02016D1693 — MT — 25.03.2024 — 021.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 (ĠU L 255 21.9.2016, p. 25) |
Emendata bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1693
tal-20 ta' Settembru 2016
dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK
Artikolu 1
Għandu jkun ipprojbit:
l-għoti ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra, relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmija hawn fuq, direttament jew indirettament lil kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità msemmija fil-paragrafu 1;
l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn direttament jew indirettament lil kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità msemmija fil-paragrafu 1;
il-parteċipazzjoni konsapevoli u intenzjonali f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b) ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni deżinjati u soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-KSNU f'konformità mal-UNSCRs 1267 (1999), 1333 (2000) u 2253 (2015) jew mill-Kumitat identifikati bħala li:
jipparteċipaw fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem, jew b'appoġġ għal;
ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu armi u materjal relatat ma';
jirreklutaw għal, jew b'mod ieħor jappoġġaw atti jew attivitajiet ta'
Al-Qaida, ISIL (Da'esh), jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom; jew
huma kkontrollati direttament jew indirettament minn, jew b'xi mod jappoġġaw, kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità assoċjata ma' Al-Qaida jew ISIL (Da'esh), inklużi fuq il-Lista ta' Sanzjonijiet kontra l-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni:
assoċjati ma' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi:
jipparteċipaw fil-finanzjament tal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, jew fil-finanzjament ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ għalihom;
jipparteċipaw fl-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet jew ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku bħal struzzjonijiet relatati ma' armi, apparat esplożiv jew metodi jew teknoloġiji oħra bil-għan li jwettqu atti terroristiċi minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh) u Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
jimpenjaw ruħhom f'kummerċ mal-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew ma' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, b'mod partikolari taż-żejt, prodotti taż-żejt, raffineriji modulari u materjal relatat, kif ukoll kummerċ f'riżorsi naturali oħrajn u l-kummerċ ta' proprjetà kulturali;
ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu armi u materjal relatat lill-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
jivvjaġġaw jew jippruvaw jivvjaġġaw barra mill-Unjoni għall-iskop li:
jikkommettu, jippjanaw, iħejju jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
jipprovdu jew jirċievu taħriġ terroristiku f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom; jew
jappoġġaw b'xi mod ieħor lill-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;
jippruvaw jivvjaġġaw ġewwa l-Unjoni għall-istess skop kif imsemmi fil-punt (b) jew li jipparteċipaw f'atti jew attivitajiet li jsiru flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
jirreklutaw, jew b'mod ieħor jappoġġaw atti jew attivitajiet tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi:
jipprovdu jew jiġbru, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, fondi sabiex jiġi ffinanzjat l-ivvjaġġar ta' individwi, għall-iskop imsemmi fil-punti (b) u (c); jorganizzaw il-vjaġġi ta' individwi għall-iskop imsemmi fil-punti (b) u (c), jew inkella jiffaċilitawhom għal dak l-iskop;
jipperswadu lil persuna oħra tipparteċipa f'atti jew attivitajiet li jsiru flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
jinċitaw jew jipprovokaw pubblikament atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż l-inkoraġġiment jew il-glorifikazzjoni ta' tali atti jew attivitajiet li b'hekk jikkaġunaw periklu li jistgħu jiġu mwettqa atti terroristiċi;
huma involuti jew kompliċi f'ordnijiet jew fit-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ħtif, l-istupru, il-vjolenza sesswali, iż-żwieġ furzat u l-iskjavitù tal-persuni, barra mit-territorju tal-Unjoni, f'isem jew taħt l-isem tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom,
kif elenkat fl-Anness.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 2 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat:
għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti;
għall-fini ta' proċess ġudizzjarju; jew
meta Stat Membru huwa marbut b'obbligu lejn organizzazzjoni internazzjonali.
Artikolu 3
Il-fondi kollha, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi oħrajn, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet deżinjati u soġġetti għal iffriżar tal-assi mill-KSNU skont l-UNSCRs 1267 (1999), 1333 (2000) u 2253 (2015), jew mill-Kumitat, identifikati bħala li:
jipparteċipaw fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem, jew b'appoġġ għal;
ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu armi u materjal relatat ma';
jirreklutaw għal, jew inkella li jappoġġaw atti jew attivitajiet ta',
Al-Qaida, ISIL (Da'esh) jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom; jew
huma proprjetà ta' jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn, jew b'xi mod jappoġġaw, kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità assoċjata ma' ISIL (Da'esh) jew Al-Qaida, inklużi fuq il-Lista ta' Sanzjonijiet kontra l-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, jew minn parti terza li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom,
għandhom jiġu ffriżati.
Il-fondi kollha, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi oħrajn, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet:
assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi:
jipparteċipaw fil-finanzjament tal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, jew fil-finanzjament ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ għalihom;
jipparteċipaw fl-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet jew ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku bħal struzzjonijiet relatati ma' armi, apparat esplożiv jew metodi jew teknoloġiji oħra bil-għan li jwettqu atti terroristiċi minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh) u Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
jimpenjaw ruħhom f'kummerċ mal-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, b'mod partikolari taż-żejt, prodotti taż-żejt, raffineriji modulari u materjal relatat, kif ukoll kummerċ f'riżorsi naturali oħrajn u l-kummerċ ta' proprjetà kulturali;
ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu armi u materjal relatat lill-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
li jivvjaġġaw jew jippruvaw jivvjaġġaw barra mill-Unjoni għall-iskop li:
jikkommettu, jippjanaw, iħejju jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
jipprovdu jew jirċievu taħriġ terroristiku f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom; jew
jappoġġaw b'xi mod ieħor lill-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;
li jippruvaw jivvjaġġaw ġewwa l-Unjoni għall-iskop imsemmi fil-punt (b) jew li jipparteċipaw f'atti jew attivitajiet li jsiru flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
li jirreklutaw, jew b'mod ieħor jappoġġaw atti jew attivitajiet tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi:
jipprovdu jew jiġbru, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, fondi sabiex jiġi ffinanzjat l-ivvjaġġar ta' individwi, għall-iskop imsemmi fil-punti (b) u (c); jorganizzaw il-vjaġġi ta' individwi għall-iskop imsemmi fil-punti (b) u (c), jew inkella jiffaċilitawhom għal dak l-iskop;
jipperswadu lil persuna oħra tipparteċipa f'atti jew attivitajiet li jsiru flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;
li jinċitaw jew jipprovokaw pubblikament atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż bl-inkoraġġiment jew il-glorifikazzjoni ta' tali atti jew attivitajiet li b'hekk jikkaġunaw periklu li jistgħu jiġu mwettqa atti terroristiċi;
li huma involuti jew kompliċi f'ordnijiet jew fit-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ħtif, l-istupru, il-vjolenza sesswali, iż-żwieġ furzat u l-iskjavitù tal-persuni, barra mit-territorju tal-Unjoni, f'isem jew taħt l-isem tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom,
kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
B'deroga mill-paragrafi 1, 2, 3 u 4, jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi li huma:
meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta' assigurazzjoni u tariffi ta' servizzi ta' utilità pubblika;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li jkunu konnessi mal-għoti ta' servizzi legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali; jew
maħsuba esklużivament għal ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizz, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali, għaż-żamma jew manutenzjoni ta' rutina ta' fondi ffriżati, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn,
Dawk l-eżenzjonijiet għandhom isiru biss wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn xieraq, dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien tliet ijiem ta' ħidma minn tali notifika.
B'deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu soġġetti ta' deċiżjoni arbitrarja li ttieħdet qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fil-paragrafu 3 kien ġie elenkat fl-Anness, ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel, fi, jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,
atturi oħra xierqa kif determinati mill-Kumitat fir-rigward tal-paragrafi 1 u 2, u mill-Kunsill fir-rigward tal-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 4
L-ebda pretensjoni, inklużi pretensjonijiet għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, b'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħha kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCRs 1267 (1999), 1333 (2000) u 2253 (2015), inklużi miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f'konformità ma', kif rikjest minn jew bi kwalunkwe konnessjoni mal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-KSNU jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandhom jingħataw lill-persuni jew l-entitajiet deżinjati min-NU jew elenkati fl-Anness jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta' jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe tali persuna jew entità.
Artikolu 5
Artikolu 6
Artikolu 6a
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“.ir-Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija ta’ emendi u għall-emendar tal-Anness;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness.
Artikolu 7
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK hija mħassra u sostitwita b'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3
A. Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3
▼M6 —————
2. Rabah TAHARI (magħruf ukoll bħala Abu Musab); data tat-twelid: 28 ta' Awwissu 1971; post tat-twelid: Oran (l-Alġerija); nazzjonalità: Alġerina.
3. Hocine BOUGUETOF; data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1959; post tat-twelid: Tebessa (l-Alġerija); nazzjonalità: Alġerina.
4. Brahim el KHAYARI; data tat-twelid: 7 ta' Mejju 1992; post tat-twelid: Nîmes (Franza); nazzjonalità: Franċiż.
5. Guillaume PIROTTE; data tat-twelid: 7 ta’ Ġunju 1994; post tat-twelid: Grasse (Franza); nazzjonalità: Franċiża.
6. Bryan D’ANCONA; data tat-twelid: 26 ta’ Jannar 1997; post tat-twelid: Nizza (Franza); nazzjonalità: Franċiża.
7. Mesut SEKERCI; data tat-twelid: 22 ta’ Lulju 1995; post tat-twelid: Evreux (Franza); nazzjonalità: Franċiża, Torka.
8. Osama MAHMOOD (magħruf ukoll bħala Ustadh Usama Mahmood, Ousama Mahmood); nazzjonalità: Pakistani (preżunt).
▼M18 —————
10. Faruq AL-SURI (magħruf ukoll bħala Samir Hijazi, Samir ‘Abd al-Latif Hijazi, Abu Hammam Al-Shami, Abu Humam Al-Shami Abu Hammam Al-’Askari); data tat-twelid: 1977; post tat-twelid: Damasku, is-Sirja; sess: raġel; nazzjonalità: Sirjana (preżunta).
11. Sami AL-ARIDI (magħruf ukoll bħala Abu Mohammad Al-Shami, Abu Mahmud Al-Sham, Abu Mahmud Al-Shami, Sami Al-Oride, Sami Al-Oraidi, Sami Al-Oraydi, Sheikh Dr. Sami Al-Uraydi); data tat-twelid: 1973; sess: raġel; nazzjonalità: Ġordaniża (preżunta).
12. Sidan Ag HITTA (magħruf ukoll bħala Asidan Ag Hitta, Abu 'Abd al-Hakim, Abu Abdelhakim al-Kidali, Abu Qarwani, Al Qaïrawani, Abou Abdel Hamid Al Kidali); data tat-twelid: 1976; post tat-twelid: Kidal, il-Mali; sess: raġel; nazzjonalità: Maljana.
13. Salem ould BREIHMATT (magħruf ukoll bħala OULD ABED Cheikh ould Mohamed Salec, Abu Hamza al-Shanqiti, Abu Hamza al-Shinqiti, Hamza al-Mauritani, NITRIK Hamza, Abu Hamza al-Chinguetti); data tat-twelid: 1978 jew 1984; post tat-twelid: il-Mauritania; sess: raġel; nazzjonalità: Mauritanjana.
14. Jafar DICKO (magħruf ukoll bħala Jaffar Dicko, Abdoul Salam Dicko, Amadou Boucary, Amadou Boucary Dicko); data tat-twelid: (maħsub li hi) l-1980; sess: raġel; nazzjonalità: Burkinjana.
15. Abu Yasir HASSAN (magħruf ukoll bħala Sheikh Hassan, Ahmed Mahmoud Hassan, Yaseer Hassan, Abu Qasim); data tat-twelid: mill-1981 sal-1983; post tat-twelid: Pwani Region, Tanzania; sess: raġel; nazzjonalità: Tanzanija.
▼M20 —————
17. Andreas Martin MÜLLER (magħruf ukoll bħala Ahmed Khaled Müller, Abu Nusaibah, Abu Nusaiba, Abu Nussaiba, Miqdad, Abu Miqdad, Yasser Murat, is-Sur Akam, Abu Shahid, Nigeri); data tat-twelid: 15 ta’ Frar 1972; post tat-twelid: Cochem, Rhineland-Palatinate, Germany; sess: raġel; nazzjonalità: Ġermaniża; numru tal-passaport C73TV06C9; numru tal-karta tal-identità 5210375966.
18. Mohamed Ibrahim al-Shafi’i AL-SALEM (magħruf ukoll bħala Aba Al-Sahraoui, Aba al-Sahrawi, Abba al-Saharawi); sess: raġel.
B. Gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3
Al-Qaeda fis-Subkontinent Indjan (AQIS), (magħruf ukoll bħala Al-Qa’ida fis-Subkontinent Indjan, Qaedat al-Jihad fis-Subkontinent Indjan).
Da’esh –Hind Province (Da’esh –Provinċja ta’ Hind) (magħruf ukoll bħala Wilayah of Hind (Wilayah ta’ Hind), Islamic State’s Hind Province (ISHP) (Provinċja ta’ Hind tal-Istat Iżlamiku), IS-Wilayat al-Hind, Da’esh –Wilayat al-Hind).
Hurras AL-DIN (HaD) (magħruf ukoll bħala Hurras al-Deen, Huras-al-Din, Guardians of Religion, Tanzim Hurras Al-Din, Tandhim Hurras Al-Deen, Sham Al-Ribat, Al-Qaida fis-Sirja, AQ-S).
Ansarul Islam (magħruf ukoll bħala Ansar al-Islam, Ansarour Islam, Ansaroul Islam, Defenders of Islam, Ansar-ul-islam lil-ichad wal jihad, IRSAD, Ansar ul Islam of Malam Boureima Dicko).
ISIS-Mozambique (magħruf ukoll bħala Islamic State of Iraq and Syria - Mozambique, Islamic State - Mozambique, ISIL-M, Ansar Al-Sunna, Al-Shabaab, Al-Shabaab in Mozambique, Mozambique Wilaya of the Islamic State, Ahlu Sunna wa Jamaah (ASwJ), Ahl al-Sunna wa al-Jamaa, Ahlu al-Sunnah wal-Jamaah, Ahlu Sunnah Wajamo, Swahili Sunna).
Katiba Macina (magħruf ukoll bħala Macina Liberation Front, Katiba Macina of Jama’a Nusrat ul-Islam wa al-Muslimin, FLM, MLF, MLM, Massina Liberation Front, Katiba Massina, Massina Brigade, Macina Brigade, Ansar Dine Macina, Harakat Ansar al-Din Macina Brigade, Ansar al-Din South, Macina Battalion, Macina Liberation Movement, La Force de Libération du Macina, ML Movement, Massina Liberation Movement, Ansar al-Din Macina Brigade, Katiba Macina – Ansar Dine, Ansar al-Din Macina).
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).