02014R0224 — MT — 20.10.2021 — 025.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 070 11.3.2014, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 224/2014
tal-10 ta’ Marzu 2014
dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“servizzi ta' senserija” tfisser:
in-negozjar jew l-arranġament ta’ tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta’ beni u teknoloġija jew ta’ servizzi finanzjarji u tekniċi, minn pajjiż terz lil kull pajjiż terz ieħor; jew
il-bejgħ jew ix-xiri ta’ beni u teknoloġija, jew ta’ servizzi finanzjarji u tekniċi, li jkunu f’pajjiż terz biex jiġu ttrasferiti lejn xi pajjiż terz ieħor;
“pretensjoni” tfisser kull talba, sew jekk asserita bi proċedimenti legali sew jekk le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont il-kuntratt jew b'rabta miegħu jew ma' tranżazzjoni, inklużi b'mod partikolari:
talba għat-twettiq ta' kull obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta ma' wieħed minnhom;
talba għall-estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, ta' garanzija finanzjarja jew ta' indennizz ta' kull forma;
talba għal kumpens marbut ma' kuntratt jew tranżazzjoni;
kontrotalba;
talba għall-għarfien jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tittieħed jew tingħata;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull forma tranżazzjoni u tkun xi tkun il-liġi applikabbli għaliha, sew jekk tinkludi kuntratt wieħed jew aktar, jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew bejn partijiet differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux, kif ukoll kull provvediment relatat li joriġina mit-tranżazzjoni jew ikun marbut magħha;
“awtoritajiet kompetenti” tfisser għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websites elenkati fl-Anness II;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm tanġibbli u kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;
“l-iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, beni jew servizzi bi kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;
“l-iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew negozju b'fondi li b'kull mod jirriżulta fi xi bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew f'bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġar ta' portafolji;
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitati għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet ta' flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;
depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;
titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;
imgħax, dividends jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jakkumula minnhom jew iġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ; kif ukoll
dokumenti li jagħtu prova ta’ interess f’fondi jew f'riżorsi finanzjarji;
“Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skont il-paragrafu 57 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2127 (2013);
“assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista’ tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta’ għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom verbali ta' assistenza;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;
Artikolu 2
1. Huwa pprojbit il-forniment, direttament jew indirettament, ta':
għajnuna teknika jew ta' servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti u mat-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 1 ) (“Lista Militari Komuni”) jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tal-oġġetti inklużi f’din il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Repubblika Ċentru-Afrikana jew għall-użu fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;
finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mal-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni tal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għal kwalunkwe forniment ta’ għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Repubblika Ċentru-Afrikana jew għall-użu fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;
għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, servizzi ta’ senserija jew servizzi ta’ trasport marbuta mal-forniment ta’ persunal merċenarju armat fir-Repubblika Ċentru-Afrikana jew għall-użu fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 2, il-projbizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta' assistenza teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja jew servizzi ta' senserija:
maħsuba esklussivament għall-appoġġ ta' jew l-użu mill-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (MINUSCA), il-missjonijiet tal-Unjoni u l-forzi Franċiżi skjerati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, kif ukoll forzi ta' Stati Membri oħra tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu taħriġ u assistenza kif notifikati f'konformità mal-punt (c);
relatati mal-ilbies protettiv inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;
relatati mal-provvista ta' tagħmir mhux letali u l-għoti ta' assistenza, inkluż taħriġ operattiv u mhux operattiv lill-forzi tas-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi ċivili tal-Istat maħsuba biss bħala sostenn jew għall-użu fil-proċess ta' Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS) tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, f'koordinazzjoni mal-MINUSCA, sakemm dawn ma jkunux ġew notifikati bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;
relatati ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew ta’ protezzjoni, dment li l-għoti ta’ tali assistenza jew servizzi jkun ġie nnotifikat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-inqas 20 jum qabel;
relatati ma’ armi b’kalibru ta’ 14,5 mm jew anqas u munizzjon u komponenti mfassla speċjalment għal tali armi, u ma’ vetturi militari tal-art mhux armati u vetturi militari tal-art armati b’armi ta’ kalibru ta’ 14,5 mm jew anqas, u l-partijiet ta’ rikambju tagħhom, u ma’ granati bi propulsjoni ta’ rokit, u munizzjon imfassal apposta għal armi bħal dawn, u ta’ mortars b’kalibru ta’ 60 mm u 82 mm, u munizzjon imfassal apposta għal tali armi, lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inklużi istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi ċivili, fejn tali armi, munizzjoni, komponenti u vetturi jkunu maħsuba biss għall-appoġġ tal-proċess tar-RĊA tar-RSS jew għal użu fih, dment li l-provvediment ta’ tali assistenza jew servizzi jkun ġie nnotifikat mill-inqas 20 jum minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;
relatati ma’ armi u tagħmir letali relatat ieħor li mhumiex elenkati fil-punt (e) tal-Artikolu 3, lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inkluż l-istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili, meta tali armi u tagħmir ikunu intenzjonati biss għall-appoġġ jew l-użu fil-proċess tar-RĊA tar-RSS, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 4
B’deroga mill-Artikolu 2, u dment li l-għoti ta’ tali assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja jkun ġie approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-projbizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta’ assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ prodotti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew għal kwalunkwe għoti ta’ assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija relatati.
Artikolu 5
L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:
li jagħtu jew jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-proċess ta' stabilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jistigaw il-vjolenza;
li bl-aġir tagħhom jiksru l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 54 tal-UNSCR 2127 (2013), jew li direttament jew indirettament ipprovdew, biegħu, jew ittrasferixxew lil gruppi armati jew netwerks kriminali fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jew li rċevew armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati ma' attivitajiet vjolenti ta' gruppi armati jew netwerks kriminali fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;
involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinvolvu attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki bbażati fuq l-etniċità jew ir-reliġjon, attakki fuq oġġetti ċivili, inklużi ċentri amministrattivi, qrati, skejjel u sptarijiet u ħtif u ċaqliq sfurzat;
involuti fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u vjolenza sessista fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;
li jirreklutaw jew jużaw tfal f'kunflitti armati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;
li jipprovdu appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb u l-annimali selvaġġi kif ukoll prodotti mill-annimali selvaġġi, fi jew mir-Repubblika Ċentru-Afrikana;
li jostakolaw l-għoti ta' assistenza umanitarja lir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;
involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jew preżenzi ta' sigurtà internazzjonali, inklużi l-MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-qawwiet Franċiżi li jappoġġjawhom, kif ukoll kontra l-persunal umanitarju;
mexxejja ta' entità elenkata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew li jkunu pprovdew appoġġ għal, jew li jkunu aġixxew għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna, entità jew korp elenkati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna, entità jew korp deżinjati;
li jwettqu atti ta' inċitament għall-vjolenza, b'mod partikolari fuq bażi etnika jew reliġjuża, li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, u li b'segwitu jkunu ngaġġati fi jew jipprovdu appoġġ għal atti li jħeddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana;
involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew it-twettiq ta’ atti fir-RĊA lil jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi attakki kontra persunal mediku jew persunal umanitarju.
Artikolu 6
B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont kundizzjonijiet li jitqiesu xierqa, dejjem jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:
l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuna fiżika jew ġuridikai, entità jew korp elenkati fl-Annessi I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, għall-kera jew għall-garanziji ipotekarji, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi;
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta’ spejjeż marbutin mal-forniment ta’ servizzi legali; jew
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ tariffi jew imposti fuq servizz ta' rutina għaż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; kif ukoll
l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bid-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti l-awtorizzazzjoni, u li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal din l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika;
Artikolu 7
B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa minħabba spejjeż straordinarji, u dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'din id-deċiżjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approvaha.
Artikolu 8
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 5 ikunu ġew elenkati fl-Anness I, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel din id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
il-garanzija jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;
ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika tal-Istat Membru kkonċernat; kif ukoll
il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.
Artikolu 9
1.B'deroga mill-Artikolu 5, u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew taħt obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp kienu nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti ikkonċernata tkun iddeterminat li:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;
il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 5(2); u
il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ġie nnotifikat mill-Istat Membru relevanti dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni, għaxart ijiem ta’ xogħol bil-quddiem.
Artikolu 10
L-Artikolu 5(2) ma japplikax meta l-kontijiet iffriżati jiżdiedu permezz ta':
imgħax jew qligħ ieħor dovut fuq dawn il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 5 kienu nklużi fl-Anness I; jew
pagamenti dovuti taħt garanzija jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, kif imsemmi fl-Artikolu 8; u
dejjem jekk kull imgħax, qligħ u pagament ieħor bħal dan ikun iffriżat skont l-Artikolu 5(1).
Artikolu 11
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 5 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu kwalinkwe tali informazzjoni, jew direttament jew permezz l-Istat Membru lill-Kummissjoni; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod.
Artikolu 12
Il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri imsemmija fl-Artikli 2 u 5 hija pprojbita.
Artikolu 13
Artikolu 14
L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet milquta, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma tiġix issodisfata, jekk din issir minn:
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi nnominati, elenkati fl-Anness I;
kull persuna, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li jaġixxu f’isimhom, msemmija fil-punt (a).
Artikolu 15
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar:
il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 5 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 6, 7 u 8;
il-ksur, il-problemi ta' infurzar u s-sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 16
Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.
Artikolu 17
Artikolu 18
L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill ta' Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, inklużi psewdonomi, data u post tat-twelid, ċittadinanza, numru tal-passaport u numru tal-identità, sess, indirizz, jekk magħruf, u funzjoni jew professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, post u data ta' reġistrazzjoni, numru ta' reġistrazzjoni u post ta' negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' elenkar mill-Kunsill ta' Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 19
Artikolu 19a
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u l-emendar tal-Anness I;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness I;
fir-rigward tal-Kummissjoni:
jiddaħħal il-kontenut tal-Anness I fil-lista elettonika kkonsolidata tal-persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal miżuri finanzjarji restrittivi tal-Unjoni u fil-mappa interattiva dwar is-sanzjonijiet, li jkunu t-tnejn disponibbli għall-pubbliku;
l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-impatt ta’ miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 20
Artikolu 21
Dan ir-Regolament japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;
għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.
Artikolu 22
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5
A. Persuni
1. François Yangouvonda BOZIZÉ (psewdonimi: a) Bozize Yangouvonda b) Samuel Peter Mudde (imwieled fis-16 ta' Diċembru 1948, f'Izo, is-Sudan t'Isfel)
Titlu: a) Eks Kap tal-Istat tar-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Professur
Data tat-twelid: a) 14 ta' Ottubru 1946 b) 16 ta' Diċembru 1948
Post tat-twelid: a) Mouila, il-Gabon b) Izo, is-Sudan t'Isfel
Nazzjonalità: a) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) is-Sudan t'Isfel
Nru tal-passaport: D00002264, maħruġ fil-11 ta' Ġunju 2013 (maħruġ mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, f'Juba, is-Sudan t'Isfel. Jiskadi fil-11 ta' Ġunju 2017. Passaport diplomatiku maħruġ taħt l-isem ta' Samuel Peter Mudde)
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: M4800002143743 (Numru personali fuq il-passaport)
Indirizz: a) l-Uganda b) Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (minn wara r-ritorn tiegħu mill-Uganda f'Diċembru 2019)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 9 ta' Mejju 2014
Informazzjoni oħra: Ommu jisimha Martine Kofio. Huwa disponibbli ritratt biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Bozize ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li "ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA".
Informazzjoni addizzjonali
B'kollaborazzjoni mas-sostenituri tiegħu, Bozize ħeġġeġ l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 fuq Bangui. Minn dakinhar, kompla jipprova jmexxi operazzjonijiet ta' destabilizzazzjoni sabiex tinżamm it-tensjoni fil-kapitali tar-RĊA. Ġie rappurtat li Bozize ħoloq il-grupp tal-milizzja anti-Balaka qabel ma ħarab mir-RĊA fl-24 ta' Marzu 2013. F'komunikat, Bozize qabbad lill-milizzja tiegħu biex tkompli bl-atroċitajiet kontra r-reġim attwali u l-Iżlamisti. Ġie rappurtat li Bozize pprovda appoġġ finanzjarju u materjali lill-ġellieda tal-milizzja li qed jaħdmu biex jiddestabilizzaw it-tranżizzjoni attwali u biex Bozize jerġa' jkun fil-poter. Il-parti l-kbira tal-anti-Balaka huma mill-Forzi Armati Ċentru-Afrikani li tferrxu fil-kampanja wara l-kolp ta' stat u sussegwentement ġew organizzati mill-ġdid minn Bozize. Bozize u s-sostenituri tiegħu jikkontrollaw aktar minn nofs l-unitajiet anti-Balaka.
Il-forzi leali lejn Bozize ġew armati b'azzarini tal-assalt, kanuni tat-tip mortar u rocket-launchers u qed ikunu involuti dejjem aktar f'attakki ta' tpattija kontra l-popolazzjoni Musulmana tar-RĊA. Is-sitwazzjoni fir-RĊA ddeterjorat malajr wara l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 f'Bangui mill-forzi anti-Balaka fejn inqatlu aktar minn 700 persuna.
2. Nourredine ADAM (magħruf ukoll bħala: a) Nureldine Adam; b) Nourreldine Adam; c) Nourreddine Adam; d) Mahamat Nouradine Adam); e) Mohamed Adam Brema Abdallah
Deżinjazzjoni: a) Ġeneral b) Ministru għas-Sigurtà c) Direttur Ġenerali tal-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi”
Data tat-twelid: a) 1970 b) 1969 c) 1971 d) 1 ta' Jannar 1970 e) 1 ta' Jannar 1971
Post tat-Twelid: a) Ndele, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Algenana, is-Sudan
Nazzjonalità: a) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) is-Sudan
Passaport nru: a) D00001184 (passaport tar-RĊA) b) nru: P04838205, maħruġ fl-10 ta' Ġunju 2018, (maħruġ f'Bahri, is-Sudan. Jiskadi fid-9 ta' Ġunju 2023. Passaport maħruġ taħt l-isem ta' Mohamed Adam Brema Abdallah)
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: a) 202-2708-8368 (is-Sudan)
Indirizz: a) Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) is-Sudan
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 9 ta' Mejju 2014
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Nourredine ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”.
Informazzjoni oħra
Noureddine hu wieħed mill-mexxejja oriġinali tas-Seleka. Ġie identifikat kemm bħala Ġeneral kif ukoll bħala l-President ta' wieħed mill-gruppi ribelli armati tas-Seleka, il-PJCC Ċentrali, grupp formalment magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi u li l-akronimu tiegħu hu magħruf ukoll bħala CPJP. Bħala kap preċedenti tal-grupp “Fundamental” li nqata' mill-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi (CPJP/F), kien il-koordinatur militari tal-ex Séléka waqt l-attakki fir-ribelljoni preċedenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana bejn il-bidu ta' Diċembru 2012 u Marzu 2013. Mingħajr l-għajnuna u r-relazzjoni mill-qrib ta' Noureddine mal-Forzi Speċjali taċ-Chad, x'aktarx li s-Seleka ma kienx jirnexxielhom jaħtfu l-poter mill-ex President tar-RĊA Francois Bozize.
Sa mill-ħatra, bħala president interim, ta' Catherine Samba-Panza fl-20 ta' Jannar 2014, huwa kien wieħed mill-awturi ewlenin tal-irtirar tattiku tal-ex-Séléka f'Sibut bil-għan li jiġi implimentat il-pjan tiegħu li joħloq fortizza Musulmana fit-Tramuntana tal-pajjiż. Huwa kien ħeġġeġ biċ-ċar lill-forzi tiegħu biex jirreżistu l-ordnijiet tal-gvern transitorju u tal-mexxejja militari tal-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għar-Repubblika Ċentru-Afrikana taħt tmexxija Afrikana (MISCA). Noureddine jidderieġi attivament lill-ex-Seleka, il-forzi preċedenti tas-Seleka li ntqal li ġew xolti minn Djotodia f'Settembru 2013, u jidderieġi operazzjonijiet kontra distretti Kristjani u jkompli jipprovdi appoġġ u direzzjoni sinifikanti lill-ex-Seleka li jaħdmu fir-RĊA.
Nourredine kien elenkat ukoll fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 37(b) tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala “involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-każ”.
Wara li s-Séléka ħadet il-kontroll ta' Bangui fl-24 ta' Marzu 2013, Nourredine Adam inħatar Ministru tas-Sigurtà, imbagħad Direttur Ġenerali tal-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi” (Comité extraordinaire de défense des acquis démocratiques - CEDAD, servizz ta' intelligence tar-RĊA li ma għadux jeżisti). Nourredine Adam uża s-CEDAD bħala l-pulizija politika personali tiegħu, li permezz tagħha wettaq bosta arresti arbitrarji, atti ta' tortura u eżekuzzjonijiet sommarji. Barra minn dan, Noureddine kien wieħed mill-figuri ċentrali wara l-operazzjoni mdemmija f'Boy Rabe. F'Awwissu 2013, il-forzi tas-Seleka attakkaw Boy Rabe, distrett tar-RĊA meqjus bħala fortizza tas-sostenituri ta' Francois Bozize u l-grupp etniku tiegħu. Bl-iskuża li jfittxu armi moħbija, ġie rrappurtat li t-truppi tas-Seleka qatlu għexieren ta' ċittadini ċivili u nfexxew jisirqu kull ma sabu. Meta dawn l-attakki nfirxu għal żoni oħra, eluf ta' residenti invadew l-ajruport internazzjonali, li kien meqjus bħala post sigur minħabba l-preżenza ta' truppi Franċiżi, u okkupaw ir-runway tiegħu.
Nourredine kien ukoll elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 37(d) tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ipprovda appoġġ lil gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illegali ta' riżorsi naturali”.
Lejn il-bidu tal-2013, Nourredine Adam qeda rwol importanti fin-netwerks ta' finanzjament tal-ex-Séléka. Ivvjaġġa fl-Arabja Sawdija, il-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għar-ribelljoni preċedenti. Ħadem ukoll bħala faċilitatur għal ċirku Ċadjan ta' traffikanti ta' djamanti li jopera bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u ċ-Chad.
▼M3 —————
4. Alfred YEKATOM (psewdonimu: a) Alfred Yekatom Saragba b) Aifred Ekatom c) Alfred Saragba d) Colonel Rombhot e) Colonel Rambo f) Colonel Rambot g) Colonel Rombot h) Colonel Romboh)
Deżinjazzjoni: Kap Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)
Data tat-twelid: 23 ta' Ġunju 1976
Post tat-twelid: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Nazzjonalità: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Indirizz: a) Mbaiki, Provinċja ta' Lobaye, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (+236 72 15 47 07 / +236 75 09 43 41) b) Bimbo, Provinċja ta' Ombella-Mpoko, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (indirizz preċedenti) c) The Hague (mit-trasferiment tiegħu għall-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-17 ta' Novembru 2018)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015
Informazzjoni oħra: Ikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri tal-milizzja armata. Isem il-missier (adottiv) huwa Ekatom Saragba (spellut ukoll Yekatom Saragba). Ħu Yves Saragba, kmandant anti-Balaka f'Batalimo, il-provinċja ta' Lobaye, u eks-suldat tal-FACA. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: suwed; kulur tax-xagħar: skur; karnaġġjon: iswed; tul: 170cm; piż: 100kg.
Huwa disponibbli ritratt biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Alfred Yekatom ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li "ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet tranżitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' tranżizzjoni politika, inkluża t-tranżizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza".
Informazzjoni addizzjonali:
Alfred Yekatom, magħruf ukoll bħala Colonel Rombhot, huwa mexxej tal-milizzja ta' fazzjon tal-moviment anti-Balaka, magħrufa bħala "l-anti-Balaka tan-Nofsinhar". Huwa kien jokkupa l-kariga ta' Kap Kapural fil-Forces Armées Centrafricaines (FACA - forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana).
Yekatom kien involut fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inkluż atti li jheddu l-ftehimiet tranżitorji, u li jheddu l-proċess ta' tranżizzjoni politika. Yekatom kien jikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri tal-milizzja armata bi preżenza fil-viċinat ta' PK9 f'Bangui, u fil-bliet ta' Bimbo (Provinċja ta' Ombella-Mpoko) Cekia, Pissa, u Mbaïki (il-belt kapitali tal-Provinċja ta' Lobaye), u kien stabbilixxa l-kwartieri ġenerali tiegħu f'konċessjoni forestali f'Batalimo.
Yekatom kellu kontroll dirett ta' tużżana punti ta' kontroll immexxija minn medja ta' għaxar membri tal-milizzja armata lebsin l-uniformi tal-armata u jġorru l-armi, inkluż azzarini tal-assalt militari, mill-pont prinċipali bejn Bimbo u Bangui sa Mbaïki (Provinċja ta' Lobaye) u minn Pissa sa Batalimo (ħdejn il-fruntiera mar-Repubblika tal-Kongo), fejn kien jiġbor taxxi mhux awtorizzati minn vetturi u muturi privati, vannijiet tal-passiġġieri u trakkijiet li jesportaw riżorsi tal-foresti lejn il-Kamerun u ċ-Chad, iżda wkoll minn dgħajjes li jkunu qed ibaħħru fuq ix-xmara Oubangui. Yekatom ġie osservat jiġbor personalment parti minn dawn it-taxxi mhux awtorizzati. Yekatom u l-milizzja tiegħu wkoll ġew allegatament irrapurtati li qatlu persuni ċivili.
5. Habib SOUSSOU (psewdonimu: Soussou Abib)
Deżinjazzjoni: a) Koordinatur ta' anti-Balaka għall-provinċja ta' Lobaye b) Kapural maġġuri tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)
Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980
Post tat-twelid: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Nazzjonalità: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Indirizz: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 72198628)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015
Informazzjoni oħra: Maħtur bħala kmandant taż-żona anti-balaka (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014 u fit-28 ta' Ġunju 2014, għall-Provinċja ta' Lobaye kollha. Taħt il-kmand tiegħu, kompla jseħħu qtil immirat, ġlied u attakki kontra organizzazzjonijiet u ħaddiema umanitarji. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 160cm; piż: 60kg. Huwa disponibbli ritratt biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Alfred Yekatom ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (e) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li "ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet tranżitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' tranżizzjoni politika, inkluża t-tranżizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza"; "involut fl-ippjanar, it-tmexxija, jew it-twettiq ta' atti fir-RĊA li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi attakki li jinvolvu vjolenza sesswali, attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki fuq bażi etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spostament furzat" u; "li jostakolaw l-għoti ta' assistenza umanitarja lir-RĊA, jew l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fir-RĊA".
Informazzjoni addizzjonali:
Habib Soussou inħatar bħala kmandant taż-żona anti-Balaka (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014, u huwa sostna li huwa kien għalhekk responsabbli għas-sitwazzjoni ta' sigurtà fis-sous-préfecture. Fit-28 ta' Ġunju 2014, il-koordinatur ġenerali tal-anti-Balaka, Patrice Edouard Ngaïssona ħatar lil Habib Soussou bħala l-koordinatur provinċjali għall-belt ta' Boda mill-11 ta' April 2014 u mit-28 ta' Ġunju 2014 għall-provinċja kollha ta' Lobaye. Qtil immirat, ġlied u attakki mill-anti-Balaka f'Boda kontra l-organizzazzjonijiet u l-ħaddiema umanitarji seħħew kull ġimgħa f'żoni li Soussou huwa l-kmandant jew il-koordinatur anti-Balaka. Soussous u l-forzi anti-Balaka f'dawn iż-żoni kellhom ukoll taħt il-mira tagħhom, u heddew li jżommu taħt il-mira tagħhom, persuni ċivili.
6. Oumar YOUNOUS ABDOULAY (psewdonimu: (a) Oumar Younous; (b) Omar Younous; (c) Oumar Sodiam; (d) Oumar Younous M'Betibangui).
Deżinjazzjoni: Eks-ġeneral tas-Séléka.
Data tat-twelid: 2 ta' April 1970.
Ċittadinanza: Is-Sudan, Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D 00000898, maħruġ fil-11 ta' April 2013, (validu sal-10 ta' April 2018).
Indirizz: (a) Bria, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. +236 75507560); (b) Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; (c) Tullus, in-nofsinhar ta' Darfur, Sudan (post preċedenti).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015
Informazzjoni oħra:
huwa traffikant tad-djamanti u ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-eks-president interim tar-RĊA, Michel Djotodia. Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; tul: 180cm; jagħmel parti mill-grupp etniku ta' Fulani. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Rappurtat mejjet fil-11 ta' Ottubru 2015. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5903116
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Oumar Younous ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont mal-paragrafi 11 u 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala “li ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza”; u “li jipprovdu appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, u l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fir-RĊA”.
Informazzjoni addizzjonali:
Oumar Younous, bħala Ġeneral tal-eks-Séléka u kuntrabandist tad-djamanti, ta appoġġ lil grupp armat permezz tal-isfruttament illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.
F'Ottubru 2008, Oumar Younous, eks-xufier għall-istabbiliment tax-xiri ta' djamanti Sodiam, ingħaqad mal-grupp tar-ribelli Mouvement des Libérateurs Centrafricains pour la Justice (MLCJ). F'Diċembru 2013, Oumar Younous ġie identifikat bħala ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-president interim, Michel Djotodia.
Younous huwa involut fil-kummerċ tad-djamanti minn Bria u Sam Ouandja lejn is-Sudan. Sorsi rrappurtaw li Oumar Younous kien involut fil-ġbir ta' pakketti tad-djamanti moħbija fi Bria, u kien jieħodhom is-Sudan biex jinbiegħu.
7. Haroun GAYE (psewdonimi: a) Geye b) Aroun Gaye c) Aroun Geye)
Deżinjazzjoni: Relatur tal-koordinazzjoni politika tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC)
Data tat-twelid: a) 30 ta' Jannar 1968 b) 30 ta' Jannar 1969
Nru tal-passaport: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana numru O00065772 (Ittra O segwita bi 3 żerijiet), jiskadi fit-30 ta' Diċembru 2019)
Indirizz: a) Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Ndélé, Bamingui-Bangoran
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 17 ta' Diċembru 2015
Informazzjoni oħra: Gaye huwa mexxej tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC) (mhux elenkat), grupp armat marġinalizzat tal-eks-Seleka f'Bangui. Huwa wkoll mexxej tal-hekk imsejjaħ "Kumitat tad-Difiża" tal-PK5ta' Bangui (magħruf bħala "PK5 Resistance" jew "Texas") (mhux elenkat), li jestorsja l-flus mir-residenti u jhedded u juża l-vjolenza fiżika. Fit-2 ta' Novembru 2014 Gaye inħatar minn Nourredine Adam (CFi.002) bħala relatur tal-koordinazzjoni politika tal-FPRC. Fid-9 ta' Mejju 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit bir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) dwar ir-RĊA inkluda lil Adam fuq il-lista tas-sanzjonijiet tiegħu. Huwa disponibbli ritratt biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Haroun Gaye ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li "ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA"; "involut fl-ippjanar, it-tmexxija, jew it-twettiq ta' atti fir-RĊA li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi atti li jinvolvu l-vjolenza sesswali, attakki mmirati lejn il-popolazzjoni ċivili, attakki fuq bażi etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u l-ispostament furzat"; u "involut fl-ippjanar, it-tmexxija, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inklużi Minusca, il-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom".
Informazzjoni addizzjonali:
Haroun Gaye ilu, mill-bidu tal-2014, wieħed mill-mexxejja ta' grupp armat li jopera fil-viċinat tal-PK5 f'Bangui. Ir-rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili fil-viċinat tal-PK5 jiddikjaraw li Gaye u l-grupp armat tiegħu qed jalimentaw il-konflitt f'Bangui u għalhekk imorru kontra r-rikonċiljazzjoni u jipprevjeni ċ-ċaqliq tal-popolazzjoni lejn it-tielet distrett ta' Bangui u l-ħruġ minnu. Fil-11 ta' Mejju 2015, Gaye u 300 dimostrant imblukkaw l-aċċess għall-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali biex ifixklu l-aħħar jum tal-Forum ta' Bangui. Gaye ġie rrappurtat li kkollabora ma' uffiċjali anti-Balaka biex jikkoordina t-tfixkil.
Fis-26 ta' Ġunju 2015, Gaye u kontinġent żgħir qrib tiegħu xekklu l-ftuħ tal-eżerċizzju ta' inkoraġġiment tar-reġistrazzjoni tal-votanti fil-viċinat tal-PK5 f'Bangui, u dan wassal biex jingħalaq l-eżerċizzju ta' inkoraġġiment tar-reġistrazzjoni.
Minusca ppruvat tarresta lil Gaye fit-2 ta' Awwissu 2015, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 32(f)(i) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 2217 (2015). Gaye, li allegatament kien ġie informat minn qabel bit-tentattiv ta' arrest, kien lest għalihom flimkien ma' partitarji armati b'armi tqal. Il-forzi ta' Gaye fetħu n-nar fuq it-Task Force Konġunta ta' Minusca. Fi ġlieda bl-armi tan-nar li damet għaddejja seba' sigħat, l-irġiel ta' Gaye għamlu użu minn armi tan-nar u minn dawk bi propulsjoni permezz ta' rokit u hand grenades kontra t-truppi ta' Minusca u qatlu membru wieħed tal-persunal għaż-żamma tal-paċi u darbu tmien persuni. Gaye kien involut fl-inkoraġġiment ta' protesti u taqbidiet vjolenti lejn l-aħħar ta' Settembru 2015 f'dak li jidher li kien attentat ta' kolp ta' stat biex jitwaqqa' l-Gvern Tranżizzjonali. L-attentat ta' kolp ta' stat x'aktarx kien immexxi mis-sostenituri tal-eks-President Bozize f'alleanza ta' konvenjenza ma' Gaye u mexxejja oħra tal-FPRC. Jidher li Gaye kellu l-għan li joħloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni li kienu ser ikunu ta' theddida għall-elezzjonijiet li jmiss. Gaye kien responsabbli għall-koordinazzjoni mal-elementi emarġinati anti-Balaka.
Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fil-viċinat tal-PK5 bejn Eugène Barret Ngaïkosset, membru ta' grupp anti-Balaka marġinalizzat u Gaye, bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt 3 ta' Ottubru. Il-grupp ta' Gaye ma ħallewx lill-persuni li kienu jinsabu ġewwa d-distrett tal-PK5 jitilqu minnu, sabiex b'hekk tissaħħaħ l-identità komunali tal-popolazzjoni Musulmana bil-għan li jiżdiedu t-tensjonijiet interetniċi u tiġi evitata r-rikonċiljazzjoni. Fis-26 ta' Ottubru 2015, Gaye u l-grupp tiegħu interrompew laqgħa bejn l-Arċisqof ta' Bangui u l-Imam tal-Moskea Ċentrali ta' Bangui, u heddew lid-delegazzjoni li kellha tirtira mill-Moskea Ċentrali u taħrab mid-distrett tal-PK5.
8. Eugène BARRET NGAÏKOSSET (magħruf ukoll bħala: (a) Eugene Ngaikosset; (b) Eugene Ngaikoisset; (c) Eugene Ngakosset; (d) Eugene Barret Ngaikosse; (e) Eugene Ngaikouesset; (f) “The Butcher of Paoua”; (g) Ngakosset)
Deżinjazzjoni: (a) eks-Kaptan, Gwardja Presidenzjali tar-RĊA; (b) eks-Kaptan, Forzi Navali tar-RĊA.
Data tat-Twelid: it-8 ta' Ottubru 1967
Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni militari tal-forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FACA) 911-10-77
Indirizz: Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: is-17 ta' Diċembru 2015.
Informazzjoni oħra: Il-Kaptan Eugène Barret Ngaïkosset huwa ex membru tal-gwardja presidenzjali tal-ex President François Bozizé u huwa assoċjat mal-moviment anti-Balaka. Huwa ħarab mill-ħabs fis-17 ta' Mejju 2015 wara l-estradizzjoni tiegħu minn Brazzaville u ħoloq il-fazzjoni tiegħu stess tal-moviment anti-Balaka bl-inklużjoni ta' ex ġellieda tal-FACA. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/6217455
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Eugène Barret Ngaïkosset ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12(b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA); involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni jew fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi fuq d-drittijiet tal-bniedem jew il-ksur tagħhom fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki ta' natura etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat”; u “li jippjanaw, jidderieġu, jisponsorjaw, jew iwettqu attakki kontra l-missjonijiet tan-NU jew il-preżenza tas-sigurtà internazzjonali, inklużi MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġjawhom.”
Informazzjoni addizzjonali:
Ngaïkosset huwa wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli mill-vjolenza li faqqgħet f'Bangui lejn l-aħħar ta' Settembru 2015. Ngaïkosset u membri oħrajn tal-moviment anti-Balaka ħadmu flimkien ma' membri emarġinati tal-ex-Séléka fi sforz biex jiddestabilizzaw il-Gvern Tranżizzjonali tar-RĊA. Fil-lejl ta' bejn is-27 u t-28 ta' Settembru 2015, Ngaïkosset u oħrajn għamlu tentattiv ta' attakk bla suċċess fuq il-kamp tal-ġendarmerija “Izamo” sabiex jisirqu armi u munizzjon. Fit-28 ta' Settembru, il-grupp dawwar l-uffiċċji tar-radju nazzjonali tar-RĊA.
Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fl-inħawi tal-PK5 bejn Ngaïkosset u Haroun Gaye, mexxej tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC), bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt, 3 ta' Ottubru.
Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Ministru għall-Ġustizzja tar-RĊA ħabbar pjanijiet li jinvestiga lil Ngaïkosset u individwi oħra għar-rwoli tagħhom fil-vjolenza f'Bangui f'Settembru 2015. Ngaïkosset u l-oħrajn issemmew li kienu involuti f'“imġiba flagranti li tikkostitwixxi ksur tas-sigurtà interna tal-istat, konfoffa, inċitament għal gwerra ċivili, diżubbidjenza ċivili, mibegħda u kompliċità.” L-awtoritajiet legali tar-RĊA ngħataw struzzjoni biex jiftħu investigazzjoni biex ifittxu u jarrestaw lil min wettaq il-ksur u l-kompliċi tagħhom.
Fil-11 ta' Ottubru 2015, Ngaïkosset huwa maħsub li talab lill-milizzja anti-Balaka taħt il-kmand tiegħu biex twettaq sekwestri ta' persuni, b'enfasi partikolari fuq ċittadini Franċiżi, iżda wkoll personaġġi politiċi tar-RĊA u uffiċjali tan-NU, bil-għan li tisforza lill-President Transizzjonali, is-Sinjura Catherine Samba-Panza biex titlaq.
9. Joseph KONY (Psewdonimu: a) Kony b) Joseph Rao Kony c) Josef Kony d) Le Messie sanglant)
Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Lord's Resistance Army
Data tat-twelid: a) 1959 b) 1960 c) 1961 d) 1963 e) 18 Sett. 1964 f) 1965 g) (Aww. 1961) h) (Lul. 1961) i) 1 Jan. 1961 j) (Apr. 1963)
Post tat-twelid: a) Villaġġ Palaro, Parroċċa Palaro, Kontea Omoro, Distrett Gulu, Uganda b) Odek, Omoro, Gulu, Uganda c) Atyak, Uganda
Ċittadinanza: Passaport Ugandiż
Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) Haut-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). F'Jannar 2015, 500 element tal-Lord's Resistance Army ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7 ta' Marzu 2016.
Informazzjoni oħra:
Kony huwa l-fundatur u l-mexxej tal-Lord's Resistance Army (LRA) (CFe.002). Taħt it-tmexxija tiegħu, l-LRA kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. L-LRA hija responsabbli għall-ħtif, l-ispostament, it-twettiq ta' vjolenza sesswali kontra, u l-qtil ta' mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Isem il-missier huwa Luizi Obol. Isem l-omm huwa Nora Obol. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5932340
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Joseph Kony ġie elenkat fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inkluż atti li jinvolvu vjolenza sesswali, attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki ta' natura etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat”; “li jirrekluta jew juża tfal f'konflitti armati fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli”; u “li pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA”.
Informazzjoni addizzjonali:
Kony waqqaf il-Lord's Resistance Army (LRA) u ġie deskritt bħala l-fundatur, il-mexxej reliġjuż, il-president, u l-kap kmandant tal-grupp. L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, u kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Kony ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.
Kony, bħala l-mexxej tal-LRA, ifassal u jimplimenta l-istrateġija tal-LRA, inkluż ordnijiet permanenti biex jiġu attakkati u ttrattati b'mod vjolenti l-popolazzjonijiet ċivili. Minn Diċembru 2013, l-LRA taħt it-tmexxija ta' Joseph Kony ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollat mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għall-attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.
Kony huwa soġġett għal mandat ta' arrest maħruġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Qorti Kriminali Internazzjonali akkużatu b'tnax-il akkuża ta' reati kontra l-umanità inkluż qtil, skjavitù, skjavitù sesswali, stupru, atti inumani li jikkawżaw korriment serju u tbatija, u wieħed u għoxrin akkuża ta' delitti tal-gwerra, inkluż il-qtil, it-trattament krudil ta' persuni ċivili, l-attakk dirett b'mod intenzjonali kontra popolazzjoni ċivili, is-sakkeġġ, l-inċitament għall-istupru u l-ingaġġar, permezz tas-sekwestru, ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena.
Kony ħareġ ordnijiet permanenti biex ġellieda ribelli jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi artiġjanali fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. Allegatament, uħud mill-minerali mbagħad jiġu ttrasportati mill-grupp ta' Kony lejn is-Sudan, jew jiġu nnegozjati ma' ċittadini lokali u membri ta' dik li kienet is-Séléka.
Kony ta wkoll struzzjonijiet lill-ġellieda tiegħu biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti fil-Park Nazzjonali ta' Garamba fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, minn fejn allegatament jiġu ttrasportati n-nejbiet tal-iljunfanti mil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn is-Sudan, fejn uffiċjali għolja tal-LRA allegatament ibigħu u jinnegozjaw ma' negozjanti Sudaniżi u uffiċjali lokali. Il-kummerċ tal-avorju jirrappreżenta sors ta' dħul sinifikanti għall-grupp ta' Kony. F'Jannar 2015, 500 element tal-Lord's Resistance Army ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.
10. Ali KONY (Psewdonimu: a) Ali Lalobo b) Ali Mohammad Labolo c) Ali Mohammed d) Ali Mohammed Lalobo e) Ali Mohammed Kony f) Ali Mohammed Labola g) Ali Mohammed Salongo h) Ali Bashir Lalobo i) Ali Lalobo Bashir j) Otim Kapere k) “Bashir” l) “Caesar” m) “One-P” n) “1-P”
Deżinjazzjoni: Viċi, Lord's Resistance Army
Data tat-twelid: a) 1994 b) 1993 c) 1995 d) 1992
Indirizz: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Awwissu 2016.
Informazzjoni oħra:
Ali Kony huwa viċi fil-Lord's Resistance Army (LRA), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony, individwu ddeżinjat. Ali kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA li huma bbażati ma' Joseph Kony. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5971056
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ali Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (d) u (g) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA”; “li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) jew ir-Riżoluzzjoni 2262 (2016) jew li pprovda appoġġ għal, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) jew ir-Riżoluzzjoni 2262 (2016), jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn individwu jew entità ddeżinjata”.
Ali Kony huwa meqjus bħala suċċessur potenzjali ta' Joseph Kony bħala l-mexxej tal-LRA. Ali huwa dejjem aktar involut fl-ippjanar operazzjonali tal-LRA u huwa meqjus bħala l-aċċess għal Joseph Kony. Ali huwa wkoll uffiċjal tal-intelligence tal-LRA u għandu sa 10 uffiċjali taħtu.
Ali u ħuh Salim Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma parti miċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, responsabbli mit-twettiq tal-ordnijiet ta' Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.
Ali Kony huwa responsabbli biex jinnegozja l-prezzijiet tal-avorju u t-tpartit tal-avorju man-negozjanti. Ali jiltaqa' darba jew darbtejn fix-xahar ma' negozjanti biex jinnegozja l-prezz tal-avorju tal-LRA f'dollari Amerikani jew liri Sudaniżi, jew biex ipartat ma' armi, munizzjon, u ikel. Joseph Kony ordna lil Ali biex juża l-akbar nejbiet tal-iljunfanti għax-xiri ta' mini kontra l-persuni biex jiċċirkondaw il-kamp ta' Kony. F'Lulju 2014, Ali Kony mexxa l-operazzjoni għall-ġarr ta' 52 biċċa tal-avorju biex waslu għand Joseph Kony u finalment inbiegħu.
F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' 20 biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi. F'dak l-istess żmien, Ali ltaqa' man-negozjanti biex jixtri provvisti u jippjana laqgħa fil-futur biex iwettaq aktar tranżazzjonijiet u jiftiehem dwar il-kondizzjonijiet ta' xiri f'isem l-LRA għal dak li kien stmat li kien l-avorju li Salim kien qed jeskorta.
11. Salim KONY (Psewdonimu: a) Salim Saleh Kony b) Salim Saleh c) Salim Ogaro d) Okolu Salim e) Salim Saleh Obol Ogaro f) Simon Salim Obol)
Deżinjazzjoni: Viċi, Lord's Resistance Army
Data tat-twelid: a) 1992 b) 1991 c) 1993
Indirizz: a) Kafia Kingi, (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat) b) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Awwissu 2016
Informazzjoni oħra:
Salim Kony huwa viċi fl-Lord's Resistance Army (LRA), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony, individwu ddeżinjat. Salim kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA li huma bbażati ma' Joseph Kony. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5971058
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Salim Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (d) u (g) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA”; “li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) jew ir-Riżoluzzjoni 2262 (2016)jew li pprovda appoġġ għal, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) jew ir-Riżoluzzjoni 2262 (2016), jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn individwu jew entità ddeżinjata”.
Salim Kony huwa l-Kap Kmandant tal-“kwartieri ġenerali” tal-LRA u b'mod konġunt ippjana attakki tal-LRA u miżuri difensivi ma' Joseph Kony sa minn età bikrija. Preċedentement, Salim mexxa grupp li jipprovdi s-sigurtà għal Joseph Kony. Aktar reċentement, Joseph Kony inkariga lil Salim bil-ġestjoni tan-netwerks finanzjarji u loġistiċi tal-LRA.
Salim u ħuh Ali Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma membri taċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, li huma responsabbli mit-twettiq tal-ordnijiet ta' Joseph Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Salim huwa rrapportat li qatel membri tal-LRA li kellhom l-intenzjoni jiddiżertaw, u rrapporta l-attivitajiet tal-grupp u tal-membri lil Joseph Kony.
Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.
Salim spiss jibgħat fil-fruntiera tal-RĊA madwar tużżana ġellieda biex jiltaqgħu u jeskortaw gruppi oħra tal-LRA li jġorru l-avorju lejn it-Tramuntana minn Garamba. F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' għoxrin biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi.
Preċedentement, f'Ġunju 2014, Salim qasam lejn ir-RDK ma' grupp ta' ġellieda tal-LRA biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti f'Garamba. Joseph Kony kien inkariga wkoll lil Salim bl-iskortar ta' żewġ kmandanti tal-LRA lejn Garamba biex isibu avorju li ġie moħbi hemmhekk snin qabel. F'Lulju 2014, Salim iltaqa' mat-tieni grupp tal-LRA biex jittrasportaw l-avorju, b'kollox 52 biċċa, lejn Kafia Kingi. Salim kien responsabbli għal rendikont dwar l-avorju lil Joseph Kony u biex jgħaddi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet tal-avorju lil gruppi tal-LRA.
12. Abdoulaye HISSENE (psewdonimu: a) Issène b) Hissein c) Hissene d) Issène Ramadane e) Issene Ramadan f) Issene Abdoulaye)
Titolu: President tal-Conseil National de Défense et de Sécurité (CNDS) u mexxej militari tal-Front Populaire pour la Renaissance de la Centrafrique
Deżinjazzjoni: "ġeneral"
Data tat-twelid: a) 1967 b) 1 ta' Jannar 1967
Post tat-twelid: a) Ndele, Bamingui-Bangoran, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haraze Mangueigne, iċ-Chad
Nazzjonalità: a) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) iċ-Chad
Nru tal-passaport: a) Nru tal-passaport diplomatiku tar-RĊA D00000897, maħruġ fil-5 ta' April 2013 (validu sal-4 ta' April 2018) b) Nru tal-passaport diplomatiku tar-RĊA D00004262, maħruġ fil-11 ta' Marzu 2014 (jiskadi fl-10 ta' Marzu 2019)
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Nru tal-karta ta' identità nazzjonali taċ-Chad 103-00653129-22, maħruġa fil-21 ta' April 2009 (tiskadi fil-21 ta' April 2019)
Indirizz: a) KM5, Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Nana-Grebizi, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana c) Ndjari, Ndjamena, iċ-Chad d) Ndélé, Bamingui-Bangoran (l-indirizz prinċipali minn Awwissu 2016)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 17 ta' Mejju 2017
Informazzjoni oħra: Hissène qabel kien il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Isport bħala parti mill-Kabinett tal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana Michel Djotodia. Qabel dan, huwa kien il-kap tal-Konvenzjoni tal-Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi, partit politiku. Huwa stabbilixxa wkoll lilu nnifsu bħala l-mexxej ta' milizzji armati f'Bangui, b'mod partikolari fil-kwartier "PK5" (it-tielet distrett). F'Ottubru 2016, Abdoulaye Hissène nħatar President tal-Conseil National de Défense et de Sécurité, entità li dak iż-żmien inħolqot biex tiġbor mexxejja militari u ġellieda kmandanti mill-fazzjonijiet ex-Séléka kollha. Huwa baqa' f'din il-pożizzjoni minn dak iż-żmien 'l hawn, imma fil-verità għandu kontroll biss fuq il-ġellieda tal-FPRC. Missieru jismu Abdoulaye. Ommu jisimha Absita Moussa. Huwa disponibbli ritratt biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:
https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Alfred Yekatom ġie elenkat fis-17 ta' Mejju 2017 skont il-paragrafi 16 u 17(g) tar-Riżoluzzjoni 2339 (2017) bħala li "ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew ifixxklu l-proċess ta' tranżizzjoni politika, jew il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jinstigaw il-vjolenza;" u "involut fl-ippjanar, it-tmexxija, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inklużi MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni Eworpea u l-forzi Franċiżi li jappoġġawhom."
Informazzjoni addizzjonali:
Abdoulaye Hissène u membri oħra tal-eks-Séléka kkollaboraw ma' instigaturi anti-balaka alleati mal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) François Bozizé, inkluż Maxime Mokom, biex jinkoraġġixxu protesti u taqbidiet vjolenti f'Settembru tal-2015 bħala parti minn attentat ta' kolp ta' stat li falla biex jitwaqqa' l-Gvern waqt li l-President Tranżizzjonali ta' dakinhar Catherine Samba-Panza kienet qed tattendi l-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-2015. Mokom, Hissène, u oħrajn ġew akkużati mill-gvern tar-RĊA b'diversi reati kriminali, inkluż qtil, ħruq, tortura, u sakkeġġi, li rriżultaw mill-kolp ta' stat li falla.
Mill-2015, Hissène kien sar wieħed mill-mexxejja ewlenin ta' milizzji armati li jinsabu fil-kwartier "PK5" ta' Bangui u li kienu jinkludu aktar minn 100 raġel. Huwa xekkel il-libertà ta' moviment u t-treġġigħ lura tal-awtorità tal-istat fiż-żona, inkluż permezz ta' tassazzjoni illegali fuq it-trasport u fuq attivitajiet kummerċjali. Fit-tieni nofs tal-2015, Hissène aġixxa bħala r-rappreżentant tan-"Nairobisti" tal-eks-Séléka f'Bangui li operaw fil-qafas ta' ravviċinament mal-ġellieda anti-balaka taħt Mokom. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Haroun Gaye u Hissène ħadu sehem fil-ġrajjiet vjolenti li seħħew f'Bangui bejn is-26 ta' Settembru u t-3 ta' Ottubru 2015.
Il-membri tal-grupp ta' Hissène huma ssuspettati li kienu involuti f'attakk fit-13 ta' Diċembru 2015 - il-jum tar-referendum kostituzzjonali - fuq il-vettura ta' Mohamed Moussa Dhaffane, mexxej tal-eks-Séléka. Hissène huwa akkużat li orkestra l-vjolenza fid-distrett KM5 ta' Bangui li biha nqatlu ħames persuni, indarbu għoxrin, u li minħabba fiha r-residenti ma vvutawx fir-referendum kostituzzjonali. Hissène qiegħed l-elezzjonijiet f'riskju billi ħoloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni bejn gruppi differenti.
Fil-15 ta' Marzu 2016, Hissène nqabad mill-pulizija fl-ajruport M'poko ta' Bangui u ġie ttrasferit lejn it-taqsima tar-riċerka u l-investigazzjoni tal-ġendarmerija nazzjonali. Il-milizzja tiegħu sussegwentement ħelsuh, bl-użu tal-forza, u serqet arma li preċedentement kienet mgħoddija minn MINUSCA bħala parti minn talba għal eżenzjoni approvata mill-Kumitat.
Fid-19 ta' Ġunju 2016, wara l-arrest ta' negozjanti Musulmani minn forzi tas-sigurtà interni f'"PK 12", il-milizzji ta' Gaye u Hissène ħatfu ħames pulizija nazzjonali f'Bangui. Fl-20 ta' Ġunju, MINUSCA għamlet tentattiv biex jinħelsu l-pulizija. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Hissène u Gaye kienu involuti fi skambju ta' sparar ma' forzi taż-żamma tal-paċi li ppruvaw jeħilsu l-ostaġġi. B'riżultat ta' dan, inqatlu mill-inqas sitt individwi u indarab membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi.
Fit-12 ta' Awwissu 2016, Hissène mexxa konvoj ta' sitt vetturi b'individwi armati sew. Il-konvoj, li kien qed jaħrab minn Bangui, ġie interċettat minn MINUSCA fin-Nofsinhar ta' Sibut. Fi triqtu lejn it-Tramuntana, il-konvoj kien involut fi skambju ta' sparar ma' forzi tas-sigurtà interna f'diversi punti ta' kontroll. Il-konvoj eventwalment twaqqaf minn MINUSCA 40 km min-Nofsinhar ta' Sibut. Wara bosta ġlidiet b'armi tan-nar, MINUSCA qabdet 11-il raġel, iżda Hissène u diversi oħra ħarbu. L-individwi arrestati indikaw lil MINUSCA li Hissène kien il-mexxej tal-konvoj li l-għan tiegħu kien li jasal Bria u jieħu sehem fl-Assemblea tal-gruppi eks-Séléka organizzata minn Nourredine Adam.
F'Awwissu u f'Settembru 2016, il-Bord ta' Esperti żar Sibut darbtejn sabiex jispezzjona l-oġġetti personali tal-konvoj ta' Hissène, Gaye u Hamit Tidjani, li nqabad minn MINUSCA fit-13 ta' Awwissu. Il-Bord spezzjona wkoll il-munizzjon maħtuf fid-dar ta' Hissène fis-16 ta' Awwissu. Tagħmir militari letali u mhux letali ġie rkuprat mis-sitt vetturi u mill-individwi maqbuda. Fis-16 ta' Awwissu 2016, il-Ġendarmerija Ċentrali għamlet rejd fid-dar ta' Hissène f'Bangui. Instabu aktar minn 700 arma.
Fl-4 ta' Settembru 2016, grupp ta' elementi eks-Séléka li kienu ġejjin minn Kaga-Bandoro fuq sitt muturi biex jiġbru lil Hissène u l-affiljati tiegħu fetħu n-nar kontra MINUSCA ħdejn Dékoa. Waqt dan l-inċident, inqatel ġellied eks-Séléka, u sfaw midruba żewġ membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi u persuna ċivili.
13. Martin KOUMTAMAADJI (psewdonimi: a) Abdoulaye Miskine b) Abdoullaye Miskine c) Martin Nadingar Koumtamadji d) Martin Nkoumtamadji e) Martin Koumta Madji f) Omar Mahamat)
Deżinjazzjoni: President u kap kmandant tal-Front Démocratique du Peuple Centrafricain (FDPC)
Data tat-twelid: a) 5 ta' Ottubru 1965 b) 3 ta' Marzu 1965
Post tat-twelid: a) Ndïnaba, iċ-Chad b) Kobo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana c) Kabo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Nazzjonalità: a) iċ-Chad b) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana c) il-Kongo
Nru tal-passaport: a) Nru tal-passaport diplomatiku tar-RĊA 06FBO2262, maħruġ fit-22 ta' Frar 2007 (skada fil-21 ta' Frar 2012) b) numru tal-passaport tas-servizz tal-Kongo SA0020249, maħruġ fit-22 ta' Jannar 2019 (jiskadi fil-21 ta' Jannar 2022)
Indirizz: a) Am Dafock, prefettura ta' Vakaga, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Ndjamena, iċ-Chad (mill-arrest tiegħu f'Novembru 2019)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' April 2020
Informazzjoni oħra: Martin Koumtamadji waqqaf il-FDPC fl-2005. Huwa ngħaqad mal-koalizzjoni ta' Séléka f'Diċembru 2012 qabel ma telaq minnha f'April 2013 wara li r-ribelli ħadu l-poter f'Bangui. Wara li ġie arrestat fil-Kamerun, imbagħad ġie ttrasferit lejn Brazzaville fir-Repubblika tal-Kongo. Huwa baqa' dejjem imexxi t-truppi tiegħu fuq il-post fir-RĊA anki meta kien fi Brazzaville qabel reġa' lura lejn ir-RĊA (bejn Novembru 2014 u l-2019). Il-FDPC iffirma l-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA fis-6 ta' Frar 2019 iżda Martin Koumtamadji jibqa' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA. Huwa disponibbli ritratt biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
President u kap kmandant tal-Front Démocratique du Peuple Centrafricain (FDPC, grupp armat involut f'attivitajiet vjolenti), Martin Koumatmadji kien involut f'atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA u, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA ffirmat fis-6 ta' Frar 2019 f'Bangui.
Huwa rrifjuta d-diżarm tal-ġellieda tal-FDPC, f'konformità mal-impenji tiegħu bħala firmatarju tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA, u f'Lulju 2019 hedded li jwaqqa' lill-President Touadéra.
Huwa beda jikkoopera mal-individwu ssanzjonat Nourredine Adam (CFi.002) f'Ġunju 2019 u kien involut fit-traffikar ta' armi ma' kollaboratur mill-qrib ta' Nourredine Adam, sabiex jinbnew il-kapaċitajiet militari tal-FDPC.
Huwa għamel ukoll offerta lill-Front Populaire pour la Renaissance de la Centrafrique (FPRC) biex iwettqu operazzjoni militari mal-grupp armat tiegħu waqt il-ġlied fil-prefettura ta' Vakaga fl-2019.
Huwa kompla jfixkel l-istabbiliment mill-ġdid tal-awtorità tal-istat fl-oqsma tal-operat tal-FPDC billi żamm barrikati ta' kontroll illegali fuq it-toroq bl-għan ta' estorsjoni kontra rgħajja tal-bhejjem, atturi ekonomiċi (inkluż kumpaniji tal-minjieri tad-deheb li joperaw fil-prefettura ta' Nana-Mambéré), u vjaġġaturi.
Taħt it-tmexxija tiegħu, il-FDPC wettaq atti li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-prefettura ta' Nana-Mambéré, inkluż attakki diretti kontra persuni ċivili f'April 2019, ħtif ta' persuni ċivili f'Marzu 2019 (qrib Zoukombo) u atti ta' vjolenza sesswali u sessista f'Mejju 2019 (f'Bagary). Fl-2017, il-FDPC wettaq ukoll 14-il att ta' vjolenza sesswali f'konflitt.
Bejn l-2016 u l-2019, il-FDPC irrekluta tfal biex iservu bħala suldati f'konflitt armat u ħdax-il tifla ġew imġiegħla jiżżewġu membri tal-FDPC.
F'Marzu 2019, huwa kien involut fit-tfixkil tal-kunsinna ta' għajnuna umanitarja meta l-FDPC, taħt it-tmexxija ta' Miskine, wettaq sensiela ta' attakki fuq it-triq prinċipali lejn Bangui mill-Kamerun.
Fl-aħħar nett, elementi tal-FDPC kellhom episodji ta' ġlied ma' MINUSCA f'April 2019 qrib Zoukombo (prefettura ta' Nana-Mambéré) u fuq l-assi ta' Bouar-Beleko.
14. Bi Sidi SOULEMAN (magħruf ukoll bħala: a) Sidiki b) “General” Sidiki c) Sidiki Abbas d) Souleymane Bi Sidi e) Bi Sidi Soulemane)
Deżinjazzjoni: Il-President u l-“ġeneral” awtoproklamat ta' Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R)
Data tat-Twelid:20 ta' Lulju 1962
Post tat-Twelid: Bocaranga, Repubblika Ċentru-Afrikana
Nazzjonalità: Repubblika Ċentru-Afrikana
Nru tal-passaport: Laissez-passer Nru 235/MISPAT/DIRCAB/DGPC/DGAEI/SI/SP, maħruġ fil-15 ta' Marzu 2019 (maħruġ mill-Ministru għall-Intern tar-Repubblika Ċentru-Afrikana)
Indirizz:Koui, prefettura ta' Ouham-Pendé, Repubblika Ċentru-Afrikana
Data tad-deżinjazzjoni min-NU:5 ta' Awwissu 2020
Informazzjoni oħra:
Bi Sidi Souleman imexxi l-grupp ta' milizzja Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R) ibbażat fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) li qatel, ittortura, stupra u sposta lil persuni ċivili u li kien involut fit-traffikar tal-armi, attivitajiet ta' tassazzjoni illegali, u gwerra ma' milizzji oħrajn minn mindu nħoloq fl-2015. Bi Sidi Souleman innifsu pparteċipa wkoll fit-tortura. Fis-6 ta' Frar 2019, 3R iffirma l-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA iżda involva ruħu f'atti li jiksru l-Ftehim u jibqa' ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA. Pereżempju, fil-21 ta' Mejju 2019, 3R qatel 34 persuna ċivili mhux armati fi tliet villaġġi, qatel b'mod sommarju irġiel adulti. Bi Sidi Souleman kkonferma b'mod miftuħ lil Entità tan-NU li huwa kien ordna elementi li jagħmlu parti minn 3R biex jidħlu fil-villaġġi fid-data tal-attakki, iżda ma ammettiex li ta l-ordnijiet lil 3R biex joqtlu. F'Diċembru 2020, wara li ngħaqad ma' koalizzjoni ta' gruppi armati stabbilita biex tfixkel il-proċess elettorali, ġie rrappurtat li Bi Sidi Souleman inqatel waqt il-ġlied.
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Bi Sidi Souleman ġie elenkat fil-5 ta' Awwissu 2020 skont il-paragrafu 20 u l-paragrafu 21(b) tar-Riżoluzzjoni 2399 (2018), estiża mill-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 2507 (2020), billi kien involut jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inkluż atti li jheddu jew ifixklu l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jinstigaw il-vjolenza; u billi kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li jiksru d-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu attakki fuq il-persuni ċivili, attakki fuq bażi etnika jew reliġjuża, attakki fuq objettivi ċivili, inkluż ċentri amministrattivi, qrati, skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat.
Informazzjoni oħra
President u “ġeneral” awtoproklamat tal-grupp armat Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R), Bi Sidi Souleman kien involut f'atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA u, b'mod partikolari, li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA ffirmat fis-6 ta' Frar 2019 f'Bangui.
Hu u ġellieda taħt il-kmand tiegħu wettqu atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali. Fil-21 ta' Mejju 2019, 3R qatel 34 persuna ċivili mhux armati fi tliet villaġġi (Koundjili, Lemouna u Bohong), qatel b'mod sommarju irġiel adulti.
Taħt it-tmexxija tiegħu, elementi li jagħmlu parti minn 3R wettqu atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista. F'Settembru 2017, matul attakk kontra Bocaranga, elementi li jagħmlu parti minn 3R stupraw bosta nisa u bniet. Bejn Marzu u April 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R kienu involuti f'seba' każijiet ta' vjolenza sesswali fi tliet villaġġi fil-prefettura ta' Ouham-Pendé.
Taħt it-tmexxija tiegħu, 3R kompla jimpedixxi r-restawr tal-awtorità tal-istat fiż-żoni ta' operazzjoni tagħha billi żamm sistemi ta' tassazzjoni illegali, speċjalment fuq l-attivitajiet ta' transumanza u fuq il-vjaġġaturi, u kien involut fl-isfruttament illegali tad-deheb fil-prefetturi ta' Mambéré-Kadéï u Nana-Mambéré.
Fl-2019, taħt it-tmexxija tiegħu, 3R wettaq l-ewwel ksur tiegħu tal-Ftehim ta' Paċi. Bi Sidi Souleman għall-bidu rrifjuta li jibda d-diżarm u d-demobilizzazzjoni tal-ġellieda ta' 3R li suppost jipparteċipaw fl-ewwel unità speċjali ta' sigurtà mħallta fil-punent tar-RĊA u 3R kompla wkoll jespandi l-kontroll tiegħu fuq territorji li ġiegħlu lill-MINUSCA tniedi operazzjoni fil-prefetturi ta' Ouham-Pendé, Nana-Mambéré, u Mambéré-Kadéï f'Settembru 2019, kif ukoll fit-traffikar tal-armi sabiex jibnu l-kapaċitajiet militari u fir-reklutaġġ ta' ġellieda minn barra l-pajjiż.
Fl-2020, taħt it-tmexxija tiegħu, 3R kompla jwettaq ksur tal-ftehim ta' Paċi u jespandi l-kontroll tiegħu fuq it-territorji tal-Punent. F'Mejju 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R okkupaw il-gendarmerie ta' Besson fil-prefettura ta' Nana-Mambéré u elementi li qabel kienu jagħmlu parti minn 3R telqu mill-USMS ta' Bouar. Fil-5 ta' Ġunju 2020, Bi Sidi Souleman ħabbar is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta' 3R fil-mekkaniżmi ta' segwitu tal-Ftehim sa ma jingħata avviż ieħor. Fid-9 ta' Ġunju 2020, elementi preżunti jagħmlu parti minn 3R attakkaw il-kamp ta' taħriġ tal-USMS ta' Bouar kif ukoll il-punt ta' kontroll konġunt ta' MINUSCA u tal-forzi nazzjonali f'Pougol. Fil-21 ta' Ġunju 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R attakkaw pattulja konġunta ta' MINUSCA u l-forzi nazzjonali qrib Besson li wassal għall-mewt ta' tliet suldati Ċentru-Afrikani.
B. Entitajiet
▼M27 —————
2. LORD'S RESISTANCE ARMY (Psewdonimu: a) LRA b) Lord's Resistance Movement (LRM) c) Lord's Resistance Movement/Army (LRM/A)
Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) HautUolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). F'Jannar 2015, 500 element tal-Lord's Resistance Army ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7 ta' Marzu 2016.
Informazzjoni oħra:
Feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet. Kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali, inkluż mijiet fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Il-mexxej huwa Joseph Kony. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5932344
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Lord's Resistance Army ġiet elenkata fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħadet sehem fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li kienet involuta fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inkluż atti li jinvolvu vjolenza sesswali, attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki ta' natura etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat”; “li tirrekluta jew tuża tfal f'konflitti armati fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli”; u “li pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA”.
Informazzjoni addizzjonali:
L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, u kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Joseph Kony, il-mexxej tal-LRA, ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.
Minn Diċembru 2013, l-LRA ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollat mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għall-attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.
Iċ-ċelel tal-LRA ta' spiss ikollhom magħhom priġunieri li huma mġiegħla jaħdmu bħala porters, kokijiet, u skjavi sesswali. L-LRA hija involuta fi vjolenza sessista inkluż stupri ta' nisa u bniet.
F'Diċembru 2013, l-LRA ssekwestrat għexieren ta' persuni f'Haute-Kotto. L-LRA allegatament kienet involuta fis-sekwestru ta' mijiet ta' ċivili fir-RĊA mill-bidu tal-2014 'l hawn.
Il-ġellieda tal-LRA attakkaw Obo, fil-Prefettura ta' Haut-Mbomou fil-Lvant tar-RĊA, f'diversi okkażjonijiet fil-bidu tal-2014.
L-LRA kompliet twettaq attakki f'Obo u postijiet oħra fix-Xlokk tar-RĊA bejn Mejju u Lulju 2014, inkluż attakki u sekwestri apparentement koordinati fil-Prefettura ta' Mbomou fil-bidu ta' Ġunju.
Sa mill-inqas l-2014, l-LRA kienet involuta fil-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar tal-iljunfanti għall-ġenerazzjoni tad-dħul. L-LRA allegatament tittraffika l-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-RDK lejn Darfur, biex tinnegozjah għal armi u provvisti. L-LRA allegatament tittrasporta n-nejbiet ta' iljunfanti kkaċċati illegament xmir-RĊA għal Darfurfis-Sudan biex jinbiegħu. Barra minn hekk, kmieni fl-2014, Kony kien allegatament ordna lill-ġellieda tal-LRA jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi fil-Lvant tar-RĊA għat-trasportazzjoni lejn is-Sudan. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Lord's Resistance Army ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.
Fil-bidu ta' Frar 2015, il-ġellieda tal-LRA armati b'armi b'saħħithom issekwestraw ċivili f'Kpangbayanga, Haut-Mbomou, u serqu prodotti tal-ikel.
F'April 20, 2015 , attakk mill-LRA u s-sekwestru ta' tfal minn Ndambissoua, fix-Xlokk tar-RĊA wasslu l-biċċa l-kbira tar-residenti tal-villaġġ biex jaħarbu. U fil-bidu ta' Lulju 2015, l-LRA attakkat diversi villaġġi fix-Xlokk tal-Prefettura ta' Haute-Kotto; l-attakki kienu jinvolvu serq, vjolenza kontra persuni ċivili, ħruq ta' djar, u ħtif.
Minn Jannar 2016 'l hawn, attakki attribwiti lil-LRA mmultiplikaw f'Mbomou Haut-Mbomou u Haute-Kotto li affettwaw b'mod partikolari ż-żoni tal-minjieri f'Haute-Kotto. Dawn l-attakki kienu jinvolvu s-serq, il-vjolenza kontra persuni ċivili, il-qerda ta' proprjetà u s-sekwestri. Dawn wasslu għal spostamenti tal-popolazzjoni, inkluż madwar 700 persuna li fittxew rifuġju fi Bria.
ANNESS II
Websites għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz tal-Kummissjoni Ewropea għan-notifiki
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties
https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/101
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf
MALTA
https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548IS
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-IŻVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)
EEAS 07/99
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
( 1 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.