02020XC0320(03) — MT — 29.06.2020 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI (ĠU C 091I 20.3.2020, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
C 112I |
1 |
4.4.2020 |
||
|
C 164 |
3 |
13.5.2020 |
||
|
C 218 |
3 |
2.7.2020 |
||
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19
2020/C 91 I/01
1. IT-TIFQIGHA TAL-COVID-19, L-IMPATT TAGHHA FUQ L-EKONOMIJA U L-HTIEGA TA’ MIZURI TEMPORANJI
1.1. It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija
1. It-tifqigħa tal-COVID-19 hija emerġenza gravi tas-saħħa pubblika għaċ-ċittadini u għas-soċjetajiet, u l-Istati Membri kollha tal-Unjoni għandhom rikorrenzi ta’ infezzjonijiet. Hija wkoll xokk maġġuri għall-ekonomiji dinjija u tal-Unjoni u huwa kruċjali li jkun hemm reazzjoni ekonomika kkoordinata mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE biex jittaffu dawn ir-riperkussjonijiet negattivi fuq l-ekonomija tal-UE.
2. Dan ix-xokk qiegħed jolqot lill-ekonomija minn naħat differenti. Hemm xokk fil-provvista li huwa kkawżat minn domanda aktar baxxa min-naħa tal-konsumaturi u hemm l-effett negattiv tal-inċertezza fuq il-pjanijiet ta’ investiment u l-impatt tar-restrizzjonijiet fuq il-likwidità tal-impriżi.
3. Id-diversi miżuri ta’ trażżin li ġew adottati mill-Istati Membri, bħall-miżuri ta’ tbegħid soċjali, restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar, kwarantini u projbizzjonijiet tal-moviment huma maħsuba biex jiżguraw li x-xokk ikun wieħed kemm jista’ jkun qasir u limitat. Dawn il-miżuri jħallu impatt immedjat kemm fuq id-domanda kif ukoll fuq il-provvista, u jolqtu lill-impriżi u lill-impjegati, speċjalment fis-setturi tas-saħħa, tat-turiżmu, tal-kultura, tal-bejgħ bl-imnut u tat-trasport. Lil hinn mill-effetti immedjati fuq il-mobbiltà u l-kummerċ, it-tifqigħa tal-COVID-19 qed taffettwa dejjem aktar anki lil impriżi ta’ kull xorta f’kull settur, impriżi żgħar u medji (“SMEs”) kif ukoll lil impriżi kbar. L-impatt qiegħed jinħass ukoll fis-swieq finanzjarji globali, partikolarment bi tħassib dwar il-likwidità. Dawn l-effetti mhumiex se jinħassu fi Stat Membru wieħed partikolari biss u se jħallu impatt ta’ tfixkil fuq l-ekonomija tal-Unjoni kollha kemm hi.
4. Impriżi ta’ kull tip jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas gravi ta’ likwidità fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li nħolqu mit-tifqigħa tal-COVID-19. Kemm impriżi solventi kif ukoll dawk anqas solventi jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas għall-għarrieda jew saħansitra nixfa totali tal-likwidità. Ir-riskju li qegħdin iħabbtu wiċċhom miegħu l-SMEs huwa ta’ livell partikolari. Għaldaqstant dan jista’ jolqot b’mod serju s-sitwazzjoni ekonomika ta’ bosta impriżi li huma b’saħħithom u s-sitwazzjoni tal-impjegati fuq perjodu qasir u medju, filwaqt li joħloq effetti dejjiema billi jipperikola s-sopravivenza tagħhom.
5. Il-banek u intermedjarji finanzjarji oħra se jkollhom rwol fundamentali fit-trattament tal-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 billi jżommu l-fluss ta’ kreditu fl-ekonomija miftuħ. Jekk il-fluss tal-kreditu jitliġġem b’mod sever, l-attività ekonomika tonqos drastikament hekk kif l-impriżi jibdew isibuha diffiċli biex iħallsu lill-fornituri u lill-impjegati tagħhom. F’dan l-isfond, ikun xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri biex jinċentivizzaw l-issoktar tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ intermedjarji finanzjarji oħra fir-rwol tagħhom li jkomplu jsostnu l-attività ekonomika fl-UE.
6. L-għajnuna li tingħata lill-impriżi mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, li tingħata permezz tal-banek bħala intermedjarji finanzjarji, tibbenefika lil dawn l-impriżi direttament. L-għan ta’ għajnuna bħal din mhuwiex iż-żamma jew it-tisħiħ tal-vijabbiltà, tal-likwidità jew tas-solvenza tal-banek. Bl-istess mod, l-għajnuna li tingħata mill-Istati Membri lill-banek skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE bħala kumpens għall-ħsara diretta li tiġġarrab minħabba t-tifqgiħa tal-COVID-19 ( 1 ) ma għandhiex l-għan li żżomm jew issaħħaħ il-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta’ istituzzjoni jew entità partikolari. Minħabba f’dan, għajnuna bħal din ma tista tiġi kwalifikata bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja la skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-BRRD) ( 2 ), u lanqas skont ir-Regolament 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament SRM) ( 3 ), apparti li lanqas ma tkun ivvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ( 4 ) applikabbli għas-settur bankarju ( 5 ).
7. Jekk minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 il-banek jispiċċaw li jkollhom bżonn għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja (ara l-Artikolu 2(1)(28) tal-BRRD u l-Artikolu 3(1)(29) tal-SRMR) fil-forma ta’ likwidità, rikapitalizzazzjoni jew miżura tal-assi indeboliti, irid ikun hemm valutazzjoni dwar jekk il-miżura tkunx konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32(4)(d) (i), (ii) jew (iii) tal-BRRD u l-Artikolu 18(4)(d) (i), (ii) jew (iii) tal-SRMR. Fil-każ li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-aħħar, il-bank li jirċievi tali għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ma jitqiesx li jkun qiegħed ifalli jew li x’aktarx ifalli. Sal-punt li tali miżuri jkunu jindirizzaw problemi marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, ikunu jitqiesu li jaqgħu taħt il-punt 45 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 ( 6 ), li tistabbilixxi eċċezzjoni għar-rekwiżit tal-kondiviżjoni tal-piżijiet minn azzjonisti u kredituri subordinati.
8. Jista’ jkun li l-impriżi mhux biss jiffaċċjaw ammont ta’ likwidità insuffiċjenti, iżda jistgħu wkoll iġarrbu dannu sinifikanti minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. In-natura eċċezzjonali tat-tifqigħa tal-COVID-19 tfisser li tali ħsarat ma setgħux jiġu previsti, huma ta’ daqs sinifikanti u għaldaqstant se jpoġġu lill-impriżi f’kundizzjonijiet drastikament differenti mill-kundizzjonijiet tas-suq li normalment joperaw fihom. Anke l-impriżi tas-saħħa, li huma mħejjija sew għar-riskji inerenti għall-ħidma normali tagħhom, jistgħu jsibuha diffiċli f’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, sal-punt fejn il-vijabbiltà tagħhom tista’ tiġi kompromessa.
9. Hemm ir-riskju li t-tifqigħa tal-COVID-19 twassal għal tnaqqis serju li jolqot lill-ekonomija kollha tal-UE, b’impatt fuq in-negozji, l-impjiegi u l-unitajiet domestiċi. Huwa meħtieġ appoġġ pubbliku mmirat sew biex jiġi żgurat li s-swieq ikollhom biżżejjed likwidità, biex tagħmel tajjeb għall-ħsara li se tiġġarrab mill-impriżi tas-saħħa u biex l-attività ekonomika tinżamm għaddejja matul u wara t-tifqigħa tal-COVID-19. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jappoġġjaw l-operaturi fl-industrija tal-ivvjaġġar u t-turiżmu biex jiżguraw li t-talbiet għar-rimborż ikkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 ikunu sodisfatti bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-passiġġieri u d-drittijiet tal-konsumatur, u trattament ugwali tal-passiġġieri u l-vjaġġaturi. Meta wieħed iqis id-daqs limitat tal-baġit tal-UE, ir-rispons ewlieni se jingħata fil-baġits nazzjonali tal-Istati Membri. Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jippermettu lill-Istati Membri jieħdu azzjoni rapida u effettiva biex jingħata appoġġ liċ-ċittadini u lill-impriżi, partikolarment lill-SMEs, li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19.
1.2. Il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni Ewropea eqreb tal-miżuri nazzjonali ta’ għajnuna
10. L-applikazzjoni mmirata u proporzjonata tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat isservi biex tiżgura li l-miżuri nazzjonali ta’ appoġġ ikunu effettivi fl-għajnuna li jagħtu lill-impriżi milquta matul it-tifqigħa tal-COVID-19, iżda wkoll li tippermettilhom jirkupraw mis-sitwazzjoni ta’ bħalissa, fil-kunsiderazzjoni tal-importanza li jinkisbu ż-żewġ tranżizzjonijiet li jimxu biswit xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, skont l-objettivi tal-UE. Bl-istess mod, il-kontroll tal-UE tal-għajnuna mill-Istat jiżgura li s-Suq Intern tal-UE ma jkunx frammentat u li l-kundizzjonijiet jibqgħu ekwi. L-integrità tas-Suq Intern se twassal ukoll għal irkupru aktar rapidu. Jevita wkoll tlielaq ta’ sussidji li jagħmlu l-ħsara, fejn l-Istati Membri aktar għonja jonfqu aktar mill-ġirien tagħhom għad-detriment tal-koeżjoni fl-Unjoni.
1.3. Il-ħtieġa ta’ miżuri xierqa ta’ għajnuna mill-Istat
11. Fil-kuntest tal-isforz kumplessiv tal-Istati Membri biex jindirizzaw l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-ekonomiji tagħhom, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-possibbiltajiet tal-Istati Membri taħt ir-regoli tal-UE biex jiżguraw il-likwidità u l-aċċess għall-finanzjament min-naħa tal-impriżi, speċjalment dawk l-SMEs li jħabbtu wiċċhom ma’ tnaqqis ħabta u sabta matul dan il-perjodu sabiex jitpoġġew f’pożizzjoni li jirkupraw mis-sitwazzjoni ta’ bħalissa.
12. Fil-Komunikazzjoni tat-13 ta’ Marzu 2020 dwar rispons ekonomiku kkoordinat għat-tifqigħa tal-COVID-19 ( 7 ) il-Kummissjoni stabbiliet id-diversi opzjonijiet li huma disponibbli għall-Istati Membri lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontroll tal-UE tal-għajnuna mill-Istat u li jkunu jistgħu jdaħħlu fis-seħħ mingħajr l-involviment tal-Kummissjoni. Dawn jinkludu miżuri applikabbli għall-impriżi kollha fir-rigward tas-sussidji tal-pagi, tas-sospensjoni tal-pagamenti ta’ taxxi korporattivi u ta’ taxxi fuq il-valur miżjud jew ta’ kontribuzzjonijiet tal-ħarsien soċjali, jew appoġġ finanzjarju dirett lill-konsumaturi b’rabta ma’ servizzi li jiġu kkanċellati jew biljetti li ma jiġux rimborsati mill-operaturi kkonċernati.
13. L-Istati Membri jistgħu jfasslu wkoll miżuri ta’ sostenn skont ir-Regolamenti ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija ( 8 ) mingħajr l-involviment tal-Kummissjoni.
14. Barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, u kif ġie speċifikat aktar fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna li jissodisfaw il-bżonnijiet akuti ta’ likwidità u l-appoġġ lill-impriżi li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji, kemm dawk li jiġu kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 kif ukoll dawk li jiġu aggravati minħabba fiha ( 9 ).
15. Barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE l-Istati Membri jistgħu wkoll jikkumpensaw lill-impriżi fis-setturi li jintlaqtu b’mod partikolari mit-tifqigħa (pereż. tat-trasport, tat-turiżmu, tal-kultura, tal-ospitalità u tal-bejgħ bl-imnut) u/jew lill-organizzaturi ta’ avvenimenti kkanċellati għad-danni li jġarrbu minħabba t-tifqigħa. L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw dawn il-miżuri ta’ kumpens għal danni u l-Kummissjoni se tivvalutahom direttament skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE ( 10 ). Il-prinċipju ta’ “l-ewwel u tal-aħħar darba” ( 11 ) fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ma jkoprix għajnuna li l-Kummissjoni tiddikjara bħala kumpatibbli skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE, peress li l-aħħar tip ta’ għajnuna mhix “għajnuna ta’ salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ għar-ristrutturar temporanju” fi ħdan it-tifsira tal-punt 71 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jagħtu kumpens skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE għad-danni kkawżati direttament mit-tifqigħa tal-COVID-19 lill-impriżi li jkunu rċevew għajnuna skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar.
15bis. Madankollu, l-għajnuna abbażi tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE trid tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata direttament mit-tifqigħa tal-COVID-19, bħall-ħsara kkawżata direttament mill-miżuri ta’ kwarantina li jipprekludu lill-benefiċjarju milli jopera l-attività ekonomika tiegħu. B’kuntrast ma’ dan, tip ta’ għajnuna oħra li tindirizza b’mod aktar ġenerali t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku mit-tifqigħa tal-COVID-19 trid tiġi vvalutata skont il-bażi ta’ kompatibbiltà differenti tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, u għaldaqstant fil-prinċipju abbażi ta’ dan il-Qafas Temporanju.
16. Biex dawn il-possibbiltajiet jiġu kkumplimentati, f’din il-Komunikazzjoni l-Kummissjoni tistabbilixxi l-miżuri temporanji addizzjonali ta’ għajnuna mill-Istat li tqis li huma kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, li jkunu jistgħu jiġu approvati malajr ħafna hekk kif ikun hemm notifika mill-Istat Membru kkonċernat. Barra minn dan, in-notifika ta’ approċċi alternattivi – kemm jekk skemi ta’ għajnuna kif ukoll jekk miżuri individwali – tibqa’ possibbli. L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tistabbilixxi qafas li jippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw id-diffikultajiet li l-impriżi qegħdin jiffaċċjaw bħalissa filwaqt li titħares l-integrità tas-Suq Intern tal-UE u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi.
16bis. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li, lil hinn mill-miżuri ta’ għajnuna permessi skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE u l-possibbiltajiet eżistenti skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, huwa essenzjali wkoll li jiġu aċċellerati r-riċerka u l-iżvilupp relevanti għall-COVID-19, li jingħata sostenn lill-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-espansjoni li jikkontribwixxu biex jiġu żviluppati prodotti relevanti għall-COVID-19, kif ukoll li jingħata sostenn għall-produzzjoni tal-prodotti meħtieġa għar-rispons għat-tifqigħa. Għaldaqstant, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk dawn il-miżuri humiex kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Il-Kummissjoni kkunsidrat kif xieraq l-objettiv komuni indirizzat minn dawn il-miżuri ta’ għajnuna u l-effetti pożittivi tagħhom fuq l-indirizzar tal-kriżi tal-emerġenza tas-saħħa pprovokata mit-tifqigħa tal-COVID-19 meta dawn jitqiesu fil-konfront tal-effetti negattivi potenzjali ta’ dawn il-miżuri fuq is-suq intern.
16ter. L-għajnuna li tiġi konċessa skont din il-Komunikazzjoni abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) jew (c) tat-TFUE ma għandhiex tkun bil-kundizzjoni tar-rilokazzjoni ta’ attività tal-produzzjoni jew ta’ attività tal-benefiċjarju minn pajjiż ieħor fiż-ŻEE lejn it-territorju tal-Istat Membru li jagħti l-għajnuna. Jidher li din il-kundizzjoni tkun ta’ ħsara partikolari għas-suq intern. Dan huwa irrispettivament mill-għadd ta’ telf ta’ impjiegi li fil-fatt seħħ fl-istabbiliment inizjali tal-benefiċjarju fiż-ŻEE.
2. L-APPLIKABBILTA TAL-ARTIKOLU 107(3)(B) TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA
17. Skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE l-Kummissjoni tista’ tiddikjara li għajnuna li “tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru” tkun kompatibbli mas-suq intern. F’dan il-kuntest, il-qrati tal-Unjoni ddeċidew li t-taħwid irid ikun jaffettwa l-ekonomija kollha kemm hi jew inkella lil parti importanti tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, u mhux biss l-ekonomija ta’ wieħed mir-reġjuni tiegħu jew ta’ partijiet mit-territorju tiegħu. Barra minn hekk, dan huwa konformi mal-ħtieġa ta’ interpretazzjoni stretta ta’ kwalunkwe dispożizzjoni eċċezzjonali bħall-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE ( 12 ). Il-Kummissjoni applikat din l-interpretazzjoni b’mod konsistenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha ( 13 ).
18. Meta wieħed iqis li l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 jolqtu lill-Istati Membri kollha u li l-miżuri ta’ trażżin li jittieħdu mill-Istati Membri jaffettwaw lill-impriżi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna mill-Istat tkun iġġustifikata u tkun tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, għal perjodu limitat, fejn tintuża biex tirrimedja tnaqqis tal-likwidità għall-impriżi u biex jiġi żgurat li t-tħarbit ikkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 ma jimminax il-vijabbiltà tagħhom, speċjalment tal-SMEs.
19. F’din il-Komunikazzjoni l-Kummissjoni qed tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà li se tapplika fil-prinċipju għall-għajnuna li tingħata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. Għaldaqstant l-Istati Membri jridu juru li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont din il-Komunikazzjoni jkunu meħtieġa, xierqa u proporzjonati biex jirrimedjaw tħarbit serju fl-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat u li l-kundizzjonijiet kollha f’din il-Komunikazzjoni jiġu rrispettati bis-sħiħ.
20. Miżuri ta’ għajnuna temporanji koperti minn din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu akkumulati ma’ xulxin skont ir-regoli ta’ akkumulazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. Miżuri ta’ għajnuna temporanji koperti minn din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu akkumulati ma’ għajnuna skont Regolamenti de minimis ( 14 ) jew ma’ għajnuna oħra skont ir-Regolamenti ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija ( 15 ) dment li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet u r-regoli ta’ akkumulazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti.
20bis. L-għajnuna għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji ma għandhiex tiġi vvalutata taħt din il-Komunikazzjoni ħlief għal: (i) vantaġġi indiretti għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu li jidderieġu l-għajnuna fil-forma ta’ self jew garanziji taħt it-Taqsimiet 3.1 sa 3.3 skont is-salvagwardji tat-Taqsima 3.4, u (ii) għajnuna taħt it-Taqsima 3.10 dment li l-iskema ma tkunx immirata esklużivament għall-impjegati mis-settur finanzjarju.
3. MIZURI TA’ GHAJNUNA MILL-ISTAT TEMPORANJI
3.1 Ammonti limitati ta’ għajnuna
21. Lil hinn mill-possibbiltajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, l-għoti ta’ ammonti limitati ta’ għajnuna fuq bażi temporanja lill-impriżi li jsibu ruħhom jiffaċċjaw nuqqas ta’ likwidità ħabta u sabta jew saħansitra nixfa totali ta’ likwidità jista’ joffri soluzzjoni xierqa, meħtieġa u mmirata matul iċ-ċirkostanzi ta’ bħalissa.
22. Il-Kummissjoni se tikkunsidra tali għajnuna mill-Istat bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin (id-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-setturi primarji tal-agrikoltura, tas-sajd u tal-akkwakultura huma stabbiliti fil-punt 23):
L-għajnuna globali ma tkunx teċċedi EUR 800 000 għal kull impriża. L-għajnuna tista’ tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti jew f’forom oħra bħalma huma ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, garanziji, self u ekwità dment li l-valur nominali totali ta’ dawn il-miżuri jibqa’ taħt il-limitu globali ta’ EUR 800 000 għal kull impriża; iċ-ċifri kollha użati jridu jkunu grossi, jiġifieri qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;
l-għajnuna tiġi konċessa abbażi ta’ skema b’baġit li jkun stmat;
L-għajnuna ma tistax tiġi konċessa lil impriżi li diġà kienu f’diffikultà (fis-sens tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ( 16 )) fil-31 ta’ Diċembru 2019.
B’deroga għal dan ta’ hawn fuq, l-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi mikro jew żgħar (skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedura ta’ insolvenza kollettiva skont il-liġi nazzjonali, u ma jkunu rċevew l-ebda għajnuna għas-salvataġġ ( 17 ) jew għajnuna għar-ristrutturar ( 18 ).
l-għajnuna tkun konċessa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 ( 19 );
l-għajnuna konċessa lil impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli ( 20 ) hija bil-kundizzjoni li ma tkunx mgħoddija, parzjalment jew totalment, lil produtturi primarji u ma tkunx iffissata abbażi tal-prezz jew il-kwantità ta’ prodotti mixtrija minn produtturi primarji jew li jkunu tqiegħdu fis-suq mill-impriżi kkonċernati.
23. B’deroga mill-punt 22(a), il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-għajnuna konċessa lill-impriżi fis-setturi tal-agrikoltura, tas-sajd u tal-akkwakultura, flimkien mal-kundizzjonijiet tal-punt 22 (b) sa (e):
l-għajnuna globali ma tkunx teċċedi EUR 120 000 għal kull impriża attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura ( 21 ) jew EUR 100 000 għal kull impriża attiva fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli ( 22 ); l-għajnuna tista’ tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti jew f’forom oħra bħalma huma ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, garanziji, self u ekwità dment li l-valur nominali totali ta’ dawn il-miżuri ma jeċċedix il-limitu globali ta’ EUR 120 000 jew EUR 100 000 għal kull impriża; iċ-ċifri kollha użati jridu jkunu grossi, jiġifieri qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;
l-għajnuna lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli ma tridx tkun stabbilita abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti li jitqiegħdu fuq is-suq;
l-għajnuna lill-impriżi attivi fis-sajd u fl-akkwakultura ma tkun tikkonċerna l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ għajnuna li ssir referenza għalihom fil-paragrafu (1) (a) sa (k) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 ( 23 ).
23bis. Meta impriża tkun attiva f’diversi setturi li għalihom ikunu japplikaw ammonti massimi differenti skont il-punti 22(a) u 23(a), l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, b’mezzi xierqa, bħalma huma s-separazzjoni tal-kontijiet, li jiġi rispettat il-limitu relevanti għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet u li ma jeċċedix l-ammont massimu globali ta’ EUR 800 000 għal kull impriża.” Meta impriża tkun attiva fis-setturi koperti mill-punt 23(a), jenħtieġ li l-ammont massimu globali ta’ EUR 120 000 ma jinqabiżx għal kull impriża.
3.2. Għajnuna fil-forma ta’ garanziji fuq is-self
24. Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal-likwidità għal impriżi li jiffaċċjaw nuqqas f’daqqa, il-garanziji pubbliċi fuq is-self għal perjodu u għal ammont tas-self limitati jistgħu jkunu soluzzjoni xierqa, meħtieġa u mmirata matul iċ-ċirkostanzi attwali.
24bis. L-għajnuna konċessa taħt it-Taqsima 3.2 ma għandhiex tkun akkumulata mal-għajnuna konċessa għall-istess kapital tas-self sottostanti taħt it-Taqsima 3.3 u viċi versa. L-għajnuna konċessa taħt it-Taqsima 3.2 u t-Taqsima 3.3 tista’ tiġi akkumulata għal self differenti dment li l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jeċċedix il-limiti stabbiliti fil-punt 25(d) jew fil-punt 27(d). Benefiċjarju jista’ jibbenefika b’mod parallel minn diversi miżuri taħt it-Taqsima 3.2 dment li l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jeċċedix il-limiti stabbiliti fil-punt 25(d) u (e).
25. Il-Kummissjoni se tikkunsidra tali għajnuna mill-Istat konċessa fil-forma ta’ garanziji pubbliċi ġodda fuq is-self individwali b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE dment li:
Il-primjums ta’ garanzija jkunu stabbiliti għal kull self individwali f’livell minimu, li għandu jiżdied progressivament hija u tiżdied id-durata tas-self garantit, kif stabbilit f’din it-tabella:
|
Tip ta’ benefiċjarju |
Għall-1el sena |
Għat-2ni-3et sena |
Għar-4a’-6tt sena |
|
SMEs |
25bps |
50bps |
100bps |
|
Impriżi kbar |
50bps |
100bps |
200bps |
Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw skemi, b’kunsiderazzjoni tat-tabella ta’ hawn fuq bħala bażi, iżda fejn id-durata tal-garanzija, il-primjums tal-garanzija u l-kopertura tal-garanzija jistgħu jiġu modulati għal kull ammont tal-kapital tas-self individwali sottostanti, pereżempju kopertura tal-garanzija aktar baxxa tista’ tibbilanċja durata itwal jew tista’ tippermetti primjums tal-garanzija aktar baxxi; jista’ jintuża primjum fiss għad-durata sħiħa tal-garanzija, jekk dan ikun ogħla mill-primjums minimi għall-ewwel sena stabbiliti fit-tabella ta’ hawn fuq għal kull tip ta’ benefiċjarju, kif aġġustati skont id-durata tal-garanzija u l-kopertura tal-garanzija skont dan il-paragrafu;
Il-garanzija tkun konċessa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020;
Fil-każ ta’ self b’maturità lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2020, l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma għandux jeċċedi:
id-doppju tal-kont tal-pagi annwali tal-benefiċjarju (inkluż l-ispejjeż soċjali kif ukoll il-kost tal-persunal li jaħdem fuq is-sit tal-impriża iżda li formalment jitħallas mis-sottokuntratturi) għall-2019, jew għall-aħħar sena disponibbli. Fil-każ ta’ impriżi maħluqa fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara, is-self massimu ma jistax ikun jeċċedi l-kont tal-paga stmat annwali għall-ewwel sentejn tal-operat; jew inkella
25 % tal-fatturat totali tal-benefiċjarju fl-2019; jew inkella
b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni (pereżempju b’rabta mal-karatteristiċi ta’ ċertu tip ta’ impriżi), l-ammont tas-self ikun jista’ jiżdied biex ikun ikopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità mill-mument tal-konċessjoni għat-18-il xahar segwenti għall-SMEs ( 24 ) u għat-12-il xahar segwenti fil-każ ta’ impriżi kbar. Il-ħtiġijiet ta’ likwidità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ awtoċertifikazzjoni mill-benefiċjarju ( 25 );
Fil-każ ta’ self li jimmatura sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-ammont tal-kapital tas-self jista’ jkun ogħla milli hu taħt il-punt 25(d) b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u dment li tibqa’ assigurata l-proporzjonalità tal-għajnuna u l-Istat Membru juri dan lill-Kummissjoni;
Id-durata tal-garanzija tkun limitata għal massimu ta’ sitt snin, sakemm ma tiġix modulata skont il-punt 25 (b), u l-garanzija pubblika ma tistax teċċedi:
90 % tal-kapital tas-self jekk it-telf jiġġarrab b’mod proporzjonali u taħt l-istess kundizzjonijiet mill-istituzzjoni ta’ kreditu u mill-Istat; jew inkella
35 % tal-kapital tas-self, jekk it-telf jiġi l-ewwel attribwit lill-Istat u jkun biss wara dan li jiġi attribwit lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (jiġifieri, garanzija kontra l-ewwel telf); kif ukoll
fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq, jekk id-daqs tas-self jonqos maż-żmien, pereżempju għax is-self jibda’ jitħallas lura, l-ammont garantit ikollu jitnaqqas proporzjonalment;
Il-garanzija għandha tkun tirrigwarda self għall-investiment u/jew għall-kapital operatorju;
Il-garanzija ma tistax tiġi konċessa lil impriżi li diġà kienu f’diffikultà (fis-sens tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ( 26 )) fil-31 ta’ Diċembru 2019.
B’deroga għal dan ta’ hawn fuq, l-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi mikro jew żgħar (skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedura ta’ insolvenza kollettiva skont il-liġi nazzjonali, u ma jkunu rċevew l-ebda għajnuna għas-salvataġġ ( 27 ) jew għajnuna għar-ristrutturar ( 28 ).
3.3. Għajnuna fil-forma ta’ rati tal-imgħax sussidjati għas-self
26. Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal-likwidità għal impriżi li jiffaċċjaw nuqqas għall-għarrieda, ir-rati tal-imgħax sussidjati għal perjodu u għal ammont ta’ self li jkunu limitati jistgħu jkunu soluzzjoni xierqa, meħtieġa u mmirata matul iċ-ċirkostanzi attwali. Barra minn hekk, dejn subordinat, li huwa subordinat għal kredituri ordinarji superjuri fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, jista’ jkun ukoll soluzzjoni xierqa, meħtieġa u mmirata matul iċ-ċirkostanzi attwali. Tali dejn huwa strument inqas ta’ distorsjoni minn ekwità jew kapital ibridu, peress li ma jistax jiġi kkonvertit awtomatikament f’ekwità meta l-kumpanija tkun negozju attiv. Għalhekk, l-għajnuna fil-forma ta’ dejn subordinat ( 29 ) trid tissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi skont it-Taqsima 3.3, li tikkonċerna l-istrumenti ta’ dejn. Madankollu, peress li żżid l-abbiltà tal-kumpaniji li jieħdu dejn superjuri b’mod simili għal sostenn kapitali, żieda fir-riskju tal-kreditu u limitazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-ammont imqabbel mad-dejn superjuri (terz għal impriżi kbar u nofs l-ammont għall-SMEs, kif definit fil-punt 27(d) (i) jew (ii), għandhom japplikaw ukoll. Lil hinn minn dawn il-limiti, id-dejn subordinat għandu jiġi vvalutat f’konformità mal-kundizzjonijiet għall-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 stabbiliti fit-Taqsima 3.11 biex ikun żgurat trattament ugwali.
26bis. L-għajnuna mogħtija skont it-Taqsima 3.3 ma għandhiex tiġi akkumulata ma’ għajnuna mogħtija għall-istess kapital ta’ self sottostanti fit-Taqsima 3.2 u viċi versa. L-għajnuna mogħtija skont it-Taqsima 3.2 u t-Taqsima 3.3 tista’ tiġi akkumulata għal self differenti sakemm l-ammont globali ta’ self għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-punt 25(d) jew fil-punt 27(d). Benefiċjarju jista’ jibbenefika b’mod parallel minn diversi miżuri skont it-Taqsima 3.3 sakemm l-ammont globali ta’ self għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-punti 27 (d) u (e).
27. Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ sussidji għal self minn fondi pubbliċi b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Is-self jista’ jiġi konċess b’rati tal-imgħax imnaqqsa li jkunu tal-anqas ugwali għar-rata bażi (IBOR ta’ sena (1) jew ekwivalenti, kif ippubblikat mill-Kummissjoni ( 30 )) disponibbli fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fil-mument tan-notifika, flimkien mal-marġni ta’ kreditu kif stabbilit fit-tabella hawn taħt:
|
Tip ta’ benefiċjarju |
Marġni ta’ riskju ta’ kreditu għall-1el sena |
Marġni ta’ riskju ta’ kreditu għat-2ni-3et sena |
Marġni ta’ riskju ta’ kreditu għar-4a’-6tt sena |
|
SMEs |
25bps (1) |
50bps (2) |
100bps |
|
Impriżi kbar |
50bps |
100bps |
200bps |
|
(1) Ir-rata minima tal-imgħax totali (ir-rata bażi flimkien mal-marġni ta’ kreditu) jenħtieġ li tkun ta’ mill-anqas 10bps fis-sena. (2) Ir-rata minima tal-imgħax totali (ir-rata bażi flimkien mal-marġni ta’ kreditu) jenħtieġ li tkun ta’ mill-anqas 10 punti bażi fis-sena. |
|||
Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw skemi, b’kunsiderazzjoni tat-tabella ta’ hawn fuq bħala bażi, iżda fejn il-maturità tas-self u l-marġnijiet ta’ riskju ta’ kreditu jistgħu jiġu modulati, pereżempju jista’ jintuża marġni ta’ riskju ta’ kreditu fiss għad-durata sħiħa tas-self, jekk dan ikun ogħla mill-marġni ta’ riskju ta’ kreditu minimu għall-ewwel sena għal kull tip ta’ benefiċjarju, kif aġġustat skont il-maturità tas-self skont dan il-paragrafu ( 31 );
Il-kuntratti tas-self jiġu ffirmati mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 u jkunu limitati għal massimu ta’ sitt snin, sakemm ma jiġux modulati skont il-punt 27 (b);
Fil-każ ta’ self b’maturità lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2020, l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma għandux jeċċedi:
id-doppju tal-kont tal-pagi annwali tal-benefiċjarju (inkluż l-ispejjeż soċjali kif ukoll il-kost tal-persunal li jaħdem fuq is-sit tal-impriża iżda li formalment jitħallas mis-sottokuntratturi) għall-2019 jew għall-aħħar sena disponibbli. Fil-każ ta’ impriżi maħluqa fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara, is-self massimu ma jistax ikun jeċċedi l-kont tal-paga stmat annwali għall-ewwel sentejn tal-operat; jew inkella
25 % tal-fatturat totali tal-benefiċjarju fl-2019; jew inkella
b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni (pereżempju b’rabta mal-karatteristiċi ta’ ċertu tip ta’ impriżi), l-ammont tas-self ikun jista’ jiżdied biex ikun ikopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità mill-mument tal-konċessjoni għat-18-il xahar segwenti għall-SMEs ( 32 ) u għat-12-il xahar segwenti fil-każ ta’ impriżi kbar. Il-ħtiġijiet ta’ likwidità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ awtoċertifikazzjoni mill-benefiċjarju ( 33 );
Fil-każ ta’ self li jimmatura sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-ammont tal-kapital tas-self jista’ jkun ogħla milli hu taħt il-punt 27(d) b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u dment li tibqa’ assigurata l-proporzjonalità tal-għajnuna u l-Istat Membru juri dan lill-Kummissjoni;
Is-self għandu jkun jirrigwarda l-investiment u/jew il-bżonnijiet tal-kapital operatorju;
Is-self ma jistax jiġi konċess lil impriżi li diġà kienu f’diffikultà (fis-sens tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ( 34 )) fil-31 ta’ Diċembru 2019.
B’deroga għal dan ta’ hawn fuq, l-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi mikro jew żgħar (skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedura ta’ insolvenza kollettiva skont il-liġi nazzjonali, u ma jkunu rċevew l-ebda għajnuna għas-salvataġġ ( 35 ) jew għajnuna għar-ristrutturar ( 36 ).
27bis Strumenti ta’ dejn, li huma subordinati għal kredituri mhux garantiti superjuri ordinarji fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, jistgħu jingħataw b’rati tal-imgħax imnaqqsa, li jkunu tal-inqas daqs ir-rata bażi u l-marġnijiet tar-riskju tal-kreditu msemmija fit-tabella tal-punt 27(a) b’żieda ta’ 200 punt bażi għall-impriżi kbar u 150 punt bażi għall-SMEs. Il-possibbiltà alternattiva tal-punt 27(b) tapplika għal tali strumenti ta’ dejn. Il-punti 27(c), 27(f) u 27(g) għandhom jiġu ssodisfati wkoll. Jekk l-ammont tad-dejn subordinat jaqbeż iż-żewġ limiti li ġejjin ( 37 ), il-kompatibbiltà tal-istrument mas-Suq Intern tiġi determinata skont it-Taqsima 3.11:
Żewġ terzi tal-kont tal-pagi annwali tal-benefiċjarju għal impriżi kbar u l-kont tal-pagi annwali tal-benefiċjarju għall-SMEs, kif definit fil-punt 27(d)(i), kif ukoll
8,4 % tal-fatturat totali tal-benefiċjarju fl-2019 għall-impriżi kbar u 12,5 % tal-fatturat totali tal-benefiċjarju fl-2019 għall-SMEs.
3.4. Għajnuna fil-forma ta’ garanziji u self mgħoddija permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra
28. L-għajnuna fil-forma ta’ garanziji u ta’ self skont it-Taqsima 3.1, it-Taqsima 3.2 u t-Taqsima 3.3 ta’ din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu pprovduti lil impriżi li jiffaċċjaw nuqqas għall-għarrieda ta’ likwidità direttament jew permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala intermedjarji finanzjarji. Fil-każ tal-aħħar, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.
29. Filwaqt li tali għajnuna hija direttament immirata lejn impriżi li jkunu qegħdin jiffaċċjaw nuqqas f’daqqa ta’ likwidità u mhux lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew xi istituzzjonijiet finanzjarji oħra, jista’ jkun li din tkun tikkostitwixxi vantaġġ indirett għal dawn tal-aħħar. Madankollu, tali għajnuna indiretta ma għandhiex l-objettiv li tippreserva jew tirrestawra l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Bħala riżultat, il-Kummissjoni tqis li tali għajnuna jenħtieġ li ma tiġix kwalifikata bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja skont l-Artikolu 2(1) Nru 28 BRRD u l-Artikolu 3(1) Nru 29 SRM-R, u jenħtieġ li ma tiġix ivvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur bankarju ( 38 ).
30. Fi kwalunkwe każ, huwa xieraq li jiddaħħlu ċerti salvagwardji fir-rigward tal-għajnuna indiretta possibbli favur l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiġu limitati xi distorsjonijiet bla bżonn għall-kompetizzjoni.
31. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew xi istituzzjoni finanzjarja oħra, sa fejn ikun assolutament possibbli, jgħaddu l-vantaġġi tal-garanzija pubblika jew tar-rati tal-imgħax issussidjati fuq self lill-benefiċjarji finali. L-intermedjaru finanzjarju jrid ikun fil-pożizzjoni li juri li huwa jħaddem mekkaniżmu li jiggarantixxi li l-vantaġġi jgħaddu sa fejn ikun assolutament possibbli għand il-benefiċjarji finali fil-forma ta’ volumi akbar ta’ ffinanzjar, portafolli aktar riskjużi, rekwiżiti iċken ta’ garanziji, primjums iżgħar ta’ garanzija jew rati tal-imgħax aktar baxxi għajr mingħajr tali garanziji pubbliċi jew self.
3.5. Assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir
32. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir (“STEC”) tipprevedi li r-riskji kummerċjabbli ma għandhomx jiġu koperti minn assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni bis-sostenn tal-Istati Membri. B’konsegwenza tat-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 u wara li saret konsultazzjoni pubblika dwar id-disponibbiltà tal-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir għall-esportazzjonijiet kollha lill-pajjiżi kollha ta’ riskju preżentement kummerċjabbli, il-Kummissjoni sabet li b’mod ġenerali hemm nuqqas ta’ kapaċità suffiċjenti ta’ assigurazzjoni privata għall-krediti għall-esportazzjoni għal żmien qasir u li temporanjament il-kopertura għar-riskji kummerċjabbli mhijiex disponibbli.
33. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tikkunsidra r-riskji kummerċjali u politiċi kollha assoċjati mal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi elenkati fl-Anness tal-STEC bħala temporanjament mhux kummerċjabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 ( 39 ).
3.6. Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp relevanti għall-COVID-19
34. Lil hinn mill-possibbiltajiet eżistenti abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, huwa essenzjali li jiġu ffaċilitati r-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) relevanti għall-COVID-19 biex tiġi indirizzata l-kriżi ta’ emerġenza tas-saħħa preżenti.
35. Il-Kummissjoni se tikkunsidra bħala kompatibbli mas-suq intern l-għajnuna għall-proġetti tar-R&Ż li jwettqu riċerka relevanti għall-COVID-19 u riċerka antivirali oħra ( 40 ) inkluż proġetti li jkunu rċevew tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza speċifiku għall-COVID-19 skont l-istrument għall-SMEs Orizzont 2020, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
L-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, ħlas bil-quddiem ripagabbli jew benefiċċji fuq it-taxxa sal-31 ta’ Diċembru 2020;
Għall-proġetti tar-R&Ż li jkunu bdew qabel l-1 ta’ Frar 2020 jew għall-proġetti li jkunu rċevew Siġill ta’ Eċċellenza speċifiku għal COVID-19, l-għajnuna titqies li jkollha effett ta’ inċentiv; għall-proġetti li jkunu bdew qabel l-1 ta’ Frar 2020, l-għajnuna titqies li jkollha effett ta’ inċentiv, jekk l-għajnuna tkun meħtieġa biex jiġi aċċellerat jew jitwessa’ l-ambitu tal-proġett. F’dawn il-każijiet, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna biss il-kostijiet addizzjonali fir-rigward tal-isforzi ta’ aċċellerazzjoni jew tal-ambitu mwessa’;
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jirreferu għall-kostijiet kollha meħtieġa għall-proġett tar-R&Ż tul id-durata tiegħu, inkluż, fost affarijiet oħra, il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet għat-tagħmir diġitali u tal-informatika, għall-għodod dijanjostiċi, għall-għodod tal-ġbir tad-data u tal-ipproċessar, għas-servizzi tar-R&Ż, għall-provi prekliniċi u kliniċi (il-fażijiet ta’ prova I-IV), għall-kisba, għall-validazzjoni u għad-difiża ta’ privattivi u ta’ assi oħra intanġibbli, għall-kisba tal-valutazzjonijiet ta’ konformità u/jew tal-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ vaċċini ġodda u mtejba u prodotti mediċinali, apparat mediku, tagħmir mediku u tal-isptar, diżinfettanti, u tagħmir protettiv personali; il-provi tal-fażi IV huma eliġibbli dment li dawn jippermettu avvanzi xjentifiċi jew teknoloġiċi ulterjuri;
L-intensità tal-għajnuna għal kull benefiċjarju tista’ tkopri 100 % tal-kostijiet eliġibbli għar-riċerka fundamentali u ma għandhiex teċċedix 80 % tal-kostijiet eliġibbli għar-riċerka industrijali u għall-iżvilupp sperimentali ( 41 );
L-intensità tal-għajnuna għar-riċerka industrijali u għall-iżvilupp sperimentali tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali, jekk aktar minn Stat Membru wieħed jagħti sostenn lill-proġett ta’ riċerka, jew jekk jitwettaq f’kollaborazzjoni transfruntiera ma’ organizzazzjonijiet ta’ riċerka jew ma’ impriżi oħra;
L-għajnuna skont din il-miżura tista’ tiġi kkombinata ma’ sostenn minn sorsi oħra għall-istess kostijiet eliġibbli, dment li l-għajnuna kkombinata ma teċċedix il-limiti definiti mill-punti (d) u (e) hawn fuq;
Il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jimpenja ruħu li jagħti liċenzji mhux esklużivi skont kundizzjonijiet tas-suq nondiskriminatorji lil partijiet terzi fiż-ŻEE;
L-għajnuna ma tistax tiġi konċessa lil impriżi li diġà kienu f’diffikultà (fis-sens tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ( 42 )) fil-31 ta’ Diċembru 2019.
B’deroga għal dan ta’ hawn fuq, l-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi mikro jew żgħar (skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedura ta’ insolvenza kollettiva skont il-liġi nazzjonali, u ma jkunu rċevew l-ebda għajnuna għas-salvataġġ ( 43 ) jew għajnuna għar-ristrutturar ( 44 ).
3.7. Għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-espansjoni
36. Lil hinn mill-possibbiltajiet eżistenti abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, huwa essenzjali li jingħata sostenn lill-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-espansjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ prodotti relevanti għall-COVID-19.
37. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni jew għall-aġġornament tal-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-espansjoni meħtieġa għall-iżvilupp, għall-ittestjar u għall-espansjoni, sal-ewwel implimentazzjoni industrijali qabel il-produzzjoni tal-massa, tal-prodotti relevanti għall-COVID-19 kif spjegat fit-Taqsima 3.8 bħala kompatibbli mas-suq intern dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-għajnuna tiġi konċessa għall-kostruzzjoni jew għall-aġġornament tal-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-espansjoni meħtieġa għall-iżvilupp, għall-ittestjar u għall-espansjoni, sal-ewwel implimentazzjoni industrijali qabel il-produzzjoni tal-massa, tal-prodotti mediċinali (inkluż vaċċini) u trattamenti, il-prodotti intermedji, l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi u l-materja prima tagħhom relevanti għall-COVID-19; apparat mediku, tagħmir mediku u tal-isptar (inkluż ventilaturi u lbies u tagħmir protettiv kif ukoll għodod dijanjostiċi) u l-materja prima meħtieġa; diżinfettanti u l-prodotti intermedjarji tagħhom u l-materjali kimiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom; kif ukoll għodod ta’ ġbir/proċessar ta’ data;
L-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa jew ħlas bil-quddiem ripagabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020;
Għall-proġetti li jkunu diġà bdew fl-1 ta’ Frar 2020, l-għajnuna titqies li jkollha effett ta’ inċentiv; għall-proġetti li jkunu bdew qabel l-1 ta’ Frar 2020, l-għajnuna titqies li jkollha effett ta’ inċentiv, jekk l-għajnuna tkun meħtieġa biex jiġi aċċellerat jew jitwessa’ l-ambitu tal-proġett. F’dawn il-każijiet, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna biss il-kostijiet addizzjonali fir-rigward tal-isforzi ta’ aċċellerazzjoni jew tal-ambitu mwessa’;
Il-proġett tal-investiment għandu jitlesta fi żmien sitt xhur mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna. Proġett tal-investiment jitqies li jkun tlesta meta l-awtoritajiet nazzjonali jaċċettawh bħala komplut. Jekk tinqabeż l-iskadenza ta’ sitt xhur, għal kull xahar ta’ dewmien għandu jiġi rimborżat 25 % tal-ammont tal-għajnuna mogħtija f’forma ta’ għotjiet diretti jew benefiċċji fuq it-taxxa, sakemm id-dewmien ma jkunx minħabba fatturi barra mill-kontroll tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Jekk tiġi rispettata l-iskadenza, l-għajnuna fil-forma ta’ ħlas bil-quddiem ripagabbli tinbidel f’għotjiet; jekk le, il-ħlas bil-quddiem ripagabbli jiġi rimborżat f’pagamenti akkont annwali indaqs fi żmien ħames snin mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna;
Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet tal-investiment meħtieġa għat-twaqqif tal-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-espansjoni meħtieġa biex jiġu żviluppati l-prodotti elenkati fil-punt (a) hawn fuq. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex teċċedi 75 % tal-kostijiet eliġibbli;
L-intensità massima permessa tal-għajnuna tal-għotja diretta jew tal-benefiċċju fuq it-taxxa tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali addizzjonali, jekk l-investiment jiġi konkluż fi żmien xahrejn mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna jew mid-data tal-applikazzjoni tal-benefiċċju fuq it-taxxa, jew jekk is-sostenn ikun ġej minn aktar minn Stat Membru wieħed. Jekk l-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ ħlas bil-quddiem ripagabbli, u l-investiment jitlesta fi żmien xahrejn, jew jekk is-sostenn jiġi minn aktar minn Stat Membru wieħed, jistgħu jiġu konċessi 15-il punt perċentwali addizzjonali;
L-għajnuna skont din il-miżura ma għandhiex tiġi kkombinata ma’ għajnuna oħra għall-investiment għall-istess kostijiet eliġibbli;
Garanzija ta’ kopertura tat-telf tista’ tiġi konċessa flimkien ma’ għotja diretta, benefiċċju fuq it-taxxa jew ħlas bil-quddiem ripagabbli, jew bħala miżura ta’ għajnuna indipendenti. Il-garanzija ta’ kopertura tat-telf tinħareġ fi żmien xahar minn meta tapplika għaliha l-impriża; l-ammont tat-telf li jrid jiġi kkumpensat jiġi stabbilit ħames snin wara li jitlesta l-investiment. L-ammont ta’ kumpens huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn is-somma tal-kostijiet tal-investiment, profitt raġonevoli ta’ 10 % fis-sena fuq il-kost tal-investiment fuq ħames snin, u kost operatorju fuq naħa waħda, u s-somma tal-għotja diretta riċevuta, id-dħul fuq perjodu ta’ ħames snin, u l-valur terminali tal-proġett;
Il-prezz mitlub għas-servizzi pprovduti mill-infrastruttura tal-ittestjar u tal-espansjoni għandu jikkorrispondi għall-prezz tas-suq;
L-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-espansjoni għandhom ikunu miftuħa għal diversi utenti u l-aċċess għandu jingħata fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja. L-impriżi li jkunu ffinanzjaw mill-inqas 10 % tal-kostijiet tal-investiment jistgħu jingħataw aċċess preferenzjali b’kundizzjonijiet aktar favorevoli;
L-għajnuna ma tistax tiġi konċessa lil impriżi li diġà kienu f’diffikultà (fis-sens tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ( 45 )) fil-31 ta’ Diċembru 2019.
B’deroga għal dan ta’ hawn fuq, l-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi mikro jew żgħar (skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedura ta’ insolvenza kollettiva skont il-liġi nazzjonali, u ma jkunu rċevew l-ebda għajnuna għas-salvataġġ ( 46 ) jew għajnuna għar-ristrutturar ( 47 ).
3.8. Għajnuna għall-investiment għall-produzzjoni ta’ prodotti relevanti għall-COVID-19
38. Lil hinn mill-possibbiltajiet eżistenti abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, huwa essenzjali li tiġi ffaċilitata l-produzzjoni ta’ prodotti relevanti għall-COVID-19. Dan jinkludi: prodotti mediċinali (inkluż vaċċini) u trattamenti relevanti, il-prodotti intermedji, l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi u l-materja prima tagħhom; apparat mediku, tagħmir mediku u tal-isptar (inkluż ventilaturi, lbies u tagħmir protettiv kif ukoll għodod dijanjostiċi) u l-materja prima meħtieġa; diżinfettanti u l-prodotti intermedjarji tagħhom u l-materjali kimiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom; għodod ta’ ġbir/proċessar ta’ data.
39. Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-għajnuna għall-investiment għall-produzzjoni tal-prodotti relevanti għall-COVID-19 bħala kompatibbli mas-suq intern dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-għajnuna għall-investiment tiġi konċessa għall-produzzjoni ta’ prodotti relevanti għall-COVID-19, bħalma huma prodotti mediċinali (inkluż vaċċini) u trattamenti relevanti, il-prodotti intermedji, l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi u l-materja prima tagħhom; apparat mediku, tagħmir mediku u tal-isptar (inkluż ventilaturi, lbies u tagħmir protettiv kif ukoll għodod dijanjostiċi) u l-materja prima meħtieġa; diżinfettanti u l-prodotti intermedjarji tagħhom u l-materjali kimiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom; għodod ta’ ġbir/proċessar ta’ data;
L-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa jew ħlas bil-quddiem ripagabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020;
Għall-proġetti li jkunu diġà bdew fl-1 ta’ Frar 2020, l-għajnuna titqies li jkollha effett ta’ inċentiv; għall-proġetti li jkunu bdew qabel l-1 ta’ Frar 2020, l-għajnuna titqies li jkollha effett ta’ inċentiv, jekk l-għajnuna tkun meħtieġa biex jiġi aċċellerat jew jitwessa’ l-ambitu tal-proġett. F’dawn il-każijiet, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna biss il-kostijiet addizzjonali fir-rigward tal-isforzi ta’ aċċellerazzjoni jew tal-ambitu mwessa’;
Il-proġett tal-investiment għandu jkun komplut fi żmien sitt xhur mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna. Proġett tal-investiment jitqies komplut meta l-awtoritajiet nazzjonali jaċċettawh bħala komplut. Jekk tinqabeż l-iskadenza ta’ sitt xhur, għal kull xahar ta’ dewmien irid jiġi rimborżat 25 % tal-ammont tal-għajnuna mogħtija f’forma ta’ għotjiet diretti jew benefiċċji fuq it-taxxa, sakemm id-dewmien ma jkunx minħabba fatturi barra mill-kontroll tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Jekk tiġi rispettata l-iskadenza, l-għajnuna fil-forma ta’ ħlas bil-quddiem ripagabbli tinbidel f’għotjiet; jekk le, il-ħlas bil-quddiem ripagabbli jiġi rimborżat f’pagamenti akkont annwali indaqs fi żmien ħames snin mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna;
Il-kostijiet eliġibbli jkunu marbuta mal-kostijiet kollha tal-investiment meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti elenkati fil-punt (a) u mal-kostijiet ta’ prova tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni l-ġodda. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex teċċedi 80 % tal-kostijiet eliġibbli;
L-intensità massima permessa tal-għajnuna tal-għotja diretta jew tal-benefiċċju fuq it-taxxa tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali addizzjonali, jekk l-investiment jiġi konkluż fi żmien xahrejn mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna jew mid-data tal-applikazzjoni tal-benefiċċju fuq it-taxxa, jew jekk is-sostenn ikun ġej minn aktar minn Stat Membru wieħed. Jekk l-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ ħlas bil-quddiem ripagabbli u l-investiment jitlesta fi żmien xahrejn jew jekk is-sostenn jiġi minn aktar minn Stat Membru wieħed, jistgħu jiġu konċessi 15-il punt perċentwali addizzjonali;
L-għajnuna skont din il-miżura ma għandhiex tiġi kkombinata ma’ għajnuna oħra għall-investiment għall-istess kostijiet eliġibbli;
Garanzija ta’ kopertura tat-telf tista’ tiġi konċessa flimkien ma’ għotja diretta, benefiċċju fuq it-taxxa jew ħlas bil-quddiem ripagabbli jew bħala miżura ta’ għajnuna indipendenti. Il-garanzija ta’ kopertura tat-telf tinħareġ fi żmien xahar minn meta tapplika għaliha l-impriża; l-ammont tat-telf li jrid jiġi kkumpensat jiġi stabbilit ħames snin wara li jitlesta l-investiment. L-ammont ta’ kumpens huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn is-somma tal-kostijiet tal-investiment, profitt raġonevoli ta’ 10 % fis-sena fuq il-kost tal-investiment fuq ħames snin, u kost operatorju fuq naħa waħda, u s-somma tal-għotja diretta riċevuta, id-dħul fuq perjodu ta’ ħames snin, u l-valur terminali tal-proġett;
L-għajnuna ma tistax tiġi konċessa lil impriżi li diġà kienu f’diffikultà (fis-sens tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ( 48 )) fil-31 ta’ Diċembru 2019.
B’deroga għal dan ta’ hawn fuq, l-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi mikro jew żgħar (skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedura ta’ insolvenza kollettiva skont il-liġi nazzjonali, u ma jkunu rċevew l-ebda għajnuna għas-salvataġġ ( 49 ) jew għajnuna għar-ristrutturar ( 50 ).
3.9. Għajnuna fil-forma ta’ differimenti tat-taxxa u/jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
40. Id-differimenti ta’ pagamenti ta’ taxxi u/jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jistgħu jkunu għodda utli biex jitnaqqsu r-restrizzjonijiet tal-likwidità tal-impriżi (inkluż l-individwi li jaħdmu għal rashom) u jiġu ppreservati l-impjiegi. Jekk dawn id-differimenti jkunu ta’ applikazzjoni ġenerali u ma jiffavorux ċerti impriżi, jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Jekk dawn ikunu ristretti, pereżempju, għal ċerti setturi, reġjuni jew tipi ta’ impriżi, dawn jinvolvu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ( 51 ).
41. Il-Kummissjoni se tikkunsidra bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE l-iskemi ta’ għajnuna tat-TFUE li jikkonsistu f’differimenti temporanji tat-taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li japplikaw għall-impriżi (inkluż individwi li jaħdmu għal rashom) li jkunu partikolarment affettwati mit-tifqigħa tal-COVID-19, pereżempju f’setturi jew reġjuni speċifiċi jew li jkunu ta’ ċertu daqs. Dan japplika wkoll għall-miżuri previsti fir-rigward ta’ obbligi fiskali u tas-sigurtà soċjali maħsuba biex itaffu r-restrizzjonijiet tal-likwidità li jħabbtu wiċċhom magħhom il-benefiċjarji, inkluż iżda mhux limitat għad-differiment ta’ pagamenti dovuti bin-nifs, għal aċċess eħfef għall-pjanijiet ta’ pagament ta’ dejn fiskali u għall-konċessjoni ta’ perjodi ħielsa mill-imgħax, sospensjoni tal-irkupru tad-dejn fiskali, u rifużjonijiet tat-taxxa mħaffa. L-għajnuna għandha tiġi konċessa qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u d-data ta’ tmiem għad-differiment għandha tkun mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022.
3.10. Għajnuna fil-forma ta’ sussidji tal-pagi għall-impjegati biex jiġu evitati s-sensji matul it-tifqigħa tal-COVID-19
42. Sabiex jitħarsu l-impjiegi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-pagi tal-impriżi li inkella, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, ikollhom jagħtu s-sensja lill-persunal jew għall-introjtu ekwivalenti tal-pagi tal-individwi li jaħdmu għal rashom li l-adozzjoni tal-miżuri nazzjonali b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 irriżultat fis-sospensjoni jew fit-tnaqqis tal-attività kummerċjali tagħhom. Jekk dawn l-iskemi ta’ sostenn japplikaw għall-ekonomija kollha, dawn jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, billi mhumiex selettivi. B’kuntrast ma’dan, dawk l-iskemi għandhom jitqiesu li jipprovdu vantaġġ selettiv lill-impriżi, jekk ikunu ristretti għal ċerti setturi, reġjuni jew tipi ta’ impriżi
43. Jekk dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna, il-Kummissjoni se tikkunsidrahom kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-għajnuna għandha l-għan li tevita s-sensji matul it-tifqigħa tal-COVID-19 (u tiżgura l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tal-individwi li jaħdmu għal rashom);
L-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ skemi lill-impriżi f’setturi jew reġjuni speċifiċi jew li jkunu ta’ ċertu daqs li jkunu partikolarment affettwati mit-tifqigħa tal-COVID-19;
Is-sussidju tal-pagi jiġi konċess fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar wara li ssir l-applikazzjoni għall-għajnuna, għall-impjegati li inkella kienu jingħataw is-sensja b’konsegwenza tas-sospensjoni jew tat-tnaqqis tal-attivitajiet kummerċjali minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 (jew għall-individwi li jaħdmu għal rashom li l-attività tan-negozju tagħhom intlaqtet b’mod negattiv mit-tifqigħa tal-COVID-19), u soġġett għall-kundizzjoni li l-persunal li jibbenefika minn dan is-sussidju jinżamm f’impjieg kontinwu għall-perjodu kollu li għalih tiġi konċessa l-għajnuna (jew soġġett għall-kundizzjoni li l-attività kummerċjali rilevanti tal-individwu li jaħdem għal rasu tinżamm għall-perjodu kollu li għalih tiġi konċessa l-għajnuna);
Is-sussidju tal-pagi ta’ kull xahar ma għandux jeċċedi 80 % tas-salarju gross ta’ kull xahar (inkluż il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur) tal-persunal li jibbenefika minn dan is-sussidju (jew 80 % tal-introjtu ekwivalenti għall-pagi ta’ kull xahar tal-individwu li jaħdem għal rasu). L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw ukoll, b’mod partikolari fl-interess tal-kategoriji b’pagi baxxi, metodi ta’ kalkolu alternattivi tal-intensità tal-għajnuna, bħalma hu l-użu tal-medja tal-paga nazzjonali jew il-paga minima, dment li tinżamm il-proporzjonalità tal-għajnuna;
Is-sussidju tal-pagi jista’ jiġi kkombinat ma’ miżuri ta’ sostenn għall-impjiegi oħra li huma ġeneralment disponibbli jew selettivi, dment li s-sostenn ikkombinat ma jwassalx għal kumpens żejjed tal-ispejjeż tal-pagi tal-persunal ikkonċernat. Is-sussidji tal-pagi jistgħu jiġu kkombinati aktar ma’ differimenti tat-taxxa u differimenti tal-pagamenti tas-sigurtà soċjali.
43bis. Sal-punt li skema bħal din tinkludi wkoll impjegati ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, kwalunkwe għajnuna lil dawk l-istituzzjonijiet m’għandhiex l-għan li tippreserva jew terġa’ tikseb il-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza tagħhom, minħabba l-għan prinċipalment soċjali ta’ din l-għajnuna. ( 52 ) Bħala riżultat, il-Kummissjoni tqis li tali għajnuna jenħtieġ li ma tiġix kwalifikata bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja skont l-Artikolu 2(1)(28) BRRD u l-Artikolu 3(1)(29) SRMR, u jenħtieġ li ma tiġix ivvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur bankarju ( 53 ).
3.11. Miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni
44. Dan il-Qafas Temporanju jippreżenta l-kriterji skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu sostenn pubbliku fil-forma ta’ ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi lill-impriżi li jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. ( 54 ) Huwa għandu l-għan li jiżgura li t-tfixkil tal-ekonomija ma jirriżultax fi ħruġ bla bżonn mis-suq ta’ impriżi li kienu vijabbli qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Għaldaqstant, ir-rikapitalizzazzjonijiet ma jridux jaqbżu l-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju, u jentieġ li ma jmorrux lil hinn mir-restawr tal-istruttura tal-kapital tal-benefiċjarju għal dik li kienet teżisti qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Impriżi kbar iridu jirrappurtaw dwar kif l-għajnuna li rċevew tappoġġja l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-objettivi tal-UE u l-obbligi nazzjonali marbuta mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, inkluż l-għan tal-UE tan-newtralità klimatika sal-2050.
45. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tenfasizza li l-għoti ta’ appoġġ pubbliku nazzjonali fil-forma ta’ ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi, bħala parti minn skemi jew f’każijiet individwali, jenħtieġ li jitqies biss jekk ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni xierqa oħra. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ħruġ ta’ tali strumenti jkun soġġett għal kundizzjonijiet stretti minħabba li huma distorsivi ħafna għall-kompetizzjoni bejn l-impriżi. Għalhekk, interventi bħal dawn iridu jkunu soġġetti wkoll għal kundizzjonijiet ċari fir-rigward tad-dħul, tar-remunerazzjoni u tal-ħruġ tal-Istat mill-ekwità tal-impriżi kkonċernati, id-dispożizzjonijiet ta’ governanza u miżuri xierqa li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. B’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li t-tfassil ta’ miżuri ta’ sostenn nazzjonali b’mod li jissodisfa l-għanijiet ta’ politika tal-UE relatati mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomiji tagħhom jippermetti tkabbir aktar sostenibbli fit-tul, u jippromwovi t-trasformazzjoni għall-objettiv miftiehem tal-UE tan-newtralità klimatika sal-2050.
3.11.1. Applikabbiltà
46. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal skemi ta’ rikapitalizzazzjoni u miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni individwali tal-Istati Membri għal impriżi mhux finanzjarji (kollettivament imsejħa miżuri ta’ “rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19”) taħt din il-Komunikazzjoni, li mhumiex koperti mit-Taqsima 3.1 ta’ din il-Komunikazzjoni. Huma japplikaw għal miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 għal impriżi kbar u SMEs. ( 55 )
47. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-istrumenti tad-dejn subordinat li jaqbżu ż-żewġ limiti msemmija fil-punt 27bis (i) u (ii) fit-Taqsima 3.3 ta’ din il-Komunikazzjoni.
48. Il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma għandhomx jingħataw aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2021.
3.11.2. Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u ta’ dħul
49. Il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 trid tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
mingħajr l-intervent tal-Istat il-benefiċjarju jkun se jfalli jew ikun se jiffaċċja diffikultajiet serji biex iżomm l-operazzjonijiet tiegħu. Diffikultajiet bħal dawn jistgħu jintwerew b’mod partikolari, bid-deterjorament tal-proporzjon tad-dejn mal-ekwità jew indikaturi simili tal-benefiċjarju;
huwa fl-interess komuni li jkun hemm intervent. Dan jista’ jkun relatat mal-evitar ta’ tbatija soċjali u ta’ falliment tas-suq minħabba telf sinifikanti ta’ impjiegi, il-ħruġ ta’ kumpanija innovattiva, il-ħruġ ta’ kumpanija ta’ importanza sistemika, ir-riskju ta’ tfixkil għal servizz importanti, jew sitwazzjonijiet simili sostanzjati kif xieraq mill-Istat Membru kkonċernat;
il-benefiċjarju ma jkunx jista jsib finanzjament fis-swieq b’termini affordabbli u l-miżuri orizzontali li jeżistu fl-Istat Membru kkonċernat biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità ma jkunux biżżejjed biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tiegħu; kif ukoll
il-benefiċjarju ma jkunx impriża li kienet diġà tinsab f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 (skont it-tifsira tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ( 56 )).
B’deroga għal dan ta’ hawn fuq, l-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi mikro jew żgħar (skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedura ta’ insolvenza kollettiva skont il-liġi nazzjonali, u ma jkunu rċevew l-ebda għajnuna għas-salvataġġ ( 57 ) jew għajnuna għar-ristrutturar ( 58 ).
50. L-Istati Membri għandhom jagħtu miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 taħt skema ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni biss wara talba bil-miktub għal tali għajnuna mill-impriżi benefiċjarji prospettivi. Fir-rigward ta’ għajnuna notifikabbli b’mod individwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza ta’ tali talba bil-miktub bħala parti min-notifika tal-miżura ta’ għajnuna individwali lill-Kummissjoni.
51. Ir-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima u t-Taqsimiet 3.11.4, 3.11.5, 3.11.6 u 3.11.7 japplikaw kemm għall-iskemi ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 kif ukoll għal miżuri ta’ għajnuna individwali. Meta tapprova skema, il-Kummissjoni se titlob in-notifika separata ta’ għajnuna individwali li taqbeż il-limitu ta’ EUR 250 miljun. B’rabta ma’ dawn in-notifiki, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-finanzjament eżistenti fis-suq jew il-miżuri orizzontali biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità humiex biżżejjed biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju; li l-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni magħżula u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom huma xierqa biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet serji tal-benefiċjarju; li l-għajnuna tkun proporzjonata; u li l-kundizzjonijiet f’din it-Taqsima u t-Taqsimiet 3.11.4, 3.11.5, 3.11.6 u 3.11.7 jiġu mħarsa.
3.11.3. Tipi ta’ miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni
52. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 bl-użu ta’ żewġ settijiet distinti ta’ strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni:
strumenti ta’ ekwità, b’mod partikolari, il-ħruġ ta’ ishma komuni jew privilaġġati ġodda; u/jew
strumenti b’komponent ta’ ekwità (imsejħa “strumenti kapitali ibridi”) ( 59 ), b’mod partikolari drittijiet ta’ parteċipazzjoni fil-profitt, parteċipazzjonijiet passivi u bonds konvertibbli garantiti jew mhux garantiti.
53. L-intervent tal-Istat jista’ jieħu l-forma ta’ kwalunkwe varjazzjoni tal-istrumenti msemmija hawn fuq, jew taħlita ta’ strumenti ta’ ekwità u kapitali ibridi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jissottoskrivu l-istrumenti ta’ hawn fuq fil-kuntest ta’ offerta tas-suq, bil-kundizzjoni li kwalunkwe intervent tal-Istat f’benefiċjarju li jirriżulta, ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima 3.11 tal-Komunikazzjoni. L-Istat Membru jrid jiżgura li l-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni magħżula u l-kundizzjonijiet mehmuża magħhom ikunu xierqa biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-benefiċjarju, filwaqt li fl-istess ħin ikunu l-inqas ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni.
3.11.4. L-ammont tar-rikapitalizzazzjoni
54. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-għajnuna, l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jridx jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju, u jenħtieġ li ma jmurx lil hinn mir-restawr tal-istruttura kapitali tal-benefiċjarju għal dik ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, jiġifieri s-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2019. Fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-għajnuna, għandha titqies l-għajnuna mill-Istat riċevuta jew ippjanata fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19.
3.11.5. Ir-remunerazzjoni u l-ħruġ tal-Istat
55. L-Istat għandu jirċievi remunerazzjoni xierqa għall-investiment. Iktar ma r-remunerazzjoni tkun qrib it-termini tas-suq, iktar tkun baxxa d-distorsjoni tal-kompetizzjoni potenzjali kkawżata mill-intervent tal-Istat.
56. Jenħtieġ li r-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 tiġi mifdija meta l-ekonomija tistabbilizza ruħha. Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jingħata biżżejjed żmien lill-benefiċjarju biex jifdi r-rikapitalizzazzjoni. L-Istat Membru jrid iwaqqaf mekkaniżmu biex jinċentivizza gradwalment it-tifdija.
57. Jenħtieġ li r-rimunerazzjoni tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 tiżdied sabiex tikkonverġi mal-prezzijiet tas-suq biex jiġi pprovdut inċentiv għall-benefiċjarju u għall-azzjonisti l-oħra biex jifdu l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni mill-Istat u biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.
58. Isegwi li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 irid ikun fihom l-inċentivi xierqa biex l-impriżi jifdu r-rikapitalizzazzjoni u jfittxu kapital alternattiv meta l-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu, billi jirrikjedu remunerazzjoni għolja biżżejjed għar-rikapitalizzazzjoni.
59. Bħala alternattiva għall-metodoloġiji tar-remunerazzjoni stabbiliti hawn taħt, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw skemi jew miżuri individwali fejn il-metodoloġija tar-remunerazzjoni tkun adattata skont il-karatteristiċi u l-anzjanità tal-istrument kapitali sakemm dawn iwasslu għal riżultat simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-rimunerazzjoni tal-Istat.
60. Injezzjoni ta’ kapital mill-Istat, jew intervent ekwivalenti, għandha ssir bi prezz li ma jaqbiżx il-prezz medju tal-ishma tal-benefiċjarju matul il-15-il jum ta’ qabel it-talba għall-injezzjoni ta’ kapital. Jekk il-benefiċjarju ma jkunx kumpanija elenkata fil-Borża, jenħtieġ li tiġi stabbilita stima tal-valur tas-suq tiegħu minn espert indipendenti jew permezz ta’ mezzi proporzjonati oħra.
61. Kull miżura ta’ rikapitalizzazzjoni għandha tinkludi mekkaniżmu step-up li jżid ir-remunerazzjoni tal-Istat, biex il-benefiċjarju jkun inċentivat jixtri lura l-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. Iż-żieda fir-remunerazzjoni tista’ tkun fil-forma ta’ ishma addizzjonali ( 60 ) konċessi lill-Istat jew mekkaniżmi oħra, u jenħtieġ li tikkorrispondi għal żieda ta’ mill-inqas 10 % fir-remunerazzjoni tal-Istat (għall-parteċipazzjoni li tirriżulta mill-injezzjoni ta’ ekwità mill-Istat b’rabta mal-COVID-19 u li ma tħallsitx lura), għal kull pass tal-istep-up:
Jekk erba’ snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19 l-Istat ma jkunx biegħ mill-inqas 40 fil-mija tal-parteċipazzjoni fl-ekwità li tirriżulta mill-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19, il-mekkaniżmu step-up jiġi attivat.
Jekk sitt snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19 l-Istat ma jkunx biegħ il-parteċipazzjoni kollha tiegħu fl-ekwità b’riżultat tal-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19, il-mekkaniżmu step-up jerġa’ jiġi attivat. ( 61 )
Jekk il-benefiċjarju ma jkunx kumpanija elenkata fil-Borża, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplementaw kull wieħed miż-żewġ passi sena wara, jiġifieri ħames u seba’ snin rispettivament wara li tingħata l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19.
62. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta mekkaniżmi alternattivi, dment li b’mod ġenerali jwasslu għal eżitu simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat.
63. F’kull waqt jenħtieġ li l-benefiċjarju jkollu l-possibbiltà li jixtri lura s-sehem ta’ ekwità akkwistat mill-Istat. Sabiex jiġi żgurat li l-Istat jirċievi remunerazzjoni xierqa għall-investiment, jenħtieġ li l-prezz tax-xiri lura jkun l-ammont l-iktar għoli bejn (i) l-investiment nominali tal-Istat b’żieda ta’ remunerazzjoni annwali tal-imgħax ta’ 200 punt bażi ogħla milli indikata fit-tabella hawn isfel ( 62 ); jew (ii) il-prezz tas-suq fil-mument tax-xiri lura.
64. B’mod alternattiv, l-Istat jista’ f’kull waqt ibigħ is-sehem tiegħu fl-ekwità bil-prezzijiet tas-suq, lil akkwirenti oħra għajr il-benefiċjarju. Fil-prinċipju tali bejgħ jirrikjedi konsultazzjoni miftuħa u mhux diskriminatorja tal-akkwirenti potenzjali jew bejgħ fil-borża. L-Istat jista’ jagħti drittijiet ta’ prijorità lill-azzjonisti eżistenti, jiġifieri lill-azzjonisti qabel ir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19, biex jixtru bil-prezz li jirriżulta mill-konsultazzjoni pubblika. Jekk l-Istat ibigħ is-sehem tiegħu fl-ekwità bi prezz aktar baxx mill-prezz minimu stipulat fil-punt 63, ir-regoli ta’ governanza stipulati fit-Taqsima 3.11.6 għandhom ikomplu japplikaw mill-inqas sa erba’ snin wara li tkun ġiet konċessa l-miżura ta’ injezzjoni ta’ ekwità tal-COVID-19.
65. Ir-remunerazzjoni globali tal-istrumenti kapitali ibridi trid tieħu kont debitu tal-elementi li ġejjin:
il-karatteristiċi tal-istrument magħżul, inkluż il-livell ta’ subordinazzjoni tiegħu, ir-riskju u l-modalitajiet kollha tal-pagament tiegħu;
inċentivi inerenti għall-ħruġ (bħal eżempju step-up u klawsoli ta’ tifdija); kif ukoll
rata ta’ mgħax benchmark xierqa.
66. Ir-remunerazzjoni minima tal-istrumenti kapitali ibridi sakemm jiġu kkonvertiti fi strumenti tat-tip “ekwità” għandha tkun mill-inqas ugwali għar-rata bażi (IBOR ta’ sena jew ekwivalenti kif ippubblikata mill-Kummissjoni ( 63 )), biż-żieda tal-primjum indikat hawn taħt.
Remunerazzjoni tal-istrumenti kapitali ibridi: rata IBOR+ ta’ sena.
|
Tip ta’ riċevitur |
L-ewwel sena |
It-tieni u t-tielet sena |
Ir-raba’ u l-ħames sena |
Is-sitt u s-seba’ sena |
It-tmien sena u ’l quddiem |
|
SMEs |
225 punt bażi |
325 punt bażi |
450 punt bażi |
600 punt bażi |
800 punt bażi |
|
Impriżi kbar |
250 punt bażi |
350 punt bażi |
500 punt bażi |
700 punt bażi |
950 punt bażi |
67. Il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali ibridi f’ekwità għandha ssir b’ħamsa fil-mija jew iktar taħt it-TERP (Theoretical Ex-Rights Price) fil-mument tal-konverżjoni.
68. Wara l-konverżjoni f’ekwità, irid jiġi inkluż mekkaniżmu step-up biex tiżdied ir-remunerazzjoni tal-Istat, biex il-benefiċjarji jkunu inċentivati jixtru lura l-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. Jekk, sentejn wara l-konverżjoni f’ekwità, l-ekwità li tirriżulta mill-intervent tal-Istat b’rabta mal-COVID-19 tkun għadha proprjetà tal-Istat, l-Istat għandu jirċievi sehem addizzjonali tas-sjieda tal-benefiċjarju, apparti l-parteċipazzjoni li jifdal li tirriżulta mill-konverżjoni mill-Istat tal-istrumenti kapitali ibridi b’rabta mal-COVID-19. Dan is-sehem addizzjonali ta’ sjieda għandu jkun mill-inqas 10 fil-mija tal-parteċipazzjoni li jifdal li tirriżulta mill-konverżjoni tal-Istat tal-istrumenti kapitali ibridi b’rabta mal-COVID-19. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta mekkaniżmi step-up alternattivi, dment li jkollhom l-istess effett ta’ inċentiv u impatt ġenerali simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat.
69. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu formula ta’ prezzijiet li tinkludi wkoll klawżoli addizzjonali ta’ step-up jew ta’ ħlas lura. Jenħtieġ li tali karatteristiċi jiġu ddisinjati b’tali mod li jinkoraġġixxu tmiem bikri tal-appoġġ mill-Istat għall-benefiċjarju fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta wkoll metodoloġiji tal-ipprezzar alternattivi, sakemm dawn ikunu jwasslu għal remunerazzjonijiet li huma simili jew ogħla minn dawk li jirriżultaw mill-metodoloġija ta’ hawn fuq.
70. Peress li n-natura tal-istrumenti ibridi tvarja b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni ma tipprovdix gwida għat-tipi kollha ta’ strumenti. L-istrumenti ibridi f’kull każ iridu jsegwu l-prinċipji msemmija hawn fuq, bir-remunerazzjoni tirrifletti r-riskju tal-istrumenti partikolari.
3.11.6. Governanza u prevenzjoni ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni
71. Għall-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni, il-benefiċjarji ma jistgħu jipparteċipaw f’ebda espansjoni kummerċjali aggressiva ffinanzjata minn għajnuna mill-Istat u lanqas ma jistgħu jieħdu riskji eċċessivi. Bħala prinċipju ġenerali, iktar ma jkun żgħir is-sehem tal-ekwità tal-Istat Membru u iktar ma tkun għolja r-remunerazzjoni, inqas ikun hemm bżonn ta’ salvagwardji.
72. Jekk il-benefiċjarju ta’ miżura ta’ rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 ta’ ammont ogħla minn EUR 250 miljun ikun impriża b’saħħa sinifikanti f’mill-inqas wieħed mis-swieq rilevanti fejn jopera, l-Istati Membri jridu jipproponu miżuri addizzjonali biex jippreservaw il-kompetizzjoni effettiva f’dawk is-swieq. Meta jipproponu tali miżuri, l-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari joffru impenji strutturali jew ta’ komportament previsti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi aċċettabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004.
73. Il-benefiċjarji li jirċievu miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 huma pprojbiti milli jirreklamawhom għal skopijiet kummerċjali.
74. Sakemm mill-inqas 75 % tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux mifdija, il-benefiċjarji minbarra l-SMEs għandhom jiġu mwaqqfa milli jakkwistaw sehem ta’ aktar minn 10 % f’kompetituri jew operaturi oħra fl-istess linja tan-negozju, inklużi operazzjonijiet upstream u downstream.
75. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u bla ħsara għall-kontroll tal-fużjonijiet, dawn il-benefiċjarji jistgħu jakkwistaw sehem ta’ aktar minn 10 % f’operaturi upstream jew downstream fil-qasam ta’ operazzjoni tagħhom, sakemm l-akkwiżizzjoni tkun neċessarja biex tinżamm il-vijabbiltà tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-akkwiżizzjoni jekk tkun neċessarja biex tinżamm il-vijabbiltà tal-benefiċjarju. L-akkwiżizzjoni ma tistax tiġi implimentata qabel il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar il-kwistjoni.
76. L-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għas-sussidju inkroċjat tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ impriżi integrati li diġà kienu f’diffikultajiet ekonomiċi fil-31 ta’ Diċembru 2019. Għandha tiddaħħal fis-seħħ separazzjoni ċara tal-kontijiet f’kumpaniji integrati, biex jintwera li l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni ma jibbenefikawx minnha dawk l-attivitajiet.
77. Sakemm il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija għal kollox, il-benefiċjarji ma jistgħux jagħmlu pagamenti ta’ dividendi, la pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji, u lanqas jixtru ishma lura, għajr f’relazzjoni mal-Istat.
78. Sakemm mill-inqas 75 % tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija, ir-remunerazzjoni ta’ kull membru tal-maniġment tal-benefiċjarji ma tistax taqbeż il-parti fissa tar-remunerazzjoni tiegħu/tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2019. Għall-persuni li jsiru membri tal-maniġment mar-rikapitalizzazzjoni jew warajha, il-limitu applikabbli huwa r-remunerazzjoni fissa tal-membri tal-maniġment bl-istess livell ta’ responsabbiltà fil-31 ta’ Diċembru 2019. Fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jitħallsu bonuses jew komponenti oħra varjabbli jew komparabbli tar-remunerazzjoni.
78bis. Meta l-Istat ikun azzjonist eżistenti, jiġifieri qabel l-injezzjoni ta’ ekwità tal-COVID-19, u:
l-Istat jinjetta ekwità ġdida bl-istess kundizzjonijiet bħall-investituri privati u pro rata għal-parteċipazzjoni azzjonarja eżistenti (jew taħtha), u
il-parteċipazzjoni privata tkun sinifikanti (fil-prinċipju mill-inqas 30 % tal-ekwità ġdida injettata), u
l-injezzjoni ta’ ekwità ġdida tal-Istat tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari tagħha, pereżempju minħabba miżura oħra li tibbenefika minnha l-kumpanija,
mhuwiex meħtieġ li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ħruġ tal-Istat għandu japplika dan li ġej:
il-punti 61 u 62 ma japplikawx għal tali miżura ta’ injezzjoni ta’ ekwità tal-COVID-19;
b’deroga mill-punti 74, 75 u 78, il-projbizzjoni ta’ akkwiżizzjoni u l-limitu fuq ir-remunerazzjoni tal-maniġment huma limitati għal tliet snin;
b’deroga mill-punt 77, il-projbizzjoni tad-dividendi titneħħa għad-detenturi tal-ishma l-ġodda. Għall-ishma eżistenti, il-projbizzjoni tad-dividendi titneħħa, dment li d-detenturi ta’ dawk l-ishma eżistenti jiġu dilwiti kollha flimkien għal taħt l-10 % tal-kumpanija. Jekk l-ishma eżistenti ma jiġux dilwiti kollha flimkien għal sehem fil-kumpanija taħt l-10 %, il-projbizzjoni tad-dividendi tapplika għall-azzjonijiet eżistenti għal tliet snin. F’kull każ, ir-remunerazzjoni dovuta għall-kapital ibridu tal-COVID-19 u l-istrumenti ta’ dejn subordinat miżmuma mill-Istat għandhom jitħallsu qabel ma jitħallas ebda dividend lill-azzjonisti f’sena partikulari;
ir-rekwiżiti fit-Taqsima 3.11.7 ma japplikawx ħlief għall-obbligi ta’ rappurtar skont il-punt 83 li għandhom japplikaw għal tliet snin; u
il-kundizzjonijiet l-oħra kollha stipulati fit-Taqsima 3.11 japplikaw mutatis mutandis.
78ter. Meta l-Istat jinjetta ekwità f’kumpanija li ma jkunx azzjonist eżistenti fiha (jiġifieri qabel il-miżura ta’ injezzjoni ta’ ekwità tal-COVID-19), u
jinjetta ekwità ġdida bl-istess kundizzjonijiet bħall-investituri privati, u
il-parteċipazzjoni privata tkun sinifikanti (fil-prinċipju mill-inqas 30 % tal-ekwità ġdida injettata), u
meta l-injezzjoni ta’ ekwità tal-Istat tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari tagħha, pereżempju minħabba miżura oħra li tibbenefika minnha l-kumpanija,
għandu japplika dan li ġej:
b’deroga mill-punt 77, il-projbizzjoni tad-dividendi titneħħa għad-detenturi kollha tal-ishma l-ġodda. Għall-ishma eżistenti, il-projbizzjoni tad-dividendi titneħħa, dment li d-detenturi ta’ dawn l-ishma eżistenti jiġu dilwiti kollha flimkien għal sehem fil-kumpanija taħt l-10 %. F’kull każ, ir-remunerazzjoni dovuta għall-kapital ibridu tal-COVID-19 u l-istrumenti ta’ dejn subordinat miżmuma mill-Istat għandhom jitħallsu qabel ma jitħallas ebda dividend lill-azzjonisti f’sena partikulari; u
il-kundizzjonijiet l-oħra kollha stipulati fit-Taqsima 3.11 japplikaw mutatis mutandis.
3.11.7. Strateġija ta’ ħruġ tal-Istat mill-parteċipazzjoni li tirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni u obbligi ta’ rapportar
79. Il-benefiċjarji għajr l-SMEs li jkunu rċevew rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 ta’ iktar minn 25 % tal-ekwità fil-mument tal-intervent iridu jippreżentaw strateġija ta’ ħruġ kredibbli għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru, sakemm l-intervent tal-Istat ma jitnaqqasx taħt il-livell ta’ 25 % tal-ekwità fi żmien 12-il xahar mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna. ( 64 )
80. L-istrateġija ta’ ħruġ għandha tistabbilixxi:
il-pjan tal-benefiċjarju dwar il-kontinwazzjoni tal-attività tiegħu u l-użu tal-fondi investiti mill-Istat, inkluż skeda ta’ pagament tar-remunerazzjoni u tat-tifdija tal-investiment tal-Istat (flimkien “l-iskeda ta’ ripagament”); u
il-miżuri li l-benefiċjarju u l-Istat se jieħdu biex jimxu mal-iskeda ta’ ripagament.
81. Jenħtieġ li l-istrateġija ta’ ħruġ titħejja u tiġi ppreżentata lill-Istat Membru fi żmien 12-il xahar wara l-konċessjoni tal-għajnuna u trid tiġi approvata mill-Istat Membru.
82. Minbarra l-obbligu stabbilit fil-punti 79 sa 81, il-benefiċjarji jridu jirrapportaw lill-Istat Membru dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-iskeda ta’ ripagament u l-konformità mal-kundizzjonijiet fit-taqsima 3.11.6 fi żmien 12-il xahar wara l-preżentazzjoni tal-iskeda, u mbagħad perjodikament kull 12-il xahar.
83. Sakemm il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija għalkollox, fi żmien 12-il xahar mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna u mbagħad perjodikament kull 12-il xahar il-benefiċjarji ta’ rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19, għajr l-SMEs, għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar kif użaw l-għajnuna li rċevew. B’mod partikolari, jenħtieġ li din tkun tinkludi informazzjoni dwar kif il-mod li bih jużaw l-għajnuna li rċevew isostni l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-objettivi tal-UE u mal-obbligi nazzjonali b’rabta mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, inkluż l-għan tal-UE ta’ newtralità klimatika sal-2050.
84. Jenħtieġ li l-Istat Membru jirrapporta lill-Kummissjoni kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-iskeda ta’ ripagament u l-konformità mal-kundizzjonijiet fit-Taqsima 3.11.6. Jekk il-benefiċjarju jkun irċieva rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 li teċċedi l-EUR 250 miljun, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 54.
85. Jekk sitt snin wara r-rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 l-intervent tal-Istat ma jkunx tnaqqas għal inqas minn 15 % tal-ekwità tal-benefiċjarju, irid jiġi nnotifikat pjan ta’ ristrutturar skont il-Linji Gwida ta’ Salvataġġ u Ristrutturar għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti fil-pjan ta’ ristrutturar jiżgurawx il-vijabbiltà tal-benefiċjarju, anki fid-dawl tal-objettivi tal-UE u l-obbligi nazzjonali marbuta mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, u l-ħruġ tal-Istat mingħajr ma jaffettwa ħażin il-kummerċ sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Jekk il-benefiċjarju ma jkunx kumpanija elenkata fil-Borża, jew ikun SME, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jinnotifika pjan ta’ ristrutturar biss jekk l-intervent tal-Istat ma jkunx tnaqqas għal inqas minn 15 % tal-ekwità seba’ snin wara r-rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19.
4. MONITORAGG U RAPPURTAR
86. Ħlief għall-għajnuna li tiġi konċessa skont it-Taqsimiet 3.9, 3.10 u 3.11, l-Istati Membri huma obbligati li jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar kull għajnuna individwali ta’ aktar minn EUR 100 000 ( 65 ) li tiġi konċessa skont din il-Komunikazzjoni, u ta’ aktar minn EUR 10 000 ( 66 ) fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd, fis-sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat jew fl-għodda tal-IT tal-Kummissjoni ( 67 ) fi żmien 12-il xahar mill-mument tal-konċessjoni. L-Istati Membri jridu jippubblikaw informazzjoni rilevanti ( 68 ) dwar kull rikapitalizzazzjoni individwali konċessa skont it-Taqsima 3.11 fis-sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat jew fl-għodda tal-IT tal-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-mument tar-rikapitalizzazzjoni. Il-valur nominali tar-rikapitalizzazzjoni għandu jiġi inkluż għal kull benefiċjarju.
►M2 88. ◄ Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Membri jridu jipprovdu lill-Kummissjoni lista ta’ miżuri li jkunu ttieħdu abbażi ta’ skemi approvati abbażi ta’ din il-Komunikazzjoni.
►M2 89. ◄ L-Istati Membri jridu jiggarantixxu li tinżamm dokumentazzjoni dettaljata rigward il-konċessjoni tal-għajnuna li jsir provvediment għaliha f’din il-Komunikazzjoni. Tali dokumentazzjoni, li jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja biex ikun jista’ jiġi stabbilit li jkunu ġew osservati l-kundizzjonijiet neċessarji, trid tinżamm għal 10 snin wara li tkun ingħatat l-għajnuna u tingħata lill-Kummissjoni meta tintalab.
►M2 90. ◄ Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali rigward l-għajnuna mogħtija, sabiex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-miżura ta’ għajnuna ikunux issodisfati.
5. Dispożizzjonijiet Finali
91. Il-Kummissjoni tapplika din il-Komunikazzjoni mid-19 ta’ Marzu 2020, filwaqt li tqis l-impatt ekonomiku tat-tifqigħa tal-COVID-19, li kien jirrikjedi azzjoni immedjata. Din il-Komunikazzjoni hija ġustifikata biċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali u mhux se tiġi applikata wara l-31 ta’ Diċembru 2020, ħlief it-Taqsima 3.11 li se tiġi applikata sal-1 ta’ Lulju 2021. Il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina din il-Komunikazzjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet importanti tal-politika tal-kompetizzjoni jew ekonomiċi. Fejn ikun ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’ wkoll tipprovdi kjarifiki ulterjuri dwar il-metodu tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari.
►M2 92. ◄ Il-Kummissjoni tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Komunikazzjoni fil-konfront tal-miżuri kollha notifikati mid-19 ta’ Marzu 2020, anki jekk il-miżuri kienu ġew notifikati qabel dik id-data.
►M2 93. ◄ F’konformità man-notifika tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-evalwazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat mhux skont il-liġi ( 70 ), il-Kummissjoni tapplika dan li ġej għar-rigward ta’ għajnuna mhux notifikata:
din il-Komunikazzjoni, jekk l-għajnuna tkun ingħatat wara l-1 ta’ Frar 2020;
ir-regoli applikabbli meta l-għajnuna tkun ingħatat fil-każijiet l-oħra kollha.
►M2 94. ◄ Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati, se tiżgura li d-deċiżjonijiet jiġu adottati malajr malli jkun hemm in-notifika ċara u kompleta tal-miżuri koperti minn din il-Komunikazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħhom u jinnotifikaw il-pjanijiet tagħhom li jintroduċu tali miżuri kemm jista’ jkun malajr u bil-mod l-aktar komprensiv possibbli. Il-Kummissjoni se tipprovdi gwida u assistenza lill-Istati Membri f’dan il-proċess.
( 1 ) Tali għajnuna tista’ tiġi nnotifikata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni se tivvalutaha skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE.
( 2 ) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.
( 3 ) ĠU L 225, 30.7.2014, Artikolu 3(1)(29) tar-Regolament SRM.
( 4 ) Il-Komunikazzjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (“Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”) (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità (“Il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti”) (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1), il-Komunikazzjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, wara l-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli dwar l-gћajnuna mill-Istat favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjara (“il-Komunikazzjoni dwar it-Titwil tal-2010”) (ĠU C 329, 7.12.2010, p. 7), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-Komunikazzjoni dwar it-Titwil tal-2011”) (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-Komunikazzjoni dwar il-Banek tal-2013”) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
( 5 ) Kwalunkwe miżura għall-appoġġ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE li tmur lil hinn minn din il-Komunikazzjoni jew li mhijiex koperta mill-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE ma tridx tiġi notifikata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li huma applikabbli għas-settur bankarju.
( 6 ) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
( 7 ) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Grupp tal-Euro dwar Rispons ekonomiku kkoordinat għall-epidemija tal-COVID-19, COM(2020) 112 final tat-13 ta’ Marzu 2020.
( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).
( 9 ) Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p.1). Il-Kummissjoni awtorizzat diversi skemi f’disa’ Stati Membri differenti.
( 10 ) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA. 56685, id-Danimarka - Skema ta’ Kumpens għall-kanċellazzjoni ta’ avvenimenti relatati mal-COVID-19,
https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases1/202011/285054_2139535_70_2.pdf
( 11 ) Ara t-Taqsima 3.6.1 tal-Linji gwida dwar ir-Ristrutturar u s-Salvataġġ.
( 12 ) Il-Kawżi Magħquda T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen, Volkswagen AG u Volkswagen Sachsen GmbH v Commission, ECLI:EU:T:1999:326, il-paragrafu 167.
( 13 ) id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/490/EC fil-Każ C 47/96 Crédit Lyonnais (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 28), il-punt 10.1; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/345/EC fil-Każ C 28/02 Bankgesellschaft Berlin (ĠU L 116, 4.5.2005, p. 1), il-punti 153 u ta’ wara ; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/263/EC fil-Każ C 50/06 BAWAG (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 7), il-punt 166. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 70/07 Northern Rock (ĠU C 43, 16.2.2008, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 25/08 Għajnuna ta’ Salvataġġ lil Risikoabschirmung WestLB (ĠU C 189, 26.7.2008, p. 3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2008 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat C 9/08 SachsenLB (ĠU L 104, 24.4.2009, p. 34), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 fil-każ SA.32544 (2011/C) Ir-ristrutturar ta’ TRAINOSE S.A (ĠU L 186.2018, p.25).
( 14 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).
( 15 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (Ir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).
( 16 ) Kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1). Kull meta f’dan il-Qafas Temporanju ssir referenza għad-definizzjoni ta’ “impriża f’diffikultà” li tinsab fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, din għandha tinqara li tirreferi wkoll għad-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 u fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament 1388/2014, rispettivament.
( 17 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għas-salvataġġ, ikunu rrimborżaw is-self jew temmew il-garanzija fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 18 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għar-ristrutturar, ma jkunx għadhom soġġetti għal pjan ta’ ristrutturar fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 19 ) ►M2 Jekk l-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-obbligazzjoni ta’ taxxa li fir-rigward tagħha jkun ġie konċess dak il-benefiċċju trid tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020. ◄
( 20 ) Kif stabbilit fl-Artikolu 2(6) u l-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
( 21 ) Kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).
( 22 ) Il-prodotti kollha elenkati fl-Anness I tat-TFUE bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.
( 23 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).
( 24 ) Kif definit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa).
( 25 ) Il-pjan ta’ likwidità jista’ jinkludi kemm il-kapital operatorju kif ukoll il-kostijiet tal-investiment.
( 26 ) Kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
( 27 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għas-salvataġġ, ikunu rrimborżaw is-self jew temmew il-garanzija fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 28 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għar-ristrutturar, ma jkunx għadhom soġġetti għal pjan ta’ ristrutturar fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 29 ) Ħlief jekk din l-għajnuna tikkonforma mal-kundizzjonijiet tat-Taqsima 3.1 ta’ din il-Komunikazzjoni.
( 30 ) Ir-rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6) u ppubblikati fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni fuq https://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html.
( 31 ) Ir-rata minima tal-imgħax totali (ir-rata bażi flimkien mal-marġni ta’ kreditu) jenħtieġ li tkun ta’ mill-anqas 10bps fis-sena.
( 32 ) Kif definit fl-Anness I għar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.
( 33 ) Il-pjan ta’ likwidità jista’ jinkludi kemm il-kapital operatorju kif ukoll il-kostijiet tal-investiment.
( 34 ) Kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
( 35 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għas-salvataġġ, ikunu rrimborżaw is-self jew temmew il-garanzija fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 36 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għar-ristrutturar, ma jkunx għadhom soġġetti għal pjan ta’ ristrutturar fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 37 ) Jekk il-pagamenti tal-kupun jiġu kapitalizzati dan irid jitqies meta jiġu stabbiliti dawn il-limiti, sakemm din il-kapitalizzazzjoni kienet ippjanata jew prevedibbli fiż-żmien tan-notifika tal-miżura. Kull miżura oħra ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ dejn subordinat mogħtija fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19, anke barra minn din il-Komunikazzjoni, trid tkun inkluża f’dan il-kalkolu. Madankollu, dejn subordinat mogħti b’konformità mat-Taqsima 3.1 ta’ din il-Komunikazzjoni ma jgħoddx għal dawn il-limiti.
( 38 ) Ara l-punt 6 ta’ dan il-Qafas Temporanju.
( 39 ) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir, C(2020)2044 final tas-27 ta’ Marzu 2020 (ĠU C 101I, 28.3.2020, p. 1).
( 40 ) Riċerka relevanti għall-COVID-19 u riċerka antivirali oħra relevanti jinkludu riċerka dwar il-vaċċini, il-prodotti u t-trattamenti mediċinali, dwar l-apparat mediku u dwar it-tagħmir mediku u tal-isptar, dwar id-diżinfettanti, u dwar l-ilbies u t-tagħmir protettiv, u dwar l-innovazzjonijiet relevanti għall-proċess għal produzzjoni effiċjenti tal-prodotti meħtieġa.
( 41 ) Kif definit fil-paragrafu (84), (85) u (86) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
( 42 ) Kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
( 43 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għas-salvataġġ, ikunu rrimborżaw is-self jew temmew il-garanzija fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 44 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għar-ristrutturar, ma jkunx għadhom soġġetti għal pjan ta’ ristrutturar fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 45 ) Kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
( 46 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għas-salvataġġ, ikunu rrimborżaw is-self jew temmew il-garanzija fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 47 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għar-ristrutturar, ma jkunx għadhom soġġetti għal pjan ta’ ristrutturar fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 48 ) Kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.
( 49 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għas-salvataġġ, ikunu rrimborżaw is-self jew temmew il-garanzija fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 50 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għar-ristrutturar, ma jkunx għadhom soġġetti għal pjan ta’ ristrutturar fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 51 ) Ara wkoll il-punt 118 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea C/2016/2946, ĠU C 262, 19.07.2016, p. 1-50.
( 52 ) Ara b’analoġija id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.49554-CY l-iskema Ċiprijotta għal self improduttiv kollateralizzat ma’ residenzi primarji (Estia), premessa 73 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.53520-EL- Skema ta’ Protezzjoni bir-Residenza Primarja, premessa 71.
( 53 ) Ara l-punt 6 ta’ din il-Komunikazzjoni.
( 54 ) Il-possibbiltà li tiġi offruta għajnuna fil-forma ta’ ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi, iżda għal ammonti nominali ħafna inqas, hija diġà prevista fil-kundizzjonijiet tat-Taqsima 3.1 ta’ din il-Komunikazzjoni..
( 55 ) Kif stipulat fil-punt 16 tal-Komunikazzjoni, in-notifika ta’ approċċi alternattivi tibqa’ possibbli f’konformità mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.
( 56 ) Kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
( 57 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għas-salvataġġ, ikunu rrimborżaw is-self jew temmew il-garanzija fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 58 ) Alternattivament, jekk ikunu rċevew għajnuna għar-ristrutturar, ma jkunx għadhom soġġetti għal pjan ta’ ristrutturar fil-mument li tiġi konċessa l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni.
( 59 ) L-istrumenti kapitali ibridi huma strumenti li għandhom karatteristiċi ta’ dejn kif ukoll ta’ ekwità. Pereżempju, bonds konvertibbli jiġu rremunerati bħall-bonds sakemm jiġu kkonvertiti f’ekwità. Il-valutazzjoni tar-remunerazzjoni globali tal-istrumenti kapitali ibridi għalhekk tiddependi minn naħa waħda fuq ir-remunerazzjoni tagħhom meta jkunu strumenti li jixbhu d-dejn u min-naħa l-oħra fuq il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni fi strumenti simili għal ekwità.
( 60 ) L-ishma addizzjonali jistgħu, pereżempju, jingħataw permezz tal-ħruġ ta’ bonds konvertibbli fid-data tar-rikapitalizzazzjoni, li mbagħad jiġu kkonvertiti f’ekwità fid-data tal-attivazzjoni tal-mekkaniżmu step-up.
( 61 ) Pereżempju jekk l-istep-up ikun fil-forma tal-għoti ta’ ishma addizzjonali lill-Istat. Jekk il-parteċipazzjoni tal-Istat f’benefiċjarju tkun 40 % b’riżultat tal-injezzjoni ta’ kapital, u jekk l-Istat ma jbigħx il-parteċipazzjoni tiegħu qabel id-data mitluba, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Istat tiżdied b’mill-inqas 0,1 × 40 % = 4 % biex tilħaq 44 % erba’ snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19, u tilħaq 48 % sitt snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19, li jwassal għal dilwizzjoni korrispondenti tal-ishma tal-azzjonisti l-oħra.
( 62 ) Iż-żieda ta’ 200 punt bażi ma tapplikax fis-sena 8 u ’l quddiem.
( 63 ) Ir-rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6), ippubblikati fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni fuq https://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html
( 64 ) Għall-finijiet ta’ din is-Sottotaqsima 3.11.7, jenħtieġ li l-istrumenti ibridi konċessi mill-Istat jitqiesu bħala ekwità.
( 65 ) Tirreferi għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 u tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014. Għall-ħlas bil-quddiem ripagabbli, għall-garanziji, għas-self, għas-self subordinat u għal forom oħra, għandu jiddaħħal il-valur nominali tal-istrument sottostanti għal kull benefiċjarju. Għall-benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti, l-ammont tal-għajnuna individwali jista’ jiġi indikat f’firxiet.
( 66 ) Tirreferi għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 u tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014. Għall-ħlas bil-quddiem ripagabbli, għall-garanziji, għas-self, għas-self subordinat u għal forom oħra, għandu jiddaħħal il-valur nominali tal-istrument sottostanti għal kull benefiċjarju. Għall-benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti, l-ammont tal-għajnuna individwali jista’ jiġi indikat f’firxiet.
( 67 ) It-tiftix pubbliku dwar it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat jagħti aċċess għal data dwar għotjiet individwali ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mar-rekwiżiti Ewropej ta’ trasparenza għall-għajnuna mill-Istat u huwa disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt.
( 68 ) Tirreferi għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 u tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 u l-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014.
( 69 ) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.
( 70 ) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.