02021R2178 — MT — 01.01.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443 10.12.2021, p. 9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 |
L 188 |
1 |
15.7.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2178
tas-6 ta’ Lulju 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“objettiv ambjentali” tfisser wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852;
“Attività ekonomika allinjata mat-tassonomija” tfisser attività ekonomika li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852;
“attività ekonomika tranżitorja” tfisser attività ekonomika li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852;
“attività ekonomika abilitanti” tfisser attività ekonomika li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2020/852;
“attività ekonomika eliġibbli għat-tassonomija” tfisser attività ekonomika li hija deskritta fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, irrispettivament minn jekk dik l-attività ekonomika tissodisfax il-kriterji tekniċi kollha ta’ skrinjar stabbiliti f’dawk l-atti delegati;
“attività ekonomika mhux eliġibbli għat-tassonomija” tfisser attività ekonomika li ma hijiex deskritta fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852;
“maniġer tal-assi” tfisser impriża li hija soġġetta għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u li hija waħda minn dawn li ġejjin:
AIFM kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
kumpanija maniġerjali kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
kumpanija ta’ investiment awtorizzata f’konformità mal-Artikoli 27, 28 u 29 tad-Direttiva 2009/65/KE u li ma tkunx ħatret għall-maniġment tagħha kumpanija maniġerjali awtorizzata f’konformità mal-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dik id-Direttiva.
“impriża finanzjarja” tfisser impriża li hija soġġetta għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u li hija maniġer tal-assi, istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, impriża tal-assigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), jew impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/138/KE;
“impriża mhux finanzjarja” tfisser impriża li hija soġġetta għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u li ma hijiex impriża finanzjarja kif definit fil-punt (8);
“attività tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni allinjata mat-tassonomija” tfisser attività tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsimiet 10.1. u 10.2. tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139.
Artikolu 2
Divulgazzjonijiet minn impriżi mhux finanzjarji
Artikolu 3
Divulgazzjonijiet mill-maniġers tal-assi
Artikolu 4
Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet ta’ kreditu
Artikolu 5
Divulgazzjonijiet minn ditti tal-investiment
Artikolu 6
Divulgazzjonijiet minn impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni
Artikolu 7
Regoli dwar id-divulgazzjoni komuni għall-impriżi finanzjarji kollha
Skoperturi li l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw attivitajiet speċifiċi identifikati għandhom jiġu inklużi fin-numeratur ponderati bil-KPI tal-fatturat u bil-KPI tal-CapEx tal-emittent skont il-metodoloġija stabbilita fl-Annessi III, V, VII, u IX.
Meta destinatarja ta’ investiment tkun ħarġet bonds jew titoli ta’ dejn ambjentalment sostenibbli bil-għan li tiffinanzja attivitajiet speċifiċi identifikati, l-impriżi finanzjarji għandhom inaqqsu l-KPI tal-impriża destinatarja ta’ investiment kif xieraq biex jiġi evitat l-għadd doppju.
L-impriżi finanzjarji għandhom jipprevedu diżaggregazzjoni fin-numeratur meta applikabbli u fid-denominatur tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għal:
skoperturi għal impriżi mhux finanzjarji u investimenti fihom;
skoperturi għal impriżi finanzjarji u investimenti fihom;
skoperturi għal impriżi mhux finanzjarji stabbiliti fl-Unjoni li ma humiex soġġetti għal obbligu li jippubblikaw rapport mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u investimenti fihom;
skoperturi għal impriżi finanzjarji stabbiliti fl-Unjoni li ma humiex soġġetti għal obbligu li jippubblikaw rapport mhux finanzjarju skont l-Artikolu 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE msemmi fil-paragrafu 2 u investimenti fihom;
skoperturi għal impriżi mhux finanzjarji stabbiliti f’pajjiż terz li ma humiex soġġetti għal obbligu li jippubblikaw rapport mhux finanzjarju skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u investimenti fihom;
skoperturi għal impriżi finanzjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi li ma humiex soġġetti għal obbligu li jippubblikaw rapport mhux finanzjarju skont l-Artikolu 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u investimenti fihom;
skoperturi għal derivattivi u investimenti fihom;
skoperturi u investimenti oħrajn.
L-impriżi finanzjarji għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw il-metodoloġija li fuqha huma bbażati dawn l-istimi, inkluż l-approċċ u l-metodoloġija tar-riċerka, is-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni użati.
L-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw:
il-proporzjon ta’ skoperturi allinjati mat-Tassonomija bbażati fuq stimi separatament mill-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tagħhom divulgati skont dan ir-Regolament;
il-miżuri meħuda u l-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex tintwera l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2020/852.
Artikolu 8
Regoli komuni għad-divulgazzjoni mill-impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji kollha
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-ewwel perjodu ta’ rappurtar annwali għandu jkopri s-sena 2023.
L-impriżi finanzjarji għandhom jużaw l-aktar data reċenti disponibbli u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kontropartijiet tagħhom biex jikkalkulaw l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħhom stess.
L-impriżi mhux finanzjarji u l-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw l-ammont u l-proporzjon ta’:
l-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija msemmijin fit-Taqsimiet 4.26, 4.27 u 4.28 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fid-denominatur u fin-numeratur tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tagħhom;
l-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija, iżda mhux allinjati mat-tassonomija, imsemmijin fit-Taqsimiet 4.26, 4.27 u 4.28 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fid-denominatur tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tagħhom;
l-attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari mhux eliġibbli għat-tassonomija fid-denominatur tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tagħhom.
L-impriżi mhux finanzjarji u l-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw l-ammont u l-proporzjon ta’:
l-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija msemmijin fit-Taqsimiet 4.29, 4.30 u 4.31 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fid-denominatur u fin-numeratur tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tagħhom;
l-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija, iżda mhux allinjati mat-tassonomija, imsemmijin fit-Taqsimiet 4.29, 4.30 u 4.31 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fid-denominatur tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tagħhom;
l-attivitajiet relatati mal-gass fossili mhux eliġibbli għat-tassonomija fid-denominatur tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tagħhom.
Artikolu 9
Rieżami
Sat-30 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari l-ħtieġa għal kwalunkwe emenda ulterjuri fir-rigward tal-inklużjoni ta’:
skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fin-numeratur u fid-denominatur tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-impriżi finanzjarji;
skoperturi għal impriżi li ma jippubblikawx rapport mhux finanzjarju skont l-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE fin-numeratur tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-impriżi finanzjarji.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw biss:
il-proporzjon fl-assi totali tagħhom ta’ skoperturi għal attivitajiet ekonomiċi mhux eliġibbli għat-Tassonomija u eliġibbli għat-Tassonomija;
il-proporzjon fl-assi totali tagħhom tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1 u 2;
il-proporzjon fl-assi totali tagħhom tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(3);
l-informazzjoni kwalitattiva msemmija fl-Anness XI.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw ukoll il-proporzjon tal-portafoll tan-negozjar tagħhom u fuq talba s-self interbankarju fl-assi totali tagħhom.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiddivulgaw ukoll il-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja eliġibbli għat-Tassonomija u mhux eleġibbli għat-Tassonomija.
It-taqsimiet 1.2.3. u 1.2.4. tal-Anness V għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
KPIs TA’ IMPRIŻI MHUX FINANZJARJI
1. Il-kontenut tal-KPIs li għandhom jiġu ddivulgati mill-impriżi mhux finanzjarji
1.1. Speċifikazzjoni tal-indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin (KPI)
1.1.1.
Il-proporzjon tal-fatturat imsemmi fl-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament (UE) 2020/852 għandu jiġi kkalkolat bħala l-parti tal-fatturat nett derivat minn prodotti jew servizzi, inklużi assi intanġibbli, assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija (numeratur) diviż bil-fatturat nett (denominatur) kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/34/UE. Il-fatturat għandu jkopri d-dħul rikonoxxut skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1, il-paragrafu 82(a) kif adottat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 ( 5 ).
Il-KPI msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jeskludi min-numeratur tiegħu l-parti tal-fatturat nett derivat minn prodotti u minn servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li ġew adattati għat-tibdil fil-klima f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/852 u f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 dment li dawk l-attivitajiet:
ikunu jikkwalifikaw bħala attivitajiet abilitanti f’konformità mal-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament 2020/852, jew
ikunu huma stess allinjati mat-Tassonomija.
1.1.2.
Il-proporzjon tal-CapEx imsemmi fl-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (UE) 2020/852 għandu jiġi kkalkolat bħala n-numeratur diviż bid-denominatur kif speċifikat fil-punti 1.1.2.1. u 1.1.2.2. ta’ dan l-Anness.
1.1.2.1. Denominatur
Id-denominatur għandu jkopri ż-żidiet mal-assi tanġibbli u intanġibbli matul is-sena finanzjarja kkunsidrata qabel id-deprezzament, l-amortizzament u kwalunkwe kejl mill-ġdid, inklużi dawk li jirriżultaw minn evalwazzjonijiet mill-ġdid u indebolimenti, għas-sena finanzjarja rilevanti u esklużi l-bidliet abbażi tal-valur ġust. Id-denominatur għandu jkopri wkoll iż-żidiet mal-assi tanġibbli u intanġibbli li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozji.
Għal impriżi mhux finanzjarji li japplikaw standards internazzjonali ta’ rappurtar finanzjarju (IFRS) kif adottati mir-Regolament (KE) Nru 1126/2008, il-CapEx għandha tkopri l-kostijiet li jiġu kontabbilizzati abbażi ta’:
IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, il-paragrafi 73(e)(i) u (iii);
IAS 38 Assi Intanġibbli, il-paragrafu 118(e)(i);
IAS 40 Proprjetà għall-Investiment, il-paragrafi 76(a) u (b) (għall-mudell abbażi tal-valur ġust);
IAS 40 Proprjetà għall-Investiment, il-paragrafu 79(d)(i) u (ii) (għall-mudell tal-kost);
IAS 41 Agrikoltura, il-paragrafu 50(b) u (e);
IFRS 16 Lokazzjonijiet, il-paragrafu 53(h).
Għal impriżi mhux finanzjarji li japplikaw prinċipji kontabilistiċi nazzjonali ġeneralment aċċettati (GAAP), il-CapEx għandha tkopri l-kostijiet kontabbilizzati skont il-GAAP applikabbli li jikkorrispondu għall-kostijiet inklużi fin-nefqa tal-kapital minn impriżi mhux finanzjarji li japplikaw l-IFRS.
Il-lokazzjonijiet li ma jwasslux għar-rikonoxximent ta’ dritt ta’ użu fuq l-assi ma għandhomx jingħaddu bħala CapEx.
1.1.2.2. Numeratur
In-numeratur huwa daqs il-parti tan-nefqa tal-kapital inkluża fid-denominatur li hija li hija kwalunkwe minn:
relatata ma’ assi jew ma’ proċessi li huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija;
parti minn pjan biex jiġu estiżi l-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija jew biex l-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija jkunu jistgħu jsiru allinjati mat-Tassonomija (“pjan tal-CapEx”) skont il-kundizzjonijiet speċifikati fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-punt 1.1.2.2.;
relatata max-xiri ta’ output minn attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija u miżuri individwali li jippermettu li l-attivitajiet fil-mira jsiru b’livell baxx ta’ karbonju jew li jwasslu għal tnaqqis ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari l-attivitajiet elenkati fil-punti 7.3 sa 7.6 tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima, kif ukoll attivitajiet ekonomiċi oħra elenkati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 u dment li tali miżuri jkunu implimentati u operazzjonali fi żmien 18-il xahar.
Il-pjan CapEx imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt 1.1.2.2. għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-pjan għandu l-għan jew li jespandi l-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija tal-impriża jew li jtejjeb l-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija biex jagħmilhom allinjati mat-Tassonomija fi żmien ħames snin;
il-pjan għandu jiġi ddivulgat fil-livell aggregat tal-attività ekonomika u jiġi approvat mill-korp maniġerjali ta’ impriżi mhux finanzjarji direttament jew b’delega.
Meta l-kriterji tekniċi tal-iskrinjar rilevanti jiġu emendati qabel it-tlestija tal-pjan CapEx, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jew jaġġornaw il-pjan fi żmien sentejn biex jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-punt (a) ikunu allinjati mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar emendati mat-tlestija tal-pjan jew jiddikjaraw mill-ġdid in-numeratur tal-KPI CapEx. L-aġġornament tal-pjan għandu jerġa’ jibda l-perjodu msemmi fil-punt (a). Il-perjodu msemmi fil-punt (a) tat-tieni paragrafu ta’ dan il-punt 1.1.2.2. jista’ jaqbeż il-ħames snin biss meta perjodu itwal ikun iġġustifikat oġġettivament minn karatteristiċi speċifiċi tal-attività ekonomika u t-titjib ikkonċernat, b’massimu ta’ 10 snin. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tidher fil-pjan CapEx innifsu u fl-informazzjoni kuntestwali dettaljata taħt il-punt 1.2.3. ta’ dan l-Anness.
Meta l-pjan CapEx jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan il-punt 1.1.2.2., il-KPI ppubblikat preċedentement relatat man-nefqa kapitali għandu jiġi ddikjarat mill-ġdid.
In-numeratur għandu jkun fih ukoll il-parti tal-KapEx għall-adattament tal-attivitajiet ekonomiċi għat-tibdil fil-klima skont l-Anness II ta’ dan l-Att Delegat dwar il-Klima. In-numeratur għandu jipprevedi diżaggregazzjoni għall-parti tal-CapEx allokata għal kontribuzzjoni sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima.
1.1.3.
Il-proporzjon ta’ OpEx imsemmi fl-Artikolu 8(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2020/852 għandu jiġi kkalkulat bħala n-numeratur diviż bid-denominatur kif speċifikat fil-punti 1.1.3.1. u 1.1.3.2. ta’ dan l-Anness.
1.1.3.1. Denominatur
Id-denominatur għandu jkopri l-kostijiet diretti mhux kapitalizzati relatati mar-riċerka u l-iżvilupp, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni tal-bini, il-lokazzjoni għal żmien qasir, il-manutenzjoni u t-tiswija, u kwalunkwe nefqa diretta oħra relatata mas-servizzjar ta’ kuljum tal-assi ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir mill-impriża jew il-parti terza li lilha jiġu esternalizzati l-attivitajiet li huma meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament kontinwu u effettiv ta’ tali assi.
Impriżi mhux finanzjarji li japplikaw il-GAAP nazzjonali u li mhumiex jikkapitalizzaw assi bid-dritt tal-użu għandhom jinkludu l-kostijiet tal-lokazzjoni fl-OpEx flimkien mal-kostijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-punt 1.1.3.1. ta’ dan l-Anness.
1.1.3.2. Numeratur
In-numeratur huwa daqs il-parti tan-nefqa operattiva inkluża fid-denominatur li hija kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
relatata ma’ assi jew proċessi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, inkluż taħriġ u ħtiġijiet oħra ta’ adattament tar-riżorsi umani, u kostijiet diretti mhux kapitalizzati li jirrappreżentaw ir-riċerka u l-iżvilupp;
parti mill-pjan CapEx biex jespandi l-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija jew jippermetti li attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija jsiru allinjati mat-Tassonomija f’perjodu ta’ żmien definit minn qabel kif stabbilit fit-tieni paragrafu ta’ dan il-punt 1.1.3.2;
relatata max-xiri ta’ output minn attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija u ma’ miżuri individwali li jippermettu li l-attivitajiet fil-mira jsiru b’livell baxx ta’ karbonju jew li jwasslu għal tnaqqis fil-gassijiet serra kif ukoll miżuri individwali ta’ rinnovazzjoni tal-bini kif identifikati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2) jew l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 u dment li tali miżuri jkunu implimentati u operazzjonali fi żmien 18-il xahar.
Il-pjan CapEx imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt 1.1.3.2 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 1.1.2.2. ta’ dan l-Anness.
Il-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li diġà tqiesu fil-KPI tal-CapEx ma għandhomx jitqiesu bħala OpEx.
In-numeratur għandu jinkludi wkoll il-parti tal-OpEx għall-adattament tal-attivitajiet ekonomiċi għat-tibdil fil-klima skont l-Anness II tal-Att Delegat dwar il-Klima. In-numeratur għandu jipprevedi diżaggregazzjoni għall-parti tal-OpEx allokata għal kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima.
Meta n-nefqa operattiva ma tkunx materjali għall-mudell kummerċjali tal-impriżi mhux finanzjarji, dawk l-impriżi għandhom:
ikunu eżentati mill-kalkolu tan-numeratur tal-KPI OPEX f’konformità mal-punt 1.1.3.2 u jiddivulgaw dak in-numeratur bħala ugwali għal żero;
jiddivulgaw il-valur totali tad-denominatur OpEx ikkalkulat f’konformità mal-punt 1.1.3.1;
jispjegaw in-nuqqas ta’ materjalità tan-nefqa operattiva fil-mudell kummerċjali tagħhom.
1.2. Speċifikazzjoni tad-divulgazzjonijiet li jakkumpanjaw il-KPIs ta’ impriżi mhux finanzjarji
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja li takkumpanja l-KPIs rilevanti.
1.2.1.
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jispjegaw:
kif il-fatturat, in-nefqa tal-kapital u n-nefqa operattiva ġew iddeterminati u allokati għan-numeratur;
il-bażi li fuqha ġew ikkalkulati l-fatturat, in-nefqa tal-kapital u n-nefqa operattiva, inkluż kwalunkwe valutazzjoni fl-allokazzjoni tad-dħul jew tal-infiq għal attivitajiet ekonomiċi differenti.
Għall-fatturat u n-nefqa kapitali, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jinkludu referenzi għall-partiti relatati fir-rapporti mhux finanzjarji;
Meta l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe kalkolu tkun inbidlet mill-perjodu ta’ rapportar preċedenti, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jispjegaw għaliex dawk il-bidliet jirriżultaw f’informazzjoni aktar affidabbli u rilevanti u jipprovdu għal ċifri komparattivi ddikjarati mill-ġdid.
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw kwalunkwe bidla materjali li tkun seħħet matul il-perjodu ta’ rapportar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet CapEx kif iddivulgat skont il-punt u 1.1.2 ta’ dan l-Anness. L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw dan li ġej kollu:
il-bidliet materjali li seħħew fil-pjan CapEx u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet;
l-impatt ta’ tali bidliet fuq il-potenzjal li l-attivitajiet ekonomiċi tal-impriża jsiru allinjati mat-Tassonomija u fuq il-perjodu ta’ żmien li fih din il-bidla hija mistennija li sseħħ;
id-dikjarazzjoni mill-ġdid tal-KPI tal-CapEx u tal-OpEx għal kull sena ta’ rappurtar li tkun għaddiet koperta mill-pjan kull meta l-bidliet fil-pjan kellhom impatt fuq dawk il-KPIs.
1.2.2.
1.2.2.1. Informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-konformità mar-Regolament (UE) 2020/852:
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom:
jiddeskrivu n-natura tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija, billi jirreferu għall-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852;
jispjegaw kif ivvalutaw il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 u l-kriterji tekniċi tal-iskrinjar assoċjati inklużi fl-atti delegati msemmija fil-punt (a);
jispjegaw kif evitaw kwalunkwe għadd doppju fl-allokazzjoni fin-numeratur tal-KPIs tal-fatturat, tal-CapEx, u tal-OpEx fl-attivitajiet ekonomiċi kollha.
1.2.2.2. Kontribuzzjoni għal objettivi multipli
Meta attività ekonomika tikkontribwixxi għal diversi objettivi ambjentali, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom:
juru konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, b’mod partikolari mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar fir-rigward ta’ diversi objettivi ambjentali;
jiddivulgaw il-fatturat, il-CapEx u l-OpEx minn dik l-attività bħala li jikkontribwixxu għal diversi objettivi ambjentali;
jgħoddu darba biss il-fatturat minn dik l-attività fin-numeratur tal-KPIs fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness biex jiġi evitat l-għadd doppju.
1.2.2.3. Diżaggregazzjoni tal-KPIs
Meta l-KPIs għal attività ekonomika jridu jiġu diżaggregati, b’mod partikolari meta l-faċilitajiet tal-produzzjoni jintużaw b’mod integrat, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiżguraw li:
kwalunkwe diżaggregazzjoni tkun ibbażata fuq kriterji li huma xierqa għall-proċess tal-produzzjoni li qed jiġi implimentat u tkun tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tekniċi ta’ dak il-proċess;
tingħata informazzjoni xierqa li takkumpanja l-KPIs dwar il-bażi ta’ tali diżaggregazzjoni.
1.2.3.
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jispjegaw iċ-ċifri ta’ kull KPI u r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla f’dawk iċ-ċifri fil-perjodu ta’ rappurtar.
L-impriżi mhux finanzjarji jistgħu jiddivulgaw KPIs addizzjonali bbażati fuq il-fatturat, Capex, Opex) li jinkludu investimenti f’ekwità kontabilizzati f’impriżi konġunti, skont l-IFRS 11 jew IAS28, fuq bażi prorata li tikkorrispondi għas-sehem tagħhom fl-ekwità tal-impriża konġunta.
1.2.3.1. Informazzjoni kuntestwali dwar il-KPI tal-fatturat
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jipprovdu dan li ġej kollu:
tqassim kwantitattiv tan-numeratur sabiex jintwerew l-ixprunaturi ewlenin tal-bidla fil-fatturat KPI matul il-perjodu tar-rapportar, bħal dħul minn kuntratti mal-klijenti, dħul minn lokazzjoni, jew sorsi oħra ta’ introjtu;
informazzjoni dwar l-ammonti relatati mal-attivitajiet allinjati mat-Tassonomija li jwettqu l-impriżi mhux finanzjarji għall-konsum intern proprju;
spjegazzjoni kwalitattiva tal-elementi ewlenin ta’ bidla fil-KPI tal-fatturat matul il-perjodu ta’ rappurtar.
L-impriżi mhux finanzjarji li ħarġu bonds jew titoli ta’ dejn ambjentalment sostenibbli bil-għan li jiffinanzjaw attivitajiet speċifiċi identifikati allinjati mat-Tassonomija għandhom jiddivulgaw ukoll il-fatturat KPI aġġustat biex jiġi evitat l-għadd doppju.
1.2.3.2. Informazzjoni kuntestwali dwar il-KPI tal-CapEx
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jipprovdu diżaggregazzjoni kwantitattiva fil-livell aggregat tal-attività ekonomika tal-ammonti inklużi fin-numeratur u fl-ispjegazzjoni kwalitattiva tal-elementi ewlenin tal-bidla fil-KPI CapEx matul il-perjodu tar-rapportar. Tali diżaggregazzjoni għandha tiddivulga dan kollu li ġej:
aggregazzjoni ta’ żidiet fil-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir, fl-assi intanġibbli ġġenerati internament, inkluż f’kombinament ta’ negozji jew akkwistati, fil-proprjetajiet ta’ investiment akkwistati jew rikonoxxuti fl-ammont riportat u, fejn applikabbli, għall-assi kapitalizzati bid-dritt tal-użu;
aggregazzjoni taż-żidiet relatati mal-akkwiżizzjonijiet permezz ta’ kombinamenti ta’ negozji;
aggregazzjoni tal-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija u mal-ispejjeż imġarrba bħala parti minn pjan CapEx imsemmi fil-punt 1.1.2. ta’ dan l-Anness.
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni ewlenija dwar kull wieħed mill-pjanijiet CapEx tagħhom imsemmija fil-punt 1.1.2. ta’ dan l-Anness, inklużi dawn kollha li ġejjin:
l-objettivi ambjentali segwiti;
l-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati;
l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni kkonċernati, fejn rilevanti;
il-perjodu ta’ żmien li matulu kull attività ekonomika allinjata mat-Tassonomija hija mistennija li tiġi estiża jew fejn kull attività ekonomika hija mistennija li ssir allinjata mat-Tassonomija, inkluż, meta l-perjodu li fih l-attività ekonomika hija mistennija li ssir allinjata mat-Tassonomija jaqbeż il-ħames snin, ġustifikazzjoni oġġettiva ta’ tali perjodu itwal, ibbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-attività ekonomika u t-titjib ikkonċernat;
l-ispiża kapitali totali li mistennija tiġġarrab matul il-perjodu tar-rapportar u matul il-perjodu ta’ żmien tal-pjanijiet CapEx.
Impriża mhux finanzjarja li ħarġet bonds jew titoli ta’ dejn ambjentalment sostenibbli bl-għan li tiffinanzja attivitajiet speċifiċi identifikati allinjati mat-Tassonomija għandha tiddivulga wkoll il-KPI CapEx aġġustat għan-nefqa kapitali allinjata mat-Tassonomija ffinanzjata minn tali bonds jew titoli ta’ dejn.
1.2.3.3. Informazzjoni kuntestwali dwar il-KPI tal-OpEx
L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jipprovdu dan li ġej kollu:
diżaggregazzjoni kwantitattiva tan-numeratur (in-nefqa operattiva ddeterminata skont il-punt 1.1.3.2 ta’ dan l-Anness) biex jintwerew l-elementi ewlenin tal-bidla fl-OpEx KPI matul il-perjodu tar-rapportar;
spjegazzjoni kwalitattiva tal-elementi ewlenin tal-bidla fl-OpEx KPI matul il-perjodu ta’ rapportar;
spjegazzjoni tal-infiq l-ieħor relatat mas-servizzjar minn jum għal jum ta’ entrati ta’ impjanti u tagħmir ta’ proprjetà li huma inklużi fil-kalkolu tal-OpEx kemm għan-numeratur kif ukoll għad-denominatur.
Meta OpEx tkun parti minn pjan CapEx kif imsemmi fil-punti 1.1.2.2. u 1.1.3.2. ta’ dan l-Anness, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni ewlenija dwar kull wieħed mill-pjanijiet CapEx tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti tal-punt 1.2.3.2. ta’ dan l-Anness.
2. metodoloġija għar-rappurtar tal-KPIs li għandha tiġi ddivulgata minn impriżi mhux finanzjarji
Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għad-divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/852:
l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jidentifikaw kull attività ekonomika, inkluż subsett ta’ attivitajiet ekonomiċi tranżizzjonali u abilitanti;
l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw il-KPIs għal kull attività ekonomika u l-KPIs totali għall-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-livell tal-impriża jew tal-grupp rilevanti;
l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw il-KPIs stabbiliti fil-punti 1.1.1, 1.1.2. u 1.1.3. ta’ dan l-Anness għal kull objettiv ambjentali u l-KPIs totali għall-objettivi ambjentali kollha fil-livell tal-impriża jew tal-grupp fl-objettivi ambjentali kollha filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju;
l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jidentifikaw il-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija u l-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija li ma jissodisfawx il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar. Fi ħdan attività ekonomika eliġibbli għat-Tassonomija, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jidentifikaw il-proporzjon ta’ dik l-attività li hija allinjata mat-Tassonomija;
l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jidentifikaw l-attivitajiet ekonomiċi mhux eliġibbli tat-Tassonomija u jiddivulgaw il-proporzjon fid-denominatur tal-fatturat KPI ta’ dawk l-attivitajiet ekonomiċi fil-livell tal-impriża jew tal-grupp;
Il-KPIs għandhom jiġu pprovduti fil-livell tal-impriża individwali fejn dik l-impriża tħejji biss rapporti mhux finanzjarji individwali jew fil-livell tal-grupp fejn l-impriża tħejji rapporti mhux finanzjarji konsolidati
ANNESS II
Formoli għall-KPIs ta’ impriżi mhux finanzjarji
Formola: Il-proporzjon tal-fatturat minn prodotti jew servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija - divulgazzjoni li tkopri s-sena N
Il-kolonna 21 tenħtieġ li timtela għal attivitajiet ta’ tranżizzjoni li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Għall-attivitajiet elenkati taħt A2, il-kolonni 5 sa 17 jistgħu jimtlew fuq bażi volontarja minn impriżi mhux finanzjarji
Formola: Il-proporzjon tal-CapEx minn prodotti jew minn servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija - divulgazzjoni li tkopri s-sena N
Għall-attivitajiet elenkati taħt A2, il-kolonni 5 sa 17 jistgħu jimtlew fuq bażi volontarja minn impriżi mhux finanzjarji
Formola: Il-proporzjon ta’ OpEx minn prodotti jew servizzi assoċjati mal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija - divulgazzjoni li tkopri s-sena N
Għall-attivitajiet elenkati taħt A2, il-kolonni 5 sa 17 jistgħu jimtlew fuq bażi volontarja minn impriżi mhux finanzjarji
ANNESS III
KPI tal-maniġers tal-assi
1. IL-KONTENUT TAL-KPI GĦANDU JIĠI DIVULGAT MILL-MANIĠERS TAL-ASSI
Il-KPI għandu jiġi kkalkulat bħala n-numeratur diviż bid-denominatur kif speċifikat fil-punti 1.1. u 1.2. ta’ dan l-Anness.
1.1. Numeratur
In-numeratur għandu jikkonsisti f’medja ponderata tal-valur tal-investimenti f’attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija tad-destinatarji ta’ investiment. Il-medja ponderata tal-valur tal-investimenti għandha tkun ibbażata fuq il-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija tal-kumpaniji li fihom isir investiment imkejjel b’dan li ġej:
għal destinatarji ta’ investiment li huma impriżi mhux finanzjarji, il-KPIs tal-fatturat u tal-CapEx kif jirriżulta mill-kalkolu tal-KPIs tad-destinatarja ta’ investiment f’konformità mal-Annessi I u II;
għal destinatarji ta’ investiment li huma maniġers tal-assi, il-KPIs ibbażati fuq fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx kif jirriżulta mill-kalkolu tal-KPIs tad-destinatarju ta’ investiment f’konformità mal-Annessi III u IV;
għal destinatarji ta’ investiment li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-proporzjon tal-assi ekoloġiċi bbażat fuq il-fatturat u dak ibbażat fuq il-CapEx kif jirriżulta mill-kalkolu tal-proporzjon tal-assi ekoloġiċi tad-destinatarja ta’ investiment f’konformità mal-Annessi V u VI;
għal destinatarji ta’ investiment li huma ditti ta’ investiment, investimenti u dħul, kif jirriżultaw mill-kalkolu tal-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u l-KPIs ibbażati fuq il-CapEx tad-destinatarja ta’ investiment skont l-Annessi VII u VIII skont il-proporzjon ta’ servizzi u attivitajiet ta’ negozjar f’isimhom stess u li negozjar mhux f’isimhom stess fl-introjtu tad-ditta tal-investiment;
għal destinatarji ta’ investiment li huma impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, investimenti, primjums grossi sottoskritti jew, kif applikabbli, introjtu totali mill-assigurazzjoni, kif jirriżulta mill-kalkolu jew tal-KPI ta’ investiment ibbażat fuq il-fatturat u fuq CapEx, ikkombinati, fejn applikabbli mal-KPI tas-sottoskrizzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja li fihom isir investiment f’konformità ma’ dan l-Anness IX u X.
Il-kalkolu għandu jippermetti n-netting għall-finijiet tar-rapportar tal-proporzjon tal-investimenti f’attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija billi tiġi applikata l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti stabbiliti fl-Artikolu 3, il-paragrafi 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill ( 6 ).
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt 1.1, it-titoli ta’ dejn bil-għan li jiffinanzjaw attivitajiet jew proġetti speċifiċi identifikati jew bonds ambjentalment sostenibbli maħruġa minn impriża destinatarja ta’ investiment għandhom jiġu inklużi fin-numeratur sal-valur tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija li jiġu ffinanzjati mir-rikavat ta’ dawk il-bonds u t-titoli ta’ dejn, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-impriża destinatarja ta’ investiment.
1.2. Denominatur
Id-denominatur għandu jikkonsisti mill-valur tal-Assi kollha taħt Ġestjoni (AuM) mingħajr l-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ ġestjoni tal-portafoll kemm kollettivi kif ukoll individwali tal-maniġers tal-assi.
Il-maniġers tal-assi għandhom jiddivulgaw KPI bbażat fuq il-KPIs tal-fatturat tad-destinatarji ta’ investiment u KPI bbażat fuq il-KPI tal-CapEx tad-destinatarji ta’ investiment.
2. Metodoloġija għat-tħejjija u r-rappurtar tal-KPI li għandha tiġi ddivulgata mill-maniġers tal-assi
Għall-finijiet ta’ divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, il-maniġers tal-assi għandhom:
jiddivulgaw il-KPIs għal kull objettiv ambjentali u għal attivitajiet ekonomiċi aggregati allinjati mat-tassonomija fil-livell tal-impriża jew il-grupp rilevanti;
jidentifikaw subsett ta’ attivitajiet ekonomiċi ta’ tranżizzjoni u abilitanti u jiddivulgaw il-KPIs għal attivitajiet ekonomiċi aggregati fil-livell tal-impriża jew tal-grupp;
jipprovdu diżaggregazzjoni tan-numeratur u tad-denominatur għal kull tip ta’ investiment;
jiddivulgaw il-KPIs fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi aggregati eliġibbli għat-tassonomija;
jiddivulgaw il-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi mhux eliġibbli tassonomiċi fl-assi mmaniġġjati;
jiddivulgaw il-proporzjon tal-investimenti totali ta’ investimenti fl-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament;
jipprovdu l-KPIs fil-livell tal-maniġer tal-assi individwali meta dik l-impriża tħejji biss rapporti mhux finanzjarji individwali jew fil-livell tal-grupp meta l-impriża tħejji rapporti mhux finanzjarji konsolidati.
ANNESS IV
Formola għall-KPI tal-maniġers tal-assi
Il-formola standard għad-divulgazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 (maniġers tal-assi)
|
Il-valur medju ponderat tal-investimenti kollha li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija relattiv mal-valur tal-assi totali koperti mill-KPI, bil-ponderazzjonijiet li ġejjin għall-investimenti f’impriżi skont dan li ġej: Abbażi tal-fatturat: % Ibbażata fuq il-CapEx: % |
Il-valur medju ponderat tal-investimenti kollha li huma diretti lejn il-finanzjament, jew huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija, bil-ponderazzjonijiet li ġejjin għal investimenti f’impriżi skont dan li ġej: Abbażi tal-fatturat: [ammont monetarju] Abbażi tal-CapEx: [ammont monetarju] |
|
|
Il-perċentwal ta’ assi koperti mill-KPI relattiv mal-investimenti totali (AuM totali). Esklużi investimenti f’entitajiet sovrani, Proporzjon ta’ kopertura: % |
Il-valur monetarju tal-assi koperti mill-KPI. Esklużi investimenti f’entitajiet sovrani. Kopertura: [ammont monetarju] |
|
|
Divulgazzjonijiet addizzjonali u komplementari: id-diżaggregazzjoni tad-denominatur tal-KPI |
||
|
Il-perċentwal ta’ derivattivi meta mqabbla mal-assi totali koperti mill-KPI. X% |
Il-valur f’ammonti monetarji ta’ derivattivi:. [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji tal-UE mhux soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE relattiv mal-assi totali koperti mill-KPI: Għal impriżi mhux finanzjarji: Għall-impriżi finanzjarji: |
Valur tal-iskoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji tal-UE mhux soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE: Għal impriżi mhux finanzjarji: [ammont monetarju] Għall-impriżi finanzjarji: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji minn pajjiżi mhux tal-UE mhux soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE fuq l-assi totali koperti mill-KPI: Għal impriżi mhux finanzjarji: Għall-impriżi finanzjarji: |
Valur tal-iskoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji minn pajjiżi mhux tal-UE li mhumiex soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE: Għal impriżi mhux finanzjarji: [ammont monetarju] Għall-impriżi finanzjarji: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE relattiv mal-assi totali koperti mill-KPI: Għal impriżi mhux finanzjarji: Għall-impriżi finanzjarji: |
Valur tal-iskoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE: Għal impriżi mhux finanzjarji: [ammont monetarju] Għall-impriżi finanzjarji: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi għal kontropartijiet oħrajn fuq l-assi totali koperti mill-KPI: X% |
Valur tal-iskoperturi għal kontropartijiet oħra: [ammont monetarju] |
|
|
Il-valur tal-investimenti kollha li huma attivitajiet ekonomiċi ta’ finanzjament li mhumiex eliġibbli għat-tassonomija relattiv mal-valur tal-assi totali koperti mill-KPI: X% |
Il-valur tal-investimenti kollha li qed jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li mhumiex eliġibbli għat-tassonomija: [ammont monetarju] |
|
|
Il-valur tal-investimenti kollha li huma attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija, iżda mhux allinjati mat-tassonomija relattiv mal-valur tal-assi totali koperti mill-KPI: X% |
Il-valur tal-investimenti kollha li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija, iżda mhux allinjati mat-tassonomija: [ammont monetarju] |
|
|
Divulgazzjonijiet addizzjonali u komplementari: id-diżaggregazzjoni tan-numeratur tal-KPI |
||
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi allinjati mat-Tassonomija għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE fuq l-assi totali koperti mill-KPI: Għall-impriżi mhux finanzjarji: Abbażi tal-fatturat: % Abbażu tal-infiq tal-kapital: % Għall-impriżi finanzjarji: Abbażi tal-fatturat: % Abbażu tal-infiq tal-kapital: % |
Valur tal-iskoperturi allinjati mat-Tassonomija għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE: Għal impriżi mhux finanzjarji: Abbażi tal-fatturat: [ammont monetarju] Abbażu tal-infiq tal-kapital: [ammont monetarju] Għall-impriżi finanzjarji: Abbażi tal-fatturat: [ammont monetarju] Abbażu tal-infiq tal-kapital: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi allinjati mat-tassonomija għal kontropartijiet oħra f’relattiv mal-assi totali koperti mill-KPI: Abbażi tal-fatturat: % Abbażu tal-infiq tal-kapital: % |
Valur tal-iskoperturi allinjati mat-tassonomija għal kontropartijiet oħra: Abbażi tal-fatturat: [ammont monetarju] Abbażu tal-infiq tal-kapital: [ammont monetarju] |
|
|
Diżaggregazzjoni tan-numeratur tal-KPI għal kull objettiv ambjentali |
||
|
Attivitajiet allinjati mat-tassonomija —: |
||
|
(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima |
Fatturat: % CapEx:% |
Attivitajiet ta’ tranżizzjoni: A % (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B % (Fatturat; CapEx) |
|
(2) Adattament għat-tibdil fil-klima |
Fatturat: % CapEx:% |
Attivitajiet ta’ tranżizzjoni: A % (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B % (Fatturat; CapEx) |
|
(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar |
Fatturat: % CapEx:% |
Attivitajiet ta’ tranżizzjoni: A % (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B % (Fatturat; CapEx) |
|
(4) It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari |
Fatturat: % CapEx:% |
Attivitajiet ta’ tranżizzjoni: A % (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B % (Fatturat; CapEx) |
|
(5) Prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis |
Fatturat: % CapEx:% |
Attivitajiet ta’ tranżizzjoni: A % (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B % (Fatturat; CapEx) |
|
(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi |
Fatturat: % CapEx:% |
Attivitajiet ta’ tranżizzjoni: A % (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B % (Fatturat; CapEx) |
ANNESS V
KPIs TAL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
1. Il-kontenut tal-KPIs li għandu jiġi ddivulgat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu
1.1. Kamp ta’ applikazzjoni tal-KPIs
1.1.1.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-KPIs rilevanti abbażi tal-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali tagħhom iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 2.
1.1.2.
Il-kalkolu tal-proporzjon tal-assi ekoloġiċi (GAR) għall-iskoperturi fil-karta bilanċjali għandu jkopri l-kategoriji kontabilistiċi li ġejjin tal-assi finanzjarji, inkluż is-self u l-avvanzi, it-titoli ta’ dejn, il-parteċipazzjonijiet fl-ekwità u l-kollaterali meħuda lura:
assi finanzjarji b’kost amortizzat;
assi finanzjarji bil-valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor;
investimenti f’sussidjarji;
impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati;
assi finanzjarji speċifikati bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf;
kollaterali ta’ proprjetà immobbli miksuba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu billi jittieħed pussess bi skambju għall-kanċellazzjoni ta’ djun.
L-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu esklużi mill-kopertura tal-GAR.
L-assi li ġejjin għandhom jiġu esklużi min-numeratur tal-GAR:
assi finanzjarji miżmuma għan-negozju;
self interbankarju fuq talba;
skoperturi għal impriżi li mhumiex obbligati jippubblikaw informazzjoni mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE.
Il-kalkolu tal-KPIs għall-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandu jqis il-garanziji finanzjarji mogħtija mill-istituzzjoni ta’ kreditu u l-assi mmaniġġati għall-impriżi mhux finanzjarji ta’ garanzija u ta’ investiment. Skoperturi oħrajn li ma jidhrux fil-karta bilanċjali bħal impenji għandhom jiġu esklużi minn dak il-kalkolu.
1.2. Kontenut tal-KPIs u l-metodoloġija
1.2.1.
Il-GAR għandu juri l-proporzjon ta’ finanzjament tal-assi tal-istituzzjoni ta’ kreditu u investit f’attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija bħala proporzjon tal-assi koperti totali skont il-punt 1.1.2 ta’ dan l-Anness.
Il-GAR għandu jkun ibbażat fuq l-iskoperturi u l-karta bilanċjali skont l-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 2 għat-tipi ta’ assi u portafolli tal-kontabilità speċifikati fil-punt 1.1.2 ta’ dan l-Anness, inkluż informazzjoni dwar l-istokk u l-flussi, dwar attivitajiet tranżizzjonali u abilitanti, u fuq self speċjalizzat u self bi skop ġenerali.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw dan kollu li ġej:
il-GAR aggregat għall-assi koperti fil-karta bilanċjali;
id-diżaggregazzjoni skont l-objettiv ambjentali u skont it-tip ta’ kontroparti.
Id-definizzjoni tal-KPIs għandha tkun ibbażata fuq il-komponenti li ġejjin:
in-numeratur, li għandu jkopri s-self u l-avvanzi, it-titoli ta’ dejn, l-ekwitajiet u l-kollaterali meħuda lura, il-finanzjament ta’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija bbażati fuq il-KPI tal-fatturat u l-KPI tal-CapEx tal-assi sottostanti;
id-denominatur, li għandu jkopri s-self u l-avvanzi totali, it-titoli ta’ dejn totali, l-ekwitajiet totali u l-kollaterali totali riposseduti u l-assi l-oħra kollha koperti fil-karta bilanċjali.
Minbarra l-GAR, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-perċentwal tal-assi totali tagħhom li huma esklużi min-numeratur tal-GAR skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament u l-punt 1.1.2 ta’ dan l-Anness.
1.2.1.1. Il-GAR li japplika għall-iskoperturi għal impriżi mhux finanzjarji
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-GAR għall-istokk ta’ self, titoli ta’ dejn u parteċipazzjonijiet fl-ekwità u l-fluss għal self ġdid. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom isegwu l-passi li ġejjin biex jikkalkulaw il-GAR għal kull objettiv ambjentali.
|
Objettivi ambjentali |
L-ewwel pass |
It-tieni pass |
Proporzjon tal-assi ekoloġiċi (GAR) |
|
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima |
Il-proporzjon ta’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima meta mqabbel mas-self totali/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi kollha l-oħra koperti fil-karta bilanċjali |
Il-proporzjon ta’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta mqabbla ma’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi f’setturi koperti mit-tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. |
Il-proporzjon ta’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta mqabbel mat-total ta’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħra kollha tal-karta bilanċjali |
|
|
Li minnu: attivitajiet abilitanti Li minnu: attivitajiet abilitanti Li minnu attivitajiet ta’ tranżizzjoni Li minnu attivitajiet ta’ tranżizzjoni |
||
|
Stokk u fluss |
|||
|
Adattament għat-tibdil fil-klima |
Il-proporzjon ta’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw l-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima meta mqabbel mas-self totali/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħra kollha koperti fil-karta bilanċjali |
Il-proporzjon ta’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima meta mqabbla ma’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi fis-setturi koperta mit-tassonomija għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima |
Il-proporzjon ta’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima meta mqabbel mat-total ta’ self u avvanzi/titoli ta’ dejn/strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħra kollha koperti fil-karta bilanċjali |
|
|
Li minnu: attivitajiet abilitanti Li minnu attivitajiet abilitanti Li minnu attivitajiet ta’ adattament Li minnu attivitajiet ta’ tranżizzjoni |
||
|
Stokk u fluss |
|||
|
Attivitajiet ambjentali oħrajn |
Jenħtieġ li jiġu ddivulgati l-istess proporzjonijiet għal kull wieħed mill-erba’ objettivi ambjentali l-oħrajn, ladarba jiġu ddefiniti l-kriterji tal-iskrinjar. Jiġifieri: l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi. |
||
|
|
|||
(i) Il-GAR għal attivitajiet ta’ self lil parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ impriżi mhux finanzjarji għal self u avvanzi (GAR L & A)
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw u jiddivulgaw l-entrati li ġejjin għall-kalkolu tal-GAR għal dan it-tip ta’ skoperturi:
total ta’ self u avvanzi lil impriżi mhux finanzjarji, inkluż self u avvanzi rikonoxxuti skont il-kategoriji kontabilistiċi msemmija fil-punt 1.2 ta’ dan l-Anness, jiġifieri l-ammont riportat gross ta’:
self u avvanzi b’kost amortizzat, u b’valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv;
self u avvanzi mhux miżmuma għan-negozjar fuq il-bażi tal-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.
self u avvanzi lil impriżi mhux finanzjarji li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija għal kull objettiv ambjentali, inkluż l-ammont riportat gross ta’ self u avvanzi fil-kategoriji kontabilistiċi rilevanti lejn kumpaniji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija (fejn disponibbli, il-kodiċijiet tan-Nomenklatura tal-Attivitajiet Ekonomiċi (NACE) tal-livell tal-4) rilevanti għal kull objettiv ambjentali.
self u avvanzi lil impriżi mhux finanzjarji li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għal kull objettiv ambjentali, inkluż is-self u l-avvanzi kollha li jiffinanzjaw l-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija, inklużi subsettijiet ta’ attivitajiet ekonomiċi tranżizzjonali u abilitanti.
L-ammont għall-fini ta’ (1)(c) għandu jiġi kkalkolat billi tintuża l-formula li ġejja 1(c) = (1)(c)(1) + (1)(c)(2) fejn:
tirrappreżenta self u avvanzi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, inkluż self speċjalizzat — self għall-finanzjament ta’ proġetti kif imsemmi fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 ( 7 );
tirrappreżenta self u avvanzi fejn l-użu tar-rikavati ma jkunx magħruf (self ġenerali).
Għall-finijiet tal-punt (1)(c)(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-ammont riportat gross tal-iskoperturi għall-finanzjament tal-proġett għall-impriża mhux finanzjarja sal-punt u l-proporzjon li l-proġett iffinanzjat jiffinanzja attività ekonomika allinjata mat-tassonomija. Il-valutazzjoni ta’ jekk kienx hemm konformità ma’ dak ir-rekwiżit għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti dwar il-proġett jew l-attivitajiet li għalihom se jiġi applikat ir-rikavat. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tip ta’ attività ekonomika li hija ffinanzjata. Ma għandux ikun permess għadd doppju. Meta l-istess skopertura speċjalizzata ta’ self tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawha għall-aktar objettiv rilevanti.
Għall-finijiet tal-punt (1)(c)(2), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jibbażaw fuq il-KPI tal-CapEx u tal-fatturat li l-kontroparti għandha tiddivulga għal kull objettiv ambjentali skont dan ir-Regolament. L-ammont ta’ self u avvanzi lil impriżi mhux finanzjarji għandu jkun is-somma tal-ammont riportat gross tas-self u l-avvanzi totali b’użu mhux magħruf tar-rikavati lil impriżi mhux finanzjarji ponderat bil-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija b’diżaggregazzjoni għall-attivitajiet ta’ tranżizzjoni u ta’ abilitazzjoni għal kull kontroparti.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkalkulaw il-KPIs għal dawk it-tipi ta’ skoperturi kif ġej:
GAR L u A (għal kull objettiv ambjentali) = (1)(c)/(1)(a). L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-GAR ibbażat fuq il-KPI tal-fatturat u separatament il-parti tal-KPI li tirreferi għal attivitajiet abilitanti u ta’ tranżizzjoni, fejn rilevanti.
L-aspetti li ġejjin tal-KPIs għandhom jiġu ddivulgati:
f’termini ta’ stokk, abbażi tal-ammont riportat gross totali ta’ self u avvanzi mid-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;
f’termini ta’ fluss, abbażi tal-ammont riportat gross ta’ self u avvanzi ġodda matul is-sena qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;
b’diżaggregazzjoni separata għal attivitajiet abilitanti u għal attivitajiet ta’ tranżizzjoni u adattament, u għal self speċjalizzat.
(ii) il-GAR għat-titoli ta’ dejn lil impriżi mhux finanzjarji (“GAR DS”)
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkalkulaw u jiddivulgaw l-entrati li ġejjin għall-kalkolu tal-GAR għal dan it-tip ta’ skoperturi:
Titoli ta’ dejn totali ta’ impriżi mhux finanzjarji, inkluż l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn b’kost amortizzat u bil-valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor, u titoli ta’ dejn mhux miżmuma għan-negozju bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf;
Titoli ta’ dejn ta’ impriżi mhux finanzjarji li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija għal kull objettiv ambjentali, inkluż l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn fil-kategoriji kontabilistiċi rilevanti lejn kumpaniji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija (fejn disponibbli kodiċijiet NACE b’erba’ livelli)
Titoli ta’ dejn lil entitajiet rilevanti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija, inklużi l-attivitajiet ekonomiċi kollha ta’ finanzjament tat-titoli tad-dejn allinjati mat-tassonomija, inklużi attivitajiet tranżizzjonali u abilitanti.
L-ammont għall-finijiet ta’ (2)(c) għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:
tirrappreżenta titoli ta’ dejn fejn l-użu tar-rikavat ikun magħruf;
tirrappreżenta titoli ta’ dejn fejn l-użu tar-rikavati ma jkunx magħruf.
Għall-finijiet tal-punt 2(c)(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw dan li ġej:
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-ammont riportat gross totali ta’ skoperturi għal bonds ambjentalment sostenibbli maħruġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-ħruġ attwali ta’ bonds kwalifikati bħala bonds ekoloġiċi minn emittenti li l-użu tar-rikavat tagħhom irid jiġi investit f’attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija għandu jiġi vvalutat skont il-livell ta’ allinjament tat-tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi skont ir-Regolament (UE) 2020/852 jew tal-proġetti ffinanzjati, abbażi ta’ informazzjoni speċifika pprovduta mill-emittent għal ħruġ. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu trasparenza dwar it-tip ta’ attività ekonomika li tkun qed tiġi ffinanzjata. L-għadd doppju mhuwiex permess. Fejn l-istess bond ekoloġiku jista’ jkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawh għall-objettiv l-aktar rilevanti.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn investiti fl-iskoperturi għall-finanzjament ta’ proġetti, sal-punt li l-attivitajiet tal-proġett iffinanzjati jkunu attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni speċifika pprovduta mill-emittent għal dak il-ħruġ. L-għadd doppju mhuwiex permess. Fejn l-istess skopertura ta’ self speċjalizzat tista’ tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawha għall-objettiv l-aktar rilevanti. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu trasparenza dwar it-tip ta’ attività ekonomika li hija ffinanzjata.
Għall-finijiet tal-punt (2)(c)(2), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom joqogħdu fuq il-KPI tal-fatturat u l-KPI tal-CapEx li l-kontroparti għandha tiddivulga skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. L-ammont ta’ titoli ta’ dejn lil impriżi mhux finanzjarji għandu jkun is-somma tal-ammont riportat gross tat-titoli ta’ dejn totali b’użu mhux magħruf ta’ rikavati ponderati bil-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija b’diżaggregazzjoni għal attivitajiet ta’ tranżizzjoni u ta’ abilitazzjoni għal kull kontroparti.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkalkulaw il-KPIs proposti skont il-formula li ġejja għal dan it-tip ta’ skoperturi:
GAR DS = (2)(c)/(2)(a) abbażi tal-KPI tal-fatturat; (2)(c)/(2)(a) abbażi tal-KPI tal-CapEX.
Għandhom jiġu ddivulgati l-aspetti li ġejjin tal-KPIs:
f’termini ta’ stokk, abbażi tal-ammont riportat gross totali tat-titoli ta’ dejn mid-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;
f’termini ta’ fluss, abbażi tal-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn ġodda matul is-sena ta’ qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;
b’diżaggregazzjoni separata għal attivitajiet abilitanti u ta’ tranżizzjoni, u għal self speċjalizzat.
(iii) Il-proporzjon tal-assi ekoloġiċi għal parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu f’impriżi mhux finanzjarji (“GAR EH”)
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkalkolaw u jiddivulgaw:
il-proporzjon ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’impriżi mhux finanzjarji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija meta mqabbel mal-parteċipazzjonijiet azzjonarji totali f’impriżi mhux finanzjarji.
In-numeratur għandu jkopri l-ammont riportat gross tal-parteċipazzjonijiet ta’ ekwità mhux miżmuma għan-negozju li jinkludu assi finanzjarji b’valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor u assi finanzjarji mhux miżmuma għan-negozju b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati, ta’ impriżi mhux finanzjarji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija.
Id-denominatur għandu jkopri l-ammont riportat gross totali tal-parteċipazzjonijiet fl-ekwità mhux miżmuma għan-negozjar li jinkludu assi finanzjarji abbażi tal-valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor u assi finanzjarji mhux miżmuma għan-negozjar abbażi tal-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati, ta’ impriżi mhux finanzjarji.
il-proporzjon ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’impriżi mhux finanzjarji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija meta mqabbla ma’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’dawk l-impriżi mhux finanzjarji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija.
In-numeratur huwa daqs l-ammont riportat gross tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji mhux miżmuma għan-negozju abbażi tal-KPI tal-fatturat u tal-KPI tal-CapEx relatat ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija tal-impriża mhux finanzjarja li għaliha jappartjenu l-istrumenti azzjonarji.
Id-denominatur għandu jinkludi l-ammont riportat gross tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji mhux miżmuma għan-negozju abbażi tal-KPI tal-fatturat tal-impriżi mhux finanzjarji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija.
GAR EH = il-proporzjon ta’ parteċipazzjonijiet ta’ ekwità f’impriżi mhux finanzjarji li jiffinanzja attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija meta mqabbel mal-parteċipazzjonijiet azzjonarji totali f’impriżi mhux finanzjarji.
In-numeratur għandu jkun daqs l-ammont riportat gross tal-parteċipazzjonijiet ta’ ekwità mhux miżmuma għan-negozjar ponderat bil-KPI tal-fatturat u tal-CapEx relatati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija kif iddivulgat mill-impriża mhux finanzjarja li għaliha jappartjenu l-istrumenti azzjonarji.
Id-denominatur għandu jinkludi l-ammont riportat gross totali tal-parteċipazzjonijiet fl-ekwità mhux miżmuma għan-negozjar ta’ impriżi mhux finanzjarji.
L-aspetti li ġejjin tal-proporzjonijiet għandhom jiġu ddivulgati:
f’termini ta’ stokk, abbażi tal-ammont riportat gross totali ta’ parteċipazzjonijiet fl-ekwità mid-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;
f’termini ta’ fluss, abbażi tal-ammont riportat gross ta’ parteċipazzjonijiet fl-ekwità matul is-sena ta’ qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;
b’diżaggregazzjoni separata għal attivitajiet abilitanti u ta’ tranżizzjoni.
(iv) il-GAR dwar il-finanzjament totali f’impriżi mhux finanzjarji (self flimkien ma’ parteċipazzjonijiet ta’ ekwità)
It-tliet proporzjonijiet għal kull objettiv ambjentali għandhom jiġu divulgati abbażi tal-KPI tal-fatturat u, għal titoli ta’ dejn u investimenti ta’ ekwità, abbażi tal-KPI tal-fatturat u tal-KPI tal-CapEx tal-assi sottostanti f’livell aggregat għall-istrumenti kollha ta’ finanzjament fil-karta bilanċjali, inkluż l-investimenti f’ekwità, f’impriżi mhux finanzjarji.
In-numeratur u d-denominatur tal-proporzjonijiet għandu jkun fihom l-ammont riportat gross ta’ self u avvanzi, titoli ta’ dejn u parteċipazzjonijiet fl-ekwità rilevanti f’kull każ.
1.2.1.2. Il-proporzjon tal-assi ekoloġiċi għall-attivitajiet ta’ self lil impriżi finanzjarji u l-parteċipazzjonijiet ta’ ekwità tagħhom
Il-GAR għal attivitajiet ta’ self mal-investimenti f’ekwità ta’ impriżi finanzjarji għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon ta’ self u avvanzi, titoli ta’ dejn u investimenti f’ekwità ta’ portafolli tal-kontabilità rilevanti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għal kull objettiv ambjentali, meta mqabbla mat-total ta’ self u avvanzi, titoli ta’ dejn u investimenti ta’ ekwità ta’ impriżi finanzjarji.
Dan il-GAR għandu jkun fih divulgazzjonijiet dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, b’diżaggregazzjoni għall-attivitajiet abilitanti. Għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-GAR għandu jkun fih ukoll divulgazzjonijiet tal-attivitajiet tranżizzjonali u tal-attivitajiet ta’ adattament. Għal dawk l-attivitajiet li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-adattament għalih u għal objettivi ambjentali oħra, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu wkoll divulgazzjonijiet tal-istokk u tal-fluss.
In-numeratur tal-GAR għall-impriżi finanzjarji għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-KPIs tal-kontropartijiet ikkalkulati skont dan ir-Regolament. L-ammont ta’ self u avvanzi, titoli ta’ dejn u investimenti f’ekwità tal-portafolli kontabilistiċi rilevanti lill-impriżi finanzjarji li għandu jiġi kkunsidrat fin-numeratur tal-proporzjon għandu jkun is-somma tal-ammont riportat gross tagħhom, ponderat bil-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija b’diżaggregazzjoni għal attivitajiet ta’ tranżizzjoni, adattament u abilitazzjoni għal kull kontroparti.
Meta l-kontroparti tkun istituzzjoni ta’ kreditu oħra, il-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx użati għandhom ikunu l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn, self u avvanzi u parteċipazzjonijiet fl-ekwità ta’ portafolli kontabilistiċi rilevanti ponderati bil-“GAR totali tal-kontroparti kif definit fit-taqsima”, jiġifieri l-ammont riportat gross immultiplikat bil-“GAR totali” tal-kontroparti.
Meta l-kontroparti tkun ditta tal-investiment, il-kalkolu li ġej tal-KPI għandu japplika abbażi tal-proporzjon tas-servizzi fid-dħul tad-ditta tal-investiment:
għal ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess skont it-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn, self u avvanzi u parteċipazzjonijiet ta’ ekwità għandu jiġi ponderat bil-fatturat ibbażat fuq il-valur u l-GAR ibbażat fuq il-CapEx divulgat mid-ditti tal-investiment, jiġifieri l-ammont riportat gross jiġi mmultiplikat bil-“valur tal-assi investiti (titoli ta’ dejn, strumenti azzjonarji, ekwivalenti ta’ flus u derivattivi) f’attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija bħala proporzjon tal-valur tal-assi totali investiti”.
għal ditti tal-investiment għajr li jinnegozjaw f’isimhom stess skont it-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn, self u avvanzi u parteċipazzjonijiet azzjonarji għandu jiġi ponderat bil-fatturat ibbażat fuq il-valur miżjud u l-KPI bbażat fuq CapEx fuq id-dħul, jiġifieri tariffi, kummissjonijiet u benefiċċji monetarji oħra, divulgati mid-ditti tal-investiment, jiġifieri l-ammont riportat gross, jiġi mmultiplikat bit-“tariffi, kummissjonijiet u benefiċċji monetarji oħra minn servizzi u attivitajiet f’attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija bħala proporzjon tat-tariffi totali, id-dħul minn kummissjonijiet u benefiċċji monetarji oħra minn servizzi u attivitajiet f’attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija bħala proporzjon tat-tariffi, id-dħul minn kummissjonijiet u benefiċċji monetarji oħra totali”.
Meta l-kontroparti tkun maniġer tal-assi, il-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u fuq il-CapEx għandhom ikunu l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn, self u avvanzi u parteċipazzjonijiet azzjonarji ponderati bil-proporzjon tal-investimenti tal-kontroparti li huma f’attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija, kif speċifikat fl-Anness III u IV ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ammont riportat gross jiġi mmultiplikat bil-proporzjon tal-maniġer tal-assi tal-investimenti totali.
Fil-każ ta’ destinatarji ta’ investiment li huma impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-parametru referenzjarju għandu jkun investimenti, primjums grossi sottoskritti jew, kif applikabbli, dħul totali mill-assigurazzjoni, kif jirriżulta mill-kalkolu jew tal-KPI ta’ investiment ibbażat fuq il-fatturat u bbażat fuq il-CapEx jew tal-KPI tas-sottoskrizzjoni tad-destinatarja ta’ investiment f’konformità mal-Annessi XI u X ta’ dan ir-Regolament.
Id-denominatur għandu jkun l-ammont riportat gross totali ta’ self u avvanzi, titoli ta’ dejn u investimenti f’ekwità ta’ portafolli kontabilistiċi rilevanti f’impriżi finanzjarji.
1.2.1.3. Proporzjon tal-assi ekoloġiċi għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur
Il-GAR għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur għal self għal proprjetà immobbli residenzjali jew għar-rinnovazzjoni ta’ djar għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon ta’ self lil unitajiet domestiċi kollateralizzati bi proprjetà immobbli residenzjali jew mogħti għal skopijiet ta’ rinnovazzjoni ta’ djar li huwa allinjat mat-tassonomija skont il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-bini, jiġifieri r-rinnovazzjoni u l-akkwist u s-sjieda skont il-punti 7.2., 7.3., 7.4., 7.5., 7.6., u 7.7. rispettivament, tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima, meta mqabbel mas-self totali lil unitajiet domestiċi kollateralizzati minn proprjetà immobbli residenzjali jew mogħtija għal skopijiet ta’ rinnovazzjoni tad-djar. Dan il-GAR għandu jinkludi divulgazzjoni tal-attivitajiet tranżizzjonali, u divulgazzjoni tal-stokks u l-fluss. Dan il-GAR għandu japplika biss għal investimenti rilevanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Il-GAR għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur għal self tal-konsum tal-kreditu għal self tal-karozzi għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon ta’ self li jiffinanzja karozzi li jikkonforma mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar kif stabbilit fit-Taqsima 6.5. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima. Dan il-GAR għandu jinkludi divulgazzjoni tal-attivitajiet tranżizzjonali, u divulgazzjoni tal-istokks ta’ self biss għal self mogħti wara [id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u l-fluss ta’ self. Dan il-GAR għandu japplika biss għal investimenti rilevanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Il-KPIs dwar l-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għandhom japplikaw biss għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
(i) Self għal proprjetà immobbli residenzjali
Id-divulgazzjoni tal-KPI tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandha tkopri l-portafoll tas-self għall-konsumatur, b’mod partikolari l-portafoll tas-self ipotekarju. Dan il-KPI għandu jiġi ddivulgat billi titqies il-konformità mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-bini kif stabbilit fit-Taqsimiet 7.2., 7.3., 7.4., 7.5., 7.6. u 7.7. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-KPI għall-portafoll tagħhom ta’ self għal proprjetà immobbli residenzjali bħala proporzjon ta’ self lil unitajiet domestiċi kollateralizzati bi proprjetà immobbli residenzjali li jikkontribwixxi għall-objettiv ambjentali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif stabbilit fit-Taqsimiet 7.2., 7.3., 7.4., 7.5., 7.6. u 7.7. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima, meta mqabbel mas-self totali lil unitajiet domestiċi kollateralizzati bi proprjetà immobbli residenzjali.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar l-istokk ta’ self mid-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni, u informazzjoni dwar il-flussi ta’ self ġdid matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni.
In-numeratur tal-proporzjon għandu jinkludi l-ammont riportat gross ta’ self għal proprjetà immobbli residenzjali konformi mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar fit-Taqsima 7.7. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima.
Fin-numeratur tal-proporzjon, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw ukoll dak is-self mogħti għar-rinnovazzjoni ta’ bini jew ta’ dar skont il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-bini skont it-Taqsima 7.2., 7.3., 7.4., 7.5. u 7.6. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima.
Id-denominatur għandu jinkludi l-ammont riportat gross totali ta’ self lil unitajiet domestiċi kollateralizzat bi proprjetà residenzjali flimkien mal-ammont riportat gross totali ta’ self ta’ rinnovazzjoni tad-djar lil unitajiet domestiċi, filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju ta’ self f’każ li dan tal-aħħar ikun self kollateralizzat.
(ii) Livell tal-konsumaturi — Self għal konsum ta’ krediti għall-karozzi
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw KPI għas-self mogħti lill-unitajiet domestiċi għall-akkwist ta’ vettura bil-mutur (self għall-karozzi). KPI għandu jkun il-proporzjon ta’ self assoċjat ma’ karozzi li jikkonforma mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar skont it-Taqsima 6.5. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu dak is-self għall-karozzi mogħti mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, kemm għall-KPI dwar l-istokk kif ukoll dwar self ġdid. Aġġornament dwar l-istokk ta’ self mogħti qabel id-data tal-applikazzjoni ma għandux jitqies.
1.2.1.4. Il-GAR għal self u avvanzi li jiffinanzjaw akkomodazzjoni pubblika u self speċjalizzat ieħor lill-awtoritajiet pubbliċi
Meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom mudell kummerċjali bbażat fil-biċċa l-kbira fuq il-finanzjament tad-djar pubbliċi, dawn għandhom jiddivulgaw il-KPI dwar il-proporzjon ta’ konformità mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar skont it-Taqsima 7.7. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima ta’ binjiet li x-xiri tagħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun qed tiffinanzja. Dan il-GAR għandu jiġi stmat u ddivulgat mill-istituzzjoni ta’ kreditu bħala proporzjon ta’ self lil muniċipalitajiet li jiffinanzjaw akkomodazzjoni pubblika konformi mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar skont it-Taqsima 7.7. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima meta mqabbel mas-self totali lill-muniċipalitajiet li jiffinanzjaw l-akkomodazzjoni pubblika. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinkludi divulgazzjonijiet tal-istokks u tal-fluss.
Il-metodoloġija għall-komputazzjoni tan-numeratur u tad-denominatur għandha tkun l-istess bħall-metodoloġija għas-self ta’ proprjetà immobbli residenzjali.
Għall-finanzjament ta’ attivitajiet u assi oħra minbarra l-akkomodazzjoni pubblika, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-ammont riportat gross tal-iskoperturi tal-proġett ta’ finanzjament għall-awtorità pubblika sal-punt u l-proporzjon li l-proġett iffinanzjat jiffinanzja attività ekonomika allinjata mat-Tassonomija. Il-valutazzjoni ta’ jekk kienx hemm konformità ma’ dak ir-rekwiżit għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità pubblika dwar il-proġett jew l-attivitajiet li għalihom se jiġi applikat ir-rikavat. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tip ta’ attività ekonomika li hija ffinanzjata. Ma għandux ikun permess għadd doppju. Meta l-istess skopertura għal self speċjalizzat tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawha għall-aktar objettiv rilevanti.
1.2.1.5. Skoperturi oħrajn fil-karta bilanċjali – Kollaterali ta’ proprjetà immobbli meħuda lura
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-KPI għall-proporzjon tal-konformità mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar fit-Taqsima 7.7. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima tal-portafoll tagħhom ta’ kollateral tal-proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali ripossessata miżmum għall-bejgħ għall-objettiv ambjentali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima bħala proporzjon ta’ kollateral tal-proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali ripossessata li jikkonforma mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar fit-Taqsima 7.7. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima, meta mqabbel mal-kollateral tal-proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali ripossessata totali.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw informazzjoni għall-istokk ta’ self mid-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni, u informazzjoni dwar il-flussi ta’ assi ġodda matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni.
In-numeratur tal-proporzjon għandu jinkludi l-ammont riportat gross ta’ kollaterali ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali riposseduta konformi mal-kriterji tekniċi tal-skrinjar għall-bini fit-Taqsima 7.7. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima.
Id-denominatur għandu jinkludi l-ammont riportat gross totali ta’ kollaterali ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali miżmuma għall-bejgħ riposseduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar l-istokk ta’ self mid-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni, u informazzjoni dwar il-flussi ta’ self ġdid matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni.
1.2.1.6. GAR totali
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar il-GAR totali. Dan għandu jirrifletti l-valur kumulattiv tal-KPIs ibbażati fuq l-iskopertura, billi jinkludi fid-denominatur it-total tal-assi fuq il-bilanċ mingħajr l-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(1) u billi jżdied fin-numeratur totali n-numeraturi tal-iskoperturi ambjentalment sostenibbli tal-KPIs ibbażati fuq l-iskopertura:
total GAR għal attivitajiet ta’ finanzjament diretti lejn impriżi finanzjarji, għall-objettivi ambjentali kollha.
total tal-GAR għal attivitajiet ta’ finanzjament diretti lejn impriżi mhux finanzjarji, għall-objettivi ambjentali kollha.
il-GAR għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali, inkluż self ta’ rinnovazzjoni tad-djar, għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
il-GAR għas-self għall-karozzi fil-livell tal-konsumatur, għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
GAR għal self lill-gvernijiet lokali għall-finanzjament ta’ djar u self speċjalizzat ieħor.
il-GAR għal kollateral ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali riposseduta miżmuma għall-bejgħ.
Flimkien mal-GAR totali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-perċentwal tal-assi li huma esklużi min-numeratur tal-GAR skont l-Artikolu 7(2) u (3) u t-Taqsima 1.1.2 ta’ dan l-Anness.
1.2.2. Il-KPIs għall-iskoperturi barra l-karta bilanċjali
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw proporzjon komplementari fil-livell ta’ assoċjazzjoni mal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija ta’ skoperturi barra l-karta bilanċjali li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiġġestixxu u jidderieġu jew jikkontribwixxu biex jidderieġu l-flussi ta’ kapital lejn attivitajiet ekonomiċi li s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom tista’ tiġi vvalutata skont ir-Regolament (UE) 2020/852:
garanziji finanzjarji li jappoġġaw self u avvanzi u strumenti oħra ta’ dejn lejn impriżi; u
assi mmaniġġati.
1.2.2.1. Proporzjon ekoloġiku għall-garanziji finanzjarji għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji (KPI tal-FinGuar)
Il-proporzjon ekoloġiku għall-garanziji finanzjarji lill-impriżi għandu jiġi definit bħala proporzjon tal-garanziji finanzjarji li jappoġġaw l-istrumenti ta’ dejn li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija meta mqabbla mal-garanziji finanzjarji kollha li jappoġġaw it-titoli ta’ dejn lill-impriżi. Dan għandu jinkludi divulgazzjoni tal-istokk u l-fluss. Għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, dan għandu jinkludi wkoll divulgazzjonijiet dwar liema huma l-attivitajiet abilitanti u ta’ tranżizzjoni. Għall-adattament għat-tibdil fil-klima, dan għandu jinkludi divulgazzjonijiet dwar liema huma l-attivitajiet abilitanti u ta’ adattament.
Il-metodoloġija għall-komputazzjoni tal-KPI dwar il-garanziji finanzjarji għandha tkun l-istess bħall-metodoloġija speċifikata għall-KPIs dwar is-self u l-avvanzi u/jew it-titoli ta’ dejn lejn l-impriżi, iżda applikata għas-self sottostanti u l-avvanzi/t-titoli ta’ dejn li l-istituzzjoni ta’ kreditu tappoġġja.
1.2.2.2. Proporzjon ekoloġiku għall-assi mmaniġġati (KPI tal-AuM)
Il-proporzjon ekoloġiku għall-assi mmaniġġati għandu jkun il-proporzjon tal-assi mmaniġġati (strumenti ta’ ekwità u ta’ dejn) minn impriżi li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, meta mqabbel mal-assi totali mmaniġġati (strumenti ta’ ekwità u ta’ dejn). Dan għandu jinkludi divulgazzjoni tal-istokk u l-fluss. Għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, dan għandu jinkludi wkoll divulgazzjonijiet dwar liema huma l-attivitajiet abilitanti u ta’ tranżizzjoni. Għall-adattament għat-tibdil fil-klima, dan għandu jinkludi divulgazzjonijiet dwar liema huma l-attivitajiet abilitanti u ta’ adattament.
Il-metodoloġija għall-komputazzjoni tal-KPI tal-AuM għandha tkun l-istess bħall-metodoloġija għall-maniġers tal-assi f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
1.2.3. Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)
Il-KPI għad-dħul mit-tariffi u mill-kummissjonijiet marbuta mas-servizzi assoċjati mal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija tal-impriżi, għandu jiġi ddefinit bħala proporzjon tat-tariffi tal-istituzzjoni ta’ kreditu u d-dħul mill-kummissjonijiet mill-impriżi, derivat minn prodotti jew servizzi għajr is-self assoċjat ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, meta mqabbel mat-tariffi totali u d-dħul mill-kummissjonijiet mill-impriżi minn prodotti jew minn servizzi għajr is-self.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw id-dħul mit-tariffi u mill-kummissjonijiet marbuta mas-servizzi pprovduti għajr is-self u l-ġestjoni tal-assi, inklużi s-servizzi li ġejjin (kif irrapportati mill-istituzzjonijiet f’konformità mal-formola 22.1 “Introjtu u spejjeż tat-tariffi u kummissjonijiet skont l-attività” stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014):
ħruġ jew servizzi oħrajn relatati ma’ titoli ta’ parti terza;
il-wasla, it-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni f’isem il-klijenti ta’ ordnijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ titoli;
servizzi ta’ konsulenza dwar impriżi ta’ fużjoni u akkwist;
servizzi ta’ finanzjament ta’ impriżi relatati ma’ konsulenza dwar is-suq kapitali għal impriżi klijenti jew oħrajn;
tariffi relatati mal-banek privati;
servizzi tal-ikklerjar u s-saldu;
kustodja u servizzi relatati oħrajn;
servizzi ta’ pagament;
dħul minn tariffi u kummissjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti maħruġa minn entitajiet barra l-grupp prudenzjali lill-klijenti kurrenti tiegħu;
attivitajiet ta’ servizzjar tas-self;
servizzi tal-kambju u tranżazzjonijiet internazzjonali.
In-numeratur tal-KPI għandu jinkludi d-dħul mit-tariffi u mill-kummissjonijiet kif speċifikat fil-paragrafu 284 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, minn servizzi għajr is-self u l-ġestjoni tal-assi pprovduti lill-impriżi, assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija. Dan għandu jiġi stmat billi jiġi ponderat id-dħul mit-tariffi u mill-kummissjonijiet minn kull kontroparti mal-proporzjon tal-fatturat u l-CapEx assoċjat mal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija tal-impriża li tikkontribwixxi għall-objettiv ambjentali rilevanti kif divulgat mill-impriża f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852. Għall-impriżi finanzjarji, il-proporzjon għall-kontroparti li għandu jiġi applikat għandu jkun l-istess bħal dak għall-KPIs għal dawn l-impriżi.
Id-denominatur għandu jkun l-ammont totali tal-introjtu minn tariffi u kummissjonijiet tal-impriżi minn prodotti jew servizzi għajr is-self u l-ġestjoni tal-assi.
1.2.4. Divulgazzjonijiet oħra fil-GAR: GAR għall-portafoll tan-negozjar
Il-portafoll tan-negozjar għandu jiġi eskluż mid-denominatur u mill-kopertura tal-GAR totali.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet dwar il-politika ta’ investiment rigward il-portafoll tan-negozjar tagħhom, il-kompożizzjoni ġenerali, u dwar kwalunkwe xejra f’termini ta’ setturi predominanti u l-assoċjazzjoni tagħhom ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija. Huma għandhom jispjegaw ukoll il-limiti potenzjali f’termini ta’ riskji klimatiċi u ambjentali f’termini tal-livell ta’ assoċjazzjoni ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija u kif dawn jimmaniġġjaw ir-riskji ambjentali li jista’ jkollhom impatt fuq il-valur tal-portafoll.
Meta portafoll tan-negozjar ikollu rwol importanti fil-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni ta’ kreditu, b’mod partikolari meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325a(1) ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw informazzjoni kwantitattiva u KPIs li juru sa liema punt l-istituzzjoni qed tinnegozja b’assi ambjentalment sostenibbli u sa liema punt qed tikkontribwixxi għall-promozzjoni tan-negozjar ta’ dan it-tip ta’ assi.
L-awtoritajiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
negozjar totali matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni fi strumenti allinjati mat-Tassonomija, inkluż xiri assolut flimkien ma’ bejgħ assolut ta’ titoli ambjentalment sostenibbli;
negozjar totali matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni tat-titoli, inkluż ix-xiri assolut totali miżjud mal-bejgħ assolut totali tat-titoli.
Ix-xiri assolut flimkien mal-bejgħ assolut ta’ titoli ambjentalment sostenibbli għandhom jiġu inklużi fin-numeratur tal-GAR speċifiku għall-Portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni ta’ kreditu. Ix-xiri assolut totali flimkien mal-bejgħ assolut totali ta’ titoli għandhom jiġu inklużi fid-denominatur tal-GAR għall-Portafoll tan-negozjar.
Il-parti tan-numeratur tal-GAR għall-portafoll tan-negozjar għandha tiġi stmata billi jiġi pponderat l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn u ta’ strumenti ta’ ekwità mixtrija u/jew mibjugħa minn kull kontroparti bil-proporzjon ta’ fatturat u ta’ CapEx assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija tal-impriża li tikkontribwixxi għall-objettiv ambjentali rilevanti kif iddivulgat minn dik l-impriża f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 u ma’ dan ir-Regolament. Għall-impriżi finanzjarji, il-proporzjon għall-kontroparti li għandu jiġi applikat għandu jkun l-istess bħal tal-KPIs rilevanti għal dawn il-kontropartijiet.
ANNESS VI —
MUDELL GĦALL-KPIS TAL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
|
Numru tal-mudell |
Isem |
|
0 |
Sommarju tal-KPIs |
|
1 |
Assi għall-kalkolu tal-GAR |
|
2 |
Informazzjoni tas-settur tal-GAR |
|
3 |
Stokk ta’ KPI GAR |
|
4 |
Fluss ta’ KPI GAR |
|
5 |
Skoperturi oħra li ma jidhrux fil-karta bilanċjali |
|
6 |
KPI fuq dħul minn tariffi u kummissjonijiet minn servizzi minbarra self u mmaniġġar tal-assi |
|
7 |
KPI tal-Portafoll tan-negozjar |
0. Sommarju tal-KPIs li għandhom jiġu divulgati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija
1. Assi għall-kalkolu tal-GAR
2. GAR Informazzjoni dwar is-settur
3. Stokk ta’ KPI GAR
4. Fluss ta’ KPI GAR
5. KPI ta’ Skoperturi oħra li ma jidhrux fil-karta bilanċjali
6. KPI ta’ tariffi u kummissjonijiet fuq servizzi għajr self u ġestjoni tal-assi
7. KPI tal-portafoll tan-negozjar
Anness VII
KPIs TAD-DITTI TAL-INVESTIMENT
Kontenut tal-indikaturi ewlenin ta’ prestazzjoni (KPIs) li għandu jiġi ddikjarat mid-ditti tal-investiment
1. Kamp ta’ applikazzjoni tal-KPIs
Id-dikjarazzjoni tal-KPIs (Key Performance Indicators, Indikaturi Ewlenin ta’ Prestazzjoni) u l-metodoloġija għandhom ikopru u jitfasslu b’mod separat għas-servizzi kollha li ġejjin elenkati fl-Anness I, it-Taqsima A, tad-Direttiva 2014/65/UE:
attivitajiet tad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess, irrispettivament minn jekk id-ditti tal-investiment ikunux negozjanti prinċipali jew li jinnegozjaw f’isem il-klijenti tagħhom skont it-Taqsima A, il-punt (3), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
is-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment tad-ditti tal-investiment għajr dawk li jinnegozjaw f’isimhom stess skont it-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-punt (3) ta’ din it-Taqsima.
Is-servizzi anċillari elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tad-dikjrarazzjonijiet.
Is-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment li għandhom ikunu koperti fir-rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 u ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dan li ġej:
ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet b’rabta ma’ strument finanzjarju wieħed jew iktar;
l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f’isem il-klijenti;
in-negozju li jsir minn xi ħadd għal rasu;
il-ġestjoni tal-portafoll;
konsulenza dwar l-investiment;
is-sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji fuq bażi soda ta’ impenn;
tqegħid ta’ strumenti finanzjarji mingħajr bażi soda ta’ impenn;
it-tħaddim ta’ MTF;
it-tħaddim ta’ OTF.
2. Ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess
Ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess għandhom jiddikjaraw il-KPIs li ġejjin:
2.1. Il-KPIs relatati mal-assi tagħhom bħala:
Għall-kalkolu tal-KPIs, għandu jitqies dan li ġej:
2.2. Impriżi destinatarji ta’ investiment ikkunsidrati
L-impriżi destinatarji ta’ investiment kkunsidrati għandhom jinkludu impriżi mhux finanzjarji, impriżi mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 19a u 29a tad-Direttiva 2014/95/UE, impriżi finanzjarji u impriżi finanzjarji mhux soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2014/95/UE.
Għal kumpaniji destinatarji ta’ investiment li huma soġġetti għall-Artikolu 19a u 29a tad-Direttiva 2014/95/UE, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw il-KPIs li l-kumpaniji destinatarji ta’ investiment għandhom jiddikjaraw skont dan ir-Regolament. Għal kumpaniji destinatarji ta’ investiment li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2014/95/UE, għandu japplika l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament.
2.3. Strumenti ta’ investiment ikkunsidrati — assi
Għal strumenti ta’ investiment, il-kalkolu tal-KPIs għandu jkopri titoli ta’ dejn, strumenti ta’ ekwità, ekwivalenti ta’ flus lejn kumpaniji destinatarji ta’ investiment u l-assi l-oħra kollha.
2.4. Il-metodoloġija tal-kalkolu
Fir-rigward tal-komputazzjoni tal-GAR għas-servizzi u l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess, id-ditti tal-investiment għandhom jiddependu fuq il-fatturat tal-KPI u l-KPI tal-CapEx tal-impriżi destinatarji ta’ investiment għal kull objettiv ambjentali.
In-numeratur għandu jitfassal bħala l-valur tal-investimenti ponderati mill-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija b’diżaggregazzjoni għall-attivitajiet ta’ tranżizzjoni u ta’ abilitazzjoni tal-impriża destinatarja ta’ investiment, jiġifieri skont il-proporzjon tal-fatturat u l-CapEx tal-impriża destinatarja ta’ investiment assoċjata ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija.
Il-medja ponderata tal-valur tal-investimenti għandha tkun ibbażata fuq is-sehem tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment imkejla b’dan li ġej:
għal destinatarji ta’ investiment li huma impriżi mhux finanzjarji, il-fatturat u l-KPIs tal-CapEx kif jirriżultaw mill-kalkolu tal-KPIs tad-destinatarja ta’ investiment skont l-Annessi I u II;
għal destinatarji ta’ investiment li huma maniġers tal-assi, KPIs ibbażati fuq il-fatturat u fuq il-CapEx kif jirriżultaw mill-kalkolu tal-KPIs tad-destinatarju ta’ investiment skont l-Annessi III u IV;
għal destinatarji ta’ investiment li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-proporzjon tal-assi ekoloġiċi bbażat fuq il-fatturat u fuq il-CapEx kif jirriżulta mill-kalkolu tal-proporzjon tal-assi ekoloġiċi tad-destinatarju ta’ investiment skont l-Annessi V u VI;
għal destinatarji ta’ investiment li huma ditti tal-investiment, investimenti u dħul, kif jirriżultaw mill-kalkolu tal-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u fuq il-CapEx tad-destinatarju ta’ investiment skont l-Annessi VII u VIII skont is-sehem tas-servizzi u tal-attivitajiet ta’ negozjar f’isimhom stess u li ma jinnegozjawx f’isimhom stess fl-introjtu tad-ditta tal-investiment;
għal destinatarji ta’ investiment li huma impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni, investimenti, primiums grossi sottoskritti jew, kif applikabbli, dħul totali tal-assigurazzjoni, kif jirriżulta mill-kalkolu jew tal-investimenti bbażati fuq il-fatturat jew tal-KPI bbażati fuq il-CapEx jew tal-KPI tas-sottoskrizzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni mhux tal-ħajja destinatarji ta’ investiment f’konformità mal-Annessi IX u X.
Għal titoli ta’ dejn maħruġa minn impriża destinatarja ta’ investiment bl-iskop li tiffinanzja attivitajiet jew proġetti speċifiċi, jew fejn l-impriża destinatarja ta’ investiment ħarġet bonds ambjentalment sostenibbli, id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw dawk it-titoli ta’ dejn fuq il-bażi ta’ jekk jiffinanzjawx attivitajiet jew proġetti ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-impriża destinatarja ta’ investiment.
B’deroga mit-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-punt 2.4, it-titoli ta’ dejn bil-għan li jiffinanzjaw attivitajiet jew proġetti speċifiċi identifikati jew bonds ambjentalment sostenibbli maħruġa minn impriża destinatarja ta’ investiment għandhom jiġu inklużi fin-numeratur sal-valur tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija li r-rikavat ta’ dawn il-bonds u l-finanzjament tat-titoli ta’ dejn, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-impriża destinatarja ta’ investiment.
Għad-denominatur, l-assi totali għandhom jinkludu l-assi kollha investiti mid-ditti tal-investiment f’isimhom stess.
3. Ditti tal-investiment li ma jinnegozjawx f’isimhom stess
Ditti tal-investiment li ma jinnegozjawx f’isimhom stess għandhom jiddikjaraw il-KPIs li ġejjin:
3.1. KPIs relatati mad-dħul, inklużi tariffi, kummissjonijiet u benefiċċji monetarji oħra bħala:
Għall-kalkolu tal-KPIs, għandu jitqies dan li ġej:
3.2. Klijenti kkunsidrati
Id-ditti tal-investiment għandhom jikkunsidraw klijenti li jirċievu servizzi ta’ investiment għajr li jinnegozjaw f’isimhom stess servizzi u servizzi anċillari li huma impriżi mhux finanzjarji u impriżi mhux finanzjarji oħra mhux soġġetti għall-Artikolu 19a u 29a tad-Direttiva 2014/95/UE, impriżi finanzjarji u impriżi finanzjarji oħra mhux soġġetti għall-Artikolu 19a u 29a tad-Direttiva 2014/95/UE.
Għal impriżi destinatarji ta’ investiment li huma soġġetti għad-Direttiva 2014/95/UE, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw il-KPIs li l-impriżi destinatarji ta’ investiment għandhom jiddikjaraw skont dan ir-Regolament. Għal kumpaniji destinatarji ta’ investiment li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2014/95/UE, għandu japplika l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament.
3.3. Il-metodoloġija tal-kalkolu
Għall-attivitajiet tad-ditti tal-investiment għajr dawk li jinnegozjaw f’isimhom stess, in-numeratur għandu jitfassal bħala l-medja ponderata tad-dħul (tariffi, kummissjonijiet u benefiċċji monetarji oħra) iġġenerat mid-ditta tal-investiment fir-rigward tal-valur aggregat tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija fi ħdan l-attivitajiet tal-klijenti tagħhom. Għandha tapplika l-metodoloġija stabbilita fil-punt 2.4. ta’ dan l-Anness.
3.4. Aktar konsiderazzjoni
Id-ditti tal-investiment għandhom jindikaw fil-mudelli l-objettivi ambjentali kif ukoll in-natura tal-attivitajiet, kemm jekk ikunu abilitanti kif ukoll jekk tranżitorji.
Id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru wara n-netting tal-hedges u l-kumpensi potenzjali, irrispettivament mill-istrument użat skont l-Artikolu 3, il-paragrafi 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).
Anness VIII —
Mudell għall-KPIs tad-ditti tal-investiment
|
Numru tal-mudell |
Isem |
|
0 |
Sommarju tal-KPIs li għandhom jiġu dikjarati mid-ditti tal-investiment (investment firms, IF) skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija |
|
1 |
KPI IF - Servizzi li jinnegozjaw f’isimhom stess |
|
2 |
KPI IF Servizzi oħra |
0. Sommarju tal-KPIs li għandhom jiġu dikjarati mid-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija
1. KPI IF — Servizzi li jinnegozjaw f’isimhom stess
2. KPI IF Servizzi oħra
ANNESS IX
KPIs TAL-IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI U TAR-RIASSIKURAZZJONI
1. KPI relatat ma’ investimenti
Il-KPI relatat ma’ investimenti minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni għandu jippreżenta l-medja ponderata ta’ dawk l-investimenti li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija. Il-KPI għandu jintwera kemm f’termini perċentwali relattivi għall-“investimenti totali” kif ukoll f’unitajiet monetarji assoluti.
Investimenti għandhom ifissru l-investimenti diretti u indiretti kollha, inklużi investimenti f’impriżi ta’ investiment kollettiv u parteċipazzjonijiet, self u ipoteki, proprjetà, impjanti u tagħmir, kif ukoll, fejn rilevanti, assi intanġibbli.
F’dikjarazzjonijiet addizzjonali, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni jiddistingwu l-proporzjon tal-investimenti miżmuma fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi tal-poloz u l-proporzjon tal-investimenti li jifdal. Il-kopertura tal-proporzjon b’referenza għat-total tal-karta tal-bilanċ għandha tiġi dikjarata bl-esklużjoni tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament.
Id-dikjarazzjonijiet għandhom jitqassmu skont l-objettiv ambjentali f’termini perċentwali u unitajiet monetarji, fejn disponibbli.
Il-medja ponderata tal-valur tal-investimenti għandha tkun ibbażata fuq is-sehem tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment imkejjel b’dan li ġej:
għal destinatarji ta’ investiment li huma impriżi mhux finanzjarji, il-fatturat u l-KPIs tal-CapEx kif jirriżultaw mill-kalkolu tal-KPIs tad-destinatarja ta’ investiment skont l-Annessi I u II;
għal destinatarji ta’ investiment li huma maniġers tal-assi, KPIs ibbażati fuq il-fatturat u fuq il-CapEx kif jirriżultaw mill-kalkolu tal-KPIs tad-destinatarja ta’ investiment skont l-Annessi III u IV;
għal destinatarji ta’ investiment li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-proporzjon tal-assi ekoloġiċi bbażat fuq il-fatturat u fuq il-CapEx kif jirriżulta mill-kalkolu tal-proporzjon tal-assi ekoloġiċi tad-destinatarja ta’ investiment skont l-Annessi V u VI;
għad-destinatarji ta’ investiment li huma ditti ta’ investiment, investimenti u dħul, kif jirriżultaw mill-kalkolu tal-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx tad-destinatarja ta’ investiment skont l-Annessi VII u VIII skont is-sehem tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ negozjar f’isimhom stess u ta’ dawk li ma jinnegozjawx f’isimhom stess tad-ditta tal-investiment;
għal destinatarji ta’ investiment li huma impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni, investimenti, primiums grossi sottoskritti jew, kif applikabbli, dħul totali tal-assigurazzjoni, kif jirriżulta mill-kalkolu jew tal-investimenti bbażati fuq id-dħul u bbażati fuq CapEx KPI (jiġifieri l-proporzjon tal-investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassikurazzjoni għajr investimenti miżmuma fir-rigward ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju tal-investiment huwa merfugħ mid-detenturi tal-poloz, li huma diretti lejn il-finanzjament, jew huma assoċjati ma’, attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija) ikkombinati, fejn applikabbli, mal-KPI tas-sottoskrizzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni mhux fuq il-ħajja ta’ destinarji ta’ investiment f’konformità mal-Annessi XI u X.
B’deroga mill-ewwel u r-raba’ paragrafu ta’ dan il-punt 1, it-titoli ta’ dejn bil-għan li jiffinanzjaw attivitajiet jew proġetti speċifiċi identifikati jew bonds ambjentalment sostenibbli maħruġa minn impriża destinatarja ta’ investiment għandhom jiġu inklużi fin-numeratur sal-valur tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija li r-rikavat ta’ dawn il-bonds u l-finanzjament tat-titoli ta’ dejn, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-impriża destinatarja ta’ investiment.
2. KPI relatati ma’ attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni minbarra l-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom jikkalkulaw il-KPI relatat mal-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni u jippreżentaw id-dħul tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja tal-“primiums grossi sottoskritti” jew, kif applikabbli, id-dħul mir-riassikurazzjoni li jikkorrispondi għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni allinjati mat-Tassonomija f’konformità mal-punti 10.1. u 10.2. tal-Anness II tal-Att Delegat dwar il-Klima. Il-KPI għandu jintwera f’termini perċentwali relattivi għal waħda minn dawn li ġejjin, skont kif applikabbli:
total tal-primiums grossi sottoskritti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;
total tal-primiums grossi sottoskritti tar-riassikurazzjoni;
total tad-dħul mill-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;
total tad-dħul mir-riassikurazzjoni.
Id-dikjarazzjonijiet għandhom jitqassmu skont l-objettiv ambjentali f’termini perċentwali u unitajiet monetarji, fejn disponibbli.
Id-dikjarazzjonijiet supplimentari għandhom jispjegaw il-punt sa fejn l-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni ambjentalment sostenibbli jiġu ċeduti lil impriża tar-riassikurazzjoni u sa liema punt l-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni sostenibbli li jirrappreżentaw attivitajiet tar-riassikurazzjoni huma aċċettati minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni oħrajn.
ANNESS X
Mudell għall-KPIs tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni
Mudell: Il-KPI ta’ sottoskrizzjoni għall-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassikurazzjoni mhux tal-ħajja
“Primiums” fil-kolonni (3) u (4) jiġu rrapportati bħala primiums grossi sottoskritti jew, kif applikabbli, fatturat relatat ma’ attività tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni mhux tal-ħajja.
L-informazzjoni fil-kolonna (5) tiġi rrapportata f’dikjarazzjonijiet fis-sena 2024 u wara.
L-assigurazzjoni u r-riassikurazzjoni mhux tal-ħajja jistgħu jiġu allinjati biss mar-Regolament (UE) 2020/852 bħala attività li tippermetti l-adattament għat-tibdil fil-klima. L-informazzjoni rrapportata fil-kolonna (5) hija għalhekk l-istess għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni kollha b’attivitajiet mhux tal-ħajja u/jew ta’ riassikurazzjoni.
Meta attivitajiet ta’ riassikurazzjoni ta’ impriża jinkludu prodotti li japplikaw fil-livell ta’ portafoll ta’ prodotti tal-assigurazzjoni diretta sottostanti u l-impriża tivvaluta l-konformità tal-attività mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar u l-kriterji ta’ ħsara sinifikanti għal proporzjon tal-prodotti sottostanti tal-attività tar-riassikurazzjoni skont l-Att Delegat dwar il-Klima, l-Anness II, il-punt 10.2, il-paragrafu 2.3 (“approċċ pro rata”), jenħtieġ li l-approċċ pro rata jiġi applikat b’mod konsistenti għall-informazzjoni rrapportata fil-kolonni kollha tar-ringiela A.1.2.
Mudell: Il-proporzjon tal-investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati mat-Tassonomija allinjata fir-rigward tal-investimenti totali
|
Il-valur medju ponderat tal-investimenti kollha tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija b’rabta mal-valur tal-assi totali koperti mill-KPI, bil-ponderazzjonijiet li ġejjin għall-investimenti f’impriżi kif jidher hawn taħt: Ibbażati fuq il-fatturat: % Ibbażati fuq l-infiq kapitali: % |
Il-valur medju ponderat tal-investimenti kollha tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, bil-ponderazzjonijiet li ġejjin għal investimenti f’impriżi kif jidher hawn taħt: Ibbażati fuq il-fatturat: [ammont monetarju] Ibbażati fuq l-infiq kapitali: [ammont monetarju] |
|
|
Il-perċentwal tal-assi koperti mill-KPI meta mqabbel mat-total tal-investimenti tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni (total tal-assi ġestiti). Esklużi investimenti f’entitajiet sovrani. Proporzjon ta’ kopertura: % |
Il-valur monetarju tal-assi koperti mill-KPI. Esklużi investimenti f’entitajiet sovrani. Kopertura: [ammont monetarju] |
|
|
Dikjarazzjonijiet komplementari addizzjonali: tqassim tad-denominatur tal-KPI |
||
|
Il-perċentwal ta’ derivattivi relattiv għall-assi totali koperti mill-KPI. X% |
Il-valur f’ammonti monetarji ta’ derivattivi. [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji mhux soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE fuq it-total tal-assi koperti mill-KPI: Għal impriżi mhux finanzjarji: Għal impriżi finanzjarji: |
Valur ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji mhux soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE: Għal impriżi mhux finanzjarji: [ammont monetarju] Għal impriżi finanzjarji: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji minn pajjiżi mhux tal-UE li mhumiex soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE fuq it-total tal-assi koperti mill-KPI: Għal impriżi mhux finanzjarji: Għal impriżi finanzjarji: |
Valur ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji minn pajjiżi mhux tal-UE li mhumiex soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE: Għal impriżi mhux finanzjarji: [ammont monetarju] Għal impriżi finanzjarji: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE fuq it-total tal-assi koperti mill-KPI: Għal impriżi mhux finanzjarji: X% Għal impriżi finanzjarji: X% |
Valur ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE: Għal impriżi mhux finanzjarji: [ammont monetarju] Għal impriżi finanzjarji: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi għal kontropartijiet oħra fuq it-total tal-assi koperti mill-KPI: X% |
Valur ta’ skoperturi għal kontropartijiet oħra: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon tal-investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni għajr l-investimenti miżmuma fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi tal-poloz, li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati ma’ finanzjament allinjat mat-Tassonomija: X% |
Il-valur tal-investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassikurazzjoni għajr l-investimenti miżmuma fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi tal-poloz, li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati ma’ finanzjament allinjat mat-Tassonomija: [ammont monetarju] |
|
|
Il-valur tal-investimenti kollha li huma attivitajiet ekonomiċi ta’ finanzjament li mhumiex eliġibbli għat-Tassonomija meta mqabbla mal-valur tat-total tal-assi koperti mill-KPI: X% |
Il-valur tal-investimenti kollha li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li mhumiex eliġibbli għat-Tassonomija: [ammont monetarju] |
|
|
Il-valur tal-investimenti kollha li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija, iżda mhux allinjati mat-Tassonomija b’rabta mal-valur tat-total tal-assi koperti mill-KPI: X% |
Valur tal-investimenti kollha li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija, iżda li mhumiex allinjati mat-Tassonomija: [ammont monetarju] |
|
|
Dikjarazzjonijiet komplementari addizzjonali: tqassim tan-numeratur tal-KPI |
||
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi allinjati mat-Tassonomija għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE fuq it-total tal-assi totali koperti mill-KPI: Għal impriżi mhux finanzjarji: Ibbażati fuq il-fatturat: % Ibbażati fuq l-infiq kapitali: % Għal impriżi finanzjarji: Ibbażati fuq il-fatturat: % Ibbażati fuq l-infiq kapitali: % |
Il-valur ta’ skoperturi allinjati mat-Tassonomija għal impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE: Għal impriżi mhux finanzjarji: Ibbażati fuq il-fatturat: [ammont monetarju] Ibbażati fuq l-infiq kapitali: [ammont monetarju] Għal impriżi finanzjarji: Ibbażati fuq il-fatturat: [ammont monetarju] Ibbażati fuq l-infiq kapitali: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon tal-investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni għajr l-investimenti miżmuma fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi tal-poloz, li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati ma’ finanzjament allinjat mat-Tassonomija: Ibbażati fuq il-fatturat: % Ibbażati fuq l-infiq kapitali: % |
Il-valur tal-investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassikurazzjoni għajr l-investimenti miżmuma fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi tal-poloz, li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati ma’ finanzjament allinjat mat-Tassonomija: Ibbażati fuq il-fatturat: [ammont monetarju] Ibbażati fuq l-infiq kapitali: [ammont monetarju] |
|
|
Il-proporzjon ta’ skoperturi allinjati mat-Tassonomija għal kontropartijiet oħra f’aktar mit-total tal-assi koperti mill-KPI: Ibbażati fuq il-fatturat: % Ibbażati fuq l-infiq kapitali: % |
Il-valur ta’skoperturi allinjati mat-Tassonomija għal kontropartijiet oħra fuq it-total tal-assi koperti mill-KPI: Ibbażati fuq il-fatturat: [ammont monetarju] Ibbażati fuq l-infiq kapitali: [ammont monetarju] |
|
|
It-Tqassim tan-numeratur tal-KPI għal kull objettiv ambjentali |
||
|
Attivitajiet allinjati mat-Tassonomija - ipprovdew valutazzjoni pożittiva tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (Do No Significant Harm, DNSH) u tas-salvagwardji soċjali: |
||
|
(1) Mitigazzjoni ta’ bidla fil-klima |
Il-fatturat: % CapEx: % |
Attivitajiet tranżitorji: A% (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B% (Fatturat; CapEx) |
|
(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima |
Il-fatturat: % CapEx: % |
Attivitajiet tranżitorji: A% (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B% (Fatturat; CapEx) |
|
(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar |
Il-fatturat: % CapEx: % |
Attivitajiet tranżitorji: A% (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B% (Fatturat; CapEx) |
|
(4) It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; |
Il-fatturat: % CapEx: % |
Attivitajiet tranżitorji: A% (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B% (Fatturat; CapEx) |
|
(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis |
Il-fatturat: % CapEx: % |
Attivitajiet tranżitorji: A% (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B% (Fatturat; CapEx) |
|
(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi |
Il-fatturat: % CapEx: % |
Attivitajiet tranżitorji: A% (Fatturat; CapEx) Attivitajiet abilitanti: B% (Fatturat; CapEx) |
ANNESS XI
Dikjarazzjonijiet kwalitattivi għall-maniġers tal-assi, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-ditti tal-investiment u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni
Id-dikjarazzjoni tal-KPIs kwantitattivi għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni kwalitattiva li ġejja biex tappoġġa l-ispjegazzjonijiet tal-impriżi finanzjarji u l-fehim tas-swieq ta’ dawn il-KPIs:
ANNESS III
Mudelli standard għad-divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(6) u (7)
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(6) u (7) għandha tiġi ppreżentata kif ġej, għal kull indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (key performance indicator, KPI) applikabbli.
Mudell 1 L-attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili
|
Ringiela |
Attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari |
|
|
1. |
L-impriża twettaq, tiffinanzja jew ikollha esponiment għar-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-użu ta’ faċilitajiet innovattivi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-enerġija minn proċessi nukleari bi skart minimu miċ-ċiklu tal-fjuwil. |
IVA/LE |
|
2. |
L-impriża twettaq, tiffinanzja jew hija esposta għall-kostruzzjoni u l-operat sikur ta’ installazzjonijiet nukleari ġodda biex tipproduċi l-elettriku jew tipproċessa s-sħana, inkluż għall-finijiet ta’ tisħin distrettwali jew proċessi industrijali bħall-produzzjoni tal-idroġenu, kif ukoll it-titjib tas-sikurezza tagħhom, bl-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli. |
IVA/LE |
|
3. |
L-impriża twettaq, tiffinanzja jew hija esposta għall-operat sikur ta’ installazzjonijiet nukleari eżistenti li jipproduċu l-elettriku jew jipproċessaw is-sħana, inkluż għall-finijiet tat-tisħin distrettwali jew tal-proċessi industrijali bħall-produzzjoni tal-idroġenu mill-enerġija nukleari, kif ukoll it-titjib tas-sikurezza tagħhom. |
IVA/LE |
|
|
Attivitajiet relatati mal-gass fossili |
|
|
4. |
L-impriża twettaq, tiffinanzja jew hija esposta għall-kostruzzjoni jew għall-operat ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ fjuwils gassużi fossili. |
IVA/LE |
|
5. |
L-impriża twettaq, tiffinanzja jew hija esposta għall-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni u l-operat ta’ faċilitajiet kkombinati tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tat-tisħin/tat-tkessiħ li jużaw il-fjuwils gassużi fossili. |
IVA/LE |
|
6. |
L-impriża twettaq, tiffinanzja jew hija esposta għall-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjonio u l-operat ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tas-sħana li jipproduċu s-sħana/il-kesħa bl-użu ta’ fjuwils gassużi fossili. |
IVA/LE |
Mudell 2 Attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija (denominatur)
|
Ringiela |
Attivitajiet ekonomiċi |
Ammont u proporzjon (l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’ammonti monetarji u bħala perċentwali) |
|||||
|
CCM + CCA |
Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima (Climate change mitigation, CCM) |
Adattament għat-Tibdil fil-Klima (Climate change adaptation, CCA) |
|||||
|
Ammont |
% |
Ammont |
% |
Ammont |
% |
||
|
1. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.26 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
2. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.27 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
3. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.28 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
4. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.29 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
5. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.30 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
6. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.31 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
7. |
L-ammont u l-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra allinjati mat-tassonomija mhux imsemmijin fir-ringieli minn 1 sa 6 hawn fuq fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
8. |
KPI totali applikabbli |
|
|
|
|||
Mudell 3 Attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija (denominatur)
|
Ringiela |
Attivitajiet ekonomiċi |
Ammont u proporzjon (l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’ammonti monetarji u bħala perċentwali) |
|||||
|
(CCM+CCA) |
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima |
Adattament għat-tibdil fil-klima |
|||||
|
Ammont |
% |
Ammont |
% |
Ammont |
% |
||
|
1. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.26 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fin-numeratur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
2. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.27 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fin-numeratur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
3. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.28 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fin-numeratur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
4. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.29 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fin-numeratur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
5. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.30 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fin-numeratur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
6. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.31 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fin-numeratur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
7. |
L-ammont u l-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra allinjati mat-tassonomija mhux imsemmijin fir-ringieli minn 1 sa 6 hawn fuq fin-numeratur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
8. |
L-ammont totali u l-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija fin-numeratur tal-KPI applikabbli |
|
100 % |
|
|
||
Mudell 4 Attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjati mat-tassonomija
|
Ringiela |
Attivitajiet ekonomiċi |
Proporzjon (l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’ammonti monetarji u bħala perċentwali) |
|||||
|
(CCM+CCA) |
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima |
Adattament għat-tibdil fil-klima |
|||||
|
Ammont |
% |
Ammont |
% |
Ammont |
% |
||
|
1. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.26 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
2. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.27 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
3. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.28 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
4. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.29 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
5. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.30 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
6. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjata mat-tassonomija msemmija fit-Taqsima 4.31 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
7. |
L-ammont u l-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjati mat-tassonomija li mhumiex imsemmijin fir-ringieli minn 1 sa 6 hawn fuq fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
|
8. |
L-ammont totali u l-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjati mat-tassonomija fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
|||
Mudell 5 Attivitajiet ekonomiċi mhux eliġibbli għat-Tassonomija
|
Ringiela |
Attivitajiet ekonomiċi |
Ammont |
Perċentwal |
|
1. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika msemmija fir-ringiela 1 tal-Mudell 1 li mhix eliġibbli għat-tassonomija f’konformità mat-Taqsima 4.26 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
2. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika msemmija fir-ringiela 2 tal-Mudell 1 li mhix eliġibbli għat-tassonomija f’konformità mat-Taqsima 4.27 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
3. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika msemmija fir-ringiela 3 tal-Mudell 1 li mhix eliġibbli għat-tassonomija f’konformità mat-Taqsima 4.28 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
4. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika msemmija fir-ringiela 4 tal-Mudell 1 li mhix eliġibbli għat-tassonomija f’konformità mat-Taqsima 4.29 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
5. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika msemmija fir-ringiela 5 tal-Mudell 1 li mhix eliġibbli għat-tassonomija f’konformità mat-Taqsima 4.30 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
6. |
L-ammont u l-proporzjon tal-attività ekonomika msemmija fir-ringiela 6 tal-Mudell 1 li mhix eliġibbli għat-tassonomija f’konformità mat-Taqsima 4.31 tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat 2021/2139 fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
7. |
L-ammont u l-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra li mhumiex eliġibbli għat-tassonomija mhux imsemmijin fir-ringieli minn 1 sa 6 hawn fuq fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
|
8. |
L-ammont totali u l-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi li mhumiex eliġibbli għat-tassonomija fid-denominatur tal-KPI applikabbli |
|
|
( 1 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 4 ) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
( 8 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).