02020D1188 — MT — 12.08.2020 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1188 tas- ►C1 7 ta’ Awwissu 2020 ◄ dwar it-tnedija fir-Renju Unit ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika (ĠU L 265 12.8.2020, p. 1) |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1188
tas- ►C1 7 ta’ Awwissu 2020 ◄
dwar it-tnedija fir-Renju Unit ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika, ir-Renju Unit huwa intitolat li jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mit-13 ta’ Awwissu 2020 u f’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.