02021R1784 — MT — 11.11.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1784

tat-8 ta’ Ottubru 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(ĠU L 359 11.10.2021, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2189 tad-9 ta’ Novembru 2022

  L 289

1

10.11.2022




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1784

tat-8 ta’ Ottubru 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina



Artikolu 1

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, b’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju, illaminati ċatti, kemm jekk illigati kif ukoll jekk le, kemm jekk maħdumin aktar milli llaminati ċatti kif ukoll jekk le, mingħajr appoġġ, mingħajr saffi interni ta’ materjal ieħor,

— 
f’kojls jew fi strixxi koljati, f’folji maqtugħa għall-qies, jew fil-forma ta’ ċrieki; ta’ ħxuna ta’ 0,2 ta’ mm jew aktar iżda mhux aktar minn 6 mm,
— 
fi pjanċi, ta’ ħxuna ta’ aktar minn 6 mm,
— 
f’kojls jew fi strixxi koljati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,03 ta’ mm iżda inqas minn 0,2 ta’ mm,
li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7606 11 10 (il-kodiċijiet TARIC 7606 11 10 25 , 7606 11 10 86 ), ex 7606 11 91 (il-kodiċijiet TARIC 7606 11 91 25 , 7606 11 91 86 ), ex 7606 11 93 (il-kodiċijiet TARIC 7606 11 93 25 , 7606 11 93 86 ), ex 7606 11 99 (il-kodiċijiet TARIC 7606 11 99 25 , 7606 11 99 86 ), ex 7606 12 20 (il-kodiċijiet TARIC 7606 12 20 25 , 7606 12 20 88 ), ex 7606 12 92 (il-kodiċijiet TARIC 7606 12 92 25 , 7606 12 92 93 ), ex 7606 12 93 (il-kodiċi TARIC 7606 12 93 86 ), ex 7606 12 99 (il-kodiċijiet TARIC 7606 12 99 25 u 7606 12 99 86 ), ex 7606 91 00 (il-kodiċijiet TARIC 7606 91 00 25 , 7606 91 00 86 ), ex 7606 92 00 (il-kodiċijiet TARIC 7606 92 00 25 , 7606 92 00 92 ), ex 7607 11 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607 11 90 48 , 7607 11 90 51 , 7607 11 90 53 , 7607 11 90 65 , 7607 11 90 73 , 7607 11 90 75 , 7607 11 90 77 , 7607 11 90 91 , 7607 11 90 93 ) u ex 7607 19 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607 19 90 75 , 7607 19 90 94 ) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2.  

Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u magħmul mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:



Kumpanija

Rata tad-dazju anti-dumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

14,3  %

C610

Nanshan Group

— Shandong Nanshan Aluminium Co., Ltd.,

— Yantai Nanshan Aluminium New Material Co., Ltd.,

— Longkou Nanshan Aluminium Rolling New Material Co., Ltd.,

— Yantai Donghai Aluminium Foil Co., Ltd.

19,1  %

C611

Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

21,4  %

C612

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw (Anness)

19,0  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

24,6  %

C999

3.  
L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta”. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4.  
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.  

Il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1):

— 
Stokk tal-parti ċilindrika tal-bottijiet tax-xorb, stokk tat-tarf tal-bottijiet tax-xorb u stokk tal-ħolqa tat-tapp tal-bottijiet tax-xorb kollha tal-aluminju.
— 
Prodotti li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 7607 11 90 44 u 7607 11 90 71 .
— 
Prodotti tal-aluminju, illigati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,2 ta’ mm u mhux aktar minn 6 mm, għall-użu bħala pannelli tal-karozzerija fl-industrija tal-karozzi.
— 
Prodotti tal-aluminju, illigati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,8 ta’ mm, għall-użu fil-manifattura ta’ parts ta’ inġenji tal-ajru.
2.  

Il-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) għandu jiġi eżentat mid-dazju anti-dumping definittiv jekk jiġi importat għall-użu fil-produzzjoni ta’ pannelli komposti tal-aluminju u jekk jikkonforma mal-karatteristiċi tekniċi li ġejjin

— 
Kojls tal-aluminju llivellati bit-tensjoni
— 
Kojls illaminati bis-sħana
— 
Finitura wara r-rumblar
— 
Wisgħat: minn 800 mm sa 2 050 mm
— 
Ħxuna: 0,20 ta’ mm sa 0,5 ta’ mm
— 
Tolleranza fuq il-ħxuna: +/- 0,01 ta’ mm
— 
Tolleranza fuq il-wisa’: +1,50/-0,00 ta’ mm
— 
Ligi: 5005, 3105
— 
Ittemprar: h14, h16, h24, h26
— 
Għoli massimu tal-mewġa: mass. 3 f’1 000 mm
3.  
L-esklużjonijiet skont l-inċiżi 3 u 4 tal-paragrafu 1 u l-eżenzjoni skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni dwar il-proċedura tal-użu aħħari, b’mod partikolari l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni).

Artikolu 3

L-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582 ma għandhomx jinġabru.

Artikolu 4

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a) 

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020);

(b) 

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew ma’ produttur soġġett għall-miżuri imposti b’dan ir-Regolament; u

(c) 

li effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali rrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex fil-kampjun



Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

Southwest Aluminium (Group) Co., Ltd.

C613

Jiangsu Dingsheng New Materials Joint-Stock Co., Ltd.

C614

Shanghai Huafon Aluminium Corporation

C615

▼M1

ALG Aluminium Inc.

C616

▼B

Yinbang Clad Material Co., Ltd.

C617

Jiangsu Metcoplus Industry Intl. Co., Ltd.

C618

Dalishen Aluminum CO., Ltd.

C619

Binzhou Hongbo Aluminium Foil Technology Co. Ltd.

C620

Yong Jie New Material Co., Ltd.

C621

Chalco Ruimin Co., Ltd.

C622

Luoyang Wanji Aluminium Processing Co., Ltd.

C623

Jiangyin Dolphin Pack Limited Company

C624

Henan Xindatong Aluminum Industry Co., Ltd.

C625

Zhejiang Yongjie Aluminum Co., Ltd.

C626

Jiangsu Zhongji Lamination Materials Co., Ltd.

C627

Zhengzhou Guandong Aluminum Industry Co., Ltd.

C628



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).