02017R2417 — MT — 18.05.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2417 tas-17 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi (ĠU L 343 22.12.2017, p. 48) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/749 tat-8 ta’ Frar 2022 |
L 138 |
4 |
17.5.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2417
tas-17 ta' Novembru 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar
Id-derivattivi mniżżla fl-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
Derivattiva msemmija fit-Tabella 1, it-Tabella 2 u t-Tabella 3 tal-Anness għandha tiġi meqjusa li jkollha maturità ta' 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 15, 20 jew 30 sena meta l-perjodu ta' żmien bejn id-data li fiha l-obbligi taħt dak il-kuntratt jidħlu fis-seħħ u d-data tat-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt ikun ugwali għal wieħed minn dawk il-perjodi, biż-żieda jew bit-tnaqqis ta' ħamest ijiem.
Artikolu 2
Id-dati li minnhom jibda l-obbligu tan-negozjar
L-obbligu ta' negozjar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu, għal kull kategorija ta' kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 u l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, jidħol fis-seħħ fl-aħħar waħda mid-dati li ġejjin:
it-3 ta' Jannar 2018;
id-data msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/2205 jew l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592 għal dik il-kategorija ta' kontropartijiet.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar
Tabella 1
Swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to-float denominati f'EUR
|
Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — f'EUR EURIBOR 3 u 6M |
||
|
Il-munita tas-saldu |
EUR |
EUR |
|
It-tip tal-bidu tan-negozjar |
Spot (T+2) |
Spot (T+2) |
|
Opzjonalità |
Le |
Le |
|
Il-perjodu ta' maturità |
2,3,4,5,6,7,8,9,10,12,15,20,30S |
2,3,4,5,6,7,10,15,20,30S |
|
Tip Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
Kostanti Nozzjonali |
|
Il-komponent fiss |
||
|
Frekwenza tal-pagament |
Annwali jew semi-annwali |
Annwali jew semi-annwali |
|
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
30/360 jew Propja/360 |
30/360 jew Propja/360 |
|
Il-komponent varjabbli |
||
|
Indiċi ta' referenza |
EURIBOR 6M |
EURIBOR 3M |
|
Frekwenza ta' bidu mill-ġdid |
Kull sitt xhur jew kull tliet xhur |
Kull tliet xhur |
|
Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem |
Propja/360 |
Propja/360 |
▼M1 —————
Tabella 4
Indiċi tas-CDS
|
Tip |
Tip sekondarju |
Żona ġeografika |
Indiċi ta' referenza |
Munita tas-Saldu |
Serje |
Il-perjodu ta' maturità |
|
Indiċi tas-CDS |
Indiċi mhux segmentat |
Ewropa |
iTraxx Europe Main |
EUR |
serje on-the-run l-ewwel serje off-the-run |
5s |
|
Indiċi tas-CDS |
Indiċi mhux segmentat |
Ewropa |
iTraxx Europe Crossover |
EUR |
serje on-the-run l-ewwel serje off-the-run |
5s |