02023R2059 — MT — 01.10.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2059 tas-26 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elenkar ta’ ċerti prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 238 27.9.2023, p. 103) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2395 tat-2 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
3.10.2023 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2059
tas-26 ta’ Settembru 2023
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elenkar ta’ ċerti prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-lista tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li joriġinaw mill-annimali jew mill-pjanti jew minn prodotti komposti soġġetti għar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali jew dwar is-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punti (d), (e) u (g), tar-Regolament (UE) 2017/625 u l-pajjiż terz tal-oriġini tagħhom, li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit, u biex jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2023/1231 (“il-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja”).
Artikolu 2
Prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja elenkati fl-Anness
Il-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja elenkati fl-Anness jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Lista tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq (imsemmija fl-Artikolu 2)
|
Ringiela |
Prodotti bażiċi (*) |
Kodiċi NM (**) |
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/ċertifikat uffiċjali/dikjarazzjoni uffiċjali (***) |
Pajjiż terz tal-oriġini |
|
Kategorija tal-prodotti bażiċi |
||||
|
Oġġetti li joriġinaw mill-annimali |
||||
|
1 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ, friski, imkessħin jew iffriżati |
0204 10 00 0204 21 00 0204 22 10 0204 22 30 0204 22 50 0204 22 90 0204 23 00 0204 42 10 0204 42 30 0204 42 50 0204 42 90 0204 43 10 0204 43 90 |
|
New Zealand |
|
2 |
Ikel għall-annimali tad-dar u oġġetti tal-magħad għall-klieb |
0401 0402 0403 0404 0408 0504 0505 0506 0508 0511 1501 1502 1503 1504 2301 2309 2835 25 2835 26 3501 3502 3503 3504 4101 4205 |
— Ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3(A) tal-Anness XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (1) — Ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3(B) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 — Ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3(C) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 — Ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3(D) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 |
Pajjiżi terzi awtorizzati kif elenkati fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, it-Tabella 2, in-Nru 12 tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 |
|
(1)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(3)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1). |
||||
|
Oġġetti mhux ta’ oriġini mill-annimali |
||||
|
1 |
Tadam, frisk jew imkessaħ |
0702 00 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (1) |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
2 |
Basal, għajr dak għat-tħawwil, frisk jew imkessaħ |
0703 10 19 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
3 |
Xalotti, friski jew imkessħin |
0703 10 90 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
4 |
Tewm, frisk jew imkessaħ |
0703 20 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
5 |
Pastard u brokkli bir-ras, friski jew imkessħin |
0704 10 10 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
6 |
Piżelli, friski jew imkessħin |
0708 10 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
7 |
Fażola, friska jew imkessħa |
0708 20 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
8 |
Spraġ, frisk jew imkessaħ |
0709 20 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
9 |
Bżar (frisk jew imkessaħ, tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta), għajr il-bżar tal-ġeneru Capsicum għall-manifattura taż-żebgħa tal-capsicin jew tal-oleoraża tal-capsicum u l-bżar għall-manifattura industrijali ta’ żjut essenzjali jew rażinojdi |
0709 60 10 0709 60 99 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
10 |
Qara’ aħmar, squash u qara’, friski jew imkessħin, għajr iz-zukkini |
0709 93 90 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
11 |
Qamħirrum ħelu, frisk jew imkessaħ |
0709 99 60 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
12 |
Patata ħelwa, friska, sħiħa, intiża għall-konsum mill-bniedem |
0714 20 10 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
13 |
Avokado, friska jew imnixxfa |
0804 40 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
14 |
Għeneb frisk tal-mejda |
0806 10 10 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
15 |
Dulliegħ frisk |
0807 11 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
16 |
Bettieħ frisk, għajr id-dulliegħ |
0807 19 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
17 |
Tuffieħ frisk, għajr it-tuffieħ tas-sidru, sfuż, mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Diċembru |
0808 10 80 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
18 |
Lanġas frisk, għajr il-lanġas tal-Perry, sfuż, mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru |
0808 30 90 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
19 |
Frawli frisk |
0810 10 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
20 |
Lampun frisk |
0810 20 10 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
21 |
Tut, ċawsli u loganberries friski |
0810 20 90 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
22 |
Frott frisk tal-ispeċi Vaccinium myrtillus Tut żerq u cranberries friski |
0810 40 30 0810 40 50 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
23 |
Ġinġer, la mfarrak u lanqas mitħun |
0910 11 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
(1)
https://www.ippc.int/en/core-activities/governance/convention-text/. |
||||
Noti:
(*) Id-deskrizzjoni tal-prodotti bażiċi elenkati fit-tabella f’dan l-Anness għandha tkun kif stipulat fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE. In-NM hija msejsa fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti (SA) konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983.
Bla preġudizzju għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, il-formulazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti bażiċi fit-tabella f’dan l-Anness għandha tkun meqjusa ta’ valur indikattiv biss, peress li l-prodotti bażiċi koperti bil-lista li tinsab fit-tabella f’dan l-Anness għandhom jiġu determinati mill-kodiċijiet NM.
(**) Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM.
(***) Din il-kolonna tindika l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/iċ-ċertifikat uffiċjali/id-dikjarazzjoni uffiċjali meħtieġ/a biex jakkumpanja/takkumpanja l-kunsinna tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.