ewropew tal-gass – interkonnessjoni permezz ta’ pipeline mal-Italja f’Gela (Nru 5.19 fil-ħames lista ta’ PCIs) |
|
15.2 |
Pipeline mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran lejn il-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Ċipru u minn Kreta [fil-preżent magħruf bħala “EastMed Pipeline”], bi stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni f’Megalopoli (Nru 7.3.1. fil-ħames lista ta’ PCIs) |
( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).
( *1 ) Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).”.
( *2 ) Ir-Regolament (UE) 2022/869. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).”.
( *3 ) Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).”.
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/564 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (ĠU L 109, 8.4.2022, p. 14).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).