02014D0016(01) — MT — 17.05.2023 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta' April 2014

dwar l-istabbiliment ta' Bord Amministrattiv ta' Rieżami u r-Regoli Operattivi tiegħu

(BĊE/2014/16)

(2014/360/UE)

(ĠU L 175 14.6.2014, p. 47)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2019/1378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-9 ta' Awwissu 2019

  L 224

9

28.8.2019

►M2

DEĊIŻJONI (UE) 2023/864 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-13 ta’ April 2023

  L 112

46

27.4.2023




▼B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta' April 2014

dwar l-istabbiliment ta' Bord Amministrattiv ta' Rieżami u r-Regoli Operattivi tiegħu

(BĊE/2014/16)

(2014/360/UE)



KAPITOLU PRELIMINARI

Artikolu 1

Natura supplimentari

Dan ir-Regolament għandu jissupplimenta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew. It-termini użati f'din id-Deċiżjoni għandu jkollhom l-istess tifsira bħat-termini ddefiniti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew.



KAPITOLU I

IL-BORD AMMINISTRATTIV TA' RIEŻAMI

Artikolu 2

Stabbiliment

Il-Bord Amminsitrattiv ta' Rieżami (minn hawn 'il quddiem il-“Bord Amministrattiv”) qed jiġi b'dan stabbilit.

Artikolu 3

Kompożizzjoni

▼M1

1.  
Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn ħames membri li għandhom jiġu ssostitwiti minn żewġ supplenti taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4.

▼B

2.  
Il-membri tal-Bord Amministrattiv u ż-żewġ supplenti għandhom ikunu individwi ta' reputazzjoni għolja li huma ċittadini ta' Stat Membri u għandhom rekord ippruvat ta' għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, inkluża esperjenza superviżorja, ta' livell għoli biżżejjed fl-oqsma bankarji jew servizzi finanzjarji oħrajn. Ma jistgħux ikunu membri tal-persunal kurrenti tal-BĊE, tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra nazzjonali jew tal-Unjoni li huma involuti fil-kompiti mwettqin mill-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

▼M1

3.  

Supplent għandu jissostitwixxi temporanjament lil membru tal-Bord Amministrattiv f'każ ta' inkapaċità temporanja. Fil-kuntest ta' talba partikolari għal rieżami, supplent għandu jissostitwixxi temporanjament lil membru tal-Bord Amministrattiv fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

f'kull sitwazzjoni li tista' tqajjem tħassib dwar kunflitt ta' interess, kif iddefinit fl-Artikolu 11.1 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri ta' livell għoli tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 );

(b) 

il-membru ma jkunx disponibbli għal raġunijiet iġġustifikati.

▼M2

4.  
F’każ ta’ inkapaċità permanenti, mewt, riżenja jew tneħħija mill-kariga ta’ membru tal-Bord Amministrattiv, il-Kunsill Governattiv għandu (a) jaħtar supplenti wieħed bħala membru tal-Bord Amministrattiv u jaħtar supplenti fil-post ta’ dak is-supplenti, jew (b) jaħtar membru ġdid tal-Bord Amministrattiv. Kwalunkwe ħatra magħmula skont dan il-paragrafu għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4(2).

▼M1

5.  
Is-supplenti għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-proċeduri ta' rieżami, jew billi jissostitwixxu temporanjament lill-membri tal-Bord Amministrattivi jew bħala osservaturi.

▼B

Artikolu 4

Ħatra

1.  
Il-membri tal-Bord Amministrattiv u ż-żewġ supplenti għandhom jinħatru mill-Kunsill Governattiv sabiex jiġi żgurat, safejn huwa possibbli, bilanċ ġeografiku u ta' bejn is-sessi xieraq fl-Istati Membri kollha.

▼M2

2.  
Wara sejħa pubblika għal espressjonijiet ta’ interess ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Bord Eżekuttiv, wara li jisma’ lill-Bord Superviżorju, għandu jippreżenta n-nomini għall-membri tal-Bord Amministrattiv u ż-żewġ supplenti lill-Kunsill Governattiv għall-ħatra.

▼M1

3.  
It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Bord Amministrattiv u taż-żewġ supplenti għandu jkun ta' ħames snin, li jista' jiġġedded darba. F'każ li supplent jissostitwixxi b'mod permanenti lil membru tal-Bord Amministrattiv taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(4), dik is-sostituzzjoni m'għandhiex titqies bħala ħatra ġdida jew tiġdid, u l-mandat tiegħu għandu jitqies li jkun beda fid-data tal-ħatra tiegħu bħala supplent.

▼B

4.  
Il-membri tal-Bord Amministrattiv ta' Rieżami u ż-żewġ supplenti għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Huma m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda struzzjoni u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni pubblika tal-impenji u dikjarazzjoni pubblika tal-interessi li tindika kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom jew għan-nuqqas ta' kwalunkwe interess bħal dan.
5.  
It-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħatra tal-membri tal-Bord Amministrattiv u ż-żewġ supplenti għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.

Artikolu 5

President u Viċi President

1.  
Il-Bord Amministrattiv għandu jinnomina lill-President u lill-Viċi President tiegħu.
2.  
Il-President għandu jiżgura l-funzjonament tal-Bord Amministattiv, l-eżami effiċjenti ta' rieżamijiet u l-konformità mar-Regoli Operattivi.
3.  
Il-Viċi President għandu jassisti lill-President fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u għandu jieħu postu meta tal-aħħar ikun prekluż milli jaġixxi jew fuq talba tal-President, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Bord Amministrattiv.

Artikolu 6

Segretarju tal-Bord Amministrattiv

1.  
Is-Segretarju tal-Bord Superviżorju għandu jaġixxi bħala Segretarju tal-Bord Amministratti (minn hawn 'il quddiem is-“Segretarju”).
2.  
Is-Segretarju għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni ta' eżami effiċjenti ta' rieżamijiet, għall-organizzazzjoni tal-laqgħat qabel is-seduti u tas-seduti, l-abbozzar tal-minuti rispettivi, iż-żamma ta' reġistru ta' rieżamijiet kif ukoll l-għoti ta' assistenza oħra fir-rigward tar-rieżamijiet.
3.  
Il-BĊE għandu jipprovdi lill-Bord Amministrattiv b'appoġġ xieraq inkluż kompetenza legali għall-assistenza fil-valutazzjoni tal-eżerċizzju tal-poteri tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.



KAPITOLU II

TALBA GĦAL RIEŻAMI

Artikolu 7

Avviż ta' rieżami

1.  
Kull persuna naturali jew legali indirizzata b'deċiżjoni tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jew li lilha dik id-deċiżjoni tikkonċernaha direttament jew individwalment, li tixtieq titlob rieżami amministrattiv intern (minn hawn 'il quddiem l-“applikant”) għandha tagħmel hekk billi tippreżenta avviż bil-miktub ta' rieżami lis-Segretarju, fejn tiġi identifikata d-deċiżjoni kkontestata. L-avviż ta' rieżami għandu jintbagħat f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
2.  
Is-Segretarju għandu jikkonferma mingħajr dewmien l-irċevuta tal-avviż ta' rieżami lill-applikant.
3.  
L-avviż ta' rieżami għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahar min-notifika tad-deċiżjoni lill-applikant jew, fin-nuqqas ta' din in-notifika, mill-jum meta jkun sar jaf biha l-applikant.

▼M2

4.  
L-avviż ta’ rieżami għandu: (a) jiddikjara r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat; (b) jekk issir applikazzjoni biex ir-rieżami jkollu effett sospensiv, jiddikjara r-raġunijiet għal tali applikazzjoni; u (c) jkollu mehmuż miegħu kopji ta’ kwalunkwe dokument li l-applikant ikun beħsiebu jibbaża fuqu. L-avviż ta’ rieżami għandu jkollu mehmuż miegħu d-deċiżjoni kkontestata u, jekk l-avviż ta’ rieżami jaqbeż l-10 paġni, għandu jinkludi sommarju tar-raġunijiet u d-dokumenti speċifikati fil-punti (a) sa (c).
5.  
L-avviż ta’ rieżami għandu jindika b’mod ċar id-dettalji ta’ kuntatt sħaħ tal-applikant sabiex is-Segretarju jkun jista’ jibgħat komunikazzjonijiet lill-applikant jew lir-rappreżentant tiegħu skont il-każ. Is-Segretarju għandu jibgħat minnufih konferma tal-irċevuta lill-applikant fi żmien tlett ijiem tax-xogħol fejn jiddikjara jekk l-avviż ta’ rieżami huwiex komplut. Meta l-avviż ta’ rieżami ma jkunx komplut, is-Segretarju għandu jistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol li fih l-applikant għandu jimla l-avviż ta’ rieżami.

Meta, fil-fehma tal-Bord Amministrattiv, l-applikant jonqos milli jlesti l-avviż ta’ rieżami fil-limitu ta’ żmien stabbilit, is-Segretarju, wara li jikkonsulta lill-Bord Amministrattiv, għandu jinnotifika minnufih lill-applikant fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-iskadenza ta’ dak it-terminu ffissat li l-proċedura ta’ rieżami amministrattiva ma setgħetx tinbeda minħabba li l-applikant ma lestiex l-avviż ta’ rieżami. In-notifika għandha tiddikjara li skont l-Artikolu 24(11) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-proċedura ta’ rieżami amministrattiv hija mingħajr preġudizzju għad-dritt li jitressqu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont it-Trattati. Meta l-proċedura ta’ rieżami amministrattiva ma tinbediex minħabba n-nuqqas ta’ avviż komplut ta’ reviżjoni, ma għandhiex tiġi adottata opinjoni dwar ir-rieżami.

▼B

6.  
L-applikant jista' fi kwalunkwe ħin jirtira avviż ta' rieżami billi jagħti avviż ta' rtirar lis-Segretarju.
7.  
Meta jiġi ppreżentat lis-Segretarju, l-avviż ta' reżami, flimkien mad-dokumenti mehmużin, għandhom jiġu trażmessi internament mingħajr dewmien biex il-BĊE ikun jista' jiġi rrappreżentat fil-proċeduri.

Artikolu 8

Rapporteur

Meta jirċievi avviż ta' rieżami, il-President għandu jaħtar rapporteur għar-rieżami mill-membri tal-Bord Amministrattiv, inkluż il-President. Meta jaħtar lir-rapporteur, il-President għandu jikkunsidra l-kompetenza teknika speċifika ta' kull membru tal-Bord Amministrattiv.

Artikolu 9

Effett sospensiv

1.  
Is-sottomissjoni tal-avviż ta' rieżami m'għandux ikollu effett sospensiv fuq l-applikazzjoni tad-deċżjoni kkontestata, bla ħsara għall-paragrafu 2.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kunsill Governattiv, fuq proposta tal-Bord Amministrattiv, jista' jiddeċiedi li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sakemm it-talba għar-rieżami tkun ammissibbli u mhux infondata b'mod ovvju u jikkunsidra li l-applikazzjoni immedjata tad-deċiżjoni kkontestata tista' tikkawża ħsara irreparabbli. Il-Kunsill Governattiv għandu jieħu dik id-deċiżjoni biex jissospendi l-applikazzjoni tad-deċżjoni kkontestata wara li jkun semal-opinjoni tal-Bord Superviżorju kif jixraq.
3.  
Il-proċeduri previsti f'dawn ir-Regoli Operattivi, inklużi dawk stabbiliti fl-Artikoli 12 u 14 fir-rigward ta' direzzjonijiet u seduti, għandhom japplikaw kif ikun meħtieġ għad-determinazzjoni ta' kwalunkwe kwistjoni ta' sospensjoni.



KAPITOLU III

RIEŻAMI

Artikolu 10

Ambitu tar-rieżami tal-Bord Amministrattiv

1.  
Skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-ambitu tar-rieżami amministrattiv intern għandu jkopri l-konformità sostantiva u proċedurali tad-deċiżjoni rilevanti mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

▼M2

2.  
Ir-rieżami tal-Bord Amministrattiv għandu jkun limitat għall-eżami tar-raġunijiet li jkun qagħad fuqhom l-applikant kif stabbilit fl-avviż ta’ rieżami u għall-eżami ta’ ksur ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali.

Artikolu 11

Ammissibbiltà tat-talba għal rieżami

1.  
Qabel ma jeżamina l-konformità proċedurali u sostantiva ta’ deċiżjoni tal-BĊE mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bord Amministrattiv għandu jiddetermina l-ammissibbiltà tat-talba għal rieżami.
2.  
Jekk il-Bord Amministrattiv iqis li t-talba għal rieżami hija manifestament inammissibbli, huwa jista’ jiddikjara t-talba għal rieżami inammissibbli fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi l-avviż sħiħ ta’ rieżami. Il-Bord Amministrattiv għandu jiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata dik il-valutazzjoni.
3.  
Meta l-Bord Amministrattiv jiddikjara li t-talba għal rieżami hija inammissibbli skont il-paragrafu 2, is-Segretarju għandu jinnotifika lill-applikant minnufih. In-notifika għandha tiddikjara li skont l-Artikolu 24(11) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-proċedura ta’ rieżami amministrattiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt li jitressqu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont it-Trattati. Meta t-talba għal rieżami tiġi ddikjarata inammissibbli f’konformità mal-paragrafu 2, ma għandhiex tiġi adottata opinjoni dwar ir-rieżami.
4.  
Meta l-paragrafu 2 ma japplikax, il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal rieżami fl-opinjoni dwar ir-rieżami li jadotta skont l-Artikolu 16. F’dan il-każ, is-Segretarju għandu jinnotifika lill-applikant fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-avviż komplut ta’ rieżami li l-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal reviżjoni fl-opinjoni dwar ir-reviżjoni.
5.  
M’għandux ikun ammissibbli avviż ta’ rieżami ppreżentat fir-rigward ta’ deċiżjoni ġdida tal-Kunsill Governattiv kif imsemmi fl-Artikolu 24(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

▼B

Artikolu 12

Struzzjonijiet

Il-President, f'isem il-Bord Amministrattiv, jista' jagħti struzzjonijet għat-twettiq effiċjenti tar-rieżami, inklużi direzzjonijiet għall-produzzjoni ta' dokumenti jew għall-għoti ta' informazzjoni. Is-Segretarju għandu jibgħat dawk l-istruzzjonijiet lill-partijiet rilevanti. Il-President jista' jikkonsulta mal-membri l-oħrajn għal dawn il-finijiet.

Artikolu 13

Nuqqas ta' konformità

1.  
Meta l-applikant ikun, mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli, naqas milli jikkonforma ma' struzzjoni tal-Bord Amministrattiv jew dispożizzjoni ta' dawn ir-Regoli Operattivi, il-Bord Amministrattiv jista' jordnalu jħallas kull kost tal-proċeduri li jirriżulta mid-dewmien.
2.  
Qabel ma joħroġ ordni skont il-paragrafu 1, il-Bord Amministrattiv għandu javża lill-applikant sabiex jagħtih l-opportunità li jagħmel sottomissjonijiet kontra l-ħruġ ta' ordni bħal dik.

Artikolu 14

Seduta

1.  
Il-Bord Amministrattiv jista' jitlob li jkun hemm seduta orali meta jikkunsidra li dan huwa meħtieġ għall-valutazzjoni ġusta tar-rieżami. Kemm l-applikant kif ukoll il-BĊE għandhom jintalbu jagħmlu sottomissjonijiet orali f'dik is-seduta.
2.  
Il-President għandu jagħti struzzjonijiet dwar l-ordni, il-forma u d-data tas-seduta.

▼M2

3.  
Is-seduta għandha ssir fil-bini tal-BĊE jew permezz ta’ vidjokonferenza. Is-Segretarju għandu jkun preżenti. Is-seduta ma għandhiex tkun miftuħa għal partijiet terzi.

▼B

4.  
F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jaġġorna s-seduta fuq l-applikazzjoni tal-applikant jew tal-BĊE, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess.
5.  
Meta l-parti tkun ġiet innotifikata b'seduta orali u ma tidhirx, il-Bord Amministrattiv jista' jipproċedi fin-nuqqas tagħhom.

Artikolu 15

Evidenza

1.  
L-applikant jista' jitlob il-permess tal-Bord Amministrattiv biex iressaq, fil-forma ta' stqarrija bil-miktub, xhieda jew evidenza ta' espert.
2.  
L-applikant jista' jitlob il-permess tal-Bord Amministrattiv biex isejjaħ xhud jew espert li jkun ta stqarrija bil-miktub biex jagħti xhieda orali matul is-seduta. Barra minn dan il-BĊE jista' jitlob lill-Bord Amministrattiv permess biex isejjaħ xhud jew espert biex jagħti xhieda oralment waqt is-seduta.
3.  
Il-permess jingħata biss jekk il-Bord Amministrattiv jikkonsidra li huwa meħtieġ għad-determinazzjoni ġusta tar-rieżami.
4.  
Xhieda jew esperti għandhom jiġu eżaminati mill-Bord Amministrattiv. Din l-evidenza għandha tinġieb fiż-żmien permess. L-applikant għandu jkollu d-dritt li jagħmel kontroeżami ta' xhieda jew esperti msejħin mill-BĊE meta dan ikun meħtieġ għad-determinazzjoni ġusta tar-rieżami.



KAPITOLU IV

PROĊESS TAT-TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET

Artikolu 16

Opinjoni fuq ir-rieżami

▼M1

1.  
Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta opinjoni dwar ir-reviżjoni f'perijodu ta' żmien xieraq għall-urġenza tal-kwistjoni u mhux iktar tard minn xahrejn mid-data meta jiġi rċevut l-avviż sħiħ tar-rieżami, li jkun fih id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 7(4), li tiegħu għandha tingħata konferma tal-irċevuta skont l-Artikolu 7(5).

▼B

2.  
L-opinjoni għandha tipproponi jekk id-deċiżjoni inizjali għandhiex tiġi mħassra, mibdula b'deċiżjoni b'kontenut identiku jew mibdula b'waħda emendata. F'dan l-aħħar każ, l-opinjoni għandu jkollha proposti għall-emendi meħtieġa.
3.  
L-opinjoni għandha tiġi adottata b'maġġoranza ta' mill-inqas tliet membri tal-Bord Amministrattiv.
4.  
L-opinjoni għandha tkun bil-miktub u jkollha fiha raġunijiet, u għandha tintbagħat lill-Bord Superviżorju mingħajr dewmien.
5.  
L-opinjoni m'għandhiex tkun vinkolanti fuq il-Bord Sueprviżorju jew il-Kunsill Governattiv.

Artikolu 17

Tħejjija ta' abbozz ta' deċiżjoni ġdid

▼M2

1.  
Il-Bord Superviżorju għandu jivvaluta l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv u jipproponi abbozz ta’ deċiżjoni ġdid lill-Kunsill Governattiv. Il-valutazzjoni tal-Bord Superviżorju ma għandhiex tkun limitata għall-eżami tar-raġunijiet li jkun qagħad fuqhom l-applikant kif stabbilit fl-avviż ta’ rieżami, iżda tista’ tqis ukoll elementi oħra fil-proposta tiegħu għal abbozz ta’ deċiżjoni ġdida. Meta r-rieżami amministrattiv intern ma jinbediex minħabba n-nuqqas ta’ avviż sħiħ ta’ rieżami skont l-Artikolu 7(4) jew meta l-Bord Amministrattiv jiddikjara t-talba għal rieżami inammissibbli skont l-Artikolu 11(2), il-Bord Superviżorju ma għandux jipproponi abbozz ta’ deċiżjoni ġdida lill-Kunsill Governattiv.

▼M1

2.  
L-abbozz ta' deċiżjoni ġdida tal-Bord Superviżorju li tissostitwixxi d-deċiżjoni inizjali b'deċiżjoni ta' kontenut identiku jew li tirrevoka jew temenda d-deċiżjoni inizjali għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill Governattiv fi żmien 30 jum wara li tiġi rċevuta l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv.

▼B

Artikolu 18

Notifika

L-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, l-abbozz ta' deċiżjoni ġdid mibgħut mill-Bord Superviżorju u d-deċiżjoni ġdida adottata mill-Kunsill Governattiv għandhom jiġu nnotifikati lill-partijiet mis-Segretarju tal-Kunsill Governattiv inkluż ir-raġunament rilevanti.



KAPITOLU V

RIMEDJI ĠUDIZZJARJI

Artikolu 19

Rimedju fil-Qorti tal-Ġustizzja

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt li jitressqu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont it-Trattati.



KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 20

Aċċess għall-fajls

1.  
Id-drittijiet tad-difiża tal-applikant għandhom jiġu rrispettati għal kollox. Għal dan l-iskop, u wara li l-applikant ikun ippreżenta avviż ta' rieżami bil-miktub, l-applikant għandu jkun intitolat li jkollu aċċess għall-fajl tal-BĊE, bla ħsara għall-interess leġittimu ta' persuni ġuridiċi u naturali għajr għall-applikant, fil-protezzjoni tas-sigriet tan-negozju tagħhom.
2.  
Il-fajls jikkonsistu mid-dokumenti kollha miksubin, prodotti jew miġburin mill-BĊE matul il-proċedura superviżorja tal-BĊE, irrispettivament mill-mezz ta' ħażna.
3.  
Id-dritt ta' aċċess għall-fajl m'għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali.
4.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, informazzjoni kunfidenzjali tista' tinkludi dokumenti interni tal-BĊE jew ta' awtorità nazzjonali kompetenti u korrispondenza bejn il-BĊE u awtorità nazzjonali kompetenti jew bejn awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
5.  
Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jipprevjeni lill-BĊE milli jiżvela u juża informazzjoni meħtieġa biex jiġi ppruvat ksur.
6.  
Il-BĊE jista' jiddetermina li l-aċċess għall-fajl għandu jingħata f'wieħed jew iktar mill-modi li ġejjin, wara li jitqiesu l-kapaċitajiet tekniċi tal-partijiet: (a) permezz ta' CD-ROM(s) jew kwalunkwe apparat elettroniku għal ħażna ta' dejta inkluża kwalunkwe xorta li tista' tkun disponibbli fil-futur; (b) permezz ta' kopji tal-fajl aċċessibbli fil-forma ta' karta li tintbagħtilhom bil-posta; (c) billi jistidinhom jeżaminaw il-fajl aċċessibbli fl-uffiċċji tal-BĊE.

Artikolu 21

Ordnijiet ta' kosti

1.  
Il-kosti tar-rieżami għandhom jinkludu l-ispejjeż raġonevoli magħmulin għar-rieżami.

▼M2

2.  
Wara n-notifika tad-deċiżjoni l-ġdida mill-Kunsill Governattiv jew wara li l-applikant ikun irtira l-avviż ta’ rieżami jew wara li l-Bord Amministrattiv ikun iddikjara li t-talba għal rieżami hija inammissibbli, il-Bord Superviżorju għandu jipproponi l-proporzjon tal-ispejjeż li għandu jġarrab l-applikant. L-applikant għandu jkun intitolat li jagħmel rappreżentazzjonijiet f’dan ir-rigward.

▼M1 —————

▼M1

5.  
Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar it-tqassim tal-ispejjeż skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 g.2 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, fuq il-bażi tal-metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

▼B

6.  
Jekk jiġu ordnati, il-kosti għandhom jitħallsu fi żmien 20 jum tax-xogħol.

Artikolu 22

Kunfidenzjalità u segretezza professjonali

1.  
Il-membri tal-Bord Amministrattiv u s-supplenti għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbilti fl-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anki meta d-dmirijiet tagħhom ikunu spiċċaw.
2.  
Il-proċedimenti tal-Bord Amministrattiv għandhom ikunu kunfidenzjali sakemm il-Kunsill Governattiv ma jawtorizzax lill-President tal-BĊE biex jippubblika l-eżitu ta' dawn il-proċedimenti.
3.  
Dokumenti abbozzati jew miżmuma mill-Bord Amministrattiv għandhom ikunu dokumenti tal-BĊE u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati u ttrattati skont l-Artikolu 23.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 2 ).

Artikolu 23

Regoli supplimentari

1.  
Il-Bord Amministrattiv jista' jadotta regoli supplimentari biex jirregola l-proċedimenti u l-attivitajiet tiegħu
2.  
Il-Bord Amministrattiv jista' joħroġ formuli u gwidi.
3.  
Regoli supplimentari, formuli u gwidi adottati mill-Bord Amministrattiv għandhom jiġu rrapportati lill-Bord Superviżorju u ppubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M2




ANNESS

Metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż tar-rieżami mġarrba mill-applikant u mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-kuntest ta’ rieżami mill-Bord Amministrattiv

F’każijiet fejn il-Kunsill Governattiv jirrevoka d-deċiżjoni inizjali jew jemenda l-parti operattiva tagħha bħala konsegwenza tal-avviż ta’ rieżami, il-BĊE għandu jirrimborża l-ispejjeż imġarrba mill-applikant fil-kuntest tar-rieżami, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe spejjeż sproporzjonati mġarrba mill-applikant meta jippreżenta evidenza bil-miktub jew orali u fir-rigward ta’ rappreżentanza legali, li għandhom jitħallsu mill-applikant. Fi kwalunkwe każ, ir-rimborż mill-BĊE ta’ spejjeż imġarrba mill-applikant m’għandux jaqbeż EUR 50 000 għal kull rieżami individwali mill-Bord Amministrattiv.

F’każijiet fejn il-Kunsill Governattiv jissotitwixxi d-deċiżjoni inizjali b’deċiżjoni ta’ kontenut identiku jew jemenda biss il-parti mhux operattiva tad-deċiżjoni inizjali bħala konsegwenza tal-avviż ta’ rieżami, u f’każijiet fejn il-Bord Amministrattiv jiddikjara talba għal rieżami bħala inammissibbli, l-applikant għandu jikkontribwixxi għall-ispejjeż imġarrba mill-BĊE fil-kuntest tar-rieżami. Il-persuni fiżiċi għandhom iħallsu somma f’daqqa ta’ EUR 500. Il-persuni ġuridiċi għandhom iħallsu somma f’daqqa ta’ EUR 5 000 . Il-ħlas ta’ din is-somma f’daqqa jibqa’ mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 ta’ din id-Deċiżjoni.

F’każijiet fejn l-applikant jirtira avviż ta’ rieżami skont l-Artikolu 7(6) ta’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll f’każijiet fejn dan ikun iġġustifikat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi, l-applikant u l-BĊE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, jekk ikun hemm.



( 1 ) ĠU C 89, 8.3.2019, p. 2

( 2 ) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.