02024D0244 — MT — 28.02.2024 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/244

tas-27 ta’ Novembru 2023

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

(ĠU L 244 28.2.2024, p. 1)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 90211, 25.3.2024, p.  1 ((UE) 2024/244 tas-27 ta’ Novembru2024/244)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/244

tas-27 ta’ Novembru 2023

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand



Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (‘il-Ftehim’) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni ( 1 ).

Artikolu 2

Għall-finijiet tal-Artikoli 14.4 u l-Artikolu 24.3, il-punt (h), tal-Ftehim, il-modifiki, ir-rettifiki jew l-emendi fir-rigward tal-Anness 14 tal-Ftehim għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni wara li tikkonsulta mal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat.

Artikolu 3

Għall-finijiet tal-Artikoli 18.33 u l-Artikolu 24.3, il-punt (i), tal-Ftehim, l-emendi tal-Anness 18-A jew 18-B tal-Ftehim għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni wara li tikkonsulta mal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 27.2(1) tal-Ftehim ( 2 ).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.



( 1 ►C1  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/866, 25.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/866/oj. ◄

( 2 ) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.