02005R1183 — MT — 23.12.2023 — 042.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193 23.7.2005, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1183/2005
tat-18 ta’ Lulju 2005
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“pretensjoni” tfisser kull talba, sew asserita bi proċeduri legali jew le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt jew b' rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b' mod partikolari tinkludi talba:
għat-twettiq ta' kull obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b' rabta ma' wieħed minnhom;
għall-estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, ta' garanzija finanzjarja jew ta' indennizz ta' kull forma;
għal kumpens marbut ma' kuntratt jew tranżazzjoni;
li tikkonsisti f'kontrotalba;
għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn issir jew tingħata;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull tranżazzjoni ta' liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux, kif ukoll kull dispożizzjoni relatata li toriġina mit-tranżazzjoni jew tkun marbuta magħha;
“awtoritajiet kompetenti” tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websites elenkati fl-Anness II;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;
“l-iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, beni jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;
“iffriżar tal-fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull mossa, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew innegozjar ta' fondi b'mod li jwassal għal xi bidla fil-volum, ammont, pożizzjoni, propjetà, pussess, karattru, destinazzjoni jew bidla oħra tagħhom li jippermetti l-użu tal-fondi, inkluż l-amministrazzjoni tal-portafoll;
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitati għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet ta' flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;
depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;
titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;
imgħax, dividends jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jakkumula minnhom jew iġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ; u
dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;
“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, fil-forma ta' istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' tagħrif prattiku jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza inkluż forom verbali ta' assistenza;
“servizzi ta' senserija” tfisser:
in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-forniment ta' beni u teknoloġija jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, minn pajjiż terz lil kull pajjiż terz ieħor; jew
il-bejgħ jew ix-xiri ta' beni u teknoloġija, jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, li jkunu f'pajjiżi terzi biex jiġu ttrasferiti lejn xi pajjiż terz ieħor;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
Artikolu 1a
Huwa pprojbit il-forniment, direttament jew indirettament, ta':
għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati mal-beni u mat-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 1 ) (“Lista Militari Komuni”) jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tal-beni inklużi f'din il-lista, lil kull entità jew persuna mhux governattiva li topera fit-territorju tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“RDK”);
finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mal-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni tal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali beni, jew għal kwalunkwe forniment ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati lil kwalunkwe entità jew persuna non governattiva li topera fir-RDK;
Artikolu 1b
B'deroga mill-Artikolu 1a, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta':
assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta' senserija relatati mal-armi u l-materjal relatat maħsuba biss għas-sostenn tal-MONUSCO jew għall-użu minnha;
assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv;
assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta' senserija relatati mal-armi u l-materjal relatat maħsuba biss għas-sostenn tat-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Afrikana jew għall-użu minnha;
l-għoti ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja jew servizzi ta' senserija relatati ma' bejgħ u forniment oħrajn ta' armi u materjal relatat, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 2
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness Ia.
Artikolu 2a
L-Anness I jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RDK. Tali atti għandhom jinkludu:
li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi u miżuri relatati kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u l-Artikolu 1a ta' dan ir-Regolament;
li jkunu mexxejja politiċi u militari ta' gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatriazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti li jappartjenu lil dawk il-gruppi;
li jkunu mexxejja politiċi u militari ta' milizzji Kongoliżi, inklużi dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kombattenti tagħhom fil-proċessi ta' diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid;
li jirreklutaw jew jużaw lit-tfal fil-konflitt armat bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;
l-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti fir-RDK li jikkostitwixxu ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, inkluż dawk l-atti li jinvolvu l-immirar lejn persuni ċivili, inkluż il-qtil u l-immankar, l-istupru u vjolenza sesswali oħra, il-ħtif, l-ispostament furzat u l-attakki fuq skejjel u sptarijiet;
li jfixklu l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fir-RDK;
l-appoġġ ta' individwi jew entitajiet, inkluż gruppi armati jew netwerks kriminali, involuti f'attivitajiet destabbilizzanti fir-RDK permezz tal-isfruttament jew tal-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inkluż id-deheb jew il-ħlejjaq salvaġġi kif ukoll il-prodotti mill-ħlejjaq salvaġġi;
li jaġixxu f'isem jew skont id-direzzjoni ta' persuna jew entità nominata, jew li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' entità li hija proprjetà ta' persuna jew entità nominata jew ikkontrollata minnha;
l-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew il-parteċipazzjoni f’attakki kontra l-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO jew kontra l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-membri tal-Grupp tal-Esperti, jew kontra l-persunal mediku jew il-persunal umanitarju;
li jipprovdu sostenn finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku għal, beni jew servizzi għal, jew b'sostenn għal persuna jew entità nominata;
li jkunu involuti fil-produzzjoni, il-manifattura jew l-użu fir-RDK ta’ apparat splussiv improvizzat, jew fil-kummissjonar, l-ippjanar, l-ordni, l-għajnuna, l-assistenza jew b’xi mod ieħor l-assistenza ta’ attakki fir-RDK b’apparat splussiv improvizzat.
Artikolu 2b
L-Anness Ia għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi identifikati mill-Kunsill għal kwalunkwe raġuni minn dawn:
ikunu qed jimpedixxu soluzzjoni kunsenswali u paċifika lejn elezzjonijiet fir-RDK, inkluż b’atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza, jew billi jdgħajfu l-istat tad-dritt;
jippjanaw, jidderiġu jew iwettqu atti li jikkostitwixxu ksur serju jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK;
ikunu responsabbli għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà jew in-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK;
l-għoti ta’ appoġġ lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà jew l-insigurtà fir-RDK;
ikunu qed jinkoraġġixxu vjolenza b'konnessjoni mal-azzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d);
ikunu qed jisfruttaw il-konflitt armat, l-instabbiltà jew l-insigurtà fir-RDK, anki permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu ta’ riżorsi naturali u organiżmi selvaġġi;
ikunu assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fil-punti (a), (b), (c), (d),(e) jew (f).
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew l-Anness Ia u tal-membri dipendenti tal-familji ta' tali persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u tariffi tas-servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba assoċjati mal-forniment ta' servizzi legali; jew
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew tariffi għal servizzi għall-ġestjoni normali jew il-kustodja ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; u
fejn l-awtorizzazzjoni tkun tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I, l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal dik l-azzjoni fi żmien erbat ijiem ta' xogħol min-notifika.
B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li:
fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie notifikat dwar din id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat; u
fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness Ia, l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifka lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għaliex iqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 4
B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi iffriżati, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta':
garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel it-18 ta' April 2005 jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data għal persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness 1; jew
deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data meta l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness Ia, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, kemm qabel kif ukoll wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet garantiti minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;
il-garanzija jew is-sentenza mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness I jew l-Anness Ia;
ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 4b
Artikolu 5
L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda f'kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal dan ir-Regolament;
ħlasijiet dovuti lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness Ia taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-UE jew eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat;
sakemm kull tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet ikunu ffriżati f'konformità mal-Artikolu 2(1).
Artikolu 6
Mingħajr preġudizju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
jipprovdu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huma residenti jew fejn jinsabu, u jittrasmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;
jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti f'kull verifika ta' din l-informazzjoni.
Artikolu 7
Artikolu 7a
Ebda talba b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet effettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, permezz tal-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I jew Ia;
kull persuna, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li jaġixxu f'isimhom, imsemmija fil-punt (a).
Artikolu 7b
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 1a, 2(1) u 2(2).
Artikolu 8
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom f'konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' vjolazzjoni u nfurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 9
Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dawn ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu japplika
fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha;
abbord kull inġenju ta’ l-ajru jew kull bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;
għal kull min jinsab ġewwa jew barra t-territorju tal-Komunità u huwa ċittadin ta' xi Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew kostitwiti skond il-liġi ta’ xi Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp f'xi negozju fil-Komunità.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 2a
1. Eric BADEGE
Data tat-Twelid: 1971.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Indirizz: Rwanda (fil-bidu tal-2016).
Informazzjoni oħra: Huwa ħarab lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013 u kien għadu qed jgħix hemm fil-bidu tal-2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272441
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Eric Badege kien Logutenent Kurunell u l-punt fokali għall-M23 f'Masisi u mexxa ċerti operazzjonijiet li ddestabbilizzaw partijiet mit-territorju ta' Masisi fil-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. Bħala kmandant militari tal-M23, Badege kien responsabbli għal ksur serju maħsub biex jolqot tfal jew nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat. Wara Mejju 2012, ir-Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta' persuni ċivili f'serje ta' attakki koordinati. F'Awwissu 2012, Badege wettaq attakki konġunti li inkludew il-qtil ta' persuni ċivili bla diskriminazzjoni. Dawn l-attakki ġew orkestrati b'mod konġunt minn Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques. Eks kumbattenti tal-M23 affermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23.
Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala raġuni għalfejn it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[meta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad inqatlu immedjatament.”
Badege ħarab lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013 u kien qed jgħix hemm fil-bidu tal-2016.
2. Frank Kakolele BWAMBALE
(psewdonimu: a) FRANK KAKORERE, b) FRANK KAKORERE BWAMBALE, c) AIGLE BLANC)
Deżinjazzjoni: Ġeneral tal-FARDC.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Indirizz: Kinshasa, Repubblika Demokratika tal-Kongo (f'Ġunju 2016).
Informazzjoni oħra: Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Mill-2010 'il hawn, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, fosthom billi pparteċipa f'missjoni tas-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011. L-awtoritajiet tar-RDK arrestawh f'Diċembru 2013 f'Beni, Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, talli allegatament imblokka l-proċess tad-DDR. Huwa telaq mir-RDK u għex fil-Kenja għal xi żmien, qabel ma ssejjaħ lura mill-Gvern tar-RDK biex jgħinhom fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Territorju ta' Beni. Huwa ġie arrestat f'Ottubru 2015 fiż-żona ta' Mambasa talli allegatament appoġġa lil grupp Mai Mai, iżda ma tressqet l-ebda akkuża kontrih u kien qed jgħix f'Kinshasa minn Ġunju 2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776078
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Frank Kakolele Bwambale kien il-mexxej tal-RCD-ML, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, fosthom billi pparteċipa f'missjoni tas-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.
Huwa telaq mir-RDK u għex għal xi żmien fil-Kenja qabel ma ssejjaħ lura mill-Gvern tar-RDK biex jgħinhom fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Territorju ta' Beni. Huwa ġie arrestat f'Ottubru 2015 ħdejn Mambasa talli allegatament appoġġa lil grupp Mai Mai, iżda ma tressqet l-ebda akkuża kontrih. Minn Ġunju 2016, Kakolele kien qed jgħix f'Kinshasa.
3. Gaston IYAMUREMYE
(psewdonimu: a) Byiringiro Victor Rumuli, b) Victor Rumuri, c) Michel Byiringiro, d) Rumuli)
Deżinjazzjoni: a) President Interim tal-FDLR, b) l-Ewwel Viċi President tal-FDLR-FOCA; c) Ġeneral Maġġur tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo (f'Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: 1948.
Post tat-Twelid a) Distrett ta' Musanze, Provinċja tat-Tramuntana, ir-Rwanda, b) Ruhengeri, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272456
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Gaston Iyamuremye huwa l-Ewwel Viċi President tal-FDLR, kif ukoll il-president interim. Huwa għandu wkoll il-grad ta' Ġeneral Maġġur fil-fergħa armata tal-FDLR, imsejħa FOCA. Minn Ġunju 2016, Iyamuremye qiegħed fil-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
4. Innocent KAINA
(psewdonimu a): Colonel Innocent KAINA, b): India Queen)
Deżinjazzjoni: Eks Viċi Kmandant tal-M23.
Indirizz: Uganda (fil-bidu tal-2016).
Data tat-twelid: Novembru 1973.
Post tat-Twelid: Bunagana, Territorju ta' Rutshuru, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Sar Viċi Kmandant tal-M23 wara l-ħarba tal-fazzjoni ta' Bosco Ntaganda lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013. Ħarab lejn l-Uganda f'Novembru 2013. Kien fl-Uganda fil-bidu tal-2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776081
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Innocent Kaina kien Kmandant Settorjali u mbagħad Viċi Kmandant fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u wettaq tali ksur. F'Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġjon ta' Kinshasa sab lil Kaina responsabbli għal delitti kontra l-umanità li twettqu fid-Distrett ta' Ituri bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta' paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati li wettaq eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta' Masisi. Bħala kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Taganda, huwa ta bidu għar-ribelljoni tal-eks CNDP fit-territorju ta' Rutshuru f'April 2012. Huwa ggarantixxa s-sigurtà ta' dawk li rribellaw barra minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F'Lulju 2012, huwa vjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta' mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23. Kaina ħarab lejn l-Uganda f'Novembru 2013 u kien għadu hemm fil-bidu tal-2016.
5. Jérôme KAKWAVU BUKANDE
(psewdonimu: a) Jérôme Kakwavu, b) Commandant Jérôme)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Ingħata l-grad ta' Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra. F'Novembru 2014, instab ħati minn qorti militari tar-RDK u ngħata sentenza ta' għaxar snin ħabs għal stupru, qtil, u tortura. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776083
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Eks President tal-UCD/FAPC. Kontroll mill-FAPC ta' punti ta' qsim illegali tal-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK — rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, fil-ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SRSG) għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali għolja tal-FARDC li ġew akkużati b'reati serji li kienu jinvolvu vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. Ingħata l-grad ta' Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.
6. Germain KATANGA
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tat-twelid: 28 ta' April 1978.
Post tat-twelid: Mambasa, Provinċja ta' Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Inħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Inizjalment instab ħati mill-QKI fit-23 ta' Mejju 2014 u ngħata sentenza ta' 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, iżda l-Awla tal-Appell tal-QKI naqqsitlu s-sentenza u ddeċidiet li s-sentenza ta' Katanga tintemm fit-18 ta' Jannar 2016. Minkejja li kien detenut fin-Netherlands matul il-proċess tiegħu, Katanga ġie ttrasferit lejn ħabs tar-RDK f'Diċembru 2015 u ġie akkużat għal reati oħra li kien wettaq preċedentement f'Ituri. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776116
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Germain Katanga kien il-Kmandant tal-FRPI. Huwa kien involut fi trasferimenti ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Huwa ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Inizjalment instab ħati mill-QKI fit-23 ta' Mejju 2014 u ngħata sentenza ta' 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, iżda l-Awla tal-Appell tal-QKI naqqsitlu s-sentenza u ddeċidiet li s-sentenza tiegħu tintemm fit-18 ta' Jannar 2016. Minkejja li kien detenut fin-Netherlands matul il-proċess tiegħu, Katanga ġie ttrasferit lejn ħabs tar-RDK f'Diċembru 2015 u ġie akkużat għal reati kriminali oħra li kien wettaq preċedentement f'Ituri.
7. Thomas LUBANGA
Post tat-twelid: Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn il-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza ta' Lubanga. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu. Huwa nħeles fil-15 ta' Marzu 2020 wara li skonta s-sentenza tal-QKI tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Thomas Lubanga kien il-President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ġie ttrasferit lejn il-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità ta' ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu.
8. Sultani MAKENGA
(psewdonimu: a) Makenga, Colonel Sultani, b) Makenga, Emmanuel Sultani)
Data tat-Twelid: 25 ta' Diċembru 1973.
Post tat-Twelid: Rutshuru, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Fl-Uganda tard fl-2014. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272833
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta' M23 (magħruf ukoll bħala Congolese Revolutionary Army), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitti armati, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta' M23 fir-reklutaġġ tat-tfal jew fl-użu tagħhom f'konflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta' Sultani Makenga, l-M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li operaw taħt il-kmand ta' Sultani Makenga wettqu stupri fit-territorju kollu ta' Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta' Rutshuru. Taħt il-kmand ta' Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta' tfal. Ħafna mir-rekluti furzati tfal kienu taħt l-età ta' 15-il sena. Makenga ġie rrapportat ukoll li rċieva armi u materjal relatat bi ksur ta' miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inkluż ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta' armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta' Makenga bħala l-mexxej ta' M23 inkludew ksur serju tad-dritt internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u ggravaw il-kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, spostament, u konflitt fir-reġjun. Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
9. Khawa Panga MANDRO
(psewdonimu: a) Kawa Panga, b) Kawa Panga Mandro, c) Kawa Mandro, d) Yves Andoul Karim, e) Mandro Panga Kahwa, f) Yves Khawa Panga Mandro, g) “Chief Kahwa”, h) “Kawa”)
Data tat-Twelid: 20 ta' Awwissu 1973.
Post tat-Twelid: Bunia, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Uganda (minn Mejju 2016).
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Intbagħat il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, inħeles mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, u sussegwentement ġie ttrasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakk aggravat u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, tagħtu sentenza ta' disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu. Huwa skonta s-sentenza tiegħu u kien residenti fl-Uganda minn Mejju 2016 'il hawn. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272933
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Khawa Panga Mandro kien il-President ta' PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003) u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal mill-2001 sal-2002. Hu ntbagħat il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, inħeles mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, u sussegwentement ġie ttrasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, tagħtu sentenza ta' disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu. Huwa skonta s-sentenza tiegħu u kien residenti fl-Uganda minn Mejju 2016.
10. Callixte MBARUSHIMANA
Deżinjazzjoni: Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR.
Data tat-Twelid: 24 ta' Lulju 1963.
Post tat-Twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009. Ġie ttrasferit lejn l-Aja fil-25 ta' Jannar 2011 u nħeles mill-QKI lejn l-aħħar tal-2011. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie elett Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5224649
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Callixte Mbarushimana kien Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Bħala mexxej politiku/militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Huwa ġie arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009. Huwa ġie ttrasferit lejn l-Aja fil-25 ta' Jannar 2011 iżda nħeles fl-aħħar tal-2011. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie rielett Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin.
11. Iruta Douglas MPAMO
(psewdonimu: a) Doulas Iruta Mpamo, b) Mpano)
Indirizz: Gisenyi, Rwanda (minn Ġunju 2011).
Data tat-Twelid: a) 28 ta' Diċembru 1965, b) 29 ta' Diċembru 1965.
Post tat-Twelid: a) Bashali, Masisi, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo, c) Uvira, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: L-okkupazzjoni tiegħu minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC) mhijiex magħrufa. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272813
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lil gruppi armati u milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi frodulenti ta' informazzjoni dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. L-okkupazzjoni tiegħu minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC) mhijiex magħrufa.
12. Sylvestre MUDACUMURA
(psewdonimu: a) Mupenzi Bernard, b) Ġeneral Maġġur Mupenzi, c) Ġeneral Mudacumura, d) Faragħun (Pharaoh), e) Radja)
Deżinjazzjoni: a) Kmandant tal-FDLR-FOCA, b) Logutenent Ġeneral tal-FDLR-FOCA
Data tat-twelid: 1954
Post tat-twelid: Cellule Ferege, settur ta' Gatumba, komun ta' Kibilira, prefettura ta' Gisenyi, ir-Rwanda
Indirizz: Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016 'il hawn)
Nazzjonalità: Rwandiża.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Il-Qorti Kriminali Internazzjonali ħarġet mandat ta' arrest għal Mudacumura fit-12 ta' Lulju 2012 għal disa' akkużi ta' reati tal-gwerra, inkluż attakki fuq persuni ċivili, qtil, mutilazzjoni, trattament krudili, stupru, tortura, qerda ta' proprjetà, sakkeġġ u offiżi kbar għad-dinjità personali, allegatament imwettqa bejn l-2009 u l-2010 fir-RDK.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sylvestre Mudacumura huwa l-Kmandant tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR, u jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), u kien involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mudacumura (jew il-membri tal-persunal tiegħu) kien f'komunikazzjoni telefonika mal-mexxej tal-FDLR Murwanashyaka fil-Ġermanja, inkluż fiż-żmien tal-Massakru ta' Busurungi f'Mejju 2009, u mal-kmandant militari l-Maġġur Guillaume waqt l-operazzjonijiet Umoja Wetu u Kimia II fl-2009. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 27 każ ta' reklutaġġ u użu ta' tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. F'nofs l-2016, Mudacumura kien għadu l-kmandant ġenerali tal-fergħa armata tal-FDLR, kellu l-grad ta' Logutenent Ġeneral, u kienet jinsab fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
13. Leodomir MUGARAGU
(psewdonimu: a) Manzi Leon, b) Leo Manzi)
Indirizz: Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fil-foresta ta' Rutshuru, Bogoyi, Walikale, Kivu tat-Tramuntanta, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2011).
Data tat-Twelid: a) 1954 b) 1953.
Post tat-Twelid: a) Kigali, Rwanda b) Rushashi, Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270747
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap Kmandant tal-Forces Combattantes Abucunguzi/il-Forza Kumbattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rapportar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għal operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.
14. Leopold MUJYAMBERE
(psewdonimu: a) Musenyeri, b) Achille, c) Frere Petrus Ibrahim)
Deżinjazzjoni: a) Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, b) Viċi Kmandant Interim tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Kinshasa, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: a) 17 ta' Marzu 1962, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1966.
Post tat-Twelid: Kigali, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Laħaq aġent Viċi Kmandant tal-FDLR-FOCA fl-2014. Inqabad f'Goma, ir-RDK mis-servizzi tas-sigurtà Kongoliżi fil-bidu ta' Mejju 2016 u ġie ttrasferit lejn Kinshasa. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5224709
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Leopold Mujyambere kien Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà.
F'Ġunju 2011, huwa kien il-Kmandant tal-FOCA tas-settur operazzjonali ta' Kivu tan-Nofsinhar, u dak iż-żmien kien jissejjaħ “Amazon”. Iktar tard huwa ġie promoss għal Kap Kmandant tal-FOCA, u mbagħad għal aġent Viċi Kmandant fl-2014. Huwa nqabad f'Goma, ir-RDK mis-servizzi tas-sigurtà Kongoliżi fil-bidu ta' Mejju 2016 u ġie ttrasferit lejn Kinshasa.
15. Jamil MUKULU
(psewdonimu: a) Steven Alirabaki, b) David Kyagulanyi, c) Musezi Talengelanimiro, d) Mzee Tutu, e) Abdullah Junjuaka, f) Alilabaki Kyagulanyi, ) Hussein Muhammad, h) Nicolas Luumu, i) Julius Elius Mashauri, j) David Amos Mazengo, k) Professor Musharaf, l) Talengelanimiro)
Deżinjazzjoni: a) Kap tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), b) Kmandant, Forzi Demokratiċi Alleati.
Indirizz: kien irrapportat li qiegħed f'ħabs fl-Uganda (minn Settembru 2016).
Data tat-Twelid: a) 1965, b) 1 ta' Jannar 1964.
Post tat-Twelid: Villaġġ ta' Ntoke, Sotto Kontea ta' Ntenjeru, Distrett ta' Kayunga, Uganda.
Nazzjonalità: Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Ottubru 2011.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'April 2015 fit-Tanzanija u ġie estradit lejn l-Uganda f'Lulju 2015. F'Settembru 2016 kien irrapportat li Mukulu qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu għal delitti tal-gwerra u ksur gravi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra taħt il-Liġi tal-Uganda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270670
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont sorsi pubbliċi u rapporti uffiċjali, inkluż rapporti mill-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU, Jamil Mukulu huwa l-Kap militari tal-ADF, grupp armat barrani li jopera fir-RDK u jostakola d-diżarm, ir-ripatrijazzjoni volontarja u r-risistemazzjoni tal-ġellieda tal-ADF kif previst mill-paragrafu 4. b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008). Il-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU rrapporta li Jamil Mukulu pprovda appoġġ materjali u uman lill-ADF bħala grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK. Skont diversi sorsi, inkluż rapporti mill-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU, Jamil Mukulu ggarantixxa l-finanzjament, eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika tal-ADF u assuma responsabbiltajiet diretti fil-kmand u l-kontroll tal-forzi tal-ADF, b'mod partikolari fis-superviżjoni ta' rabtiet stabbiliti ma' netwerks terroristiċi internazzjonali.
16. Ignace MURWANASHYAKA
(alias: Dr Ignace)
Titolu: Dr.
Deżinjazzjoni: President tal-FDLR
Indirizz: Il-Ġermanja (fil-ħabs)
Data ta’ Twelid: 14 ta’ Mejju 1963
Post tat-Twelid: a) Butera, ir-Rwanda b) Ngoma, Butare, ir-Rwanda
Nazzjonalità: Ir-Rwanda
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta’ Novembru 2005
Informazzjoni oħra: Miet fil-ħabs fil-Ġermanja fis-16 ta’ April 2019. Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009 u fit-28 ta’ Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża ta’ tmexxija ta’ grupp terroristiku barrani u ta’ għoti ta’ għajnuna f’delitti tal-gwerra. Ingħata sentenza ta’ 13-il sena u minn Ġunju 2016 qiegħed f’ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta’ Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b’mandat ta’ ħames snin. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ignace Murwanashyaka huwa l-President tal-FDLR, u jeżerċita influwenza fuq il-linji ta’ politika tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa kien f’komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f’Busurungi f’Mejju 2009); huwa ta ordnijiet militari lill-kmand għoli; kien involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta’ armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta’ struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; u amministra somom kbar ta’ flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta’ riżorsi naturali f’żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu responsabbiltà ta’ kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009 u fit-28 ta’ Settembru 2015 nstab ħati minn qorti Ġermaniża ta’ tmexxija ta’ grupp terroristiku barrani u ta’ għoti ta’ għajnuna f’delitti tal-gwerra. Huwa ngħata sentenza ta’ 13-il sena u minn Ġunju 2016 kien qiegħed f’ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta’ Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b’mandat ta’ ħames snin.
17. Straton MUSONI
(psewdonimu: IO Musoni)
Deżinjazzjoni: Eks Viċi President tal-FDLR.
Data tat-Twelid: a) 6 ta' April 1961 b) 4 ta' Ġunju 1961.
Post tat-Twelid: Mugambazi, Kigali, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009, u fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u ngħata sentenza ta' tmien snin. Musoni nħeles mill-ħabs immedjatament wara l-proċess, wara li kien skonta aktar minn ħames snin mis-sentenza tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272354
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Straton Musoni kien Viċi President tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK. Huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti ta' dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009, fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u rċieva sentenza ta' tmien snin. Inħeles mill-ħabs immedjatament wara l-proċess, wara li kien skonta aktar minn ħames snin tas-sentenza tiegħu.
18. Jules MUTEBUTSI
(psewdonimu: a) Jules Mutebusi, b) Jules Mutebuzi, c) Colonel Mutebutsi)
Data tat-Twelid: 1964.
Post tat-Twelid: Minembwe, Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Eks Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar Reġjun Militari f'April 2004, tkeċċa minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Ġie rrapportat li miet f'Kigali fid-9 ta' Mejju 2014. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272093
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Jules Mutebutsi ngħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Huwa kien implikat li rċieva armi barra l-istrutturi tal-FARDC u li forna provvisti lill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Kien il-Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar Reġjun Militari sa April 2004 meta tkeċċa minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Ġie rrapportat li miet f'Kigali fid-9 ta' Mejju 2014.
19. Baudoin NGARUYE WA MYAMURO
(alias: Colonel Baudoin Ngaruye)
Titolu: Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23).
Deżinjazzjoni: Brigadier Ġenerali.
Indirizz: Rubavu/Mudende, Rwanda.
Data tat-Twelid: a) 1 ta' April 1978 b) 1978.
Post tat-Twelid: a) Bibwe, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Lusamambo, territorju ta' Lubero, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: FARDC ID 1-78-09-44621-80.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tmiem l-2014, jgħix fil-kamp ta' Ngoma, Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5268954
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
F'April 2012, Ngaruye mexxa r-ribelljoni tal-eks CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta' esperti dwar ir-RDK preċedentement kien irrakkomanda li jiġi ddeżinjat fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta' tfal għall-M23 bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010. Huwa wettaq qtil, mankamenti u ħtif, ħafna drabi kontra n-nisa. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009 fil-FARDC, huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta' Shalio, f'Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjon u salarji f'Masisi u Walikale taħt l-ordnijiet diretti ta' Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta' Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b'mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16.3.2013 f'Gasizi/Rubavu.
20. Mathieu, Chui NGUDJOLO
(psewdonimu a) Cui Ngudjolo)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tat-twelid: 8 ta' Ottubru 1970.
Post tat-twelid: Bunia, Provinċja ta' Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Huwa ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. F'Diċembru 2012 inħeles mill-QKI minn kull akkuża miġjuba kontrih, u l-verdett ġie kkonfermat mill-Awla tal-Appell fis-27 ta' Frar 2015. Ngudjolo ressaq talba għall-asil fin-Netherlands iżda ġiet miċħuda. Huwa ġie ddeportat lejn ir-RDK fil-11 ta' Mejju 2015. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776118
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Mathieu Chui Ngudjolo kien il-Kap Kmandant tal-FRPI, u eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena f'Ituri fl-2006. Huwa ġie arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Il-Gvern tar-RDK sussegwentement ittrasferih lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. F'Diċembru 2012 inħeles mill-QKI minn kull akkuża miġjuba kontrih, u l-verdett ġie kkonfermat mill-Awla tal-Appell fis-27 ta' Frar 2015. Ngudjolo ressaq talba għall-asil fin-Netherlands iżda ġiet miċħuda. Huwa ġie ddeportat lejn ir-RDK fil-11 ta' Mejju 2015.
21. Floribert Ngabu NJABU
(psewdonimu a) Floribert Njabu Ngabu, b) Floribert Ndjabu, c) Floribert Ngabu Ndjabu)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo, nru tal-passaport OB 0243318.
Data tat-twelid: 23 ta' Mejju 1971.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Kien jinsab taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn l-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Huwa applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil. F'Lulju 2014, ġie ddeportat min-Netherlands lejn ir-RDK, fejn tqiegħed taħt arrest. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776373
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
President ta' FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit lejn l-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; il-każ bħalissa jinsab taħt appell.
22. Laurent NKUNDA
(psewdonimu: a) Nkunda Mihigo Laurent, b) Laurent Nkunda Bwatare, c) Laurent Nkundabatware, d) Laurent Nkunda Mahoro Batware, e) Laurent Nkunda Batware, f) Chairman, g) General Nkunda, h) Papa Six)
Data tat-Twelid: a) 6 ta' Frar 1967 b) 2 ta' Frar 1967.
Post tat-Twelid: Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Eks Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998 — 2006; Uffiċjal, Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għar-reati li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwistjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda appellaw quddiem il-Qorti Militari tar-Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270703
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu f'Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2007. Eks Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998 — 2006; Uffiċjal, Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għar-reati li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwistjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.
23. Felicien NSANZUBUKIRE
(pswdonimu: Fred Irakeza)
Deżinjazzjoni: a) Kmandant tas-Sottotaqsima tal-FDLR-FOCA, b) Kurunell tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: 1967.
Post tat-Twelid: a) Murama, Kigali, Rwanda, b) Rubungo, Kigali, Rwanda, c) Kinyinya, Kigali, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5269078
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi mill-inqas bejn Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi ta' Kivu tan-Nofsinhar. Minn Jannar 2016, Nsanzubukire kien Kmandant ta' Sottotaqsima tal-FDLR FOCA fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar u kien jokkupa l-kariga ta' Kurunell.
24. Pacifique NTAWUNGUKA
(psewdonimu: a) Pacifique Ntawungula, b) Colonel Omega, c) Nzeri, d) Israel)
Deżinjazzjoni: a) Kmandant tat-Taqsima “SONOKI” tal-FDLR-FOCA, b) Brigadier Ġeneral tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Territorju ta' Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1964, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1964.
Post tat-Twelid: Gaseke, Provinċja ta' Gisenyi, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5269021
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Pacifique Ntawunguka kien il-kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.
F'nofs l-2016, Ntawunguka kien il-Kmandant tat-Taqsima “SONOKI” tal-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana.
25. James NYAKUNI
Nazzjonalità: Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776374
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sħab fil-kummerċ ma' Jérôme Kakwavu, b'mod partikolari f'kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta' armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b'mod militari.
26. Stanislas NZEYIMANA
(pswdonimu: a) Deogratias Bigaruka Izabayo, b) Izabayo Deo, c) Jules Mateso Mlamba, d) Bigaruka, e) Bigurura)
Deżinjazzjoni: Eks-Deputat Kmandant tal-FDLR-FOCA.
Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1966 b) 28 ta' Awwissu 1966 c) Bejn wieħed u ieħor fl-1967.
Post tat-Twelid: Mugusa, Butare, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Għeb waqt li kien fit-Tanzanija fil-bidu tal-2013. Minn Ġunju 2016 il hawn ma kienx magħruf fejn jinsab. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275373
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Stanislas Nzeyimana kien Deputat Kmandant tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Nzeyimana għeb fit-Tanzanija fil-bidu tal-2013, u minn Ġunju 2016 ma kienx magħruf fejn jinsab.
27. Dieudonné OZIA MAZIO
(psewdonimu: a) Ozia Mazio, b) Omari, c) Mr Omari)
Data tat-Twelid: 6 ta' Ġunju 1949.
Post tat-Twelid: Ariwara, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275495
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skemi finanzjarji ma' Jerome Kakwavu u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għal Kakwavu u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.
28. Jean-Marie Lugerero RUNIGA
(psewdonimu: Jean-Marie Rugerero)
Deżinjazzjoni: M23, President.
Indirizz: Rubavu/Mudende, Rwanda.
Data tat-Twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1960, b) 9 ta' Settembru 1966.
Post tat-Twelid: Bukavu, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Mill-2016, residenti fir-Rwanda. Ipparteċipa fil-ħolqien ta' partit politiku Kongoliż ġdid f'Ġunju 2016, l-Alliance pour le Salut du Peuple (ASP). Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5274633
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Dokument tad-9 ta' Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-taqsima politika tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta' Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga ssemma wkoll bħala l-President tal-M23 f'entrati fis-sit web tal-grupp. Ir-rwol tiegħu ta' tmexxija kien ikkorroborat mir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-mexxej tal-M23.
Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, l-Uganda fid-29 ta' Lulju 2012 u ffinalizza l-aġenda ta' 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati antiċipati fil-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tal-BBC tat-23 ta' Novembru 2012, l-M23 ġie ffurmat meta eks membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra l-kundizzjonijiet u l-pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC. L-M23 kien involut f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu l-kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi eks kumbattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala raġuni għalfejn it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad inqatlu immedjatament.”
Runiga daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu. Minn nofs l-2016, Runiga kien jirrisjedi fir-Rwanda. F'Ġunju 2016, huwa ħa sehem fil-ħolqien ta' partit politiku ġdid Kongoliż, l-Alliance pour le Salut du Peuple (ASP).
29. Ntabo Ntaberi SHEKA
Deżinjazzjoni: Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka.
Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976.
Post tat-Twelid: Walikale, Territorju ta' Walikalele, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Goma, Kivu ta' Fuq, Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Novembru 2011.
Informazzjoni oħra: Huwa ċeda ruħu lill-MONUSCO fis-26 ta' Lulju 2017 u minn dakinhar ġie detenut mill-awtoritajiet Kongoliżi. Il-proċess tiegħu għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u parteċipazzjoni f'moviment ta' rvell, quddiem il-Qorti Militari f'Goma, beda f'Novembru 2018. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew l-integrazzjoni mill-ġdid tal-kumbattenti. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta' milizzja bbażat fil-Kongo li jopera minn bażijiet fit-territorju ta' Walikale fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-grupp Mayi Mayi Sheka wettaq attakki fuq minjieri fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż it-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta' Bisiye u l-estorsjoni min-nies tal-lokal. Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot t-tfal. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordna sensiela ta' attakki fit-territorju ta' Walikale mit-30 ta' Lulju sat-2 ta' Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta' milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tiegħu mill-attivitajiet ta' reklutaġġ.
30. Bosco TAGANDA
(psewdonimu: a) Bosco Ntaganda, b) Bosco Ntagenda, c) General Taganda, d) Lydia (Meta kien parti mill-APR), e) Terminator, f) Tango Romeo (Sinjal ta’ sejħa), g) Romeo (Sinjal ta’ sejħa), h) Major)
Indirizz: Belgium (sa mill-14 ta’ Diċembru 2022).
Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974.
Post tat-twelid: Bigogwe, Rwanda.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta’ Novembru 2005 (emendata fit-13 ta’ Ottubru 2016, id-19 ta’ Awwissu 2020, l-1 ta’ Marzu 2023).
Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f’Nyamitaba, fit-territorju ta’ Masisi, f’Kivu ta’ Fuq. Inħatar bħala Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta’ Digriet Presidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta’ paċi ta’ Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn wara l-arrest ta’ Laurent Nkunda f’Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” f’Kivu ta’ Fuq u t’Isfel. Daħal fir-Rwanda f’Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f’idejn l-uffiċjali tal-QKI f’Kigali fit-22 ta’ Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI f’The Hague, in-Netherlands. Fid-9 ta’ Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta’ delitti kontra l-umanità kontrih; il-proċess beda f’Settembru 2015. Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-QKI sabitu ħati ta’ 18-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, li twettqu f’Ituri bejn l-2002 u l-2003. Fis-7 ta’ Novembru 2019, huwa ngħata sentenza ta’ total ta’ 30 sena ħabs. Huwa appella kemm il-kundanna kif ukoll is-sentenza tiegħu. Fit-30 ta’ Marzu 2021, l-Awla tal-Appell tal-QKI kkonfermat il-kundanna u s-sentenza tiegħu. Fl-14 ta’ Diċembru 2022, huwa ġie ttrasferit fit-territorju tal-Belġju għall-eżekuzzjoni tal-piena. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Bosco Taganda kien il-kmandant militari tal-UPC/L, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f’Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa’ barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f’Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta’ kmand f’155 każ ta’ reklutaġġ u użu tat-tfal f’Kivu ta’ Fuq mill-2002 sal-2009. Bħala Kap Kmandant tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta’ kmand għall-massakru f’Kiwanja f’Novembru 2008.
Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f’Nyamitaba fit-territorju ta’ Masisi tal-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq. F’Ġunju 2011, kien jirrisjedi f’Goma u kien is-sid ta’ azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta’ Ngungu, tat-territorju ta’ Masisi fil-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta’ Digriet Presidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta’ paċi ta’ Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u mbagħad sar il-kmandant militari tas-CNDP wara li ġie arrestat Laurent Nkunda f’Jannar 2009. Minn Jannar 2009, kien Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” f’Kivu ta’ Fuq u t’Isfel. Daħal fir-Rwanda f’Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f’idejn l-uffiċjali tal-QKI f’Kigali fit-22 ta’ Marzu u sussegwentement ġie ttrasferit lill-QKI f’The Hague, in-Netherlands. Fid-9 ta’ Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta’ delitti kontra l-umanità kontrih. Il-proċess beda f’Settembru 2015.
31. Innocent ZIMURINDA
(psewdonimu: Zimulinda)
Deżinjazzjoni: a) M23, Bde Comd, Grad: Kurunell, b) Kurunell fil-FARDC.
Indirizz: Rubavu, Mudende.
Data ta' Twelid: a) 1 ta' Settembru 1972, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975, c) 16 ta' Marzu 1972.
Post tat-Twelid: a) Ngungu, Territorju ta' Masisi, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Masisi, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Ġie integrat fil-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru l-uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda, de facto, żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-grad u jilbes l-uniformi ġdida tal-FARDC. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275315
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont diversi sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-23 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 rifuġjat Rwandiż, l-aktar nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 persuna ċivili, inkluż nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja.
F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal diversi abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' għadd kbir ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju 2010 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. Ġie integrat fil-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru l-uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda, de facto, żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-grad u jilbes l-uniformi ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.
32. Muhindo Akili Mundos (alias: (a) Charles Muhindo Akili Mundos; (b) Akili Muhindo; (c) Muhindo Mundos)
Kariga: (a) Ġeneral tal-Forzi Armati tar-RDK (FARDC), Kmandant tal-Brigata 31 (b) Brigadier Ġeneral tal-FARDC
Data tat-twelid: 10 ta' Novembru 1972
Post tat-twelid: Repubblika Demokratika tal-Kongo
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018
Informazzjoni oħra: Muhindo Akili Mundos huwa Ġeneral tal-FARDC, Kmandant tal-Brigata 31. Inħatar kmandant tas-Settur Operazzjonali tal-FARDC fiż-żoni ta' Beni u Lubero, inkluż l-Operazzjoni Sukola I kontra l-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF) f'Settembru 2014. Baqa' f'dik il-pożizzjoni sa Ġunju 2015. Huwa wkoll ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(e) tal-UNSCR 2293.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Raġuni għall-elenkar:
Muhindo Akili Mundos iddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).
Informazzjoni addizzjonali:
Muhindo Akili Mundos kien il-kmandant tal-armata Kongoliża responsabbli għall-operazzjonijiet militari kontra l-ADF matul l-operazzjoni “Sukola I” minn Awwissu 2014 sa Ġunju 2015. L-unità tal-FARDC taħt il-kmand ta' Mundos naqset milli tintervjeni biex tipprevjeni abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-ADF, inkluż attakki mmirati lejn persuni ċivili. Mundos irrekluta u arma eks-ġellieda minn gruppi armati lokali biex jieħdu sehem fi qtil u massakri extraġudizzjarji mill-ADF.
Waqt li kien kmandant tal-operazzjoni Sukola I tal-FARDC, Mundos kien ukoll fil-kmand ta' fazzjoni ta' sottogrupp tal-ADF magħrufa bħala l-ADF-Mwalika, u taha appoġġ. Taħt il-kmand ta' Mundos, l-ADF-Malika wettqet attakki kontra persuni ċivili. Il-ġellieda tal-FARDC taħt il-kmand ta' Mundos taw appoġġ addizzjonali lill-ADF-Malika matul dawn l-operazzjonijiet.
33. Guidon Shimiray Mwissa
Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980
Post tat-twelid: Kigoma, Walikalele, Repubblika Demokratika tal-Kongo
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018
Informazzjoni oħra: Gradwa mill-iskola sekondarja f'humanités sociales fi Mpofi; ta' 16-il sena ngħaqad mal-grupp armat taħt il-kmand ta' She Kasikila; integra l-FARDC ma' Kasikila, li saret il-battaljun S3 tiegħu; ferut fl-2007, wara ngħaqad ma' Mai Mai Simba taħt il-kmandant ta' dak iż-żmien “Mando”; ħa sehem fil-ħolqien tal-NDC fl-2008, u sar viċi kmandant responsabbli mill-Brigata Aigle Lemabé. Huwa wkoll ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(g) tal-UNSCR 2293.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Raġuni għall-elenkar:
Guidon Shimiray Mwissa ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(g) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).
Informazzjoni addizzjonali:
Il-“Ġeneral” Guidon Simaray Mwissa ħalla l-Nduma defense du Congo (NDC) u ħoloq il-grupp tiegħu stess, NDC-R fl-2014.
L-NDC-R, immexxi minn Guidon Shimiray Mwissa, juża suldati tfal u bagħathom f'konflitt armat. L-NDC-R huwa akkużat ukoll b'abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċji tal-Lvant, u li impona taxxi illegali fiż-żoni tal-minjieri tad-deheb u li uża r-rikavat minnhom biex jixtri l-armi bi ksur tal-embargo fuq l-armi kontra r-RDK.
34. Lucien Nzambamwita (alias: André Kalume)
Data tat-twelid: 1966
Post tat-twelid: Cellule Nyagitabire, Sector Ruvune, Commune Kinyami, Prefecture Byumba, Rwanda
Nazzjonalità: Rwanda
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018
Informazzjoni oħra: Huwa ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(j) tal-UNSCR 2293.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Raġuni għall-elenkar:
Lucien Nzambamwita ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(j) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).
Informazzjoni addizzjonali:
Lucien Nzambamwita (magħruf ukoll bħala André Kalume) huwa mexxej militari tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR) li joperaw fir-RDK, li jdgħajfu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tar-RDK u huma responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem inkluż li mmiraw u qatlu persuni ċivili. Il-FDLR ġew sanzjonati mill-Kumitat 1533 fil-31 ta' Diċembru 2012.
35. Gédéon Kyungu Mutanga Wa Bafunkwa Kanonga
Deżinjazzjoni: Mexxej tar-ribelli Katangani
Data tat-twelid: 1974
Post tat-twelid: Territorju ta' Manono, Provinċja ta' Katanga (issa l-Provinċja ta' Tanganyika)
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018
Informazzjoni oħra: Gédéon Kyungu ġej mill-grupp etniku Balubakat. Wara li temm l-edukazzjoni primarja f'Likasi u l-iskola sekondarja f'Manono, kiseb lawrja fil-pedagoġija. Fl-1999 ingħaqad mal-moviment Maï Maï, u kkmanda, mill-2003, wieħed mill-aktar gruppi attivi fil-provinċja ta' Katanga. Fl-2006, żar il-forzi għaż-żamma tal-paċi tan-NU biex jintegra permezz tal-proċess ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR). Ħarab mill-ħabs fl-2011 u ċeda ruħu f'Ottubru 2016. Huwa ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(e) tal-UNSCR 2293.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Raġuni għall-elenkar:
Gédéon Kyungu Mutanga Wa Bafunkwa Kanonga ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).
Informazzjoni addizzjonali:
Billi kien il-mexxej tal-milizzja Bakata Katanga (magħrufa wkoll bħala Kata Katanga) bejn l-2011 u l-2014, Gédéon Kyungu Mutanga kien involut f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem bħal qtil u attakki fuq persuni ċivili, speċjalment f'żoni rurali tal-provinċja ta' Katanga. Bħala Kmandant tal-grupp armat Bakata Katanga, li huwa ħati ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra, inkluż attakki kontra persuni ċivili, fix-Xlokk tar-RDK, Gédéon Kyungu Mutanga huwa għalhekk ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK.
36. Seka BALUKU (psewdonimu inqas affidabbli: a) Mzee Kajaju, b) Musa, c) Lumu, d) Lumonde)
Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977
Nazzjonalità: Uganda
Indirizz: L-aħħar post magħruf huwa l-kamp ta’ Kajuju ta’ Medina II, it-territorju ta’ Beni, fit-Tramuntana ta’ Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 6 ta’ Frar 2020
Informazzjoni oħra: Baluku ilu żmien twil membru tal-ADF, u kien il-viċi kmandant tal-fundatur tal-ADF Jamil Mukulu sakemm ħa t-tmexxija f’idejh wara l-operazzjoni militari tal-FARDC Sukola I fl-2014.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Raġuni għall-elenkar:
Seka Baluku ġie elenkat fis-6 ta’ Frar 2020 skont il-paragrafu 7 tar-riżoluzzjoni 2293 (2016) talli ħa sehem f’atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RDK jew ipprovda appoġġ għalihom.
Informazzjoni addizzjonali:
Mexxej ġenerali tal-ADF. Kif enfasizzat f’diversi rapporti mill-Grupp ta’ Esperti dwar ir-RDK (S/2015/19, S/2015/797, S/2016/1102, S/2017/672, S/2018/531, S/2019/469, S/2019/974), SEKA Baluku wettaq, ippjana u/jew mexxa atti ripetuti ta’ mmirar, qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra u ħtif ta’ persuni ċivili, inkluż tfal, kif ukoll attakki fuq faċilitajiet tas-saħħa, b’mod partikolari f’Mamove, fit-territorju ta’ Beni, fit-12 u l-24 ta’ Frar 2019, kif ukoll ir-reklutaġġ u l-użu kontinwi tat-tfal matul l-attakki u għal xogħol furzat fit-territorju ta’ Beni fir-RDK sa mill-inqas l-2015.
37. Bernard Maheshe BYAMUNGU
(psewdonimu: Tiger One)
Deżinjazzjoni: a) Brigadier Ġeneral b) Viċi Kmandant tal-operazzjonijiet u l-intelligence għall-M23.
Data tat-twelid: 10 ta’ Ottubru 1974.
Post tat-twelid: Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Democratic Republic of the Congo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 25 ta’ Ottubru 2023.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(c) u 7(h) tar-riżoluzzjoni 2293 (2016) bħala “mexxejja politiċi u militari ta’ milizzji Kongoliżi, inkluż dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kombattenti tagħhom fil-proċessi ta’ diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid” u “jaġixxu f’isem jew li huma mmexxija minn individwu jew entità deżinjata, jew li jaġixxu f’isem jew li huma mmexxija minn entità li hija proprjetà ta’ individwu jew entità deżinjati”, kif affermat mill-ġdid mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2688 (2023). Bħala mexxej tal-M23, huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-grupp armat. F’Jannar 2023 ġie promoss għal Brigadier fl-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża, il-fergħa armata tal-M23. Imbagħad inħatar kap tal-persunal u viċi ta’ Sultani Makenga, u vvalida l-ippjanar għal kull operazzjoni tal-M23 fir-RDK minn dak iż-żmien ’l hawn. Inħareġ mandat mill-awtoritajiet Kongoliżi għall-arrest tiegħu.
38. Ruvugayimikore PROTOGÈNE
(psewdonimi: a) Ruhinda b) Gaby Ruhinda c) Zorro Midende d) Gatokarakura)
Deżinjazzjoni: Kmandant tal-unità speċjali tal-FDLR, “Commando de recherche et d’action en profondeur”, (“CRAP”), issa bl-isem Maccabe.
Data tat-twelid: a) 1968 b) 1969 c) 1970.
Post tat-twelid: a) Karandaryi Cell, Mwiyanike Sector, Karago Commune, Gisenyi Prefecture, Rwanda b) Nyabihu District, Western Province, Rwanda.
Indirizz: Nyiragongo, North Kivu, Democratic Republic of the Congo
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 25 ta’ Ottubru 2023.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(b), 7(e), u 7(h) tar-riżoluzzjoni 2293 (2016) bħala “mexxejja politiċi u militari ta’ gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatriazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti li jappartjenu għal dawk il-gruppi”; ‘li jippjanaw, jidderieġu, jew iwettqu atti fir-RDK li jikkostitwixxu ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, fosthom dawk l-atti li jinvolvu l-immirar ta’ persuni ċivili, inkluż il-qtil u l-mankament, l-istupru u vjolenza sesswali oħra, il-ħtif, l-ispostament furzat, u attakki fuq skejjel u sptarijiet’; u ‘li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ individwu jew entità deżinjata, jew li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ entità li hija proprjetà ta’ individwu jew entità deżinjata jew ikkontrollata minnhom’, kif affermat mill-ġdid mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2688 (2023). Bħala mexxej tal-FDLR, huwa għandu kmand u kontroll effettivi fuq il-kombattenti tal-grupp.
Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 2a.
1. ADF (FORZI DEMOKRATIĊI ALLEATI)
(Psewdonimu: a) Forces Démocratiques Alliées-Armée Nationale de Libération de l'Ouganda; b) ADF/NALU; c) NALU)
Indirizz: Provinċja ta' Kivu ta' Fuq, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Ġunju 2014.
Informazzjoni Oħra: Il-fundatur u mexxej tal-ADF, Jamil Mukulu, ġie arrestat f'Dar es Salaam, it-Tanzanija, f'April 2015. Sussegwentement ġie estradit lejn Kampala, l-Uganda f'Lulju 2015. Minn Ġunju 2016, ġie rrappurtat li Mukulu kien qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li kien qed jistenna l-proċess tiegħu. Seka Baluku ħa l-kariga ta' mexxej ġenerali tal-ADF wara Jamil Mukulu. Kif enfasizzat f'diversi rapporti mill-Grupp ta' Esperti tan-NU dwar ir-RDK (S/2015/19, S/2015/797, S/2016/1102, S/2017/672, S/2018/531, S/2019/469, S/2019/974, S/2020/482), l-ADF, inkluż taħt it-tmexxija ta' Seka Baluku, komplew iwettqu atti ripetuti ta' mmirar, qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra, ħtif ta' persuni ċivili, inkluż tfal, kif ukoll attakki fuq irħula u faċilitajiet tas-saħħa, b'mod partikolari f'Mamove, fit-territorju ta' Beni, fit-12 u l-24 ta' Frar 2019, u f'Mantumbi, fit-territorju ta' Beni, fil-5 ta' Diċembru 2019 u t-30 ta' Jannar 2020, kif ukoll ir-reklutaġġ u l-użu kontinwi tat-tfal matul l-attakki u għal xogħol furzat fit-territorju ta' Beni fir-RDK sa mill-inqas l-2015. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Entities
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Forzi Demokratiċi Alleati (“ADF”) inħolqu fl-1995 u jinsabu fiż-żona muntanjuża tal-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda. Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-Grupp ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“GoE”), li jikkwota uffiċjali tal-Uganda u sorsi tan-NU, fl-2013 l-ADF kellhom saħħa stmata ta' bejn 1 200 u 1 500 ġellied armat li jinsabu fil-Grigal tat-Territorju ta' Beni tal-provinċja ta' Kivu ta' Fuq, qrib il-fruntiera mal-Uganda. Skont stimi tal-istess sorsi, is-sħubija totali tal-ADF — inkluż in-nisa u t-tfal — hija ta' bejn 1 600 u 2 500 . Minħabba l-operazzjonijiet militari offensivi mill-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni għall-Istabbilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) li saru fl-2013 u fl-2014, l-ADF ferrxu l-ġellieda tagħhom f'bosta bażijiet iżgħar, u ċaqalqu lin-nisa u t-tfal għal żoni fil-Punent ta' Beni, u mal-fruntiera bejn Ituri u Kivu ta' Fuq. Il-kmandant militari tal-ADF huwa Hood Lukwago u l-kap suprem tiegħu huwa l-individwu li ġie milqut mis-sanzjonijiet Jamil Mukulu.
L-ADF wettqu ksur serju tad-dritt internazzjonali u l-UNSCR 2078 (2012), inkluż kif imniżżel fid-dettall hawn taħt.
L-ADF irreklutaw u użaw suldati tfal bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli (il-paragrafu 4(d) tal-UNSCR).
Ir-rapport finali tal-2013 tal-GoE ddikjara li l-GoE għamel intervista lil tliet eks ġellieda tal-ADF li kienu ħarbu matul l-2013 u li ddeskrivew kif dawk li jirreklutaw mill-ADF fl-Uganda jattiraw lin-nies lejn ir-RDK b'wegħdiet foloz ta' impjieg (għall-adulti) u edukazzjoni b'xejn (għat-tfal) u mbagħad iġiegħluhom jingħaqdu mal-ADF. Ukoll skont ir-rapport tal-GoE, eks ġellieda tal-ADF qalu lill-GoE li l-gruppi ta' taħriġ tal-ADF tipikament jinkludu rġiel adulti u subien u żewġ subien li ħarbu mill-ADF fl-2013 qalu lill-GoE li huma kienu rċevew taħriġ militari mill-ADF. Ir-rapport tal-GoE jinkludi wkoll rakkont tat-taħriġ tal-ADF minn “eks suldat tifel tal-ADF”.
Skont ir-rapport finali tal-2012 tal-GoE, ir-rekluti tal-ADF jinkludu tfal, kif intwera mill-każ tal-persuna li tirrekluta tal-ADF li nqabad mill-awtoritajiet tal-Uganda f'Kasese ma' sitt subien fi triqtu lejn ir-RDK f'Lulju 2012.
Eżempju speċifiku tar-reklutaġġ tal-ADF u l-użu tat-tfal jidher f'ittra tas-6 ta' Jannar 2009 mill-Eks-Direttur tal-Afrika tal-Human Rights Watch, Georgette Gagnon, lill-Eks-Ministru għall-Ġustizzja tal-Uganda, Kiddhu Makubuyu, li tgħid li tifel bl-isem ta' Bushobozi Irumba ġie maħtuf fl-età ta' disa' snin mill-ADF fl-2000. Huwa kellu jipprovdi trasport u servizzi oħra lil ġellieda tal-ADF.
Barra minn hekk, “The Africa Report” ikkwota allegazzjonijiet li l-ADF allegatament qed jirreklutaw tfal mill-età żgħira ta' għaxar snin bħala suldati tfal u kelliem tal-Uganda People's Defence Force (UPDF) ġie kkwotat li ddikjara li l-UPDF salva 30 tifel minn kamp ta' taħriġ fuq il-Gżira ta' Buvuma fil-Lag Victoria.
L-ADF wettqu wkoll għadd kbir ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra nisa u tfal, inkluż qtil, mankamenti u vjolenza sesswali (il-paragrafu 4(e) tal-UNSCR).
Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-GoE, fl-2013 l-ADF attakkaw għadd kbir ta' rħula, li wassal biex aktar minn 66 000 persuna ħarbu lejn l-Uganda. Dawn l-attakki naqqsu l-popolazzjoni ta' żona kbira, li minn dak iż-żmien l-ADF qed jikkontrollaw billi jaħtfu jew joqtlu persuni li jirritornaw fl-irħula tagħhom. Bejn Lulju u Settembru 2013, l-ADF qatgħu ras mill-inqas ħames persuni fiż-żona ta' Kamango, sparaw lil bosta oħrajn, u ssekwestraw għexieren oħra. Dawn l-azzjonijiet itterrorizzaw lill-popolazzjoni lokali u żammu lin-nies lura milli jirritornaw lejn darhom.
Il-Global Horizontal Note, mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar ta' ksur serju kontra t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat irrapporta lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati (CAAC) li matul il-perijodu ta' rappurtar minn Ottubru sa Diċembru 2013, l-ADF kienu responsabbli għal 14 mit-18-il persuna minorenni maqtula ddokumentati, inkluż f'inċident fil-11 ta' Diċembru 2013, fit-territorju Beni, Kivu ta' Fuq, meta l-ADF attakkaw il-villaġġ ta' Musuku, fejn qatlu 23 persuna, inkluż 11-il tifel u tifla (tlett ibniet u tmien subien), ta' età bejn xahrejn u 17-il sena. Il-vittmi kollha kienu ġew mutilati b'mod sever bil-machetes, inkluż żewġt itfal li ssalvaw mill-attakk.
Ir-Rapport ta' Marzu 2014 tas-Segretarju Ġenerali dwar Vjolenza Sesswali Relatata ma' Konflitt jidentifika lill-“Allied Democratic Forces — National Army for the Liberation of Uganda” fuq il-lista tiegħu ta' “Partijiet issuspettati b'mod kredibbli li wettqu jew li kienu responsabbli għal stupru jew forom oħra ta' vjolenza sesswali f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat.”
L-ADF ipparteċipaw ukoll f'attakki kontra forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO (il-paragrafu 4(i) tal-UNSCR).
Fl-aħħar nett, il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) irrappurtat li l-ADF wettqu mill-inqas żewġ attakki fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO. L-ewwel wieħed, fl-14 ta' Lulju 2013, kien attakk fuq pattulja tal-MONUSCO fit-triq bejn Mbau u Kamango. Dettalji dwar dan l-attakk jinsabu fir-rapport finali tal-2013 tal-GoE. It-tieni attakk seħħ fit-3 ta' Marzu 2014. Vettura tal-MONUSCO ġiet attakkata bil-granati għaxar kilometri mill-ajruport Mavivi f'Beni, li wassal biex ħames membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi ndarbu.
Il-fundatur u mexxej tal-ADF, Jamil Mukulu, ġie arrestat f'Dar es Salaam, it-Tanzanija, f'April 2015. Sussegwentement ġie estradit lejn Kampala, l-Uganda f'Lulju 2015. Minn Ġunju 2016, qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu.
2. BUTEMBO AIRLINES (BAL)
Indirizz: Butembo, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278478
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Kisoni Kambale (miet fil-5 ta' Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongbwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.
3. COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL); GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC)
Indirizz: a) Avenue Président Mobutu, Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Gisenyi, Rwanda, c) PO BOX 315, Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, GLBC ma kellhiex aktar inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278381
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta' Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta' armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). F'Diċembru 2008, GLBC ma kellhiex aktar inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.
4. CONGOMET TRADING HOUSE
Indirizz: Butembo, Kivu tat-Tramuntana.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Ma għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, Kivu tat-Tramuntana. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278420
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta' Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta' Lulju 2007 u li sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta' Mongbwalu, li kienet ikkontrollata mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Ma għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, Kivu tat-Tramuntana.
5. FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR)
(psewdonimu: a) FDLR, b) Force Combattante Abacunguzi, c) Combatant Force for the Liberation of Rwanda, d) FOCA)
Indirizz: a) Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni oħra: Indirizz elettroniku: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net; fdlrsrt@gmail.com; humura2020@gmail.com. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278442
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
L-FDLR huwa wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-RDK. Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'konflitt armat, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali u spostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta' sitta u disgħin persuna ċivili f'Busurguni, fit-territorju ta' Walikale. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f'darhom. Skont l-istess sors, f'Ġunju 2010, ċentru mediku ta' NGO irrapporta madwar sittin każ fix-xahar ta' tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta' Lubero, f'Kivu tat-Tramuntanaminn gruppi armati inkluż l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta' Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li attivamenti l-FDLR kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta' 18-il sena, uħud saħansitra ta' 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. F'Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kumbattenti tal-FDLR attakkaw għadd kbir ta' rħula fit-territorju ta' Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna.
Skont rapport ta' Ġunju 2012 mill-HRW, f'Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f'Kamananga u Lumenje, fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar, kif ukoll f'Chambucha, territorju ta' Walikale, u rħula fiż-żona ta' Ufumandu tat-territorju ta' Masisi, provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. F'dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b'machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta' persuni ċivili, inkluż ħafna tfal. Skont ir-Rapport ta' Ġunju 2012 tal-Grupp ta' Esperti, l-FDLR attakka diversi rħula f'Kivu tan-Nofsinhar mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-4 ta' Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inkluż disat itfal u sitt nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom matul l-attakk. Barra minn hekk, ġew stuprati mara u tifla. Ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakra tal-inqas 14-il persuna ċivili, inkluż ħames nisa u ħamest itfal f'Kivu tan-Nofsinhar f'Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012, in-NU ddokumentat tal-inqas 106 inċident ta' vjolenza sesswali mwettaq mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, l-FDLR stupra seba' nisa fil-lejl tal-10 ta' Marzu 2012, inkluż minorenni, f'Kalinganya, fit-territorju ta' Kabare. L-FDLR reġa' attakka r-raħal fl-10 ta' April 2012 u stupra tlieta min-nisa għat-tieni darba. ►C1 Ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta’ 11-il persuna mill-FDLR f’Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta’ April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta’ 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inkluż ħames minorenni u sitt nisa, f’Mejju. ◄
6. M23
(pswedonimu: Mouvement du 23 mars).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni Oħra: Indirizz elettroniku: mouvementdu23mars1@gmail.com. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5277973
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha tmien snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-konflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.
7. MACHANGA LTD
Indirizz: Plot 55A, Upper Kololo Terrace, Kampala, Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarji ta' Machanga baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK. L-aħħar rendikont annwali li Machanga Ltd ippreżentat kien fl-2004 u din ġiet elenkata bħala “status inattiv” skont l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Uganda. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Entities
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Machanga xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK b'rabtiet mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.
8. TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO)
(psewdonimu: TPD)
Indirizz: Goma, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Goma, b'kumitati provinċjali f'Kivu tan-Nofsinhar, f'Kasai Occidental, Kasai Oriental u Maniema. Uffiċjalment issospendiet l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali ta' Kivu tat-Tramuntana Robert Seninga u Bertin Kirivita. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278464
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi billi provdiet għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, f'Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu tal-2005. Goma, b'kumitati provinċjali f'Kivu tan-Nofsinhar, f'Kasai Occidental, Kasai Oriental u Maniema. Issospendiet l-attivitajiet kollha uffiċjalment fl-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali ta' Kivu tat-Tramuntana Robert Seninga u Bertin Kirivita.
9. UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD
Indirizz: a) Plot 22, Kanjokya Street, Kamwokya, Kampala, Uganda (Tel.: +256 41 533 578/9), b) PO BOX 22 709 , Kampala, Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb. (Diretturi s-Sur Jamnadas V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni” — u t-tfal tiegħu s-Sur Kunal J. LODHIA u Jitendra J. LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Id-diretturi ta' UCI baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK. L-aħħar rendikont annwali li Uganda Commercial Impex (UCI) Ltd ippreżentat kien fl-2013 u din ġiet elenkata bħala “Inattiva — status inattiv” mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Uganda. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Entities
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
UCI xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK b'rabtiet mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb. (Eks diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni” — u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.
ANNESS Ia
LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Ilunga KAMPETE |
magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; Hugues Raston Ilunga Kampete Data tat-twelid: 24.11.1964 Post tat-twelid: Lubumbashi, DRC Nazzjonalità: RDK Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29 Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, DRC Sess: raġel |
Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR) sa April 2020, Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa. Huwa kien ukoll responsabbli għar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn aġenti tal-GR, bħar-repressjoni vjolenti ta’ manifestazzjoni tal-oppożizzjoni f’Lubumbashi f’Diċembru 2018. Minn Lulju 2020, huwa suldat ta’ livell għoli, bħala Logutenent Ġenerali fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u Kmandant tal-bażi militari ta’ Kitona fil-provinċja ta’ Kongo Central. Skont il-funzjonijiet tiegħu huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC. Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
|
2. |
Gabriel Amisi KUMBA |
magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; “Tango Fort”; “Tango Four” Data tat-twelid: 28.5.1964 Post tat-twelid: Malela, DRC Nazzjonalità: RDK Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-87-77512-30 Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema DRC Sess: raġel |
Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) li ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa. Gabriel Amisi Kumba kien Viċi Kap tal-Persunal tal-FARDC inkarigat mill-operazzjonijiet u l-intelligence minn Lulju 2018 sa Lulju 2020. Minn dak iż-żmien, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ Spettur Ġenerali tal-FARDC. Minħabba l-funzjonijiet għolja tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC. Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
|
3. |
Célestin KANYAMA |
magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; “Esprit de mort” Data tat-twelid: 4.10.1960 Post tat-twelid: Kananga, DRC Nazzjonalità: RDK Numru tal-passaport tar-RDK: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019) Viża ta’ Schengen bin-numru: 011518403, maħruġa fit-2.7.2016 Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, DRC Sess: raġel |
Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Célestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa. Célestin Kanyama kien Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta’ taħriġ tal-PNC minn Lulju 2017 sa April 2023. F’Ottubru 2018, uffiċjali tal-pulizija intimidaw u ċaħħdu lill-ġurnalisti mil-libertà wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ artikli dwar il-miżapproprjazzjoni tar-razzjonijiet tal-kadetti tal-pulizija u r-rwol li Célestin Kanyama kellu f’dawn l-avvenimenti. Célestin Kanyama jibqa’ uffiċjal għoli tal-pulizija u għadu fuq xogħol attiv. Minħabba r-rwol tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-PNC, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC. Għalhekk, Célestin Kanyama kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
|
4. |
John NUMBI |
magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi Data tat-twelid: 16.8.1962 Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi, DRC Nazzjonalità: RDK Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, DRC Sess: raġel |
John Numbi kien l-Ispettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018 sa Lulju 2020. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC bejn Lulju 2018 u Lulju 2020, bħal vjolenza sproporzjonata kontra minaturi illegali minn Ġunju sa Lulju 2019 minn truppi tal-FARDC taħt l-awtorità diretta tiegħu. Għalhekk, John Numbi kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Sal-bidu tal-2021, John Numbi kellu pożizzjoni ta’ influwenza fl-FARDC, speċjalment f’Katanga, fejn ġie rrappurtat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC. John Numbi huwa involut f’attivitajiet destabbilizzanti fir-RDK, immirati b’mod partikolari lejn is-seċessjoni tal-provinċja ta’ Katanga. John Numbi għalhekk għadu theddida għas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK u huwa responsabbli għas-sostenn tal-instabbiltà fil-pajjiż, speċjalment f’Katanga. |
12.12.2016 |
|
5. |
Evariste BOSHAB |
magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng Data tat-twelid: 12.1.1956 Post tat-twelid: Tete Kalamba, DRC Nazzjonalità: RDK Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu mill-21.12.2015 sal-20.12.2020) Il-viża ta’ Schengen skadiet fil-5.1.2017 Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, DRC Sess: raġel |
Fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta’ attivisti u ta’ membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b’reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f’Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta’ ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta’ sigurtà. Għalhekk, Evariste Boshab kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Evariste Boshab kellu wkoll rwol fl-isfruttament u fl-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, fejn huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza, b’mod partikolari minn mindu sar is-Senatur ta’ Kasai f’Marzu 2019. |
29.5.2017 |
|
6. |
Alex Kande MUPOMPA |
magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa Data tat-twelid: 23.9.1950 Post tat-twelid: Kananga, DRC Nazzjonalità: RDK u Belġjana Numru tal-passaport tar-RDK: PO0024910 (validu mill-21.3.2016 sal-20.3.2021) Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belgium 1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, DRC Sess: raġel |
Bħala Gvernatur ta’ Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta’ Dibaya fi Frar 2017. Għalhekk, Alex Kande Mupompa kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Alex Kande Mupompa kellu wkoll rwol fl-isfruttament u l-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, reġjun li kien rappreżentant tiegħu sa Ottubru 2019 u li fih huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza permezz tal-Congrès des alliés pour l’action au Congo (CAAC), li huwa parti mill-gvern provinċjali ta’ Kasai. |
29.5.2017 |
|
7. |
Éric RUHORIMBERE |
magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; “Tango Two”; “Tango Deux” Data tat-twelid: 16.7.1969 Post tat-twelid: Minembwe, DRC Nazzjonalità: RDK Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64 Numru tal-passaport tar-RDK: OB0814241 Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta’ Kasai, DRC Sess: raġel |
Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Éric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b’mod partikolari kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal. Éric Ruhorimbere kien il-Kmandant tas-settur operazzjonali ta’ Nord Equateur minn Lulju 2018 sa Ottubru 2022. Huwa hu għad-dispożizzjoni tal-Persunal Ġenerali tal-FARDC u għadu fuq xogħol attiv. Minħabba r-rwol tiegħu fil-FARDC, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC. Għalhekk, Éric Ruhorimbere kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
|
▼M51 ————— |
||||
|
11. |
Meddie NKALUBO |
magħruf ukoll bħala Mohammed Ali Nkalubo; Abul Jihad; Punny Boy Data tat-twelid: 1987, 1991, 1992 jew 1993 Nazzjonalità: Ugandiż Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: mexxej għoli tal-Forzi Demokratiċi Alleati |
Meddie Nkalubo huwa mexxej għoli tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat mhux governattiv li jopera fl-Uganda, fir-Rwanda u fil-parti tal-Lvant tar-RDK. Huwa ġie identifikat bħala persuna b’diversi responsabbiltajiet fl-ADF, fosthom il-komunikazzjoni u l-propaganda, ir-reklutaġġ, il-fabbrikazzjoni ta’ armi, u relazzjonijiet mill-qrib mal-ISIL (Da’esh). Meddie Nkalubo ġie identifikat wkoll bħala l-figura ewlenija inkarigata mill-operazzjonijiet esterni tal-ADF, bil-kompitu li jorganizza u jissorvelja l-finanzjament estern tagħhom u li jikkoordina l-fluss tal-fondi tal-ISIL (Da’esh) lejn l-ADF. L-ADF jikkontribwixxu għall-konflitt armat, l-instabbilità u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK (b’mod partikolari fil-provinċji ta’ Ituri u ta’ Kivu tat-Tramuntana), partikolarment permezz ta’ vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż attakki kontra persuni ċivili, qtil u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija għolja tiegħu u d-diversi responsabbiltajiet tiegħu fl-ADF, Meddie Nkaluba huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
8.12.2022 |
|
12. |
Justin BITAKWIRA |
magħruf ukoll bħala Bihona-Hayi Data tat-twelid: 5.12.1960 Post tat-twelid: Lemera, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: politiku, eks Ministru nazzjonali u President tal-Alleanza għar-Repubblika u l-Kuxjenza Nazzjonali |
Justin Bitakwira huwa politiku Kongoliż, eks Ministru tal-gvern u membru tal-partit politiku “Unjoni għan-Nazzjon Kongoliż”. Fid-diskorsi pubbliċi tiegħu, huwa ripetutament inċita l-vjolenza u ħeġġeġ id-diskriminazzjoni u l-ostilità lejn il-komunità ta’ Banyamulenge, li sfat fil-mira u ġiet attakkata minn gruppi armati. Dawk id-diskorsi u n-narrattivi xewwiexa jikkontribwixxu biex jalimentaw il-konflitt u l-vjolenza fir-RDK, b’mod partikolari fir-reġjun ta’ Hauts-Plateaux ikkaratterizzat minn konflitti interkomunali. Għalhekk Justin Bitakwira huwa responsabbli għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK permezz tal-inċitament għall-vjolenza. |
8.12.2022 |
|
13. |
Joseph Nganzo Olikwa TIPI |
magħruf ukoll bħala: Colonel Tipi Ziro Ziro, Joseph Ngadjole, Joseph Nganzole Olikwa Data tat-twelid: 10.11.1977 Post tat-twelid: Bunia Fataki, RDK Nazzjonalità: RDK Sess: raġel Grad: Kurunell tal-FARDC Pożizzjoni: Viċi Kmandant tat-12-il Brigata ta’ Reazzjoni Rapida f’Minembwe, eks Kmandant tat-312-il battaljun tal-31 Brigata tad-Difiża Ewlenija Karta tal-identità militari: 1-77-96-32692-76 |
Joseph Nganzo Olikwa Tipi kien il-Kmandant tat-312-il battaljun tal-31 Brigata tad-Difiża Ewlenija tal-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDC) sa Jannar 2022. Il-forzi tat-312-il battaljun taħt il-kmand u r-responsabbiltà tiegħu wettqu attakki fuq persuni ċivili u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari stupri ta’ nisa bejn Ġunju u Diċembru 2021. Joseph Nganzo Olikwa Tipi għadu uffiċjal għoli fil-FARDC, bħala Kurunell u Viċi Kmandant tat-12-il Brigata ta’ Reazzjoni Rapida f’Minembwe (Kivu t’Isfel). Minħabba l-funzjonijiet tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC. Joseph Nganzo Olikwa Tipi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
8.12.2022 |
|
14. |
Désiré LONDROMA NDJUKPA |
magħruf ukoll bħala: Désiré Lokana Lokanza Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: Uffiċjal tad-Difiża fil-CODECO URDPC (“inkarigat mid-difiża”) |
Désiré Londroma Ndjukpa huwa mexxej tal-Kooperattiva għall-Iżvilupp tal-Kongo/Unjoni ta’ Rivoluzzjonarji għad-Difiża tal-Poplu Kongoliż (CODECO URDPC), identifikat bħala l-uffiċjal tad-difiża (“charge of defence”) tiegħu u komexxej tal-fergħa politika tiegħu. Il-CODECO URDPC huwa grupp armat mhux governattiv li jopera fil-parti tal-Lvant tar-RDK u li qed jikkontribwixxi għall-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari permezz tal-vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil, vjolenza sesswali u attakki fuq persuni ċivili bħal attakki fuq il-kampijiet ta’ persuni spustati internament, bejn nofs Novembru 2021 u Frar 2022, li b’mod partikolari kellhom fil-mira l-komunità Hema. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija fil-CODECO URDPC, Londroma Ndjukpa huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
8.12.2022 |
|
15. |
Willy NGOMA |
magħruf ukoll bħala: Major Willy NGOMA Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: kelliem għall-Moviment tat-23 ta’ Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (Mouvement du 23 mars/Armée révolutionnaire du Congo – M23/ARC) |
Willy Ngoma għandu l-pożizzjoni ewlenija ta’ kelliem għall-Moviment tat-23 ta’ Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (Mouvement du 23 mars/Armée révolutionnaire du Congo – M23/ARC), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-parti tal-Lvant tar-RDK. L-M23/ARC jikkontribwixxi għall-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari permezz ta’ vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil, attakki u vjolenza sesswali kontra persuni ċivili. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23/ARC, Willy Ngoma huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
8.12.2022 |
|
16. |
William YAKUTUMBA |
Data tat-twelid: 1970 Post tat-twelid: Lunbondia, South-Kivu, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: mexxej tal-Coalition Nationale du Peuple pour la Souverainité du Congo (CNPSC); fundatur u mexxej tal-milizzja Mai-Mai Yakutumba |
William Yakutumba huwa s-Segretarju Ġenerali u Kmandant tal-Coalition Nationale du Peuple pour la Souverainité du Congo (CNPSC), koalizzjoni tal-hekk imsejħa milizzji Mai-Mai fil-provinċja ta’ Kivu t’Isfel tar-RDK. Huwa l-fundatur u l-mexxej ta’ waħda mill-akbar milizzji ta’ dik il-koalizzjoni, il-Mai-Mai Yakutumba. Il-Mai-Mai Yakutumba tikkontribwixxi għall-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari permezz ta’ vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż massakri ta’ popolazzjonijiet ta’ villaġġi, attakki fuq persuni ċivili, stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali. Il-Mai-Mai Yakutumba tikkontrolla wkoll il-minjieri tad-deheb fil-parti tal-Lvant tar-RDK, flimkien mal-membri tas-CNPSC li jikkontrollaw ir-rotot tal-minjieri. Huma japprofittaw ruħhom mill-isfruttament illeċitu tad-deheb u mill-kummerċ tiegħu. Il-Mai-Mai Yakutumba tuża l-profitti li taqla’ minn dak il-kummerċ biex tiffinanzja l-attivitajiet armati tagħha. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fis-CNPSC u fil-milizzja Mai-Mai Yakutumba, William Yakutumba huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn u l-isfruttament tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, inkluż permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu ta’ riżorsi naturali. |
8.12.2022 |
|
17. |
Alain François Viviane GOETZ |
Data tat-twelid: 24.4.1965 Post tat-twelid: Deurne, Antwerp, Belgium Nazzjonalità: Belgjan Sess: raġel |
Alain Goetz huwa negozjant, li huwa l-eks sid benefiċjarju u l-eks direttur ta’ African Gold Refinery Ltd., reġistrata fl-Uganda. Għadu marbut mal-African Gold Refinery Ltd bħala konsulent u promotur. Sa mill-2016, African Gold Refinery Limited irċeviet, xtrat, irfinat u kkummerċjalizzat deheb illeċitu li joriġina minn minjieri fir-RDK li huma kkontrollati minn gruppi armati mhux governattivi, inkluż Mai-Mai Yakutumba u Raia Mutomboki, li huma involuti f’attivitajiet destabbilizzanti fil-provinċja ta’ Kivu t’Isfel. Alain Goetz għad għandu wkoll interessi relatati mad-deheb fir-reġjun permezz tal-kumpanija Aldabra, li huwa jikkontrolla. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, Alain Goetz qed jisfrutta l-konflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-RDK permezz tal-isfruttament u l-kummerċ illeċiti tar-riżorsi naturali. |
8.12.2022 |
|
▼M51 ————— |
||||
|
19. |
Michel RUKUNDA |
magħruf ukoll bħala Makanika Funzjoni/grad: Kmandant u Mexxej militari tal-grupp armat Twirwaneho f’Kivu tan-Nofsinhar Data tat-twelid: 12.9.1974 Post tat-twelid: Minembwe, South-Kivu, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: raġel |
Michel Rukunda huwa eks Kurunell tal-forzi armati Kongoliżi (FARDC) u l-Kmandant u l-Mexxej militari tal-grupp armat mhux governattiv Twirwaneho li jopera f’Kivu tan-Nofsinhar, li jiddikjara li jirrappreżenta l-Komunità ta’ Banyamulenge. Twirwaneho jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ volontarju jew furzat tat-tfal biex jipparteċipaw b’mod attiv f’ostilitajiet, attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), u qtil, bħall-attakki kontra persuni ċivili fir-raħal ta’ Mikenge f’Novembru 2021 li qatlu mill-inqas sitt persuni. Barra minn hekk, Michel Rukunda kien involut direttament fit-taħriġ militari ta’ rekluti u fl-użu ta’ tfal, inkluż bħala skorti armati. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fi Twirwaneho u l-involviment dirett tiegħu fit-taħriġ u l-użu tat-tfal, Michel Rukunda huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
20. |
Charles SEMATAMA |
magħruf ukoll bħala Sebanyana Funzjoni/grad: Kmandant, Viċi mexxej militari ta’ Twirwaneho Data tat-twelid: 1975 Post tat-twelid: Kalunyo village, around Kamombo localities, South Kivu, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: raġel |
Charles Sematama huwa eks uffiċjal tal-forzi armati Kongoliżi (FARDC) u għandu l-kariga ewlenija ta’ Kmandant u Viċi Mexxej Militari tal-grupp armat mhux governattiv Twirwaneho li jopera f’Kivu tan-Nofsinhar, li jgħid li jirrappreżenta l-Komunità ta’ Banyamulenge. Twirwaneho jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ volontarju jew furzat tat-tfal biex jipparteċipaw b’mod attiv f’ostilitajiet, attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), u qtil, bħall-attakki kontra persuni ċivili fir-raħal ta’ Mikenge f’Novembru 2021 li qatlu mill-inqas sitt persuni. Barra minn hekk, Charles Sematama kien involut direttament f’sessjonijiet ta’ propaganda kif ukoll fir-reklutaġġ furzat u l-użu ta’ tfal, inkluż bħala skorti armati. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fi Twirwaneho u l-involviment dirett fir-reklutaġġ furzat u l-użu ta’ tfal, Charles Sematama huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
21. |
Ahmad Mahmood HASSAN |
magħruf ukoll bħala Ahmad Mahamood Hassan, Ahmad Mahmoud Hassan, Jundi, Abwakasi, Abuwakas, Murabu, Marabou, jew Mwarabu Funzjoni/grad: Kap anzjan tal-ADF. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1993 Nazzjonalità: Tanzani Sess: raġel |
Ahmad Mahmood Hassan huwa mexxej ewlieni tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat mhux governattiv li jopera fl-Uganda u fil-Lvant tar-RDK. Ġie identifikat bħala persuna b’responsabbiltajiet ewlenin fl-ADF, fosthom il-kmand ta’ kamp, it-taħriġ ta’ rekluti, il-produzzjoni ta’ bombi, il-komunikazzjoni online u relazzjonijiet mill-qrib mal-ISIL (Da’esh). L-ADF isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas sigurtà fir-RDK (partikolarment fil-provinċji ta’ Ituri u Kivu tat-Tramuntana) u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari minħabba attakki kontra persuni ċivili, qtil u ħtif, bħall-attakki f’Marzu 2023 fit-territorju tan-Nofsinhar u tax-Xlokk ta’ Beni li qatlu aktar minn 80 persuna ċivili u ħatfu aktar minn 20 oħra. Barra minn hekk, Ahmad Mahmood Hassan kien involut direttament fl-ippjanar u t-twettiq tal-attakki tal-ADF, inkluż bumbardament fil-belt żgħira ta’ Kasindi (it-territorju ta’ Beni) fil-15 ta’ Jannar 2023 u attakk bil-bombi f’Goma fis-7 ta’ April 2022 li qatel sitt persuni u darab sittax oħrajn. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija għolja tiegħu fl-ADF u l-involviment dirett tiegħu fl-ippjanar u t-twettiq ta’ attakki tal-ADF, Ahmad Mahmood Hassan huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
22. |
Janvier Karairi (“Karahiri”) BUINGO |
Funzjoni/grad: Ġeneral, kap tal-APCLS Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1962 Nazzjonalità: maħsub li Kongoliż (RDK) Sess: raġel |
Janvier Karairi għandu l-kariga ewlenija ta’ Ġeneral u kap tal-Alleance des patriotes pour un Congo libre et souverain (APCLS), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Grigal tar-RDK u involut fil-koalizzjoni ta’ gruppi armati “Alliance des résistants de la patrie” (ARP) kontra l-Moviment tat-23 ta’ Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (Mouvement du 23 mars/Armée révolutionnaire Congolaise – M23/ARC). L-APCLS isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni f’operazzjonijiet tal-koalizzjoni ta’ gruppi armati tal-ARP, bħal f’Kitshanga u Rubaya f’Jannar u fl-aħħar parti ta’ Frar 2023, qtil ta’ persuni ċivili u attakki kontrihom, partikolarment kontra Tutsi Kongoliżi, u ksur serju mwettaq kontra tfal bħal stupri u forom oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-APCLS, Janvier Karairi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
23. |
Justin Maki GESI |
magħruf ukoll bħala Le petit loup de la montagne Funzjoni/grad: Kmandant tal-CODECO/Alliance pour le Développement du Congo (CODECO/ALC). Data tat-twelid: mhux magħrufa Nazzjonalità: maħsub li Kongoliż (RDK) Sess: raġel |
Justin Maki Gesi għandu kariga ewlenija bħala Kmandant tal-ALC/CODECO, grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Grigal tar-RDK (speċjalment Ituri). L-ALC/CODECO jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari bl-użu ta’ tfal bħala ġellieda, ħtif, qtil ta’ u attakki kontra persuni ċivili, bħall-attakk fuq l-irħula ta’ Nyamamba u Mbogi fit-13 ta’ Jannar 2023 li warajh instabu aktar minn 40 vittma. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fil-CODECO/ALC, Justin Maki Gesi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
24. |
Apollinaire HAKIZIMANA |
magħruf ukoll bħala le poète, Adonia Funzjoni/grad: Logutenent Ġeneral fl-FDLR/Kummissarju tad-Difiża Data tat-twelid: 1964 Nazzjonalità: Rwandiż Sess: raġel |
Apollinaire Hakizimana huwa mexxej militari tal-“Forces démocratiques de libération du Rwanda – Forces combattantes abacunguzi” (FDLR-FOCA), bħala Ġeneral u Kummissarju tad-Difiża ta’ dan il-grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK. L-FDLR-FOCA jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ ġellieda, il-qtil ta’ persuni ċivili, u ksur serju mwettaq kontra t-tfal bħal stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-FDLR-FOCA, Apollinaire Hakizimana hu għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
25. |
Simon (Salomon) TOKOLONGA |
Funzjoni/grad: Kurunell, kmandant tat-3411-il riġment tal-FARDC Data tat-twelid: 17.4.1972 Post tat-twelid: Kishandja (North Kivu) Nazzjonalità: RDK Sess: raġel |
Il-Kurunell Simon Tokolonga għandu kariga ewlenija fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) bħala l-kap tat-3411-il riġment tiegħu. Il-Kurunell Tokolonga attenda laqgħa f’Pinga fit-8 u d-9 ta’ Mejju 2022 fejn gruppi armati lokali, bħall-Nduma défense du Congo-Rénové (NDC-R) u l-Alliance des patriotes pour un Congo libre et souverain (APCLS), ġabru u ffurmaw koalizzjoni biex jirreżistu l-Moviment tat-23 ta’ Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (Mouvement du 23 mars/Armée révolutionnaire Congolaise – M23/ARC) (koalizzjoni “Alliance des résistants de la patrie” - ARP). Il-preżenza tal-Kurunell Tokolonga żvelat il-kooperazzjoni ta’ xi membri tal-FARDC ma’ din il-koalizzjoni. Barra minn hekk, membri tat-3411-il riġment tal-FARDC ipprovdew armi u munizzjon lil gruppi armati li joperaw fir-RDK, inkluż il-forniment ta’ aktar minn tnax-il kaxxa ta’ munizzjon lill-ġellieda tal-FDLR (“Forces démocratiques de libération du Rwanda”) f’Kazaroho f’Lulju 2022. Huwa rrappurtat li l-Kurunell Tokolonga kkoordina diversi provvisti ta’ armi lill-gruppi armati li joperaw kontra M23/ARC. Il-gruppi armati mhux governattivi parti mill-koalizzjoni ARP, inkluż l-NDC-R, APCLS u l-FDLR, isostnu l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, u huma responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ ġellieda, parteċipazzjoni f’operazzjonijiet kontra M23/ARC, il-qtil ta’ persuni ċivili u attakki kontrihom, u ksur serju mwettaq kontra tfal bħal stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fit-3411-il riġment tal-FARDC u r-rwol ta’ koordinazzjoni tiegħu fil-provvisti tal-armi, Simon Tokolonga huwa għalhekk responsabbli biex jipprovdi appoġġ lil gruppi armati li jsostnu l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, inkluż billi jipprovdilhom armi u munizzjon. |
28.7.2023 |
|
26. |
Jean Pierre NIRAGIRE |
magħruf ukoll bħala Jean-Pierre Gasasira Funzjoni/grad: Kaptan, kmandant tar-Rwandese Defence Forces (RDF) Special Forces Unit attiva f’Kivu tat-Tramuntana. Nazzjonalità: Rwandiż Sess: raġel |
Il-kaptan Jean-Pierre Niragire għandu l-kariga ewlenija ta’ kmandant tal-forzi speċjali tal-Forzi tad-Difiża tar-Rwanda (RDF) stazzjonati fir-reġjun ta’ Kivu tat-Tramuntana tar-RDK minn Mejju 2022 ’il quddiem. L-objettiv tal-azzjonijiet militari tal-RDF fit-territorju tar-RDK kien li jirrinforza l-Moviment tat-23 ta’ Marzu/l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (Mouvement du 23 mars/Armée révolutionnaire congolaise – M23/ARC), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK, b’mod partikolari billi jipprovdilu truppi u materjal. L-M23/ARC isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz ta’ attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), qtil, tortura, stupri u xogħol furzat, bħas-sensiela ta’ qtil ta’ persuni ċivili fil-belt ta’ Kisheshe fid-29 ta’ Novembru 2022. Bħala kmandant tal-forzi speċjali tal-RDF stazzjonati fir-reġjun ta’ Kivu tat-Tramuntana, Jean Pierre Niragire huwa għalhekk responsabbli biex jipprovdi appoġġ lill-grupp armat M23/ARC, li jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari billi jipprovdilu truppi u materjal. |
28.7.2023 |
B. Entitajiet
ANNESS II
Websites għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz tal-Kummissjoni Ewropea għan-notifiki
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/
ĊIPRU
https://mfa.gov.cy/themes/
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
https://um.fi/pakotteet
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)
Rue de Spa 2
B-1049 Brussell, il-Belġju
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
( 1 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.